ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
5 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 186/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7561 — PRE/AXIS) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 186/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2015/C 186/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 186/04

Sejħa għal applikazzjonijiet 2015 — It-Tielet Programm tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) ( 1 )

4

 

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

2015/C 186/05

Sejħa pubblika għall-proposti — GP/DSI/ReferNet_FPA/001/15 — ReferNet — In-Netwerk Ewropew għal Informazzjoni dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 186/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7647 — Bridgepoint/Nordic Cinema Group Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2015/C 186/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7571 — Dawn Meats/Terrena/Elivia) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 186/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7561 — PRE/AXIS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 186/01)

Fit-22 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7561. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Ġunju 2015

(2015/C 186/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1317

JPY

Yen Ġappuniż

140,47

DKK

Krona Daniża

7,4599

GBP

Lira Sterlina

0,73540

SEK

Krona Żvediża

9,3396

CHF

Frank Żvizzeru

1,0551

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7370

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,467

HUF

Forint Ungeriż

312,30

PLN

Zloty Pollakk

4,1692

RON

Leu Rumen

4,4285

TRY

Lira Turka

3,0377

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4618

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4089

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7733

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5834

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5221

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 256,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,9625

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0177

HRK

Kuna Kroata

7,5605

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 047,75

MYR

Ringgit Malażjan

4,1867

PHP

Peso Filippin

50,790

RUB

Rouble Russu

62,1695

THB

Baht Tajlandiż

38,171

BRL

Real Brażiljan

3,5498

MXN

Peso Messikan

17,5812

INR

Rupi Indjan

72,4362


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 186/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġaladarba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : L-Awstrija

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 200 sena tal-Oesterreichische Nationalbank

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri żewġ allat mill-mitoloġija Rumana li jidhru fir-riliev imnaqqax fuq id-daħla tal-bini prinċipali tal-Oesterreichische Nationalbank (OeNB): fuq ix-xellug, Merkurju, il-messaġġier tal-allat u l-alla tan-negozjanti u l-kummerċ; fuq il-lemin, Fortuna, l-alla mara tad-destin u l-prosperità, li hija raffigurata bil-qarn tal-ġid. L-istampa fl-isfond, mit-tarf tax-xellug sat-tarf tal-lemin taċ-ċentru, turi l-bini prinċipali tal-OeNB. Faxxa ornamentali mal-qiegħ taċ-ċentru tal-munita tfakkar fl-iskema aħmar-abjad-aħmar tal-bandiera nazzjonali Awstrijaka, b’linji vertikali magħquda f’kaxex li jissimbolizzaw il-kulur aħmar, kif stipulat fir-regoli ta’ disinn araldiku. Is-snin “1816” u “2016” fuq ix-xellug ta’ Merkurju jirreferu għas-sena tat-twaqqif tal-OeNB u l-biċentenarju tiegħu. L-iskrizzjonijiet li jiċċirkolaw tul it-truf tal-ċentru li huwa lewn id-deheb jaqraw “Republik Österreich” (ir-Repubblika tal-Awstrija) u “200 Jahre Oesterreichische Nationalbank” (200 sena tal-Oesterreichische Nationalbank).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 16-il miljun

Data tal-ħruġ : 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/4


Sejħa għal applikazzjonijiet 2015

It-Tielet Programm tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 186/04)

Illum qed tiġi mnedija sejħa għal applikazzjonijiet “Saħħa — 2015” fi ħdan il-qafas tat-tielet Programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) (1).

Din is-sejħa għal applikazzjonijiet tinkludi:

Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta’ għotjiet għal proġetti.

L-iskadenza għas-sottomissjoni online tal-proposti hija l-15 Settembru 2015.

L-informazzjoni kollha, inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2015 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2015 għall-implimentazzjoni tat-tielet Programm tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020), u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm, huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/chafea/


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020), (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).


Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/5


Sejħa pubblika għall-proposti — GP/DSI/ReferNet_FPA/001/15

ReferNet — In-Netwerk Ewropew għal Informazzjoni dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

(2015/C 186/05)

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Bil-għan li tistabbilixxi netwerk Ewropew għal informazzjoni dwar il-VET — ReferNet —, din is-sejħa għandha l-għan li tagħżel applikant wieħed minn kull pajjiż eliġibbli (l-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja) li magħhom Cedefop se jikkonkludi ftehim qafas ta’ sħubija ta’ erba’ snin.

Imwaqqaf fl-1975 u bbażat fil-Greċja sa mill-1995, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE). Rikonoxxut bħala sors awtorevoli ta’ informazzjoni u kompetenza dwar il-VET, il-ħiliet u l-kwalifiki, il-missjoni tiegħu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha.

Refernet huwa n-netwerk Ewropew ta’ Cedefop għal informazzjoni dwar il-VET. Il-missjoni ddedikata għal ReferNet hija li dan jappoġġa lil Cedefop billi jirrapporta dwar sistemi nazzjonali tal-VET u dwar żviluppi ta’ politika u billi jgħolli l-viżibbiltà tal-VET u tal-prodotti ta’ Cedefop. Huwa jinkludi 30 membru magħrufin bħala s-sħab nazzjonali ta’ ReferNet mill-Istati Membri tal-UE, mill-Iżlanda u min-Norveġja. Is-sħab nazzjonali ta’ ReferNet huma istituzzjonijiet ewlenin involuti fil-VET jew fil-politiki tas-suq tax-xogħol fil-pajjiż li jirrappreżentaw.

Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija jiġu implimentati permezz ta’ ftehimiet speċifiċi ta’ għotja annwali. Għalhekk, wara l-iffirmar tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija għas-snin 2016 sal-2019, l-applikanti li jintgħażlu se jiġu mistiedna jressqu l-applikazzjoni għall-għotja għall-azzjoni tal-2016 (li tista' twassal għall-iffirmar ta' Ftehim ta' Għotja Speċifiku għas-sena 2016). L-applikant irid juri l-kapaċità li jwettaq l-attivitajiet mistennija matul il-perjodu ta’ erba’ snin u jiżgura kofinanzjament xieraq għall-implimentazzjoni tal-kompiti mitluba.

2.   Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit stmat li huwa disponibbli għall-perjodu ta' erba’ snin tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija jammonta għal EUR 4 000 000, skont id-deċiżjonijiet annwali tal-Awtorità Baġitarja.

Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma annwali tal-2016 (tul tal-proġett: 12-il xahar) se jkun EUR 980 000 għat-30 sieħeb (mit-28 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja).

L-għotja tvarja skont il-popolazzjoni tal-pajjiż u tingħata għat-twettiq ta’ pjan ta’ ħidma annwali. Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma tal-2016 sejjer jitqassam fuq bażi ta’ tliet gruppi ta’ pajjiżi skont il-popolazzjoni tal-pajjiż:

Grupp ta' pajjiżi 1: il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovenja u l-Iżlanda. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 23 615,

Grupp ta' pajjiżi 2: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, l-Iżvezja u n-Norveġja. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 33 625,

Grupp ta' pajjiżi 3: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, Spanja, ir-Renju Unit. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 43 620.

L-għotja tal-Unjoni hija kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż tal-benefiċjarju (u/jew tal-kobenefiċjarji) li jridu jiġu ssupplimentati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom stess u/jew kontribuzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew privati. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Cedefop jirriserva d-dritt li ma jagħtix il-baġit totali disponibbli.

3.   Il-kriterji ta' eliġibbiltà

Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu organizzazzjoni pubblika jew privata, bi status legali u b’personalità ġuridika (persuni fiżiċi, jiġifieri individwi, ma humiex eliġibbli);

(b)

ikollhom is-sede tagħhom irreġistrata f'pajjiż fejn l-għotja tiġi applikata, jiġifieri f'wieħed minn dawn li ġejjin:

L-UE 28 (L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit);

pajjiżi assoċjati (l-Iżlanda u n-Norveġja).

4.   Skadenza

L-applikazzjonijiet għall-ftehim qafas ta' sħubija jridu jiġu sottomessi mhux aktar tard mill-21 ta' Awwissu 2015.

5.   Aktar informazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tas-sejħa għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u l-annessi tagħha se jkunu disponibbli fuq is-sit tas-Cedefop mit-8 ta’ Ġunju 2015 fuq l-indirizz li ġej:

http://www.cedefop.europa.eu/en/about-cedefop/public-procurement

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ tas-sejħa u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli uffiċjali pprovduti.

L-evalwazzjoni tal-proposti se tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.

L-applikazzjonijiet kollha sottomessi se jkunu evalwati minn kumitat ta’ esperti fuq il-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-verżjoni tat-test komplet tas-sejħa.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7647 — Bridgepoint/Nordic Cinema Group Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 186/06)

1.

Fit-28 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bridgepoint Advisers Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Nordic Cinema Group Holding AB kollha kemm hi (“Nordic Cinema Group”, l-Iżvezja) permezz tax- xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Bridgepoint: grupp ta’ ekwità privata,

—   għal Nordic Cinema Group: operatur taċ-ċinema attiv fl-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, in-Norveġja u l-Iżvezja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7647 — Bridgepoint/Nordic Cinema Group Holding, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7571 — Dawn Meats/Terrena/Elivia)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 186/07)

1.

Fit-28 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża QDB Holdings Group/Dawn Meats (“Dawn Meats”, l-Irlanda) u Terrena (Franza) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Elivia (Franza), permezz ta’ xiri ta’ ishma. Elivia bħalissa hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Terrena.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Dawn Meats: il-qtil ta’ bhejjem, it-tneħħija tal-għadam u l-ipproċessar ulterjuri ta’ laħam, inkluż l-għoti ta’ prodotti sekondarji tal-biċċeriji, b’operazzjonijiet ewlenin fis-setturi taċ-ċanga u tal-ħaruf;

—   għal Terrena: diversi attivitajiet tul il-katina tal-valur ta’ prodotti agrikoli, inkluż l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-laħam;

—   għal Elivia: il-qtil ta’ bhejjem, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-laħam taċ-ċanga frisk u pproċessat, inklużi prodotti sekondarji tal-biċċerija, primarjament fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min wieħed jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7571 — Dawn Meats/Terrena/Elivia, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/9


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 186/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“ISTARSKI PRŠUT'/'ISTRSKI PRŠUT”

Nru KE: MULTI-PDO-0005-01041 — 04.10.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Istarski pršut”/“Istrski pršut”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Republikka tal-Kroazja/ir-Republikka tas-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, affumikati, eċċ.).

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

“Istarski pršut”/“Istrski pršut” huwa prodott tal-laħam ippriservat u mnixxef magħmul mir-riġel tal-ħanżir mingħajr is-sieq, il-ġilda u x-xaħam ta' taħtha iżda bl-għadam pelviku, li jitnixxef fis-salmura niexfa bil-melħ tal-baħar u l-ħwawar, jitnixxef fl-arja mingħajr affumikar u mbagħad jitnixxef u jiġi staġjunat għal minn tal-anqas tnax-il xahar.

L-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” għandu għamla tawwalija għax fih l-għadam pelviku. Is-sieq titneħħa mir-riġel minn mal-ġog ta' qiegħ is-sieq (il-ġog tarsali). Il-ġilda u x-xaħam ta' taħtha jitneħħew ukoll mis-sezzjoni ta' taħt il-ġog ta' qiegħ is-sieq (10-15-il cm). L-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” għandu truf ġejjin għat-tond b'mod ugwali u superfiċi ċatti li huma ndaf jew miksija b'saff ħafif ta' moffa. Is-sezzjoni trasversali tat-tessut tal-muskolu hi kollha kemm hi ħamranija fir-roża u ma titlef lewnha mkien. Ix-xaħam għandu jkun abjad. L-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” għandu aroma distintiva u b'saħħitha ta' majjal imnixxef li jkun sar sew bl-istaġjunar u ta' ħwawar, u għandu togħma kemxejn mielħa.

Bħala proprjetajiet fiżiko-kimiċi meta l-prodott ikun lest biex jinbiegħ, il-kontenut ta' klorur tas-sodju jkun anqas minn 8 % u l-attività tal-ilma inqas minn 0,93.

U meta jitqiegħed fis-suq, l-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” għandu jkun jiżen minn tal-anqas 7 kg.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” huwa prodott mir-riġlejn ta' ħnieżer li jkollhom ommhom u missierhom ħnieżer tar-razza pura u dawk ippastardjati minnhom, bl-eċċezzjoni tar-razza Piétrain u ħnieżer ippastardjati minnha.

Qabel jinqatel, il-piż medju ta' ħanżir ħaj għal kull grupp għandu jkun jaqbeż il-160 kg, u l-ħnieżer għandu jkollhom minn tal-anqas disa' xhur. Ir-riġlejn jiġu mirquma biex jitħalla l-għadam tal-ġog pelviku (l-ilju, l-iskju u l-pubis) filwaqt li jitneħħew l-ossu sagru u denb is-sinsla. L-ossu sagru jitneħħa permezz tal-qtugħ tal-ġog ta' bejn l-ilju u l-ossu sagru. Ir-riġlejn mirquma għandhom ikunu jiżnu aktar minn 13-il kg.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

Il-ħnieżer li jkunu se jintużaw għall-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” jiġu magħlufa l-għalf kompost fil-fażi tat-tismin. L-ingredjenti kollha tal-għalf kompost, ħlief għall-minerali, il-vitamini u addittivi oħra, għandhom joriġinaw miż-żona li fiha tista' tiġi prodotta l-materja prima u li hija deskritta fit-Taqsima 4. L-oriġini tal-ingredjenti kollha għandha tkun traċċabbli mill-post tal-produzzjoni sal-maqjel.

Minbarra l-għalf kompost, il-ħnieżer jistgħu jiġu magħlufa qamħ jew nuħħala, silla u aflalfa ħodor, qargħa aħmar, kaboċċi, pitravi tal-għalf, polpa tal-pitravi zokkrija, xorrox u patata msajra, li għandhom joriġinaw ukoll mill-istess żona. Għat-tismin tal-ħnieżer ma jistgħux jintużaw ħbub tal-birrerija li jkunu qatgħu, tilqit tal-ikel u skart tal-biċċerija.

Ikel li joriġina minn barra ż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima jista' jiżdied f'konformità mar-regoli dwar l-għalf tal-annimali li japplikaw għad-DPO għal prodotti li joriġinaw mill-annimali.

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” għandhom isiru fiż-żona ġeografika speċifikata fit-Taqsima 4.

3.6.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” jista' jiġi kummerċjalizzat bħala biċċa waħda (sħiħ) jew fl-għamla ta' pakketti li jista' jkun fihom perżut ikkurat bla għadam jew biċċiet żgħar ta' perżut ikkurat jew perżut ikkurat imqatta' roti roti. Dawn l-għamliet ta' perżut ikkurat għandhom jiġu ppakkjati f'vakwu jew atmosfera modifikata.

Il-proċess tat-tneħħija tal-għadam tal-perżut ikkurat, it-tqattigħ tiegħu f'biċċiet jew roti roti biex jinqasam f'porzjonijiet, u l-ippakkjar bl-għan li jerġa' jinbiegħ, għandu jsir biss fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut”. Peress li l-prodott jinqasam f'porzjonijiet u jiġi ppakkjat fiż-żona fejn jiġi prodott biss, il-monitoraġġ tal-proċess jeħfief ġmielu, l-applikazzjoni tas-sistema tat-traċċabbiltà tkun aktar faċli, jonqos kemm jista' jkun ir-riskju ta' frodi u abbuż tat-tikketti u tkun żgurata l-kwalità meħtieġa tal-prodott għall-konsumaturi. Barra minn hekk billi t-tqattigħ u l-ippakkjar isiru fiż-żona tal-produzzjoni jfisser ukoll li dan il-proċess jistgħu jagħmluh l-istess produtturi jew nies oħra li għandhom il-ħiliet meħtieġa u li huma familjari mal-karatteristiċi speċifiċi u l-kwalità tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut”. Dan jiżgura li l-kwalità oriġinali tal-prodott tkun priservata anki wara li dan ikun imqatta' jew ippakkjat.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Malli titlesta l-fażi tal-istaġjunar, il-prieżet kollha jiġu mmarkati b'timbru jaħraq b'marka komuni, li tkun l-istess għaż-żona kollha tal-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut”, u bil-kodiċi numeriku tal-produttur. Il-marka komuni tidher hawn taħt.

Image

Meta l-prodott sħiħ jew f'pakketti ta' kwalunkwe tip jitqiegħdu fis-suq, il-prodott għandu jkollu tikketta bil-marka komuni u bil-kitba “Istarski pršut”/“Istrski pršut”.

Il-kitba “Istarski pršut”/“Istrski pršut” għandha tkun tinqara sew u ma titħassarx, u għandha tintuża tipa kbira biżżejjed li tkun tispikka permezz tat-tip u l-kulur biex tidher aktar minn xi indikazzjoni oħra.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima għall-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” hija limitata għaż-żona tal-produzzjoni tal-prodott u l-kontej Kroati li ġejjin: Primorje-Gorski Kotar (għajr għall-gżejjer), Karlovac, Sisak-Moslavina, Zagreb, Bjelovar-Bilogora, Koprivnica-Križevci, Međimurje, Virovitica-Podravina, Požega-Slavonia, Slavonski Brod-Posavina, Osijek-Baranja u Vukovar-Syrmia.

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” tinkludi parti mill-Peniżola tal-Istrija, għajr għall-gżejjer.

Il-fruntiera taż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” tibda mill-Qala ta' Stupova, il-fruntiera bejn il-kontej ta' Istrija u ta' Primorje-Gorski Kotar, u tkompli lejn it-Tramuntana tul il-fruntiera sal-fruntiera mar-Repubblika tas-Slovenja.

Imbagħad, il-fruntiera tkompli lejn il-Punent u tidħol fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja u tgħaddi min-Nofsinhar ta' Ravni Kot. Il-fruntiera xxaqleb lejn il-Majistral u tgħaddi minn Vincarija, qabel ma tasal sa Glavičorka fin-Nofsinhar u ddur lejn il-Punent għal distanza qasira biex imbagħad terġa' ddur lejn il-Majjistral f'Lipica, sakemm tilħaq Mala Vrata. Hawnhekk, il-fruntiera ddur lejn il-Punent lejn Jelovšćina, imbagħad lejn il-Lbiċ sa ma tasal Blažinov Vrh, fejn iddur f'kisra qawwija lejn il-Punent, tgħaddi mit-Tramuntana ta' Stružnjak u Gnojin qabel iddur lejn il-Lbiċ sa ma tasal fit-triq bejn Jelovice u Podgorje. Imbagħad, il-fruntiera tkompli ma' din it-triq lejn il-Majjistral u tgħaddi minn Podgorje u minn ħdejn Praproće u Črnotiče fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar. Il-fruntiera tibqa' sejra tul it-triq lejn it-Tramuntana ta' Kastelec u ddur lejn il-fruntiera ta' bejn is-Slovenja u l-Italja qabel Sočerb.

Imbagħad il-fruntiera taż-żona tibqa' miexja mal-fruntiera ta' bejn dawn iż-żewġ pajjiżi sa ma tilħaq il-kosta ta' San Bartolomeo. Minn hawn tibqa' ssegwi l-kosta lejn ix-Xlokk sal-punt tat-tluq fil-Qala ta' Stupova.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-klima tal-peniżola tal-Istrija hija fil-biċċa l-kbira tagħha Mediterranja, għalkemm tinbidel gradwalment fi klima kontinentali aktar ma wieħed jitbiegħed mill-kosta. Iż-żewġ klimi huma karatterizzati bi rjieħ frekwenti, li fix-xitwa jonfħu mit-Tramuntana u mil-Lvant. Dawn it-tipi ta' rjieħ xitwin jgħinu fil-produzzjoni tal-perżut, li tibda appuntu f'dak iż-żmien tas-sena (it-tmelliħ u t-tnixxif). Il-bora, riħ qawwi mill-Grigal li jonfoħ minn fuq il-kontinent lejn il-baħar mid-direzzjoni tal-Muntanja Učka, jgħin b'mod partikolari f'dan il-proċess. B'hekk l-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” jista' jitnixxef bl-arja biss, mingħajr ebda affumikar. Dan jaffettwa ferm il-kwalità u l-uniċità tiegħu meta mqabbel ma' prieżet ikkurati oħrajn.

It-togħma magħrufa u distintiva tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” mhix riżultat biss tal-klima, iżda wkoll tal-esperjenza u l-ħila ta' bosta ġenerazzjonijiet ta' bdiewa Istrijani.

Tradizzjonalment, il-ħnieżer kienu jitrabbew għal aktar minn sena u kienu jingħataw għalf varjat li kien ikun disponibbli fir-razzett fiż-żminijiet differenti tas-sena: silla u alfalfa, qargħa aħmar, kaboċċi, pitravi tal-għalf, xorrox, patata msajra u aktar. Waħda mill-partikolaritajiet tal-metodu Istrijan, li ilu jitħaddem għall-bosta snin, hija l-kompożizzjoni tas-salmura niexfa, magħmula mill-melħ u ħwara waħda jew aktar (bżar iswed, tewm, rand, klin). Partikolarità oħra hija l-mod kif is-sieq ta' wara titneħħa minn man-nofs karkassa u l-mod kif ir-riġel jitlesta u jingħata l-għamla. Pereżempju, il-metodu tradizzjonali u kemxejn waħdieni kif jiġu mirquma r-riġlejn baqa' priservat miż-żmien meta l-familji rurali kien ikollhom bżonn iħollu kemm jista' jkun tessut adipuż f'xaħam u jerfgħuh biex jużawh aktar tard. Għaldaqstant, skont ir-riċetta tradizzjonali, il-ġilda u x-xaħam ta' taħtha kollha jitneħħew mir-riġel fl-ewwel stadju tal-ħidma tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut”. Dan il-proċess huwa rari, anzi uniku, meta mqabbel mal-mod kif il-perżut ikkurat jinħadem f'żoni oħra. Pekuljarità oħra fil-proċess tat-tirqim hija li l-għadam pelviku ma jitneħħiex u għalhekk jifdal aktar laħam mar-riġel u l-perżuta tkun akbar.

L-arti tal-produzzjoni tal-perżut fl-Istrija tmur lura għal għadd ta' sekli, li matulhom ittejbu l-metodi tradizzjonali tal-produzzjoni. L-eqdem evidenza li nstabet s'issa mill-Istrija u li ssemmi biċ-ċar il-perżut ikkurat tmur lura għall-1580. Dawn huma ir-reġistrazzjonijiet Glagolitiċi tal-muniċipalità ta' Roč, li fihom jinsab imniżżel li fost l-ikel ordnat għaċ-ċerimonja taż-żwieġ tal-prefett kien hemm il-perżut ikkurat (Dražen Vlahov: “Knjiga računa općine Roč” (1566–1628), State Archive in Pazin, Pazin, 2009, pp. 102-103). F'Roč ukoll, iżda ftit snin wara fl-1594, il-perżut ikkurat kien ordnat u servut għall-pranzu lill-kaptan ta' Rašpor (il-gvernatur tal-parti Venezjana tat-Tramuntana tal-Istrija) u lil dawk ta' madwaru, biex tkun iċċelebrata l-festa ta' Santa Martina (ibid., pp. 110-111). Reġistrazzjoni mill-1612 tgħid li “erba' mitt Uskok qasmu Učka… L-Uskoki serqu bosta bhejjem tal-ifrat u ammonti kbar ta' ġobon, perżut ikkurat, inbid u ikel ieħor” (Miroslav Bertoša: “Istra: doba Venecije”, Zavičajna naklada Žakan Juri, Pula, 1995, p. 318). Dokument tal-1810 jgħid li l-aktar laħam għali kien il-majjal immellaħ - il-perżut u l-bejkin (Nevio Šettó: “Napoleon u Istri”, IKK Grozd, Pula, 1989, pp. 54, 100, 112, 116, 139, 141).

It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” fl-irziezet tal-bliet ta' Manžan, Nova Vas u Bertoki jiddeskriviha Stanislav Renčelj fil-ktieb tiegħu “Suhe mesnine narodne posebnosti” (Kmečki glas, Ljubljana, 1990, pp. 169, 209, 211).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” tirriżulta l-aktar minħabba tliet fatturi: il-materja prima, it-teknoloġija tal-produzzjoni bbażata fuq it-tradizzjoni, u l-proprjetajiet organolettiċi tal-prodott.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-materja prima huma r-riżultat tat-trobbija kkontrollata tal-ħnieżer minn razez puri li jiġu magħlufin skont rekwiżiti speċjali f'fażi estiża tat-tismin sakemm il-piż medju tagħhom jaqbeż il-160 kg. Qabel jinqatlu, il-ħnieżer iridu jkunu jiżnu ġmielhom biex jinkisbu prieżet friski tqal. Dawn jitilfu ammont konsiderevoli ta' ilma fl-istadji tat-tnixxif u l-maturazzjoni minħabba l-partikularitajiet tal-proċess tal-produzzjoni.

Fil-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni, il-prieżet iridu jiġu mirquma biex jinżamm l-għadam pelviku (l-ilju, il-pubis u l-iskju); fattur li mhux komuni fil-produzzjoni ta' perżut ikkurat f'reġjuni oħra. Speċifikament, meta r-riġlejn ikunu ġew mirquma u mħejjija, ras il-wirk tinħeba, filwaqt li f'tipi oħra ta' prieżet ikkurati wieħed ikun jista' jaraha min-naħa ġewwinija tan-nofs u tkun waħda mill-karatteristiċi viżwali ewlenin tagħhom. Fl-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” ras il-wirk tinħeba peress li tinsab fuq ġewwa tal-għadam pelviku (acetabulum).

It-tneħħija tal-ġilda u x-xaħam ta' taħtha mill-wiċċ kollu, jiġifieri sa ma jintlaħaq il-laħam, hija teknika li wkoll mhix komuni għat-tirqim tar-riġlejn. Ir-riġlejn mirquma jitqiegħdu fis-salmura niexfa li tkun magħmula mill-melħ tal-baħar flimkien mal-bżar, it-tewm, ir-rand u l-klin. Iż-żieda ta' tant ħwawar waqt it-tmelliħ hija karatteristika oħra li tiddistingwi l-“Istarski pršut”/“Istrski pršut”. It-tneħħija tal-ġilda ma twassalx biss għal ftit aktar tnixxif (telf fil-piż) milli huwa l-każ fi prieżet oħra, iżda tipproduċi wkoll karatteristika oħra li tiddistingwi lil dan il-perżut. Din hija l-moffa li tikber fuq wiċċ il-perżuta.

Il-proprjetajiet speċifiċi organolettiċi tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” jistgħu jiġu nnutati, qabel xejn, fid-dehra tal-perżuta għax din m'għandhiex ġilda jew xaħam ta' taħt il-ġilda. Allura l-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” jieħu għamla tawwalija, karatteristika li mhix komuni ħafna u aktarx li fuq wiċċ il-perżuta wieħed isib dbabar ta' moffa b'daqsijiet differenti.

Il-prodott aħħari huwa kkaratterizzat minn aroma partikolari, togħma ħafifa mielħa, lewn uniformi ħamrani fir-roża u konsistenza tajba tat-tessut tal-muskolu. L-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” ma fihx addittivi għax jiġi prodott bil-mod tradizzjonali.

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Ir-rabta bejn l-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” u ż-żona tal-Istrija tista' tiġi attribwita lill-eżistenza ta' kundizzjonijiet naturali favorevoli: fix-xitwa t-temperatura ma tinżilx b'mod estrem, u l-arja tkun kiesħa u xotta minħabba l-irjieħ frekwenti li jipprovdu kundizzjonijiet ideali għat-tnixxif naturali tal-perżut. Il-fatt li t-temperatura tibda baxxa u l-umdità relattiva tibda tonqos ftit ftit jiżgura li l-prieżet jinxfu bi proċess regolari. Minħabba f'hekk, il-fażi tat-tmelliħ tar-riġlejn (l-ewwel fażi tal-produzzjoni) tista' ssir biss fil-perjodu bejn il-15 ta' Ottubru u l-20 ta' Marzu. Din hija waħda mis-sisien tal-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni.

Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi jipprovdu ambjent naturali ideali għall-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” tradizzjonali li jitnixxef bl-arja biss, mingħajr affumikar: fattur li jaffettwa bil-kbir il-kwalità u l-ispeċifiċità ta' dan il-perżut meta mqabbel ma' prieżet ikkurati oħrajn.

Il-karatteristiċi partikolari tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” huma riżultat ukoll tal-wirt kulturali tal-komunitajiet rurali Istrijani, jiġifieri mill-esperjenza u l-ħiliet ta' bosta ġenerazzjonijiet ta' bdiewa Istrijani. Tradizzjonalment, huma kienu jipproduċu l-prieżet ikkurati minn ħnieżer li jkunu jiżnu ħafna (jiġifieri aktar minn 160 kg). Fost l-oħrajn, dawn il-ħnieżer kienu jiġu magħlufa s-silla, l-alfalfa, il-qargħa aħmar, il-kaboċċi, il-pitravi tal-għalf, ix-xorrox u l-patata mgħollija.

Il-mod kif ir-riġlejn jiġu mirquma għall-produzzjoni tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” baqa' l-istess sa miż-żmien meta l-familja rurali kien jeħtiġilhom jiksbu kemm jista' jkun xaħam biex jerfgħuh għal aktar tard. Għaldaqstant, skont ir-riċetta tradizzjonali, fl-ewwel stadju tal-ħidma tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” jitneħħew il-ġilda u x-xaħam ta' taħtha kollha mir-riġel u jitħalla l-laħam għeri; dan huwa proċess rari, anzi uniku, meta mqabbel mal-mod kif il-perżut ikkurat jiġi prodott f'żoni oħra fejn il-prieżet ġeneralment jitnixxfu bil-ġilda b'kollox. Karatteristika oħra tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” hija t-tirqim tradizzjonali tal-prieżet b'tali mod li jinżamm l-għadam pelviku. Dan ifisser li l-prieżet dejjem ikunu kemxejn akbar u itqal minn prieżet ikkurati prodotti f'reġjuni oħrajn.

It-tnixxif tal-prieżet mingħajr il-ġilda u x-xaħam ta' taħtha, li jwassal biex il-wiċċ kollu tal-muskolu jkun mikxuf beraħ għall-arja jinkesa bil-moffa tul il-fażi tal-maturazzjoni, ċertament li jagħmel il-proċess tal-istaġjunar xi ftit differenti u lil “Istarski pršut”/“Istrski pršut” jagħtih il-proprjetajiet organolettiċi distintivi tiegħu.

L-ispeċifiċità tal-aroma u t-togħma tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” hija wkoll ir-riżultat tal-ħwawar differenti li jiżdiedu mas-salmura niexfa. Il-ħwawar għandhom influwenza qawwija fuq l-aroma tal-“Istarski pršut”/“Istrski pršut” peress li, għall-kuntrarju ta' tipi oħra ta' perżut ikkurat, l-ħwawar jinfirxu mal-wiċċ kollu tal-perżuta u allura t-togħma tagħhom tista' tippenetra b'mod aktar faċli u aktar fil-fond fil-partijiet kollha tal-perżuta.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.mps.hr/UserDocsImages/HRANA/ISTARSKI%20PRSUT/Izmijenjena%20Specifikacija%20proizvoda%20Istarski%20pršut-Istrski%20pršut.pdf

http://www.mko.gov.si/fileadmin/mko.gov.si/pageuploads/podrocja/Varna_in_kakovostna_hrana_in_krma/zasciteni_kmetijski_pridelki/Specifikacije/Istrski_prsut_specifikacija.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 2.