ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 166A |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
2015/C 166A/01 |
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
21.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 166/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
EPSO/AD/304/15 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Bulgara (BG) (AD 7)
EPSO/AD/305/15 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Spanjola (ES) (AD 7)
EPSO/AD/306/15 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Franċiża (FR) (AD 7)
EPSO/AD/307/15 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Taljana (IT) (AD 7)
(2015/C 166 A/01)
Data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: it-23 ta’ Ġunju 2015 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qiegħed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali abbażi ta’ kwalifiki u eżamijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riżerva li minnhom il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu ser tirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ġuristi lingwisti” (grupp ta’ funzjoni AD).
Dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, flimkien mar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Ġenerali ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 70 A tas-27 ta' Frar 2015 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC), jikkostitwixxi l-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura ta’ selezzjoni.
Numru mitlub ta’ kandidati magħżula:
EPSO/AD/304/15 – BG: 10
EPSO/AD/305/15 – ES: 15
EPSO/AD/306/15 – FR: 15
EPSO/AD/307/15 – IT: 12
Dan l-avviż ikopri diversi kompetizzjonijiet u tista’ tapplika biss għal waħda minnhom. Din l-għażla għandha waqt l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek.
LIEMA FUNZJONIJIET SER INKUN QIEGĦED INWETTAQ?
L-irwol ġenerali tal-ġuristi lingwisti fil-Qorti tal-Ġustizzja huwa li jittraduċu testi legali fil-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-UE u li jipprovdu analiżi legali b’kooperazzjoni mar-Reġistri u mad-dipartimenti l-oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.
JIENA ELIĠIBBLI LI NAPPLIKA?
Inti trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:
Kundizzjonijiet ġenerali |
|
||||||
Kundizzjonijiet speċifiċi: lingwi kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol |
Jekk jogħġbok ara l-ANNESS II għall-kombinazzjonijiet lingwistiċi u l-kwalifiki meħtieġa għal kull kompetizzjoni. Dawn il-kompetizzjonijiet huma maħsuba għall-kandidati li għandhom konoxxenza perfetta, kemm fil-kitba kif ukoll fl-oral, tal-lingwa tal-kompetizzjoni (lingwa materna jew ekwivalenti). Jekk ma għandekx dan il-livell, nagħtuk parir li ma tapplikax.
Ara l-ANNESS III għal aktar informazzjoni dwar il-lingwi f’kompetizzjonijiet tal-UE. |
KIF SER INKUN MAGĦŻUL?
(1) Selezzjoni preliminari bbażata fuq il-kwalifiki:
L-ewwel, ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà ser jiġu vverifikati abbażi ta’ informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni elettronika tal-kandidati kollha. Jekk in-numru ta’ kandidati li jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni jkun anqas minn 20 darba in-numru ta’ kandidati mixtieqa għal kull kompetizzjoni, ma ssirx preselezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki u l-kandidati eleġibbli kollha jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet preliminari.
Jekk in-numru ta’ kandidati li jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni jkun ugwali għal jew ogħla minn 20 darba n-numru mitlub ta’ kandidati magħżula għal kull kompetizzjoni, il-bord tal-għażla janalizza bir-reqqa l-applikazzjonijiet tal-kandidati eliġibbli kollha li vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sad-data ta’ skadenza.
Is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ser issir bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidati fit-taqsima Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet tal-formola tal-applikazzjoni. Il-bord ta' selezzjoni ser jassenja piż lil kull kriterju ta’ selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti.
Imbagħad, il-bord tas-selezzjoni jimmultiplika l-punti bil-piż ta’ kull kriterju u jgħoddhom flimkien sabiex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jissodisfaw bl-aħjar mod id-dmirijiet li għandhom jwettqu. Jekk int iġġib waħda mill- aħjar marki totali fil-fażi tas-selezzjoni preliminari abbażi tal-kwalifiki int tiġi mistieden għat-testijiet preliminari.
Jekk jogħġbok ara l-ANNESS IV għal-lista ta’ kriterji.
(2) Testijiet preliminari: it-traduzzjonijiet
Sa massimu ta’ 20 darba n-numru ta’ kandidati ammessi u mitluba mill-kompetizzjoni jiġu mistiedna għal din il-fażi. Il-kandidati mistiedna għat-testijiet preliminari jagħmlu 2 testijiet ta’ traduzzjoni bil-kompjuter mingħajr l-għajnuna ta’ dizzjunarju:
(a) |
Traduzzjoni fil-lingwa tal-kompetizzjoni (lingwa 1) ta' test ġuridiku mfassal bil-lingwa 2. |
(b) |
Traduzzjoni fil-lingwa tal-kompetizzjoni (lingwa 1) ta' test ġuridiku mfassal bil-lingwa 3. |
Kull test idum 110 minuta u kull wieħed ser ikun immarkat minn 80 (marka minima 40/80). Jekk int ma tgħaddix mit-test (a), it-test (b) tiegħek ma jiġix ikkoreġut.
Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet, flimkien mal-marki miksuba matul il-Fażi ta’ Evalwazzjoni, jingħaddu flimkien sabiex tinkiseb marka finali.
(3) Il-Fażi ta’ Evalwazzjoni
Ser jiġu mistiedna għal din il-fażi sa massimu ta’ 4,5 darba n-numru ta’ kandidati ammessi u mitluba mill-kompetizzjoni. Jekk inti ksibt waħda mill- aħjar marki totali fit-testijiet preliminari, int tkun mistieden għall-Fażi ta’ Evalwazzjoni għal ġurnata u nofs, x’aktarx fil- Lussemburgu , fejn isirulek testijiet bil- lingwa 1 tiegħek.
Il-Fażi ta’ Evalwazzjoni hija magħmula minn sensiela ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla fuq il-kompjuter u testijiet ibbażati fuq il-kompetenza kif indikat hawn taħt:
Testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta' ħin |
Marka minima meħtieġa |
Ir-raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 min |
Ebda marka minima meħtieġa |
Ir-raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 min |
|
Ir-raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 min |
Jingħata punt wieħed għal kull mistoqsija u l-punteġġ globali jkun minn 40. Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet jingħaddu mal-marka finali tiegħek.
Fl-istadju tal-Fażi ta’ Evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal dawn il-kompetizzjonijiet permezz ta’ 3 testijiet (intervisti ġenerali u speċifiċi bbażati fuq il-kompetenza u eżerċizzju fi grupp) kif deskritt fit-tabelli li ġejjin:
Kompetenzi |
Testijiet |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
Marki minimi meħtieġa |
3/10 għal kull kompetenza u marka minima ġenerali ta’ 40/80 |
Kompetenzi |
Test |
Kompetenzi speċifiċi |
Intervista bbażata fuq il-kompetenza speċifika maħsuba sabiex tevalwa l-għarfien speċifiku u l-konoxxenza lingwistika tiegħek fil-liġi nazzjonali u fil-liġi tal-Unjoni Ewropea. Matul l-intervista, inti ser tintalab tagħmel preżentazzjoni orali. |
Marka minima meħtieġa |
10/20 |
Il-marki miksuba fit-testijiet tat-traduzzjoni jiġu miżjuda ma’ dawk miksuba matul il-Fażi ta’ Evalwazzjoni li tagħti lill-kandidati l-punteġġ globali tagħhom.
(4) Lista ta’ riżerva
Wara li jiġu vverifikati d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord tal-għażla jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni tal-kandidati eliġibbli li ġabu l-aħjar marki wara l-Fażi ta’ Evalwazzjoni sakemm jintlaħaq in-numru mitlub ta’ kandidati ammessi. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetika.
META U FEJN NISTA' NAPPLIKA?
Applika elettronikament fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
23 ta’ Ġunju 2015 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
ANNESS I
IL-FUNZJONIJIET
Il-Qorti tal-Ġustizzja tirrekluta ġuristi bi kwalifiki għoljin ħafna, li jridu jkunu kapaċi jittraduċu testi ġuridiċi/leġiżlattivi kumplessi fil-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas minn żewġ lingwi oħra. Sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, il-ġuristi lingwisti jużaw għodda tal-informatika kif ukoll għodda oħra tal-uffiċċju.
Il-funzjonijiet jinkludu t-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali, sottomissjonijiet bil-miktub tal-partijiet, eċċ.) fil-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas minn 2 lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, u analiżi ġuridika b’kollaborazzjoni mar-Reġistri u mad-dipartimenti l-oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
KWALIFIKI U KOMBINAZZJONIJIET LINGWISTIĊI
EPSO/AD/304/15 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa bulgara (BG) (AD 7)
1. Kwalifiki
Irid ikollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi attestati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Bulgara.
Удостоверява се с българска диплома за завършено висше юридическо образование “магистър по право”
Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tal-għażla ser jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ meta tkun inkisbet id-diploma.
2. Għarfien lingwistiku
Lingwa 1: |
Konoxxenza perfetta (livell minimu C2) tal-Bulgaru |
Lingwa 2: |
Livell minimu C1 fil-Franċiż |
Lingwa 3: |
Livell minimu C1 fil-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol jew it-Taljan |
Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)
EPSO/AD/305/15 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa spanjola (ES) (AD 7)
1. Kwalifiki:
Irid ikollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji konklużi attestati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Spanjola.
Una formación universitaria completa en Derecho español acreditada por el título de “Licenciatura en Derecho” o “Grado en Derecho”.
Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma' studji universitarji konklużi, il-bord tal-għażla ser jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ meta tkun inkisbet id-diploma.
2. Għarfien lingwistiku
Lingwa 1: |
Konoxxenza perfetta (livell minimu C2) tal-Ispanjol |
Lingwa 2: |
Livell minimu C1 fil-Franċiż |
Lingwa 3: |
Livell minimu C1 fil-Ġermaniż, l-Ingliż, id-Daniż, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, in-Netherlandiż, il-Pollakk jew l-Iżvediż |
Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)
EPSO/AD/306/15 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa franċiża (FR)
1. Kwalifiki:
Une formation juridique complète suivie dans un établissement d’enseignement supérieur belge, français ou luxembourgeois où les enseignements sont dispensés en langue française et sanctionnée par un diplôme correspondant au minimum, pour les diplômes obtenus avant l’entrée en vigueur de la réforme de 2004 harmonisant les diplômes d’enseignement supérieur en Europe, au niveau de la maîtrise en droit française (quatre années d’études) ou de la licence en droit belge (cinq années d’études) et, pour les diplômes obtenus après l’entrée en vigueur de ladite réforme, au niveau du master 2 (cinq années d’études).
Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma' studji universitarji konklużi, il-bord tal-għażla ser jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ meta tkun inkisbet id-diploma.
2. Għarfien lingwistiku
Lingwa 1: |
Konoxxenza perfetta (livell minimu C2) ta’ Franċiż |
Lingwa 2: |
Livell minimu C1 fiċ-Ċek, fil-Ġermaniż, fil-Grieg, fl-Ispanjol, fil-Kroat, fil-Pollakk jew fil-Portugiż |
Lingwa 3: |
Livell minimu C1 fl-Ingliż jew fil-Ġermaniż, trid tkun differenti mil-lingwa 2 |
Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)
EPSO/AD/307/15 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa taljana (IT) (AD 7)
1. Kwalifiki:
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji konklużi attestati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Taljana.
Formazione universitaria completa in diritto italiano sancita da uno dei seguenti diplomi:
— |
Laurea quadriennale in giurisprudenza (vecchio ordinamento) |
— |
Laurea specialistica in giurisprudenza (classe 22/S) |
— |
Laurea magistrale in giurisprudenza (LMG-01) |
Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma' studji universitarji konklużi, il-bord tal-għażla ser jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ meta tkun inkisbet id-diploma.
2. Għarfien lingwistiku
Lingwa 1: |
Konoxxenza perfetta (livell minimu C2) tat-Taljan |
Lingwa 2: |
Livell minimu C1 fil-Franċiż |
Lingwa 3: |
Livell minimu C1 fil-Ġermaniż, fil-Pollakk, fil-Grieg, fir-Rumen, fis-Slovakk, fis-Sloven, fin-Netherlandiż, fil-Bulgaru, fiċ-Ċek, fid-Daniż, fil-Finlandiż, fl-Ungeriż jew fl-Iżvediż. |
Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)
Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
IL-LINGWI
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija istituzzjoni multilingwa li tiffunzjona skont ir-reġim lingwistiku ddefinit mir-Regoli ta’ Proċedura tagħha.
L-għażliet tal-lingwi meħtieġa għat-testijiet ta' traduzzjoni tirrifletti l-ħtiġijiet tas-servizz u, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-kopertura lingwistika tal-unitajiet tat-traduzzjoni li għalihom huma organizzati dawn il-kompetizzjonijiet. Fid-dawl tal-volum kbir ta’ traduzzjonijiet meħtieġa mill-Franċiż, waħda miż-żewġ testi obbligatorji ta' traduzzjoni trid tkun minn din il-lingwa. L-għażliet ta' lingwi disponibbli għall-kandidati għall-kompetizzjoni bil-lingwa Franċiża u għat-tieni test jiddependu fuq l-eżiġenzi speċifiċi tal-unitajiet lingwistiċi kkonċernati.
Minħabba n-natura speċifika ta’ dawn il-kompetizzjonijiet, il-kompetenzi ġenerali tal-kandidati (ara l-punt 3) ser ikunu evalwati fil-lingwa tal-kompetizzjoni (lingwa 1 tat-testijiet ta’ traduzzjoni). Dan huwa b’eċċezzjoni għall-għażliet lingwistiċi li normalment japplikaw għall-Fażi ta’ Evalwazzjoni (l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż). Minħabba l-limitazzjonijiet fuq ix-xogħol tal-ġuristi lingwisti fil-Qorti tal-Ġustizzja, huwa raġonevoli li l-kandidati jitħallew jagħmlu t-testijiet ta’ kompetenza ġenerali fil-lingwa tal-kompetizzjoni, billi dan joffri garanzija aħjar li l-kandidati rreklutati jkunu tal-ogħla kalibru f’termini ta’ abbiltà u effiċjenza.
Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS IV
KRITERJI TAL-GĦAŻLA
1. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tat-traduzzjoni ġuridika; |
2. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ testi ġuridiċi; |
3. |
Esperjenza legali professjonali miksuba f’ditta ta’ avukati, bħala avukat ta’ kumpannija, f’amministrazzjoni nazzjonali, f’organizzazzjoni internazzjonali jew f’università; |
4. |
Diploma/ċertifikat/kwalifika fit-traduzzjoni jew studji lingwistiċi/tal-lingwa fir-rigward tal-lingwi meħtieġa għall-kompetizzjoni (lingwa 1, 2 jew 3); |
5. |
Għarfien attestat ta’ lingwi uffiċjali addizzjonali tal-Unjoni Ewropea oħra minbarra l-lingwi meħtieġa għall-kompetizzjoni. |
Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali