ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 161

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
14 ta' Mejju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 161/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7594 — Brother Industries/Domino Printing Sciences) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 161/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2015 li taħtar ħmistax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 161/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2015/C 161/04

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2015 li ttawwal il-ħatra tal-esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza ( 1 )

5

2015/C 161/05

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2015 dwar il-ħatra tal-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni biex jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti ( 1 )

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 161/06

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

8

2015/C 161/07

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mgħattan mingħajr tisħin f’fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7594 — Brother Industries/Domino Printing Sciences)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 161/01)

Fit-8 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7594. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Mejju 2015

li taħtar ħmistax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2015/C 161/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Il-Membri tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza rilevanti tagħhom fil-qasam tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta’ sustanzi kimiċi filwaqt li jkun żgurat ukoll li l-kompetenza rilevanti tkun disponibbli fost il-Membri tal-Bord ta’ Tmexxija fl-oqsma ta’ affarijiet ġenerali, finanzjarji u dawk legali.

(3)

It-tul ta’ żmien tal-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin. Għandu jkun possibbli li l-mandat jiġġedded darba.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2007 (2), il-Kunsill ħatar 27 Membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

(5)

Il-Membri tal-Bord ta’ Tmexxija maħturin mill-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit inħatru kollha għal perijodu li jispiċċa fil-31 ta’ Mejju 2015. Għalhekk, Membri tal-Bord ta’ Tmexxija minn dawn l-Istati Membri għandhom jiġu nominati u maħturin għal perijodu li jibda fl-1 ta’ Ġunju 2015 u jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Mejju 2019.

(6)

Il-Kunsill irċieva n-nominazzjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni segwenti għandhom jinħatru Membri tal-Bord ta’ Tmexxija għat-tieni mandat li jtul mill-1 ta’ Ġunju 2015 sal-31 ta’ Mejju 2019 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

is-Sur Henrik Søren LARSEN, Daniż, 9 ta’ Diċembru 1961,

is-Sinjura Aive TELLING, Estonjana, 8 ta’ Mejju 1974,

is-Sinjura Kassandra DIMITRIOU, Griega, 30 ta’ Ġunju 1957,

is-Sur Anastassios YIANNAKI, Ċiprijott, 27 ta’ Settembru 1957,

is-Sinjura Marija TERIOŠINA, Litwana, 4 ta’ Novembru 1952,

is-Sinjura Liliana Luminiţa TÎRCHILĂ, Rumena, 1 ta’ Frar 1960.

Artikolu 2

Il-persuni segwenti għandhom jinħatru Membri tal-Bord ta’ Tmexxija għall-ewwel mandat li jtul mill-1 ta’ Ġunju 2015 sal-31 ta’ Mejju 2019 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

is-Sinjura Anne-France Marie RIHOUX, Belġjana, 12 ta’ Ġunju 1964,

is-Sinjura Parvoleta Angelova LULEVA, Bulgara, 11 ta’ Marzu 1966,

is-Sur Jörg LEBSANFT, Ġermaniż, 31 ta’ Awwissu 1956,

is-Sinjura Judīte DIPĀNE, Latvjana, 10 ta’ April 1971,

is-Sur Edward XUEREB, Malti, 26 ta’ Novembru 1963,

is-Sinjura Lidia Longina WĄSOWICZ, Pollakka, 18 ta’ Awwissu 1953,

is-Sinjura Ana Lília GOMES MARTINS, Portugiża, 20 ta’ Awwissu 1973,

is-Sinjura Miroslava BAJANÍKOVÁ, Slovakka, 12 ta’ April 1986,

is-Sur Keith Anthony Trevor BAILEY, Brittaniku, 2 ta’ Ġunju 1965.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

Jānis DŪKLAVS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2007 li taħtar 27 membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6).


Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Mejju 2015

(2015/C 161/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1221

JPY

Yen Ġappuniż

134,31

DKK

Krona Daniża

7,4630

GBP

Lira Sterlina

0,71740

SEK

Krona Żvediża

9,3267

CHF

Frank Żvizzeru

1,0410

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3570

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,450

HUF

Forint Ungeriż

306,95

PLN

Zloty Pollakk

4,0872

RON

Leu Rumen

4,4602

TRY

Lira Turka

2,9744

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3945

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3436

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6987

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5061

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4916

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 229,03

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,4450

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9622

HRK

Kuna Kroata

7,5591

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 723,46

MYR

Ringgit Malażjan

4,0360

PHP

Peso Filippin

50,120

RUB

Rouble Russu

55,6080

THB

Baht Tajlandiż

37,661

BRL

Real Brażiljan

3,3684

MXN

Peso Messikan

17,1482

INR

Rupi Indjan

71,8256


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Mejju 2015

li ttawwal il-ħatra tal-esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 161/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u [għall-użu] veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 61a(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar sitt esperti xjentifiċi indipendenti bħala membri tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza.

(2)

L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jipprevedi li l-Kummissjoni taħtar dawk il-membri bil-ħsieb li tiżgura li fil-Kumitat ikun hemm il-ħila esperta rilevanti.

(3)

Il-membri tal-Kumitat jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin bil-possibbiltà li jiġġedded darba.

(4)

Bid-deċiżjoni tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ħatret sitt esperti xjentifiċi indipendenti għal mandat ta’ tliet snin mit-2 ta’ Lulju 2012. Fid-dawl tal-kontribut kontinwu u effiċjenti ta’ dawk l-esperti għall-ħidma tal-Kumitat, il-mandat tagħhom għandu jittawwal skont l-Artikolu 61a(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għal perjodu ta’ tliet snin li jibda mit-2 ta’ Lulju 2015.

(5)

Meta espert xjentifiku indipendenti maħtur b’din id-Deċiżjoni ma jkunx għadu jista’ jikkontribwixxi b’mod effiċjenti fil-ħidma tal-Kumitat, jew jirreżenja, għall-kumplament tal-mandat tiegħu l-Kummissjoni tista’ tissostitwih b’xi ħadd mil-lista ta’ riżerva,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ħatra ta’ dawn il-membri tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza b’dan qed tittawwal għal mandat ta’ tliet snin mit-2 ta’ Lulju 2015:

Jane Ahlqvist RASTAD,

Marie Louise DE BRUIN,

Stephen J. W. EVANS,

Brigitte KELLER-STANISLAWSKI,

Hervé LE LOUET,

Lennart WALDENLIND.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin b’dan jitpoġġew fuq il-lista ta’ riżerva skont l-ordni tal-mertu:

Thierry TRENQUE,

Michael THEODORAKIS,

Marie-Christine PERAULT-POCHAT,

Annemarie HVIDBERG HELLEBEK.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Mejju 2015

dwar il-ħatra tal-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni biex jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 161/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-mediċina orfni (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu.

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal mandat ta’ tliet snin.

(2)

It-terminu tal-kariga tat-tliet membri li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju 2015.

(3)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin li jibda fl-1 ta’ Lulju 2015,

(4)

Meta membru li jkun inħatar b’din id-deċiżjoni ma jibqax kapaċi jikkontribwixxi effiċjentement fil-ħidma tal-Kumitat jew jirreżenja, il-Kummissjoni tista’ tissostitwixxi lil dan il-membru mil-lista ta’ riserva, għat-tul tal-mandat tal-membru.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-Kumitat għal terminu ta’ tliet snin, sa mill-1 ta’ Lulju 2015:

Lesley GREENE,

Pauline EVERS,

Mario RICCIARDI.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma mniżżla fil-lista ta’ riżerva skont l-ordni tal-mertu:

Julián Isla GÓMEZ,

Loris Angelo BRUNETTA,

Baiba ZIEMELE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/8


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2015/C 161/06)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1000 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Id-data ta’ skadenza (3)

Plajwudd tal-okoumé

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 82/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-plajwudd tal-okoumé li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 1)

3.2.2016


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/9


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mgħattan mingħajr tisħin f’fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa

(2015/C 161/07)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mgħattan mingħajr tisħin f’fuljetti, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa qed ikunu l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fl-1 ta’ April 2015 minn Eurofer (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar mgħattan mingħajr tisħin f’fuljetti.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa prodotti tal-ħadid irrumblat ċatt f’fuljetti jew azzar mhux illigat, jew azzar illigat ieħor, iżda eskluż l-azzar inossidabbli, ta’ kull wisa’, mgħattan mingħajr tisħin (imnaqqas bla sħana), mhux miksi, indurat jew mgħotti u mhux maħdum aktar ħlief mgħattan mingħajr tisħin (imnaqqas bla sħana), iżda ma jinkludix:

prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew azzar mhux illigat, ta’ kull wisa’, mgħattnin mingħajr tisħin (imnaqqsin bla sħana), mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, mhux aktar maħdumin mingħajr tisħin, f’koljaturi jew le, ta’ kull ħxuna, elettrika,

prodotti rrumblati ċatti jew tal-ħadid jew azzar mhux illigat, ta’ kull wisa’, mgħattnin mingħajr tisħin (imnaqqsin bla sħana), mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, f’koljaturi, ta’ ħxuna ta’ inqas minn 0,35 mm, ittemprati (magħrufa bħala “pjanċi suwed”),

prodotti rrumblati ċatti ta’ azzar ta’ xi liga oħra, ta’ kull wisa’, ta’ azzar silikon-elettriku, u

prodotti rrumblati ċatt ta’ azzar illigat, mhux maħdumin aktar ħlief mgħattnin mingħajr tisħin (imnaqqsin bla sħana), ta’ azzar b’veloċità għolja (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qed ikun l-oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (“il-pajjiżi kkonċernati”), li attwalment għandu l-kodiċi(jiet) NM ex 7209 15 00, 7209 16 90, 7209 17 90, 7209 18 91, ex 7209 18 99, ex 7209 25 00, 7209 26 90, 7209 27 90, 7209 28 90, 7211 23 30, ex 7211 23 80, ex 7211 29 00, 7225 50 80, 7226 92 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina titqies bħala pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, il-kwerelant stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Kanada. L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz ta’ esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għall-Federazzjoni Russa, l-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali kkalkulat (spejjeż tal-manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi – SG&A – u profitt) mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiżi kkonċernati.

4.   Allegazzjoni ta’ ħsara u kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem tas-suq.

L-evidenza prima facie li ngħatat mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħin, fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tkunx tmur kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.1.1.1.   Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiżi kkonċernati

(a)   Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula biex ikunu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima (b) ta’ hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma jkunx jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Marġni individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni individwali ta’ dumping”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping iridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”) u jibagħtuha lura mimlija kif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi speċifikat fit-Taqsima 5.1.2.2 hawn taħt.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni tad-dumping individwali għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni tad-dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.2.   Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

5.1.2.1.   L-għażla ta’ pajjiż terz b’ekonomija tas-suq

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5.1.2.2 hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali se jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni se tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adattat. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament lill-Kanada. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, fornituri oħrajn tal-Unjoni b’ekonomija tas-suq huma, fost l-oħrajn l-Indja, l-Korea t’Isfel u l-Ukraina. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott investigat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li hemm indikazzjonijiet dwarhom li l-produzzjoni tal-prodott investigat qed isseħħ.

5.1.2.2.   It-trattament tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

B’konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”). It-TES jingħata jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (4) jkunu ssodisfati. Il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, safejn hu possibbli u mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta’ applikazzjoni għat-TES lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina magħżula biex ikunu fil-kampjun, u lill-produtturi esportaturi mhux magħżula li kkooperaw li jixtiequ japplikaw għal marġni individwali ta’ dumping, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni se tevalwa biss il-formoli ta’ talba għal TES sottomessi mill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li t-talba tagħhom għal marġni individwali ta’ dumping tkun ġiet aċċettata.

Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES jridu jissottomettu formola ta’ talba għal TES mimlija fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.1.3.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (5)  (6)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati mal-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex investigati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet sussidjati, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement tal-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (sabiex jagħmlu dan jeħtiġilhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża ta’ kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (7).

Partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġjonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skennjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet relatati mad-difiża tal-kumerċ) ippubblikat fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali operattiv u kkontrollat kuljum. Hekk kif jingħatawlha d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, ħlief jekk dawn jitolbu espliċitament li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtulhom b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew jekk in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat tirrikjedi l-użu ta’ posta reġistrata. Għal aktar regoli u tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni fosthom il-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz tal-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika

:

TRADE-CRFS-DUMPING-CHINA@ec.europa.eu

TRADE-CRFS-DUMPING-RUSSIA@ec.europa.eu

TRADE-CRFS-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Nuqqas li tingħata risposta komputerizzata ma għandhiex titqies li tikkostitwixxi nuqqas ta’ koperazzjoni, sakemm dik il-parti nteressata turi li meta tagħti r-risposta kif mitlub dan jirriżulta f ‘piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi talbiet għall-aċċess tal-fajl, tilwim dwar il-kunfidenzjalità ta’ dokumenti, talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu imposti miżuri provviżorji mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (8).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(3)  B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku se jitwarrbu.

(4)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-kostijiet tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat; (ii) id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità bażika, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-finijiet kollha; (iii) ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u l-istabbiltà ġuridika u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(5)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-istokk tal-voti li fadal jew tal-ishma jew it-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Image


ANNESS II

Image

Image