ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 158

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
13 ta' Mejju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 158/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco

1

2015/C 158/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7520 — Bain Capital Investors/TI Fluid Systems) ( 1 )

4

2015/C 158/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7456 — Imerys/S&B Minerals) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 158/04

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2015/C 158/05

Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 21(7) tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VII tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali)

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

2015/C 158/06

Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-kariga ta’ Membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

8

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2015/C 158/07

Sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża E-2/14 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha — id-Direttiva 2005/35/KE — Nuqqas ta’ implimentazzjoni)

13

2015/C 158/08

Sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża E-6/14 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Islanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti milli tissodisfa l-obbligi tagħha — id-Direttiva 2008/43/KE — Nuqqas ta’ implimentazzjoni)

14

2015/C 158/09

Sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża E-8/14 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha — id-Direttiva 2009/38/KE — Nuqqas ta’ implimentazzjoni)

15

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 158/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7593 — Alcoa/RTI International Metals) ( 1 )

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/1


KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco

(2015/C 158/01)

Il-Kumitat Konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipat ta’ Monaco u l-Unjoni Ewropea, emenda l-lista ta’ testi li jinsabu fl-Anness B tal-Ftehim Monetarju skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco (1).


(1)  ĠU C 23, 28.1.2012, p. 13.


ANNESS

 

Dispożizzjonijiet Legali li għandhom jiġu implimentati

Skadenza għall-implementazzjoni

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

1

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15)

 

 

Emendata bis-segwenti:

 

2

Id-Direttiva Nru 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)

 

3

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46)

 

4

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7)

 

5

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

 

 

Issupplimentat u implimentat permezz ta’:

 

6

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9)

 

7

Id-Direttiva 2006/70/KE tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29)

 

8

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1)

 

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

9

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Nru 2001/413/ĠAI tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

 

10

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

 

 

Emendata bis-segwenti:

 

11

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

 

12

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1)

 

13

Ir-Regolament (KE) Nru 2182/2004 tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

 

 

Emendata bis-segwenti:

 

14

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

 

15

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37)

 

16

Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1)

30 ta’ Ġunju 2016 (1)

Leġiżlazzjoni Bankarja u Finanzjarja

17

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22)

 


(1)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.


13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7520 — Bain Capital Investors/TI Fluid Systems)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 158/02)

Fil-5 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7520. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7456 — Imerys/S&B Minerals)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 158/03)

Fid-19 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7456. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Mejju 2015

(2015/C 158/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1239

JPY

Yen Ġappuniż

134,85

DKK

Krona Daniża

7,4630

GBP

Lira Sterlina

0,71640

SEK

Krona Żvediża

9,3147

CHF

Frank Żvizzeru

1,0396

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3945

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,394

HUF

Forint Ungeriż

306,57

PLN

Zloty Pollakk

4,1028

RON

Leu Rumen

4,4655

TRY

Lira Turka

3,0245

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4070

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3532

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7133

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5239

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5013

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 231,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,6327

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9822

HRK

Kuna Kroata

7,5800

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 844,94

MYR

Ringgit Malażjan

4,0609

PHP

Peso Filippin

50,366

RUB

Rouble Russu

56,9300

THB

Baht Tajlandiż

37,939

BRL

Real Brażiljan

3,4514

MXN

Peso Messikan

17,3215

INR

Rupi Indjan

72,2546


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/6


Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 21(7) tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VII tal-Ftehim ŻEE

(id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali)

(2015/C 158/05)

L-Artikolu 21(7) tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VII tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1)), jipprevedi li l-Istati taż-ŻEE/EFTA jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) dwar id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi li jadottaw fir-rigward tal-ħruġ ta’ provi ta’ kwalifiki formali fl-oqsma koperti mill-Kapitolu III tal-Att. L-Awtorità għandha l-kompitu tippubblika komunikazzjoni xierqa li tindika t-titoli adottati mill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja għal provi ta’ kwalifiki formali u, fejn xieraq, il-korp li joħroġ il-provi ta’ kwalifiki formali, iċ-ċertifikat li jiġi magħhom u t-titolu professjonali korrispondenti msemmi fl-Anness V, il-punti 5.1.1, 5.1.4, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.5.2, 5.6.2 u 5.7.1 rispettivament.

Peress li n-Norveġja u l-Liechtenstein innotifikaw bidliet fit-titli elenkati, l-Awtorità qed tippubblika din il-komunikazzjoni skont l-Artikolu 21(7) tal-Att.

1.   Prova ta’ kwalifiki formali Dentisti

Il-Norveġja nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta’ dentist diġà elenkat (l-Anness V, il-punt 5.3.2, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta’ referenza

Norge

Vitnemål for fullført grad Master i odontologi

Universitet

 

Tannlege

fl-1 ta’ Jannar 1994.

2.   Prova ta’ kwalifiki formali Spiżjara

L-Ungerija nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta’ spiżjar diġà elenkat (il-punt 5.6.2 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja d-diploma

Data ta’ referenza

Norge

Vitnemål for fullført grad Master i odontologi

Universitet

 

fl-1 ta’ Jannar 1994.

3.   Bidla fil-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki ta’ tobba speċjalizzati

Il-Norveġja nnotifikat il-bidla li ġejja fill-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki għal tobba speċjalisti (l-Anness V, il-punt 5.1.2, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Data ta’ referenza

Norge

Spesialistgodkjenning

Helsedirektoratet

fl-1 ta’ Jannar 1994.

4.   Bidla fl-isem ta’ speċjalità medika — Kimika bijoloġika

Il-Norveġja nnotifikat il-bidla li ġejja fl-isem tal-ispeċjalità medika (il-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Titlu

Norge

Medisinsk biokjemi

5.   Bidla f’isem il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki ta’ periti

Il-Liechtenstein innotifika l-bidla li-ġejja fl-isem tal-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki tal-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Il-Liechtenstein

Dipl.-Arch. FH

Für Architekturstudien-kurse, die im akademischen Jahr 1999/2000 aufgenommen wurden, einschliesslich für Studenten, die das Studienprogramm Model B bis zum akademischen Jahr 2000/2001 belegten, vorausgesetzt dass sie sich im akademischen Jahr 2001/2002 einer zusätzlichen und kompensatorischen Ausbildung unterzogen.

Universität Liechtenstein

 

1999/2000

Master of Science fl-Arkitettura (MScArch)

Universität Liechtenstein

 

2002/2003


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/8


Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-kariga ta’ Membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

(2015/C 158/06)

Huma mistiedna japplikaw dawk kollha interessati li jokkupaw il-karigi ta’ 7 minn 14-il membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel stabbilita mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1). L-Awtorità tinsab f’Parma, l-Italja.

L-AWTORITÀ EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) hija l-element ċentrali tas-sistema tal-Unjoni Ewropea għall-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza tal-ikel u l-għalf. L-Awtorità kienet stabbilita biex tipprovdi pariri u appoġġ xjentifiku għal-leġiżlazzjoni u għall-politiki tal-Unjoni fl-oqsma kollha li jista’ jkollhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel u l-għalf, kif ukoll dwar kwistjonijiet marbutin mill-qrib mal-qasam tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti. Din tipprovdi informazzjoni independenti dwar dawn il-kwistjonijiet u tiżgura l-komunikazzjoni dwar ir-riskji. Il-missjoni tagħha tinkludi wkoll l-għoti ta’ pariri xjentifiċi f’ħafna oqsma tal-liġi tal-ikel u l-għalf u kull meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni titlob dan, inklużi teknoloġiji ġodda bħall-organiżmi ġenetikament modifikati. L-Awtorità hija rikonoxxuta sew bħala l-punt ta’ referenza permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità xjentifika tal-opinjonijiet u l-informazzjoni pubblika tagħha, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u d-diliġenza fil-qadi tar-responsabbiltajiet li bihom ġiet fdata. Minbarra li għandha l-persunal speċjalizzat tagħha, l-Awtorità hija appoġġata minn netwerks ta’ organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell tal-UE.

Sfond legali

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament imsemmi hawn fuq, “Il-membri tal-Bord għandhom jinħatru b’dak il-mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ ħila relevanti u, konsistenti ma’ dawn, l-akbar tqassim wiesa’ ġeografiku possibbli fl-Unjoni”. Barra minn hekk, erbgħa mill-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni “għandu jkollhom l-isfond tagħhom f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina tal-ikel”.

Barra minn hekk, il-Premessa 40 tar-Regolament imsemmi hawn fuq tistipula li “Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli” u l-Premessa 41 tiddikjara li “il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jinħatar b’dak il-mod li jiżgura l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ kompetenza relevanti, pereżempju fl-immaniġġjar u l-amministrazzjoni pubblika, u tqassim ġeografiku l-aktar wiesa’ possibbli fl-Unjoni. Dan għandu jiġi ffaċilitat bir-rotazzjoni tal-pajjiżi differenti ta’ oriġini tal-membri tal-Bord Amministrattiv mingħajr ma xi post ikun riżervat għal xi ċittadini ta’ xi Stat Membru speċifiku.”

Ir-rwol u t-tħaddim tal-Bord tal-Amministrazzjoni

Ir-responsabbilitajiet tal-Bord tal-Amministrazzjoni jinkludu, b’mod partikolari:

il-monitoraġġ ġenerali tax-xogħol tal-Awtorità, biex jiġi żgurat li qed twettaq il-missjoni tagħha u l-ħidmiet mogħtija lilha skont il-mandat tagħha, fi spirtu ta’ indipendenza u trasparenza,

il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ lista ta’ kandidati stabbilita mill-Kummissjoni, u jekk ikun meħtieġ, ir-revoka ta’ din il-ħatra,

il-ħatra ta’ membri tal-Kumitat Xjentifiku u l-Bordijiet Xjentifiċi, li jkunu responsabbli biex jipprovdu l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità,

l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Awtorità u r-rapport ġenerali dwar l-attivitajiet annwali,

l-adozzjoni tar-regoli interni u finanzjarji tal-Awtorità.

Il-Bord jaħdem permezz ta’ laqgħat pubbliċi, sessjonijiet privati u skambju ta’ korrispondenza. Id-dokumenti tal-EFSA, il-korrispondenza tal-Bord u s-seduti privati huma bl-Ingliż. Il-Bord jiltaqa’ bejn erba’ u sitt darbiet fis-sena, l-iktar f’Parma.

Kompożizzjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni

Il-Bord tal-Amministrazzjoni huwa magħmul minn 14-il membru u rappreżentant tal-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Erbgħa mill-membri għandu jkollhom esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari. Il-mandat ta’ seba’ membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni attwali jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2016, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2012 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li temenda d-Deċiżjoni tal-24 ta’ Ġunju 2010 (2). Il-mandat għas-seba’ membri l-oħra se jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju 2018, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2014 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (3).

Il-lista tal-membri attwali tal-Bord tinsab fis-sit web tal-EFSA http://www.efsa.europa.eu/en/mb/mbmembers.htm

Din il-pubblikazzjoni tikkonċerna l-applikazzjonijiet għall-karigi ta’ dawk is-seba’ membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li l-mandat tagħhom jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2016.

Kwalifiki għall-kariga u kriterji tal-għażla

Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jkollhom l-ogħla standards ta’ kompetenza, li jkopru firxa wiesgħa ta’ kompetenzi rilevanti u impenn biex jaħdmu b’mod indipendenti.

L-applikanti jridu jimlew formola ta’ applikazzjoni onlajn u formola ta’ dikjarazzjoni ta’ interess li tinkludi impenji speċifiċi u dikjarazzjonijiet fuq l-unur tagħhom. Ladarba jinħatru mill-Kunsill, dawn iridu jagħmlu dikjarazzjoni ta’ interess annwali bil-miktub u jiddikjaraw f’kull laqgħa tal-Bord tal-Amministrazzjoni kull interess li jista’ jitqies ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom rigward is-suġġetti fuq l-aġenda.

L-għan tal-formola tad-Dikjarazzjoni ta’ Interess hu li turi l-kapaċità tal-kandidat li jeżerċita l-funzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA skont ir-regoli interni tal-EFSA dwar l-indipendenza (http://www.efsa.europa.eu/en/values/independence.htm) u l-Kodiċi tal-Kondotta tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA (http://www.efsa.europa.eu/en/efsawho/mb.htm). Dawn ir-regoli jistipulaw li l-membri tal-Bord ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ tirriżulta f’kunflitt ta’ interess jew li x’aktarx tipprovoka l-perċezzjoni ta’ kunflitt ta’ interess fost il-pubbliku ġenerali.

Se tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolari ta’ kandidat li japplika bħala membru li jkun ġej minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari. Ara t-taqsima hawn taħt intitolata: “Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li ġejjin minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari”.

Biex jikkwalifikaw għall-kariga, il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE u jridu juru:

1.

li jkollhom mill-anqas 15-il sena esperjenza f’wieħed jew aktar mill-5 oqsma ta’ kompetenza elenkati hawn taħt, inkluż mill-anqas 5 snin f’livell għoli:

l-għoti ta’ parir xjentifiku indipendenti u appoġġ xjentifiku u tekniku għat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel u l-għalf,

il-ġestjoni u l-amministrazzjoni pubblika (inklużi r-riżorsi umani, l-aspetti legali u finanzjarji),

l-iżvilupp ta’ politiki li jiżguraw l-integrità, l-indipendenza, it-trasparenza, il-prattiki etiċi u l-parir ta’ kwalità xjentifika għoli filwaqt li tinżamm l-affidabbiltà mal-partijiet ikkonċernati,

il-komunikazzjoni u l-informazzjoni effettivi lill-pubbliku dwar ix-xogħol xjentifiku,

l-iżgurar tal-koerenza neċessarja bejn: il-valutazzjoni tar-riskju, il-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonijiet tal-komunikazzjoni tar-riskju;

2.

li jkollhom mill-anqas ħames snin esperjenza miksuba minn xogħol b’konnessjoni mas-sikurezza tal-ikel u l-għalf, jew oqsma oħra relatati mal-missjoni tal-Awtorità, speċjalment fil-qasam tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa tal-pjanti u n-nutrizzjoni;

3.

il-kapaċità tagħhom li jaħdmu f’ambjent multilingwu, multikulturali u multidixxiplinarju;

4.

l-impenn tagħhom li jaġixxu b’mod indipendenti;

huma mistennija li josservaw l-ogħla standard ta’ mġiba etika, jaġixxu b’mod onest, indipendenti, imparzjali, b’diskrezzjoni u mingħajr interess personali, u jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess personali.

Il-kriterji li ġejjin se japplikaw għall-evalwazzjoni tal-kandidati, li se jiġu vvalutati abbażi ta’ eżami komparattiv tal-merti, u fuq l-impenn tagħhom li jaġixxu b’mod indipendenti:

kompetenza u kapaċità li jikkontribwixxu b’mod effettiv għal wieħed jew aktar mill-oqsma ta’ kompetenza msemmija hawn fuq,

kompetenza fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf, jew f’oqsma oħra relatati mal-missjoni tal-Awtorità,

kapaċità li jaħdmu f’ambjent multilingwu, multikulturali u multidixxiplinarju.

Il-lista qasira ta’ kandidati se tkun eżaminata wkoll fid-dawl tar-rekwiżiti li ġejjin għall-kompożizzjoni tal-Bord:

kompetenza kollettiva tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni bbilanċjata b’mod tajjeb,

distribuzzjoni ġeografika wiesgħa bl-aktar mod possibbli bbażata fuq ir-rotazzjoni tan-nazzjonalitajiet differenti tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni.

Parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord/Rimborż u indennizzi

Jeħtieġ li l-membri jimpenjaw ruħhom sew biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord tal-Amministrazzjoni. Huma mistiedna li, fil-formola tal-applikazzjoni, jindikaw id-disponibbilità tagħhom li jieħdu sehem attiv fil-Bord tal-Amministrazzjoni. Huwa stmat li l-Bord tal-Amministrazzjoni jiltaqa’ minn erba’ sa sitt darbiet fis-sena. Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni ma jitħallsux ta’ xogħolhom. Madankollu, jingħataw rimborż tal-ispejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar u huma intitolati għal gratifika ta’ kuljum. L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni jitħallsu direttament mill-EFSA. Se jirċievu wkoll indennizzi talli jattendu għal-laqgħa skont l-Artikolu 3 tar-Regoli dwar ir-Rimborż li jiddikjaraw li: “L-indennizz speċjali għandu jkun ta’ EUR 385 għal kull ġurnata sħiħa tal-laqgħa li jattendu. Għal laqgħa ta’ nofs ġurnata jew l-attendenza ta’ nofs ġurnata se jitħallas biss nofs l-indennizz.”

Membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li ġejjin minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari

Il-kandidati huma mitluba li fl-applikazzjoni tagħhom jindikaw u jiġġustifikaw jekk jixtiqux jiġu kkunsidrati bħala membru wieħed mill-erba’ Membri tal-Bord li jkollhom esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-esperjenza tagħhom f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari

Ħatra u mandat tal-kariga

Minbarra r-rappreżentant tal-Kummissjoni, li jinħatar mill-Kummissjoni stess, il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni jintgħażlu mill-Kunsill, f’konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, mil-lista stabbilita mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Il-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin u jista’ jiġġedded darba. L-applikanti għandhom jinnotaw li l-lista tal-Kummissjoni se tkun disponibbli għall-pubbliku u li għandhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni ta’ isimhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fid-dikjarazzjoni tal-privatezza speċifika għal din is-Sejħa (ara t-taqsima hawn taħt bit-titolu “Protezzjoni tad-dejta personali”). L-eżerċitar ta’ dan id-dritt mhux se jippreġudika l-applikazzjoni tal-kandidat. L-individwi li ma jinħatrux, minkejja li isimhom jidher fil-lista tal-Kummissjoni, jistgħu jiġu mistiedna jitniżżlu f’lista ta’ riżervi biex tintuża fil-każ li jkun hemm bżonn li jiġu ssostitwiti xi membri li ma jkunux fil-qagħda li jtemmu l-mandat tagħhom.

Opportunitajiet Indaqs

Se tingħata attenzjoni kbira biex tiġi evitata kull għamla ta’ diskriminazzjoni u jitħeġġu l-applikazzjonijiet min-nisa.

Proċedura tal-applikazzjoni u data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti hawn taħt; inkella ma jitqisux:

1.

Il-persuni interessati huma mħeġġa japplikaw permezz tas-sistema onlajn billi jmorru fis-sit web: http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm

Mal-applikazzjoni onlajn għandhom jinhemżu żewġ dokumenti:

(a)

il-formola tad-dikjarazzjoni ta’ interess li tista’ tinkiseb minn dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm

(b)

CV b’tul minimu ta’ paġna u nofs u massimu ta’ tliet paġni.

2.

Wara s-sottomissjoni b’suċċess tal-applikazzjoni onlajn, is-sistema onlajn se tiġġenera numru ta’ reġistrazzjoni. Madankollu, jekk ma jiġi ġġenerat l-ebda numru ta’ reġistrazzjoni, l-applikazzjoni ma tkunx ġiet irreġistrata.

F’każ ta’ problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ fuq l-indirzz elettroniku sante-call-management-board-efsa@ec.europa.eu Mhuwiex possibbli li jiġi mmonitorjat il-progress tal-applikazzjoni onlajn.

3.

Il-persuni interessati jistgħu japplikaw ukoll billi jibagħtu l-formola tal-applikazzjoni fl-indirizz elettroniku li ġej: sante-call-management-board-efsa@ec.europa.eu Tista’ tinkiseb verżjoni multilingwa tal-formola mis-sit web: http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm

Mal-applikazzjoni mibgħuta bil-posta elettronika għandhom jinhemżu żewġ dokumenti:

(a)

il-formola tad-dikjarazzjoni ta’ interess li tista’ tinkiseb minn dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm

(b)

CV b’tul minimu ta’ paġna u nofs u massimu ta’ tliet paġni.

4.

Wara s-sottomissjoni b’suċċess tal-applikazzjoni bil-posta elettronika, se tasallek riċevuta ta’ konferma tas-sottomissjoni. Madankollu, jekk ma tasallek l-ebda riċevuta ta’ konferma, l-applikazzjoni bil-posta elettronika ma tkunx ġiet irreġistrata.

5.

Il-formola tal-applikazzjoni, il-formola tad-dikjarazzjoni ta’ interess, is-CV, u kull dokument ta’ sostenn għandhom jinkitbu b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, ikun apprezzat, mingħajr ma jkun obbligatorju, jekk ikun ipprovdut sommarju tal-esperjenza u informazzjoni oħra pertinenti bl-Ingliż sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura tal-għażla. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali. Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jintbagħtu aktar tard, jekk jintalbu.

6.

L-espressjonijiet kollha ta’ interess se jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.

7.

L-iskadenza finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija f’nofsinhar (12.00) ħin ta’ Brussell, it-8 ta’ Lulju 2015.

8.

L-applikazzjoni trid timtela u trid tiġi rispettata l-iskadenza. Nissuġġerixxu lill-applikanti biex ma jħallux għall-aħħar biex japplikaw, peress li jekk ikun hemm xi ħsara fil-konnessjoni tal-Internet tista’ tintilef l-opportunità tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni qabel l-iskadenza. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, mhux se jiġu aċċettati applikazzjonijiet.

9.

Se jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet mibgħuta bil-posta elettronika u li jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt(3). Bħala regola ġenerali mhux se jiġu aċċettati applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew li jitwasslu bl-idejn u lanqas l-applikazzjonijiet li jintbagħtu direttament lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

10.

Bl-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti jkunu qegħdin jaċċettaw il-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritti f’din is-Sejħa u fid-dokumenti li tirreferi għalihom. Meta jimlew l-applikazzjonijiet tagħhom, l-applikanti ma jistgħu, taħt l-ebda ċirkostanza, jirreferu għal dokumenti sottomessi f’applikazzjonijiet preċedenti (pereżempju: ma jiġux aċċettati fotokopji ta’ applikazzjonijiet preċedenti). Kull dikjarazzjoni falza li ssir fl-għoti tal-informazzjoni mitluba tista’ twassal għall-esklużjoni tal-applikant minn din is-sejħa.

11.

Il-kandidati kollha li japplikaw għal din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess jiġu infurmati bir-riżultat tal-proċess tal-għażla.

Protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni se tiżgura li d-dejta personali tal-kandidati tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4). Dan japplika b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ din id-dejta. Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-kuntest ta’ din is-Sejħa, il-kandidati huma mistiedna jikkonsultaw id-dikjarazzjoni speċifika tal-privatezza ppubblikata fis-sit web ta’ din is-Sejħa f’dan l-indirizz http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU C 192, 30.6.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 192, 21.6.2014, p. 2.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/13


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Novembru 2014

fil-Kawża E-2/14

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha — id-Direttiva 2005/35/KE — Nuqqas ta’ implimentazzjoni)

(2015/C 158/07)

Fil-Kawża E-2/14, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset, fiż-żmien preskritt, li tadotta u/jew li tinnotifika l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri kollha neċessarji biex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 56v tal-Anness XIII mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jiġifieri d-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur, kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u permezz tad-Deċiżjoni Nru 65/2009 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tad-29 ta’ Mejju 2009, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att u l-Artikolu 7 ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (l-Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fl-10 ta’ Novembru 2014, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li billi naqset li tadotta l-miżuri neċessarji biex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 56v tal-Anness XIII mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u permezz tad-Deċiżjoni Nru 65/2009 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tad-29 ta’ Mejju 2009, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/14


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Novembru 2014

fil-Kawża E-6/14

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Islanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti milli tissodisfa l-obbligi tagħha — id-Direttiva 2008/43/KE — Nuqqas ta’ implimentazzjoni)

(2015/C 158/08)

Fil-Kawża E-6/14, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset, fiż-żmien preskritt li taddotta u/jew li tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri neċessarji kollha għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi fil-punt 5 tal-Kapitolu XXIX tal-Anness II mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jiġifieri d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE tal-4 ta’ April 2008 li twaqqaf, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-isplussivi għall-użi ċivili, kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, l-Islanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att u l-Artikolu 7 ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (Imħallef Relatur), u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fl-10 ta’ Novembru 2014, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li billi naqset, fiż-żmien preskritt, li tadotta l-miżuri neċessarji sabiex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 5 tal-Kapitolu XXIX tal-Anness II mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE tal-4 ta’ April 2008 li twaqqaf, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-isplussivi għall-użi ċivili), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2.

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/15


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Novembru 2014

fil-Kawża E-8/14

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha — id-Direttiva 2009/38/KE — Nuqqas ta’ implimentazzjoni)

(2015/C 158/09)

Fil-Kawża E-6/14, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li b’nuqqas, fiż-żmien preskritt, li taddotta u/jew li tinnotifika l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri neċessarji kollha għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi fil-punt 27 tal-Anness XVIII mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jiġifieri d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 54/2010 tat-30 ta’ April 2010, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att u l-Artikolu 7 ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fl-10 ta’ Novembru 2014, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li billi l-Iżlanda naqset, fiż-żmien preskritt, milli tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 27 tal-Anness XVIII mal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, jiġifieri d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 54/2010, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7593 — Alcoa/RTI International Metals)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 158/10)

1.

Fl-4 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Alcoa Inc., l-Istati Uniti tal-Amerka (“Alcoa”) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża RTI International Metals, Inc., kollha kemm hi, fl-Istati Uniti tal-Amerka (“RTI”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Alcoa: attiva fl-inġinerija ta' metalli ħfief, inklużi l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ alumina, ta’ aluminju primarju u ta’ aluminju ffabbrikat,

—   għal RTI: produttur ta’ prodotti tal-input tat-titanju, u ta’ komponenti ta' estrużjoni u dawk mgħoddija bil-magna, għall-ajruspazju, id-difiża, l-enerġija, it-tagħmir mediku, u oġġetti oħra tal-konsum u applikazzjonijiet industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7593 — Alcoa/RTI International Metals, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).