|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 152/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7549 — CGG/Wood Mackenzie/JV) ( 1 ) |
|
|
2015/C 152/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7276 — GlaxoSmithKline/Novartis vaccines business (excl. influenza)/Novartis consumer health business) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 152/03 |
||
|
2015/C 152/04 |
||
|
2015/C 152/05 |
||
|
2015/C 152/06 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Munksjö/Ahlstrom (M.6576) |
|
|
2015/C 152/07 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2013 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ M.6576 — Munksjö/Ahlstrom) (notifikata bid-dokument C(2013) 2966) ( 1 ) |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2015/C 152/08 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 152/09 |
||
|
2015/C 152/10 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7549 — CGG/Wood Mackenzie/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 152/01)
Fit-30 ta’ April 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7549. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7276 — GlaxoSmithKline/Novartis vaccines business (excl. influenza)/Novartis consumer health business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 152/02)
Fit-28 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7276. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ Mejju 2015
(2015/C 152/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1305 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
134,72 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4637 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,74250 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2951 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0343 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,3275 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,405 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
304,56 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,0461 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4353 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,0332 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4186 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3645 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7642 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5108 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5049 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 234,03 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,5617 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,0129 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5740 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 853,95 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0671 |
|
PHP |
Peso Filippin |
50,551 |
|
RUB |
Rouble Russu |
57,0550 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,967 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,4218 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,3362 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,5279 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/3 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-riport taz-zokkor u l-isoglukożju li jiġu prodotti lil hinn mill-kwota matul is-sena tas-suq 2016/2017
(2015/C 152/04)
|
1. |
L-għan ta’ dan l-Avviż huwa li jikkomunika l-fehma tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Dan l-Avviż ma għandux l-għan li jirrevedi dak ir-Regolament, jew li jinterferixxi fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni. |
|
2. |
Skont l-Artikolu 141 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kull intrapriża tista’ twettaq riport tal-produzzjoni tagħha kollha jew parti minnha lil hinn mill-kwota taz-zokkor tagħha, mill-kwota tal-isoglukożju tagħha jew mill-kwota tal-ġulepp tal-inulina tagħha, li għandha tiġi ttrattata bħala parti mill-produzzjoni tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmiss. Il-kwantitajiet li fuqhom ikun twettaq riport għandhom jitqiesu bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skont il-kwota tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara. |
|
3. |
Is-sistema tal-kwota msemmija fl-Artikolu 134(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tapplika sa tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2016/2017 kif previst fl-Artikoli 124 u 232(3) ta’ dak ir-Regolament. Konsegwentement, mhu se jkun hemm l-ebda sistema ta’ kwota applikabbli fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2017/2018. |
|
4. |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jistabbilixxi l-ebda dispożizzjoni speċifika jew ma jistipula l-ebda deroga partikolari rigward l-applikazzjoni tar-regoli ta’ riport previsti fl-Artikolu 141 ta’ dak ir-Regolament fi tmiem is-sistema tal-kwoti. |
|
5. |
Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 141(1), flimkien mal-Artikoli 124 u 232(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jippermetti lill-operaturi jiddeċiedu li jwettqu riport tal-kwantitajiet ta’ zokkor u isoglukożju li jiġu prodotti lil hinn mill-kwoti għas-sena tas-suq 2016/2017 għas-sena tas-suq 2017/2018, anki jekk il-produzzjoni ma tistax tkun iktar suġġetta għal kwota fl-2017/2018. |
|
6. |
Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib l-effetti tar-riport u se tieħu l-miżuri xierqa jekk l-użu tar-riport ifixkel konsiderevolment jew jhedded li jfixkel is-suq. |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/4 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.6576 — Munksjö/Ahlstrom
Relatur: l-Iżvezja
(2015/C 152/05)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
3. |
Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodott rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni. B’mod partikolari, rigward id-definizzjoni tas-suq tal-prodott, Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impatt tat-tranżazzjoni nnotifikata trid tkun ivvalutata fis-swieq li ġejjin:
|
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq ġeografiċi rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni. B’mod partikolari, rigward id-definizzjoni tas-suq ġeografiku, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impatt tat-tranżazzjoni nnotifikata trid tkun ivvalutata fis-swieq li ġejjin:
|
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata, kif proposta oriġinarjament miill-partijiet notifikanti, twassal għal tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-swieq li ġejjin
|
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata, kif proposta oriġinarjament miill-partijiet notifikanti, ma twassalx għal tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq għall-karti elettrotekniċi. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Partijiet Notifikanti fis-17 ta’ April 2013 jindirizzaw bis-sħiħ it-tħassib rigward il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta’ konformità sħiħa mal-impenji finali tas-17 ta’ April 2013, it-tranżazzjoni notifikata mhix probabbli li timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/5 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Munksjö/Ahlstrom
(M.6576)
(2015/C 152/06)
I. SFOND
|
1. |
Fil-31 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), li permezz tagħha Munksjö Corporation takkwista l-kontroll uniku fuq Munksjö AB u n-negozju tal-ittikkettjar u l-ipproċessar ta’ Ahlstrom Corporation fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
It-tranżazzjoni proposta ma għandhiex dimensjoni tal-UE fit-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, hija ġiet riferuta lill-Kummissjoni fuq talba tal-parti notifikanti skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
3. |
Il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fis-7 ta’ Diċembru 2012. Il-parti notifikanti ngħatat aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ xi dokumenti ewlenin ta’ terzi persuni miġbura matul l-ewwel fażi tal-investigazzjoni fl-14 u l-20 ta’ Diċembru 2012. |
II. PROĊEDURA
Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet
|
4. |
Fil-21 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
5. |
Fid-DO, il-Kummissjoni b’mod preliminari kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta tqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-swieq għal (i) kemm karta ta’ piż tqil li tobrox l-qigħan fiż-ŻEE u madwar id-dinja u (ii) kemm karta fibreglass saturata minn qabel fiż-ŻEE kif ukoll madwar id-dinja barra ċ-Ċina. |
|
6. |
Id-destinatarji ma rrispondewx għad-DO, u lanqas ma huma jitolbu seduta ta’ smigħ orali. |
Aċċess għall-fajl
|
7. |
Il-partijiet notifikanti rċevew aċċess għall-fajl permezz ta’ żewġ CD-ROMs li huma rċevew fit-22 ta’ Frar 2013 u l-11 ta’ April 2013 rispettivament. |
Terzi persuni
|
8. |
Kompetitur wieħed u klijent wieħed tal-partijiet notifikanti, Papierfabrik August Koehler AG u IKEA ta’ Sweden AB (3) rispettivament, urew interess suffiċjenti fis-sens tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u għalhekk ġew rikonoxxuti bħala terzi persuni interessati. Dawn irċevew informazzjoni dwar in-natura u s-suġġett tal-proċedura u ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. |
Impenji
|
9. |
Sabiex tindirizza t-tħassib relatat mal-kompetizzjoni identifikat fid-DO, il-partijiet notifikanti ssottomettew impenji fid-19 ta’ Marzu 2013 li sussegwentement kienu riveduti fit-22 ta’ Marzu 2013. Fil-25 ta’ Marzu 2013 il-Kummissjoni nediet eżami tas-suq dwar dawn l-impenji. Wara li kkunsidra r-riżultati tat-test tas-suq, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impenji ma kinux suffiċjenti biex jissolva t-tħassib relatat mal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-fużjoni. Sussegwentement, il-partijiet notifikanti ssottomettew impenji finali fis-17 ta’ April 2013 li jikkonsistu fil-bejgħ ta’ ċerti assi lil akkwirent terz. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenji finali kienu adegwati u suffiċjenti biex jeliminaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikati fis-swieq għal karta ta’ piż tqil li tobrox il-qigħan u karta fibreglass saturata minn qabel. |
III. L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI
|
10. |
Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-Deċiżjoni jirrelata biss mal-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. |
IV. RIMARKI TA’ KONKLUŻJONI
|
11. |
Jiena nikkonkludi li l-parteċipanti kollha setgħu jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet proċedurali tagħhom f’dan il-każ. |
Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Michael ALBERS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
(3) Id-deċiżjoni inkludiet ukoll is-sussidjarja Belġjana NV IKEA Service Center S.A.
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/7 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-24 ta’ Mejju 2013
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ M.6576 — Munksjö/Ahlstrom)
(notifikata bid-dokument C(2013) 2966)
(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 152/07)
Fl-24 ta’ Mejju 2013 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ amalgamazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinsab fil-lingwa awtentika tal-każ fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html
I. IL-PARTIJIET
|
(1) |
Munksjö huwa manifattur ibbażat fl-Isvezja ta’ prodotti tal-karta b’valur miżjud għoli f’seba’ oqsma tal-prodotti: karta tad-dekorazzjoni, bażi abrażiva, karta elettroteknika, karta tal-arti, polpa, Spantex u karta rqiqa. Munksjö hija kkontrollata mill-fond EQT III Limited (2). |
|
(2) |
Ahlstrom huwa manifattur Finlandiż ta’ materjali ta’ prestazzjoni għolja, maqsuma f’erba’ oqsma kummerċjali: il-bini u l-enerġija, filtrazzjoni, it-tikketta u l-ipproċessar tal-ikel u mediċinali. It-tranżazzjoni tikkonċerna biss in-Negozju tal-Ittikkettar u l-Ipproċessar ta’ Ahlstrom (“ALP”). F’dan is-segment tan-negozju, l-oqsma ta’ attivitajiet sovraposti jikkonċernaw karta tad-dekorazzjoni, bażi kartaċji abrażiva u karta elettroteknika. |
|
(3) |
Munksjö u Ahlstrom se jissejħu “il-Partijiet”. |
II. L-OPERAZZJONI
|
(4) |
Wara t-tranżazzjoni, kumpanija ġdida (“NewCo”) se takkwista l-kontroll uniku ta’ Munksjö u ta’ ALP fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fl-aħħar mill-aħħar, NewCo se tiġi msemmija mill-ġdid “Munksjö Oyj” u elenkata fuq il-Borża ta’ Ħelsinki NASDAQ OMX. |
|
(5) |
B’kunsiderazzjoni tan-negozji li jikkontribwixxu għal NewCo, l-azzjonisti ta’ Munksjö u Ahlstrom u Ahlstrom se jirċievu l-ishma ta’ NewCo. Wara t-tlestija ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet, l-azzjonist kontrollanti attwali ta’ Munksjö, EQT III Limited se jżomm 25 % tal-ishma fi NewCo. Ahlstrom se jkollha sehem ta’ 15 % filwaqt li l-azzjonisti ta’ Ahlstrom flimkien se jkollhom 50 % tal-ishma ta’ NewCo. |
III. IL-PROĊEDURA
|
(6) |
It-tranżazzjoni ġiet innotifikata lill-Kummissjoni nhar il-31 ta’ Ottubru 2012. Abbażi tal-eżitu tal-investigazzjoni tas-suq fl-ewwel fażi, il-Kummissjoni qajjmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni mas-suq intern u fis-7 ta’ Diċermbru 2012 adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-Partijiet issottomettew il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar id-deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) fit-18 ta’ Diċembru 2012. |
|
(7) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2012, fuq talba tal-Partijiet, il-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali f’dan il-każ kienet estiża b’10 ijiem ta’ xogħol. |
|
(8) |
Fil-21 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet. Sussegwentement ingħata aċċess għall-fajl. Il-Partijiet ma tawx tweġiba għad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet u ma talbux Seduta ta’ Smigħ Orali. |
|
(9) |
Fid-19 ta’ Marzu 2013, il-Partijiet ressqu sett ta’ impenji, li ġie sussegwentement modifikat fit-22 ta’ Marzu 2013, u dan wassal għal estensjoni awtomatika tal-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali f’dan il-każ ta’ 15-il jum ta’ xogħol addizzjonali. |
|
(10) |
Tnieda test tas-suq fil-25 ta’ Marzu 2013. Fis-17 ta’ April 2013, il-Partijiet ressqu sett imtejjeb ta’ impenji, li l-Kummissjoni qieset li jneħħu kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li kieku rriżultaw mit-tranżazzjoni proposta. |
|
(11) |
L-abbozz tad-Deċiżjoni kien ġie diskuss mal-Istati Membri waqt il-Kumitat Konsultattiv fuq il-Konċentrazzjonijiet fis-6 ta’ Mejju 2013, li ta opinjoni favorevoli. L-Uffiċjal tas-Seduta ta l-opinjoni favorevoli tiegħu dwar il-proċedimenti fil-13 ta’ Mejju 2013. |
IV. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
|
(12) |
Iż-żewġ Partijiet jipproduċu prodotti tal-karti b’użu speċjali f’diversi segmenti. L-attivitajiet tagħhom jikkoinċidu orizzontalment fis-swieq għal (i) karta saturata minn qabel, suq sekondarju li jifforma parti mis-suq usa’ tal-karti dekorattivi, (ii) bażi kartaċja abrażiva u (iii) sa ċertu punt f’dak tal-karta elettroteknika. |
A. Is-swieq tal-prodotti rilevanti
|
(13) |
Bażijiet kartaċji abrażivi huma użati biex jaġixxu bħala trasportaturi għal apparati abrażivi (bħal frak) biex jipproduċu prodotti abrażivi finali (bħal ċintorini jew diski). Dawk il-prodotti abrażivi huma ġeneralment użati għall-ixkatlar jew l-ippolixjar ta’ sustanzi differenti, bħall-injam, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ, iċ-ċeramika jew il-ġebel. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni sabet li kien hemm suq distint għal bażi kartaċji abrażiva, b’kuntrast għal suq aktar mifrux li jinkludi materjali ta’ bażi kollha sostnuti mill-Partijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, b’mod ġenerali, is-suq tal-bażijiet kartaċji abrażivi kellu jinqasam bejn il-bażijiet kartaċji tqal u dawk eħfef. Din is-sejba kienet abbażi tas-sostiwibilità fil-lat tal-provvista u tad-domanda bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ bażijiet kartaċji. |
|
(15) |
Karta dekorattiva saturata minn qabel (“PRIP”) hija tip speċifiku ta’ karta dekorattiva (3). Hija diġà saturata u ma teħtieġ l-ebda saturazzjoni ulterjuri qabel l-applikazzjoni, filwaqt li tipi oħrajn ta’ karti dekorattivi jeħtieġ li jkunu saturati bir-reżina fi stadji tal-ipproċessar sussegwenti. Dan jirriżulta f’differenzi bejn il-PRIP u tipi oħra ta’ karti dekorattivi f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi, użu finali, prezz u speċjalizzazzjoni tal-produtturi fil-ktajjen tal-provvista. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-PRIP ma jiffurmawx parti mis-suq kumplessiv tal-karta dekorattiva iżda kienu jikkostitwixxu suq tal-prodott distint. Dan kien dovut għal nuqqas ta’ sostitwibilità mil-lat tad-domanda fost il-klijenti diretti mill-industrija tal-istampar, sostitwibilità limitata mil-lat tad-domanda fost il-klijenti indiretti mill-manifattura tal-għamara u mill-industrija tal-bejgħ bl-imnut tal-għamara u sostitwibilità limitata mil-lat tal-provvista. |
|
(17) |
Il-karta elettroteknika tintuża għall-insulazzjoni ta’ kejbils (bħal kejbils sottomarini b’vultaġġ għoli), it-transformers (bħal pereżempju biex ikun iżolat in-nukleu tat-transformer mill-koljaturi), il-muturi, il-ġeneraturi u l-boxxliet. Hemm żewġ tipi ta’ karta elettroteknika: (i) karta elettroteknika saturata biż-żejt użata għall-kejbils, it-trasformers u l-boxxliet u (ii) karta elettroteknika xotta użata biex iddawwar tgħamir elettriku bħall-muturi u l-ġeneraturi. L-attivitajiet tal-Partijiet huma sovraposti biss fir-rigward tal-karta saturata biż-żejt. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni sabet li kien hemm indikazzjonijiet li kien hemm suq kumplessiv tal-prodotti għat-tipi differenti ta’ karti elettrotekniċi saturati biż-żejt għal applikazzjonijiet finali differenti (għal kejbils, transformers u boxxliet). Madankollu, din il-kwistjoni fl-aħħar mill-aħħar tħalliet miftuħa peress li ma kien hemm l-ebda impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva anke taħt definizzjonijiet aktar ristretti tas-suq tal-prodotti. |
B. Is-swieq ġeografiċi rilevanti
|
(19) |
Fir-rigward tas-suq għal bażi kartaċji abrażiva tqila, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan is-suq x’aktarx li jaqa’ fl-ambitu taż-ŻEE. Madankollu, il-kwistjoni dwar jekk is-suq kienx mifrux fl-ambitu taż-ŻEE kollha, madwar id-dinja kollha minbarra ċ-Ċina jew dak dinji fl-aħħar mill-aħħar tħalliet miftuħa, peress li l-kwistjoni ma biddlitx l-eżitu tal-valutazzjoni kompetittiva f’dan il-każ. |
|
(20) |
Fir-rigward tas-suq għal PRIP, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan is-suq x’aktarx li jaqa’ fl-ambitu taż-ŻEE. Madankollu, il-kwistjoni dwar jekk is-suq kienx mifrux fl-ambitu taż-ŻEE kollha jew f’dak dinji għajr iċ-Ċina jew dak dinji fl-aħħar mill-aħħar tħalliet miftuħa, peress li l-kwistjoni ma biddlitx l-eżitu tal-valutazzjoni kompetittiva f’dan il-każ. |
|
(21) |
Fir-rigward tal-karta elettroteknika, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kwistjoni dwar jekk is-suq kienx mifrux madwar iż-ŻEE, madwar id-dinja kollha minbarra ċ-Ċina jew kellu ambitu dinji tista’, fl-aħħar mill-aħħar, titħalla miftuħa, peress li ma tqajjem l-ebda tħassib ta’ kompetizzjoni anki fil-kuntest tad-definizzjoni iktar stretta tas-suq ġeografiku. |
C. Il-valutazzjoni kompetittiva
|
(22) |
Il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni proposta twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva, partikolarment permezz tall-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti, (a) fil-bażijiet kartaċji abrażivi b’piż għoli, tkun xi tkun id-definizzjoni ġeografika tas-suq, u (b) fil-PRIP kemm jekk is-suq kellu jkun definit li jkopri ż-ŻEE kollha jew bħala wieħed dinji għajr iċ-Ċina. Fir-rigward tal-karta elettroteknika, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni ma waslitx għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe tifsira tas-suq plawsibbli. |
|
(23) |
Fir-rigward tas-suq tal-bażijiet kartaċji abrażivi b’piż għoli, it-tranżazzjoni tgħaqqad iż-żewġ fornituri ewlenin, waqt li tagħti lil NewCo setgħat monopolistiċi - jew kważi monopolistiċi. Dan is-suq huwa kkaratterizzat minn ostakli kbar għad-dħul, jiġifieri għarfien estensiv, proċeduri ta’ kwalifikazzjoni twal u investimenti kapitali sinifikanti għall-akkwist ta’ makkinarju ad hoc. Għalhekk, wara li ssir it-tranżazzjoni l-entità magħquda tgawdi minn poter fis-suq mhux ibbilanċjata u tkun tista’ żżid il-prezzijiet. |
|
(24) |
Fir-rigward tas-suq tal-PRIP, it-tranżazzjoni twassal għal pożizzjoni dominanti b’sehem mis-suq wara t-tranżazzjoni ta’ aktar minn [70-80 %] kemm fil-livell taż-ŻEE u wkoll f’dak dinji eskluż iċ-Ċina. Barra minn hekk, l-għadd ta’ fornituri jitnaqqas minn tlieta għal tnejn, b’kompetitur wieħed biss li jibqa’ fis-suq, Technocell. Għalkemm Technocell kien ikollha l-kapaċità li tbiddel il-kapaċità għal PRIP, l-inċentivi tagħha biex tegħleb kwalunkwe żieda fil-prezz mill-entità fuża se jkunu baxxi. Fl-aħħar nett, id-dħul fis-suq huwa improbabbli u l-klijenti ma kinux meqjusa bħala li għandhom kapaċità tan-negozjar biżżejjed biex jillimitaw l-imġiba tal-entità fuża. |
|
(25) |
Fir-rigward tas-suq tal-karti elettrotekniċi, qabel it-tranżazzjoni, Munksjö kienet il-mexxej tas-suq taħt kwalunkwe definizzjoni plawżibbli tas-swieq ġeografiċi u tal-prodotti. Madankollu, l-inkrementi li ġabet magħha l-ALP kienu baxxi, anqas minn 5 %. ALP kienet tipproduċi biss karti elettrotekniċi f’ammonti żgħar u bħala prodott sostitut meta l-magni tagħha ma kinux qegħdin jipproduċu kwalunkwe tip ieħor ta’ karti b’użu speċjali u għalhekk kellha kapaċità żejda. Barra minn hekk, il-parteċipanti fis-suq sabu li, wara l-konċentrazzjoni, l-entità konġunta se tkompli tiffaċċa kompetizzjoni qawwija fis-suq għal karti elettrotekniċi saturati biż-żejt. |
|
(26) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni nnotifikata rriżultat f’impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern fir-rigward ta’ (a) bażi kartaċja abrażiva ta’ piż għoli tkun xi tkun id-definizzjoni tas-suq ġeografiku u (b) PRIP fiż-ŻEE kif ukoll mad-dinja mingħajr iċ-Ċina. Fir-rigward tal-karta elettroteknika, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni ma waslitx għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe tifsira tas-suq plawsibbli. |
D. Impenji
|
(27) |
Il-Partijiet issottomettew modifiki għat-tranżazzjoni fid-19 ta’ Marzu 2013, it-22 ta’ Marzu 2013 u s-17 ta’ April 2013 biex jindirizzaw il-problemi relatati mal-kompetizzjoni identifikati mill-Kummissjoni. |
|
(28) |
L-impenji tad-19 u t-22 ta’ Marzu 2013 kienu jikkonsistu f’konċessjoni tal-bażijiet kartaċji abrażivi ta’ Ahlstrom u n-negozju PRIP li jinsab f’Osnabrück, il-Ġermanja. |
|
(29) |
Ahlstrom offriet li tbiegħ iż-żewġ magni tal-karta li jipproduċu bażi kartaċja abrażiva u PRIP lil akkwirentj terz wieħed jew aktar flimkien mal-assi tanġibbli u intanġibbli relatati kollha (bħal tagħmir ta’ produzzjoni ulterjuri, privattivi u marki kummerċjali), il-kuntratti tal-klijenti kollha u l-persunal kollu li attwalment impjegat biss għall-produzzjoni ta’ bażijiet kartaċji abrażivi u ta’ PRIP. Din l-istruttura kienet tipprevedi li Ahlstrom iżżomm is-sjieda tal-impjant ta’ Osnabrück innifsu kif ukoll it-tielet magna tal-karta li tipproduċi prodotti mhux sovraposti (karta għall-powsters, karta biex tagħtti l-ħitan u silco), u faċilitajiet komuni bħal pereżempju l-impjant tal-enerġija, is-sistema għall-immaniġġjar tal-ilma u l-faċilitajiettar-R&Ż. |
|
(30) |
Minħabba li l-assi imwarrba kien ikollhom ikunu imħaddma mil-akkwirent f’Osnabrück, l-impenji proposti tad-19 u t-22 ta’ Marzu ipprevedew ukoll għadd ta’ ftehimiet anċillari bejn il-akkwirent u Ahlstrom biex tkun żgurata l-koperazzjoni operazzjonali fl-impjant u l-aċċess għal inputs strateġiċi u l-funzjonijiet ċentrali. |
|
(31) |
L-eżami tas-suq tal-impenji tat-22 ta’ Marzu ta riżultati fil-biċċa l-kbira negattivi. Dawk li wieġbu, kemm klijenti kif ukoll manifatturi tal-karta, qajmu għadd ta’ tħassib, li l-aktar importanti minnhom se jiġu deskritti fil-qosor hawnhekk. L-ewwel nett, dawk li wieġbu qiesu li l-istruttura proposta tagħti lil Ahlstrom l-abbiltà li jxxekkel in-negozju tal-akkwirent minħabba li l-akkwirent ikun jiddependi fuq Ahlstrom għal għadd ta’ inputs strateġiċi u l-funzjonijiet ċentrali. It-tieni, dawk li wieġbu ssuġġerixxew li Ahlstrom ma jkollha l-ebda inċentiv li tinterferixxi man-negozju tal-akkwirent, minħabba r-rabtiet strutturali eżistenti bejn Ahlstrom, l-azzjonisti tagħha u NewCo kif deskritti fil-paragrafu (5). It-tielet nett, dawk li wieġbu talbu li jkunu implimentati salvagwardji biex jipprevjenu l-fluss ta’ informazzjoni kunfidenzjali mil-akkwirent lil Ahlstrom u NewCo. |
|
(32) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha u filwaqt li tikkunsidra r-riżultati tat-test tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenji tat-22 ta’ Marzu 2013 ma kinux biżżejjed biex jitneħħa l-ostaklu sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva identifikat fis-swieq għal bażi kartaċja abrażiva u PRIP. |
|
(33) |
Il-Partijiet sussegwentement ippreżentaw impenji modifikati fis-17 ta’ April 2013 li kienu jikkonsistu fil-bejgħ tal-impjant ta’ Osnabrück kollu lil akkwirent terz bl-eċċezzjoni ta’ (i) in-negozju li mhux sovrapost imwettaq minn Ahlstrom fuq it-tielet magna tal-karta li tkun miżmuma minn Ahlstrom; u (ii) il-faċilitajiet tal-enerġija u tal-ilma li jitqiegħdu f’impriża konġunta mingħajr skop ta’ qligħ b’kontroll konġunt bejn il-akkwirent u Ahlstrom. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni qieset li l-impenji tas-17 ta’ April 2013 indirizzaw il-kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni kif ukoll minn parteċipanti tas-suq għal dak li jirrigwarda l-impenji tad-19 u t-22 ta’ Marzu. It-titjib tal-impenji relatati b’mod partikolari biex titnaqqas id-dipendenza tal-akkwirent fuq Ahlstrom, tnaqqis fil-kumplessità tal-operazzjonijiet fl-impjant kondiviż u salvagwardji addizzjonali kontra l-aċċess ta’ Alshtom għal informazzjoni kunfidenzjali tal-akkwirent. |
|
(35) |
Konsegwentement, il-modifiki tat-tranżazzjoni proposta permezz tal-impenji tas-17 ta’ April kienu meqjusa bħala adegwati u suffiċjenti biex jeliminaw l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal bażijiet kartaċji abrażivi b’piż għoli u PRIP. |
V. KONKLUŻJONI
|
(36) |
Id-deċiżjoni dwar l-Artikolu 8(2) tal-24 ta’ Mejju 2013 tikkonkludi li, soġġetta għall-konformità mal-impenji tas-17 ta’ April 2013, il-konċentrazzjoni proposta mhux se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddikjarat li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq intern u l-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) M. 3699 — EQT/Smurfit/Munksjö, is-16 ta’ Frar 2005.
(3) Karta dekorattiva hija tip ta’ materjal tas-superfiċe għal applikazzjonijiet dekorattivi. Materjal għas-superfiċe għal applikazzjonijiet dekorattivi oħra huma fuljetti ta’ lostru, verniċ, laker jew termoplastiċi. L-għan aħħari tal-karta dekorattiva huwa prinċipalment f’għamara, iddisinjar ta’ ġewwa u l-industriji tar-rinnovazzjoni.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/11 |
Avviż dwar id-disponibbiltà ta’ żoni fl-Awstrija għall-iprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi
(2015/C 152/08)
B’referenza għall-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 94/22/KE (1), il-Ministru Federali għax-Xjenza, ir-Riċerka u l-Ekonomija tar-Repubblika Federali tal-Awstrija permezz ta’ dan l-avviż qiegħed javża li skont l-Att dwar il-Materja Prima Minerali (BGBl. I Nru 38/1999) kif l-aħħar emendat permezz tal-emendi tad-drittijiet tal-awtur tal-2014 (BGBl. I Nru 40/2014), it-territorju nazzjonali tar-Repubblika tal-Awstrija huwa disponibbli fuq bażi permanenti skont l-Artikolu 3(3) dejjem jekk ma jkunux diġà jeżistu xi kuntratti ta’ prospettar, produzzjoni u ħażna li jirrelataw mal-idrokarburi, jew drittijiet tal-estrazzjoni diġà eżistenti li jinkludu wkoll l-idrokarburi. Informazzjoni dettaljata dwar din il-kwistjoni tista’ tinkiseb mill-Ministeru Federali għax-Xjenza, ir-Riċerka u l-Ekonomija, it-Taqsima III (L-Enerġija u l-Estrazzjoni), Stubenring 1, 1010 Vienna, Austria.
Dan l-avviż jissostitwixxi l-avviż mir-Repubblika tal-Awstrija ppublikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 237 tat-12 ta’ Settembru 1995, il-paġni 16 sa 17.
(1) Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3).
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/12 |
Sejħa għal proposti — Kummissjoni Ewropea — DĠ REGIO
Assistenza multireġjonali għall-valutazzjoni tal-użu potenzjali ta’ strumenti finanzjarji appoġġjati mill-FEŻR, il-FK, il-FSE u l-FAEŻR skont it-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
(2015/C 152/09)
1. Objettiv u deskrizzjoni
Bis-sejħa għal proposti ppubblikata f’http://ec.europa.eu/regional_policy/index.cfm/en/newsroom/funding-opportunities/ il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li tikkofinanzja l-azzjonijiet għall-użu potenzjali tal-istrumenti finanzjarji skont A) il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u/jew il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), u/jew B) il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u/jew C), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). L-azzjonijiet għandhom iservu l-objettiv tal-Unjoni li jitwessa’ l-użu tal-istrumenti finanzjarji kkofinanzjati mill-Fondi ta’ hawn fuq kif jintalab fil-“Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa” (Komunikazzjoni COM(2014)903). L-applikanti jistgħu jippreżentaw proposti marbuta mal-objettivi ta’ wieħed jew aktar mit-tliet oqsma ta’ hawn fuq.
L-appoġġ ipprovdut għal azzjonijiet kofinanzjati skont din is-sejħa hu mistenni li jikkontribwixxi għal żieda fl-użu ta’ strumenti finanzjarji li fl-aħħar mill-aħħar jintlaħqu l-objettivi relatati mal-politiki tal-FEŻR, il-FK, il-FSE u l-FAEŻR, b’mod partikulari billi jiġi estiż l-użu tagħhom għal oqsma ġodda/innovattivi. B’mod aktar speċifiku, l-objettiv hu li jittejjeb l-għarfien tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni/korpi intermedji ta’ programmi kofinanzjati skont il-FEŻR, il-FK, il-FSE u l-FAEŻR billi jinbena l-għarfien espert rilevanti għall-użu possibbli ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi fir-rigward ta’ kwistjonijiet komuni għal mill-anqas żewġ reġjuni f’mill-anqas żewġ Stati Membri distinti.
2. Applikanti eliġibbli
It-talba għandha tiġi ppreżentata minn konsorzju ta’ mill-anqas żewġ awtoritajiet ta’ ġestjoni/korpi intermedji tal-programmi tal-FEŻR, il-FK, il-FSE jew il-FAEŻR li jkopru mill-anqas żewġ Stati Membri distinti.
3. Azzjonijiet eliġibbli
Azzjonijiet eliġibbli għandhom iservu l-objettivi stabbiliti fis-sejħa, ikunu rilevanti, u ta’ benefiċċju ta’ mill-anqas żewġ reġjuni f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti tal-UE u jinkludu proporzjon xieraq ta’ attivitajiet transkonfinali u/jew transnazzjonali, jiġifieri li jinvolvu interazzjoni sinifikanti fost l-applikanti li jimmiraw lejn riżultati komuni. Huma għandhom wkoll jibbażaw ruħhom fuq għarfien espert u assistenza individwalizzati permezz ta’ istituzzjoni(jiet) finanzjarja(i).
4. Kriterji ta’ esklużjoni u ta’ għażla
Kriterji ta’ esklużjoni
L-applikanti jiġu esklużi milli jipparteċipaw fil-proċedura tas-sejħa għal proposti jekk huma jinsabu f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1). L-applikanti mhux se jingħataw appoġġ finanzjarju jekk, fil-proċedura tal-għoti tal-għotja, huma jinsabu fi kwalunkwe sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 107 ta’ dan ir-Regolament.
Kriterji ta’ għażla
L-applikazzjoni għandha turi l-kapaċità finanzjarja u operattiva biex twettaq l-azzjoni proposta. L-applikanti għandu jkollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament sabiex isostnu l-attività tagħħom matul il-perjodu li fih l-azzjoni tkun qiegħda titwettaq u sabiex jipparteċipaw fil-finanzjament. L-applikanti jrid ikollhom il-kapaċità operazzjonali u b’mod partikulari l-kompetenzi professjonali kif ukoll il-kwalifiki xierqa neċessarji biex itemmu l-azzjoni proposta.
5. Kriterji tal-għoti
L-azzjonijiet ta’ applikazzjonijiet/ta’ għotja eliġibbli se jkunu valutati abbażi tal-kriterji li ġejjin u jitqies il-piż għal kull wieħed minnhom kif indikat fil-parentesijiet kwadri hawn taħt:
— Rilevanza: il-kontribuzzjoni tal-azzjoni ta’ għotja u r-riżultati mistennija għall-objettivi tas-sejħa; il-livell ta’ involviment ta’ skop uża’ ta’ sorsi esperti bħall-akkademja; in-natura integrali u komprensiva tal-attivitajiet proposti li għandhom jitwettqu skont l-azzjoni; u n-natura innovattiva tal-azzjoni tal-għotja [40 %];
— Impatt: il-kopertura ġeografika li tirriżulta; is-sostenibbiltà tar-riżultati tal-azzjoni; it-trasferibbiltà u l-użu ppjanat tar-riżultati mistennija, inkluż it-tixrid ippjanat [30 %];
— Kwalità: l-effettività u razzjonalità tal-metodoloġija u l-organizzazzjoni proposti (inkluż l-iskeda ta’ żmien u monitoraġġ); ir-rilevanza u l-kwalità tal-mezzi ta’ implimentazzjoni u r-riżorsi użati biex jinkisbu l-objettivi previsti (partikolarment f’termini ta’ kosteffettività); il-konsistenza tal-proposta ta’ azzjoni [30 %].
6. Baġit u tul tal-proġett
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament ta’ azzjonijiet ta’ għotja hu stmat li jlaħħaq EUR 10,83 miljun. L-ammont massimu tal-għotja għal kull azzjoni u għal kull qasam se jkun:
A) FEŻR u/jew FK: EUR 2,5 miljun,
B) FSE: EUR 0,5 miljun,
C) FAEŻR: EUR 1,4 miljun.
L-ammont massimu tal-għotja għal kull azzjoni li tikkombina A, B u/jew C se jkun ta’ EUR 2,5 miljun.
Wara li kkunsidrat l-objettivi ta’ din is-sejħa, il-Kummissjoni tistenna li l-azzjonijiet ma għandhomx jibqgħu għaddejjin għal aktar minn sena.
7. Data tal-Għeluq
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2015.
8. Informazzjoni ulterjuri
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħa għal proposti ppubblikata f’http://ec.europa.eu/regional_policy/index.cfm/en/newsroom/funding-opportunities/ u għandhom jiġu sottomessi b’użu tal-formoli pprovduti. Għal aktar informazzjoni l-applikanti jistgħu jikkonsultaw il-gwida disponibbli fl-istess sit web.
(1) Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal- Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/14 |
Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020
(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9490)
(2015/C 152/10)
Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed ivara erba’ sejħiet għall-proposti biex jingħataw l-għotjiet għall-proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet iddefiniti fil-programm ta’ ħidma tal-2015 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020.
Qed jintlaqgħu l-proposti għall-erba’ sejħiet li ġejjin.
CEF-TC-2015-1: Twassil elettroniku tad-dokumenti — Twassil-e
CEF-TC-2015-1: Fatturazzjoni elettronika — Fatturazzjoni-e
CEF-TC-2015-1: Servizzi Ġeneriċi tad-Dejta Pubblika Miftuħa
CEF-TC-2015-1: Servizzi Ġeneriċi tal-Internet aktar Siguri
Il-baġit indikattiv disponibbli għall-proposti li jintagħżlu minn dawn is-Sejħiet huwa ta’ EUR 28,7 miljuni.
Il-proposti jridu jitressqu sal-15 ta’ Settembru 2015.
Id-dokumentazzjoni rispettiva għas-Sejħiet tinsab fis-sit tat-Telecom tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:
http://inea.ec.europa.eu/en/cef/cef_telecom/apply_for_funding/cef-telecom-calls-for-proposals-2015.htm