ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
30 ta' April 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 143/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7522 — MVV/BayWa r.e./GlendImplex/GreenCom/BEEGY) ( 1 )

1

2015/C 143/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7568 — M1 Fashion/LVMH/Pepe Jeans Group) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 143/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2015/C 143/04

Noti ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

3

2015/C 143/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2015/C 143/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

2015/C 143/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

2015/C 143/08

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2015(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

7

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2015/C 143/09

Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2015(Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 ( ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1))

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2015/C 143/10

Rikors imressaq fit-28 ta’ Jannar 2015 mill-Assoċjazzjoni Islandiża tas-Servizzi Finanzjarji kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Kawża E-4/15)

9

2015/C 143/11

Azzjoni mressqa fit-16 ta’ Frar 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja (Kawża E-6/15)

10

2015/C 143/12

Azzjoni mressqa fis-16 ta’ Frar 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja (Kawża E-7/15)

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 143/13

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ żbarri u vireg għall-konkrit rinfurzat tal-azzar, b’reżistenza għolja għar-reħi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 143/14

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

23


 

Rettifika

2015/C 143/15

Rettifika għall-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza u tnaqqis għat-28 Stat Membru, applikabbli mill-1 ta’ April 2015 ( ĠU C 88, 14.3.2015 )

27


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7522 — MVV/BayWa r.e./GlendImplex/GreenCom/BEEGY)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 143/01)

Fil-21 ta’ April 2015 il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) bid-dokument li jġib in-numru 32015M7522. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7568 — M1 Fashion/LVMH/Pepe Jeans Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 143/02)

Fl-24 ta’ April 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7568. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ April 2015

(2015/C 143/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1002

JPY

Yen Ġappuniż

131,20

DKK

Krona Daniża

7,4619

GBP

Lira Sterlina

0,71610

SEK

Krona Żvediża

9,2723

CHF

Frank Żvizzeru

1,0491

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3850

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,435

HUF

Forint Ungeriż

302,55

PLN

Zloty Pollakk

4,0120

RON

Leu Rumen

4,4125

TRY

Lira Turka

2,9437

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3762

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3262

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5278

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4310

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4557

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 179,14

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0682

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8211

HRK

Kuna Kroata

7,5763

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 212,78

MYR

Ringgit Malażjan

3,9178

PHP

Peso Filippin

48,743

RUB

Rouble Russu

56,7850

THB

Baht Tajlandiż

36,142

BRL

Real Brażiljan

3,2467

MXN

Peso Messikan

16,8221

INR

Rupi Indjan

69,7841


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/3


Noti ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 143/04)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

F’paġna 155, wara t-tabella tal-punt 3 tan-Nota addizzjonali nru 1 tal-Kapitolu 30, il-punt 4 ġdid jiddaħħal bit-test li ġej:

“4.

Id-doża rakkomandata ta’ kuljum (RDA) għall-adulti b’piż ta’ 70 kg, ta’ aċidi amminiċi essenzjali, skont il-Konsultazzjoni esperta 2007 tad-WHO/FAO/UNU.

Aċidu Amminiku Essenzjali

RDA (mg)

Istidina

700

Isolewċina

1 400

Lewċina

2 730

Liżina

2 100

Metjonina + Ċistejn

1 050

Ċistejn

287

Metjonina

728

Fenilalanina + Tirożina

1 750

Treonina

1 050

Triptofan

280

Valina

1 820

Id-doża rakkomandata ta’ kuljum (RDA) għall-adulti b’piż ta’ 70 kg, ta’ aċidi grassi essenzjali, skont il-Konsultazzjoni esperta 2007 tad-WHO/FAO/UNU.

Tipi ta’ aċidi grassi essenzjali

Isem ta’ aċidu grass essenzjali

RDA (g)

n-3 aċidi grassi poliinsaturati

aċidu linoleniku (ALA)

2

n-3 aċidi grassi poliinsaturati ta’ katina twila

EPA + DHA

0,25

n-6 aċidi grassi poliinsaturati

aċidu linolejku

10”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 143/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Hessen mis-sensiela “Lander”

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri perspettiva klassika fuq il-knisja ta’ San Pawl fi Frankfurt (il-“Paulskirche” kienet is-sede tal-ewwel korp leġiżlattiv tal-Ġermanja elett b’mod ħieles fl-1849 u hija meqjusa bħala l-benniena tad-demokrazija Ġermaniża) u huwa għalhekk il-perspettiva li għandu l-akbar valur ta’ rikonoxximent. Id-disinn joħroġ b’mod inċisiv it-tensjoni bejn it-torri dominanti u l-istruttura ellittika tal-knisja. It-taraġ kemxejn esaġerat għandu kwalità invitanti filwaqt li fl-istess ħin joffri appoġġ għall-iskrizzjoni ta’ taħtu “HESSEN” (l-Istat Federali ta’ Hessen li fih tinsab il-Knisja ta’ San Pawl). Il-parti ta’ ġewwa fiha wkoll is-sena “2015” u l-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) fuq in-naħa tax-xellug kif ukoll l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “D” u l-marka tal-inċiżur (l-inizjali “HH” — Heinz Hoyer) fuq in-naħa tal-lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 30 miljun

Data tal-ħruġ : it-30 ta’ Jannar 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 143/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika ta’ San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : is-750 anniversarju mit-twelid ta' Dante Alighieri

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn minn Annalisa Masini juri ritratt ta' Dante, meħud minn affresk ta' Botticelli. Fuq il-lemin tar-ritratt, l-iskrizzjoni “DANTE” fuq l-assi vertikali. Fuq il-lemin taċ-ċirku intern hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita, f’nofs ċirku, “SAN MARINO”. Bejn dawn iż-żewġ iskrizzjonijiet, hemm il-marka taz-zekka “R”; is-snin “1265” u “2015” u l-inizjali tal-artist “AM”. L-istil ta' ittri użat fl-identifikazzjoni tan-nazzjon u s-suġġett tal-munita kien ispirat bl-inqix tal-ewwel kopji tad-Divina Commedia (Il-Kummiedja Divina ta' Dante).

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : it-8 ta' April 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 143/07)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona sħiħa tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, ġaladarba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Malta

Is-suġġett ta’ kommemorazzjoni : L-ewwel titjira minn Malta

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita tfakkar pass importanti fl-istorja tal-avjazzjoni Maltija — 100 sena mill-ewwel titjira minn Malta. Kien fit-13 ta’ Frar 1915 li l-Kaptan Kilmer tar mill-Port il-Kbir fuq idroplan li kien fuq l-HMS Ark Royal. L-ajruplan niżel fil-port wara titjira ta’ 55 minuta. Il-munita turi l-idroplan tal-Kaptan Kilmer bil-Ponta tal-Isla, fattizz prominenti fil-Port il-Kbir, fl-isfond. Fin-naħa ta’ fuq hemm l-iskrizzjoni “L-EWWEL TITJIRA MINN MALTA” f’nofs ċirku. Fuq il-lemin is-snin “1915-2015”. Fil-qiegħ tax-xellug l-iskrizzjoni “IL-100 ANNIVERSARJU” u isfel nett hemm l-inizjali tad-disinjatur “NGB” (Noel Galea Bason).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Marzu 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/7


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2015

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2015/C 143/08)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel ġiet ippubblikata fil-ĠU C 88, 14.3.2015, p. 6.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.5.2015

0,26

0,26

2,18

0,26

0,52

0,26

0,27

0,26

0,26

0,26

0,26

0,26

1,58

2,21

0,26

0,26

0,26

0,26

0,26

0,26

0,26

2,16

0,26

2,04

0,13

0,26

0,26

1,02

1.4.2015

30.4.2015

0,34

0,34

2,18

0,34

0,52

0,34

0,42

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

1,58

2,21

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

2,16

0,34

2,04

0,23

0,34

0,34

1,02

1.3.2015

31.3.2015

0,34

0,34

2,18

0,34

0,52

0,34

0,66

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

1,58

2,21

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

2,16

0,34

2,04

0,33

0,34

0,34

1,02

1.1.2015

28.2.2015

0,34

0,34

2,18

0,34

0,52

0,34

0,66

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

1,58

2,21

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

2,16

0,34

2,63

0,46

0,34

0,34

1,02


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/8


Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2015

(Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1))

(2015/C 143/09)

Ir-rati bażi huma kkalkulati skont il-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, jiżdiedu marġni xierqa mar-rata bażi skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

1.1.2015 –

6,26

0,16

1,71


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/9


Rikors imressaq fit-28 ta’ Jannar 2015 mill-Assoċjazzjoni Islandiża tas-Servizzi Finanzjarji kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Kawża E-4/15)

(2015/C 143/10)

Fit-28 ta’ Jannar 2015 tressaq rikors quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA mill-Assoċjazzjoni Islandiża tas-Servizzi Finanzjarji, irrappreżentata minn Hans-Jörg Niemeyer, avukat u Christian Kovács, avukat, Hengeler Mueller, Square de Meeûs 40, 1000 Brussell, il-Belġju.

Ir-rikorrent isostni li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha:

1.

Tannulla d-Deċiżjoni 298/14/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tas-16 ta’ Lulju 2014 (ĠU C 400, 13.11.2014, p. 13) biex jingħalaq il-każ ta’ għajnuna eżistenti lill-Fond Islandiż għall-Finanzjament tad-Djar, u

2.

Tordna lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex iġġarrab l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet ġuridiċi miġjuba bħala sostenn:

Ir-rikorrent, l-Assoċjazzjoni Islandiża tas-Servizzi Finanzjarji (“SFF”), huwa assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-impriżi finanzjarji reġistrati fl-Islanda kollha, inklużi l-banek universali, ta’ investiment u ta’ tfaddil, kif ukoll kumpaniji tal-assigurazzjoni, ta’ self fit-tul, ta’ titoli u dawk li joħorġu l-karti tal-kreditu. L-għan tal-assoċjazzjoni hu li tippromwovi ambjent operattiv kompetittiv għall-kumpaniji finanzjarji fl-Islanda u li tippromwovi l-interessi tagħhom internazzjonalment.

Il-każ jittratta rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex jingħalaq każ dwar għajnuna eżistenti lill-Fond Islandiż għall-Finanzjament tad-Djar (“HFF”).

Ir-rikorrent isostni li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

assumiet b’mod żbaljat li l-appoġġ li ngħata lill-HFF jikkostitwixxi għajnuna eżistenti meta fir-realtà titqies bħala għajnuna ġdida;

ma tatx raġunijiet adwegwati għall-konklużjonijiet li waslet għalihom fid-Deċiżjoni u b’hekk kisret l-Artikolu 16 tal-SCA;

ħadet żball evidenti fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 59(2) taż-ŻEE.


30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/10


Azzjoni mressqa fit-16 ta’ Frar 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

(Kawża E-6/15)

(2015/C 143/11)

Azzjoni kontra ir-Renju tan-Norveġja tressqet quddiem il-Qorti tal-EFTA fis-16 ta’ Frar 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f’Rue Belliard 35, 1040 Brussell, il-Belġju, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Clémence Perrin.

L-applikant jitlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

1.

Billi żżomm fis-seħħ it-Taqsimiet 20-1, it-tieni paragrafu u 22-3 l-Att dwar il-Bini u l-Ippjanar, moqri flimkien mat-Taqsimiet 9-1 sa 9-4 u 11-1 tar-Regolament dwar il-bini, li jirrikjedi li impriżi li jagħmlu xogħol ta’ kostruzzjoni jiksbu awtorizzazjoni mill-muniċipalitajiet lokali qabel ma jibdew l-attività tagħhom. In-Norveġja ma rnexxilhiex twettaq l-obbligazzjonijiet tagħha skont l-Artikolu 16 tal-Att imsemmi f’punt 1 tal-Anness X tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern), jew, alternattivament, l-Artikolu 36, tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Ir-Renju tan-Norveġja jbati l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

Il-kawża tikkonċerna ir-rekwiżit skont il-liġi Norveġiża (Taqsimiet 20-1, it-tieni paragrafu u 22-3 tal-Att dwar il-Bini u l-Ippjanar, moqri flimkien ma’ sezzjonijiet 9-1 sa 9-4 u 11-1 tar-Regolament dwar il-Bini) għal impriżi li jixtiequ jwettqu servizzi ta’ kostruzzjoni fin-Norveġja biex jiġu approvati minn muniċipalijiet lokali qabel ma jibdew l-attività tagħhom. Approvazzjoni bħal din trid tinkiseb qabel kull proġett ta’ kostruzzjoni individwali.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tiddikjara li r-rekwiżit jammonta għal restrizzjoni li ma tistax tiġi ġġustifikata taħt l-Artikolu 16(1) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (Id-“Direttiva dwar is-Servizzi”) jew, alternattivament, li miżura bħal dinhija restrizzjoni tal-libertà li tipprovdi servizzi skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim taż-ŻEE li ma jistgħax ikun iġġustifikat skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim taż-ŻEE.

In-Norveġja tisħaq li, bħala prinċipju, skema ta’ awtorizzazjoni bħal din ma tmurx kontra id-Direttiva dwar is-Servizzi peress li tista’ tiġi ġġustifikata skont l-Artikolu 16(1) u (3) ta’ dik id-Direttiva.


30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/11


Azzjoni mressqa fis-16 ta’ Frar 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

(Kawża E-7/15)

(2015/C 143/12)

Fis-16 ta’ Frar 2015 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ħadet azzjoni fil-Qorti tal-EFTA, b’Xavier Lewis, Auður Ýr Steinarsdóttir u Øyvind Bø, li qegħdin jaġixxu ta’ Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab Rue Belliard f’35, 1040 Brussell, Belġju, kontra r-Renju tan-Norveġja.

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-EFTA sabiex:

1.

Tiddikjara li billi

(i)

Billi qabżet il-valuri ta’ limitu għad-diossidu tal-kubrit (SO2), materja partikolata (PM10) u d-diossidu tan-nitroġenu (NO2), fl-arja ambjentali bejn is-snin 2008 u 2012, b’mod li jvarja fiż-żoni NO1, NO3, NO4, NO5 u NO6 imsemmija fl-Artikoli 3 sa 5 tad-Direttiva 1999/30, issal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50; kif ukoll

(ii)

billi naqset milli tikkonforma mal-pjan tal-kwalità tal-arja kif stipulat fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62/KE, issal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50 b’mod li jvarja fir-rigward taż-żoni NO1, NO2, NO3, NO4 u NO5,

Iin-Norveġja naqset li tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha li jirriżultaw skont l-Att imsemmi fil-punt 14c tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa).

2.

Tordna lin-Norveġja tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE dwar il-valuri ta’ limitu għad-diossidu tal-kubrit u l-ossidi tan-nitroġenu, materja partikolata u ċ-ċomb fl-arja, issa d-Direttiva 2008/50 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, timponi valuri ta’ limitu għal ċertu sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali biex tevita’, tippreveni u tnaqqas l-effetti dannużi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent inġenerali. Tistabillixi wkoll dispożizzjonijiet għall-valutazzjonitas-sustanzi niġġiesa kif ukoll miżuri sabiex tinżamm kwalità ta’ arja tajba.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ssostni li n-Norveġja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura li l-livelli ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja tal-ambjent ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-liġi taż-ŻEE.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ssostni wkoll li n-Norveġja naqset milli tikkonforma mal-obbligu li tfassal pjanijiet xierqa dwar il-kwalità tal-arja fejn il-valuri ta’ limitu kif ukoll il-marġini relevanti ta’ tolleranza inqabżu.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ssostni li n-Norveġja għada ma indirizzat l-ebda nuqqas identifikat mill-Awtorità fir-risposti tagħha għall-ittra ta’ intimazzjoni u opinjoni motivata.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ssostni li billi naqset li tinkludi dettalji ta’ miżuri jew proġetti adottati u skeda għall-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll stima tat-titjib ippjanat tal-kwalità tal-arja u ż-żmien mistenni biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi, In-Norveġja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62 issal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/12


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ żbarri u vireg għall-konkrit rinfurzat tal-azzar, b’reżistenza għolja għar-reħi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2015/C 143/13)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ żbarri u vireg għall-konkrit rinfurzat tal-azzar, b’reżistenza għolja għar-reħi, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qed ikunu l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fis-17 ta’ Marzu 2015 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER”) (“l-ilmentatur”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ żbarri u vireg għall-konkrit rinfurzat tal-azzar, b’reżistenza għolja għar-reħi.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa żbarri u vireg għall-konkrit rinfurzat, tal-ħadid jew tal-azzar, b’reżistenza għolja għar-reħi (xi kultant imsejħa Rebars HFP) magħmula mill-ħadid, l-azzar bla liga jew azzar bil-liga (iżda mhux mill-azzar li ma jissaddadx, azzar b’veloċità għolja jew azzar siliko-manganiż), mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati bis-sħana, iżda inklużi dawk mibrumin wara l-irrumblar; dawn l-iżbarri u l-vireg fihom indentazzjonijiet, inċiżjonijiet, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħra magħmula waqt il-proċess tal-irrumblar jew jiġu mibrumin wara l-irrumblar. Il-karatteristika ewlenija tar-reżistenza għolja hija l-kapaċità ta’ materjal li jkun jiflaħ stress ripetut mingħajr ma jinkiser u, b’mod speċifiku, il-kapaċità li jirreżisti f’eċċess ta’ 4,5 miljun ċiklu ta’ reħi bl-użu ta’ proporzjon tal-istress (minimu/massimu) ta’ 0,2 u medda ta’ stress li taqbeż il-150 MPa. (“il-prodott investigat”).

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qed ikun l-oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 20 00, ex 7228 30 20, ex 7228 30 41, ex 7228 30 49, ex 7228 30 61, ex 7228 30 69, ex 7228 30 70 u ex 7228 30 89. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina titqies bħala pajjiż li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq, l-ilmentatur stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi f’żewġ pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda.

L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ta’ ġbir mill-post tal-manifattura) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   L-allegazzjoni tal-ħsara u l-kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill- pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem fis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mħeġġa biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.1.1.1.   Il-proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat

(a)   It-t-teħid ta’ kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid tal-kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula biex ikunu fil-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima (b) ta’ hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma jkunx jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Marġni individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni individwali ta’ dumping”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping iridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”) u jibagħtuha lura mimlija kif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi speċifikat fit-Taqsima 5.1.2.2 hawn taħt.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġini individwali ta’ dumping għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni individwali ta’ dumping tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.2.   Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

5.1.2.1.   L-għażla ta’ pajjiż terz b’ekonomija tas-suq

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5.1.2.2 hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat il-valur normali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni se tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adattat. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament lill-Emirati Għarab Magħquda. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta’ din l-għażla fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, il-produzzjoni tal-prodott qed tiġi investigata wkoll fil-Qatar u t-Turkija. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott investigat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li hemm indikazzjonijiet dwarhom li l-produzzjoni tal-prodott investigat qed isseħħ.

5.1.2.2.   It-trattament tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq

B’konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”). It-TES jingħata jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (4) jkunu ssodisfati. Il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, safejn hu possibbli u mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta’ talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni individwali ta’ dumping, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni se tivvaluta biss il-formoli ta’ talba għal TES sottomessi mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat magħżul biex ikun parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li t-talba tagħhhom għal marġni individwali ta’ dumping tkun ġiet aċċettata.

Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES iridu jissottomettu formola ta’ talba għal TES mimlija fi żmien 21 jum mid-data tan-notifikazzjoni tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.1.3.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (5)  (6)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi mhux relatati li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun. It-teħid ta’ kampjuni se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement l-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun. It-teħid ta’ kampjuni jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (sabiex jagħmlu dan jeħtiġilhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża ta’ kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (7).

Partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skennjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet relatati mad-difiża tal-kummerċ) ippubblikat fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email

:

TRADE-HFP-REBARS-DUMPING@ec.europa.eu

u

TRADE-HFP-REBARS-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Nuqqas li tingħata risposta komputerizzata m’għandhiex titqies li tikkostitwixxi non-koperazzjoni, sakemm dik il-parti interessata turi li meta tagħti r-risposta kif mitlub dan jirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi talbiet għall-aċċess tal-fajl, tilwim dwar il-kunfidenzjalità ta’ dokumenti, talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu imposti miżuri provviżorji mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (8).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(3)  B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġini stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku se jitwarrab.

(4)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-kostijiet tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat; (ii) id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità bażika, li jiġu verifikati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-finijiet kollha; (iii) ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà ġuridika u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(5)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-istokk tal-voti li fadal jew tal-ishma jew it-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Image


ANNESS II

Image

Image


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/23


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 143/14)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“ΓΑΛΑΝΟ ΜΕΤΑΓΓΙΤΣΙΟΥ ΧΑΛΚΙΔΙΚΗΣ” (GALANO METAGGITSIOU CHALKIDIKIS)

Nru tal-KE: EL-PDO-0005-01027-7.8.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Γαλανό Μεταγγιτσίου Χαλκιδικής” (Galano Metaggitsiou Chalkidikis)

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Galano Metaggitsiou Chalkidikis” hu prodott minn żewġ varjetajiet ta’ żebbuġa: is-Strongilolia (Galani, Prasinolia) u l-Hondrolia Halkidikis. Il-proporzjonijiet huma kif ġejjin: ta’ mill-inqas 90 % tas-Strongilolia (Galani, Prasinolia) u massimu ta’ 10 % tal-Hondrolia Halkidikis.

Il-“Galano Metaggitsiou Chalkidikis” għandu dawn il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi li ġejjin:

Aċidità: sa massimu ta’ 0,60

Valur tal-perossidu: massimu 15

Κ232: massimu 2,35

Κ270: massimu 0,18

Xamgħat: massimu 110 mg/kg

Perċentwali tal-aċidi grassi insaturati: ugwali għal 84 % jew aktar

Perċentwali tal-aċidu olejku: minimu 73 %

Aċidu linoleniku: < 1,0 %

Aċidu linolejku: < 11 %

Kulur: aħdar b’laqtiet ta’ isfar għal isfar dehbi, imdardar immedjatament wara l-għasra mbagħad gradwalment jiċċara kompletament.

Karatteristiċi organolettiċi

Deskrittur

Valur medju

Difetti

0

Medjan tal-kontenut ta’ frott

> 3

Medjan tal-qawwa tat-togħma

> 3

Medjan tal-imrar

< 2,5

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Galano Metaggitsiou Chalkidikis” hu prodott minn varjetajiet ta’ żebbuġa li jitkabbru u jintgħasru biss fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li l-isem reġistrat jirreferi għalih

Il-“Galano Metaggitsiou Chalkidikis” jiġi bbottiljat fiż-żona biex jiġi evitat ir-riskju li jiġi mittiefes u jitlef il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu b’riżultat tat-trasport fi kwantità kbira.

Jittieħdu miżuri verament speċifiċi biex jiġi evitat kull deterjorament tal-prodott, jiġifieri:

1.

Inizjalment il-prodott jinħażen f’tankijiet tal-azzar inossidabbli u nnumerati fl-imħażen tal-produtturi li jafu kif l-ossiġnu u d-dawl jistgħu jaffettwaw iż-żejt matul il-ħażna.

2.

It-tankijet jiġu ssiġillati b’xama’ tas-siġilli bil-kelma “κυανούν” (blu) u jiġu ssiġillati mill-ġdid meta tank ma jitbattalx kompletament, biex jiġi żgurat il-kontroll tal-prodott.

3.

Jista’ jkun li l-prodott ma jiġix dekantat jew trasportat fi kwantità kbira barra miż-żona ġeografika ddefinita tal-produzzjoni sabiex jitnaqqas għal minimu ż-żmien ta’ kuntatt bejn ix-xaħam u l-ossiġnu fl-interfaċċja ta’ bejn l-arja u ż-żejt, jew fit-tank tat-trasport jew matul l-imballaġġ

4.

Jista’ jkun li l-prodott ma jiġix trasportat barra miż-żona ġeografika ddefinita tal-produzzjoni f’tankijiet jew kontejners trasparenti sabiex jiġi evitat li jkun espost għad-dawl dirett tax-xema’ li tista’ tikkawża fotossidazzjoni.

5.

Il-fliexken jiġu ssiġillati b’xama’ tas-siġilli, li l-kompożizzjoni tagħha tvarja minn lott għall-ieħor (proporzjonijiet tal-komponenti tax-xama’ tas-siġilli, il-metodu tal-kontejners tas-siġill), sabiex ma jkun hemm l-ebda possibilità li l-prodott jiġi ffalsifikat (għalhekk il-kontroll jiġi ffaċilitat) u tiġi żgurata t-traċċabilità tiegħu.

Il-prodott jiġi mballaġġat f’kontejners mhux trasparenti magħmulin mill-materjal tal-ħġieġ, il-metall jew iċ-ċeramika xieraq, għall-użu mal-ikel, jew kull materjal ieħor inerti sakemm dan ma jaffettwawx il-kontenut u sakemm ikun jissodisfa r-rekwiżiti kummerċjali u/jew legali tal-pajjiżi li fihom jiġi kummerċjalizzat.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li l-isem reġistrat jirreferi għalih

It-tikkettar, barra li jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, għandu jinkludi wieħed minn dawn il-logos li ġejjin:

Image

Il-kodiċi tal-produttur għandu jidher fuq il-flixkun u kull flixkun jiġi nnumerat sabiex il-konsumatur ikollu informazzjoni aktar speċifika u preċiża.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-“Galano Metaggitsiou Chalkidikis” hija ddefinita bil-fruntieri amministrattivi ta’ Metaggitsi fil-Muniċipalità ta’ Sithonia.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-ispeċifità taż-żona ġeografika ġejja mill-fatt li hi magħluqa bi xmara fil-Punent, bil-baħar fil-Lvant, u bl-għoljiet fit-Tramuntana u n-Nofsinhar.

Dwar ir-riżalt fil-biċċa art li tikkostitwixxi ħafna miż-żona (1 820 ha), normalment il-gradjenti huma 1-15 % u fiż-żona ta’ madwarha hemm gradjenti akbar li jistgħu jkunu aktar minn 60 %. Għalhekk il-biċċa l-kbira tar-raba’ hu mdawwar bl-għoljiet. Dan jifforma baċir magħluq, li hu protett mill-irjieħ umdi tal-Lvant imma fl-istess ħin iżomm it-temperaturi baxxi. It-temperatura medja matul l-aktar xahar kiesaħ hi 2,5 °C u t-temperatura medja matul l-aktar sħun hi 22,5 °C. Ikun hemm ukoll ġlata bikrija prinċipalment dovuta għall-kumbinazzjoni tal-klima u r-riżalt.

Il-klima hi Mediterranja. Madankollu, għandha wkoll karatteristiċi ta’ klima kontinentali b’influwenza Mediterranja u l-preċipitazzjoni mhix abbundanti b’mod speċjali, b’xita annwali medja li tvarja minn 505 mm għall-altitudnijiet baxxi għal 662 mm għall-altitudnijiet ogħla. Il-perjodu Ġunju-Settembru jitqies bħala l-aktar xott b’xita bejn 119 u 169 mm u l-inqas xita tkun f’Settembru (bejn 20 mm u 29 mm). L-imsaġar taż-żebbuġ ta’ Metaggitsi Halkidikis jinżergħu f’ħamrija ta’ oriġini Paleożojka fiż-żona tal-Vertiskos, iffurmata minn gness majka u bijotika, granit, skist, kwarzit, dijorite u feldspar, li hi moderatament aċiduża, b’valuri baxxi ta’ pH (5 u 6), filwaqt l-imsaġar l-oħra taż-żebbuġ fil-Prefettura ta’ Halkidiki jinżergħu f’ħamrija alkalina bil-ġir b’pH ta’ 7 jew aktar. Mil-lat mekkaniku, il-ħamrija għandha tessatura bejn ħafifa u medja u għandha livelli għoljin ta’ umdità, hi ventilata tajjeb, hi moderatament permeabbli, b’inskular tajjeb, il-migrazzjoni tal-ilma u s-soluzzjonijiet tal-ħamrija hi waħda faċli, u għandha ħafna fosforu.

Barra minn hekk l-imsaġar taż-żebbuġ ta’ Metaggitsi Halkidikis huma magħmula minn tal-inqas 90 % tal-varjetà taż-żebbuġ tas-Strongilolia (Galani, Prasinolia), li hi stabbilita sew fiż-żona ġeografika ddefinita dovuta għall-ħamrija speċifika u l-kondizzjonijiet klimatiċi prevalenti hemmhekk, massimu ta’ 10 % mill-varjetà tal-Hondrolia Halkidikis. Il-preżenza dominanti tal-varjetà tas-Strongilolia fiż-żona hi minħabba l-attività mikroklimatika u umana li litteralment sawru r-raba’, fejn l-aċidità tal-ħamrija titnaqqas permezz ta’ demel organiku u ekoloġiku u l-ħruxija tal-ħamrija permezz tat-tagħżiq manwali.

Is-Strongilolia hija żebbuġa kbira. Il-frotta għandha forma tonda ovali, mingħajr beżżula u timmatura f’Novembru. Il-frott jinħasad kmieni, meta l-frotta tkun ħadra fil-vjola, u mbagħad issir l-ewwel għasra f’temperatura baxxa (it-taħlita taż-żebbuġ magħsur ma għandhiex tisħon aktar minn 27 °C). Il-piż ivarja bejn 2,6 u 7,5 grammi u nofs (medja ta’ 4,6) u l-kontenut taż-żejt hu 16 %. Is-Strongilolia tintuża kemm biex jiġi prodott iż-żebbuġ tal-mejda kif ukoll iż-żejt taż-żebbuġa u tiddistingwi ruħha bil-frott u l-weraq tagħha.

Il-Hondrolia Halkidikis hija żebbuġa bl-għadma bi proporzjon ta’ 7-10:1. Mill-Hondrolia Halkidikis jiġi prodott kemm iż-żebbuġ tal-mejda kif ukoll iż-żejt taż-żebbuġa u tiddistingwi ruħha bil-frott u l-weraq tagħha.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Galano Metaggitsiou Chalkidikis” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

ta’ mill-inqas 90 % taż-żejt jiġi mill-varjetà tas-Strongilolia (Galani, Prasinolia).

b’kontenut għoli tal-aċidu olejku (ta’ mill-inqas 73 %)

il-prevalenza tal-aċidi grassi insaturati (daqs 84 % jew aktar) imqabbla ma’ oħrajn saturati

perċentwali baxx tal-aċidu linoleniku (anqas minn 1,0 %) u l-aċidu linolejku (anqas minn 11 %)

it-togħma medja tal-frott, b’valur medjan > 3, il-qawwa medja tat-togħma, b’valur medjan > 3, u l-imrar bejn baxx u medju, b’valur medjan < 2,5. Il-“Galano Metaggitsiou Chalkidikis” jista’ jiġi deskritt bħala żejt mhux qawwi peress li l-valur tal-imrar tiegħu normalment hu < 2.

Il-“Galano Metaggitsiou Chalkidikis” hu prodott minn żebbuġ li jinħasad kmieni - il-ħsad jibda f’Ottubru - meta l-frotta tkun ħadra fil-vjola, u mbagħad issir l-ewwel għasra f’temperatura baxxa (it-taħlita taż-żebbuġ magħsur ma għandhiex tisħon aktar minn 27 °C).

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Il-“Galano Metaggitsiou Chalkidikis” hu kkaratterizzat mill-preżenza tal-varjetà tas-Strongilolia (Galani jew Prasinolia) li titkabbar kummerċjalment fiż-żona ġeografika u kważi mkien ieħor. Il-varjetà hi stabbilita sew fiż-żona u tgħodd għal kważi s-siġar kollha tagħha taż-żebbuġ, 90 % taż-żebbuġ kollu mkabbar. Il-preżenza dominanti ta’ din il-varjetà fiż-żona hi minħabba l-attività umana u mikroklimatika (nixfa, temp xott, ġlata bikrija, temperaturi baxxi, valuri baxxi ta’ pH tal-ħamrija, riżalt) li literalment sawru r-raba’, fejn l-aċidità tal-ħamrija titnaqqas permezz ta’ demel organiku u ekoloġiku u l-ħruxija tal-ħamrija permezz tat-tagħżiq manwali. Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija jipproduċu konċentrazzjoni akbar tal-aċidu olejku (73 %) u konċentrazzjonijiet iżgħar tal-aċidu linoleniku (anqas minn 1,0 %) u l-aċidu linolejku (anqas minn 11 %) biex b’hekk iż-żejt taż-żebbuġa “Galano Metaggitsiou Chalkidikis” jikseb stabbilità ta’ ossidazzjoni akbar.

Il-karatteristiċi pożittivi taż-żejt taż-żebbuġ “Galano Metaggitsiou Chalkidikis” huma dovuti wkoll għall-kontenut għoli tal-fosforu tal-ħamrija. Barra minn hekk, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Galano Metaggitsiou Chalkidikis” għandu aroma taż-żebbuġ friska, distinta u tal-frott minħabba l-ammont baxx ta’ xita, li jipproduċi aromi bbilanċjati, ħsad kmieni, li jagħti żejt b’aroma intensa u l-metodu tal-għasra użat (l-ewwel għasra b’temperatura baxxa) li ma tagħmilx ħsara jew teqred il-komponenti aromatiċi taż-żejt.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/Galano_Metaggitsiou_Xalkidikis_300714.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/27


Rettifika għall-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza u tnaqqis għat-28 Stat Membru, applikabbli mill-1 ta’ April 2015

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 88 tal-14 ta’ Marzu 2015 )

(2015/C 143/15)

F’paġna 6, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:

“Minn

Sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.4.2015

0,34

0,34

2,18

0,34

0,52

0,34

0,42

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

1,58

2,21

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

2,16

0,34

2,04

0,23

0,34

0,34

1,02

1.3.2015

31.3.2015

0,34

0,34

2,18

0,34

0,52

0,34

0,66

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

1,58

2,21

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

2,16

0,34

2,04

0,33

0,34

0,34

1,02

1.1.2015

28.2.2015

0,34

0,34

2,18

0,34

0,52

0,34

0,66

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

1,58

2,21

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

0,34

2,16

0,34

2,63

0,46

0,34

0,34

1,02