ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 140

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
28 ta' April 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-110 Sessjoni Plenarja mil-11 sat-13 ta' Frar 2015

2015/C 140/01

Riżoluzzjoni dwar il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2015

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-110 Sessjoni Plenarja mil-11 sat-13 ta' Frar 2015

2015/C 140/02

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP)

7

2015/C 140/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-estensjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika għal prodotti mhux agrikoli

13

2015/C 140/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020

16

2015/C 140/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs u Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi

22

2015/C 140/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ma' governanza ekonomika soda

28

2015/C 140/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ħarsien f'diversi livelli tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE

32


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2015/C 140/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn ekonomija ċirkolari: reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart

37

2015/C 140/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-interoperabbiltà bħala Mezz għall-Modernizzazzjoni tas-Settur Pubbliku

47


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-110 Sessjoni Plenarja mil-11 sat-13 ta' Frar 2015

28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/1


Riżoluzzjoni dwar il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2015

(2015/C 140/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2015 u l-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-KtR u l-Kummissjoni Ewropea:

1.

jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tilħaq liċ-ċittadini tal-UE sabiex tikseb il-fiduċja tagħhom fl-UE; jenfasizza r-rwol li l-bliet u r-reġjuni tal-UE jistgħu jaqdu għal dan il-għan;

2.

jilqa’ l-enfasi magħmula mill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni fuq il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u jfakkar li l-KtR jwettaq il-monitoraġġ tas-sussidjarjetà biex jiżgura li l-valur miżjud tal-azzjoni leġislattiva tal-UE jappoġġja approċċ ta’ politika iktar integrat, jiġifieri permezz ta’ ħidma fuq portafolli; jitlob valutazzjoni sistematika tal-impatt territorjali tal-inizjattivi ġodda kollha tal-UE inkluż il-programm REFIT;

3.

ifakkar fid-determinazzjoni tiegħu li jkun involut fiċ-ċiklu leġislattiv kollu fl-oqsma fejn jista' jikkontribwixxi bis-saħħa tal-kompetenzi tiegħu u jitlob lill-Kummissjoni sabiex jiġi kkonsultat dwar proposti li jiġu modifikati sostanzjalment matul il-proċess leġislattiv;

4.

jitlob li jkun hemm alleanza interistituzzjonali biex taġġorna u tlesti l-infrastrutturi fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li jenfasizza l-importanza kbira li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ progress, li jitnaqqsu d-distakki bejn iċ-ċentri u n-netwerks flimkien mas-sezzjonijiet transkonfinali, peress li jqis li l-konnettività u l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha f’termini tat-trasport, l-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet u l-infrastruttura diġitali u s-servizzi bħala essenzjali għall-iżvilupp territorjali u s-solidarjetà Ewropea;

5.

jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-lakuni li għadhom jeżistu fis-suq uniku Ewropew u biex tagħti attenzjoni partikulari lir-reġjuni tal-fruntieri; f’dan ir-rigward jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa inizjattivi komuni li għandhom jitwettqu bl-appoġġ tal-Pjattaforma tiegħu għal Raggruppamenti Ewropej għall-Kooperazzjoni Territorjali (REKT); għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lir-reġjuni bi żvantaġġi demografiċi severi u permanenti, kif stipulat fit-TFUE;

6.

f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex fl-inizjattivi tagħha tqis is-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi, li l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-bżonn għal regolamenti adattati huma definiti b’mod ċar fl-Artikolu 349 tat-TFUE, bil-għan li tinkiseb il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-suq uniku Ewropew;

7.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tirċievi l-fehmiet tal-koleġislaturi qabel ma tipproċedi għall-irtirar tal-proposti leġislattivi stabbiliti fl-Anness II tal-programm ta’ ħidma u jitlob li jingħata opportunità simili; jistieden lill-Kummissjoni biex ma tirtirax il-proposta tal-ekonomija ċirkolari; iqis li l-leġislazzjoni attwali dwar l-iskart teħtieġ li tiġi riveduta mill-aktar fis possibbli;

8.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tnaqqas il-piż regolatorju bil-għan li jiġu promossi l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi sakemm dawn ma jkunux jikkompromettu l-livelli għoljin tal-Ewropa fir-rigward tal-ħarsien soċjali, tas-saħħa u tal-ambjent u l-għażla tal-konsumatur; jitlob li jiġi mistieden jipparteċipa fil-gruppi ta' ħidma dwar is-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni Ewropea peress li l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma f’ħafna każijiet l-awtorità li timplimenta l-liġi tal-UE;

9.

jiddispjaċih li l-programm ta' ħidma ma jagħmilx referenza għal inizjattivi speċifiċi fil-politika ta' koeżjoni, l-iżvilupp rurali, l-industrija tat-turiżmu u l-ambjent; jiddispjaċih b'mod partikolari dwar in-nuqqas ta' inizjattivi ġodda dwar l-aġenda urbana, l-istrateġiji makroreġjonali, il-koeżjoni territorjali u l-isfidi demograiċi; jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem flimkien mal-KtR fl-iżvilupp ta' inizjattivi f'dawn l-oqsma.

L-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment

10.

jieħu nota tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI) maħsub biex jiġu mobilizzati EUR 315 biljun f'investimenti addizzjonali f'oqsma strateġiċi fuq it-tliet snin li ġejjin;

11.

jenfasizza li l-pjan ta’ investiment għall-Ewropa u l-EFSI huma komplementari għall-politika ta’ koeżjoni u li sinerġiji b’saħħithom bejn l-EFSI l-ġdid u l-programmi operattivi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) ser ikunu kruċjali sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-proġetti ta’ investiment u l-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali u lokali; jirrakkomanda involviment adegwat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tal-għażla tal-proġetti kif ukoll fl-organizzazzjoni ta’ fora għal investiment deċentralizzati;

12.

jilqa’ l-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar kif għandhom jiġu applikati l-marġnijiet ta’ flessibbiltà previsti mill-Patt ta’ Tkabbir u Stabbiltà tilqa’ l-appell tal-KtR biex il-kofinanzjament nazzjonali tal-proġetti EFSI u FSIE jiġu eżentati mir-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-KtR huwa fil-fatt konvint li applikazzjoni usa' tal-“klawżola tal-investiment” ser tgħin ħafna biex jitneħħew l-ostakli għat-tnedija mill-ġdid ta’ investimenti li jsaħħu t-tkabbir;

13.

jinsab imħasseb dwar il-kriżi kontinwa tal-pagamenti fil-baġit tal-UE u dwar il-livell dejjem jiżdied ta' kontijiet mhux imħallsa. Għalhekk jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta malajr il-pjan għat-tneħħija tal-akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa, li kienet impenjat ruħha li tippreżenta bħala parti mill-ftehim istituzzjonali dwar il-proċedura tal-baġit 2014. Ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għandha, fit-tieni stadju, tkun ta' opportunità għal soluzzjoni strutturali sabiex jiġu evitati li l-kontijiet mhux imħallsa jinbidlu f'dejn strutturali tal-UE. Ir-reviżjoni għandha tinkludi wkoll riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE bil-għan li titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-finanzi tal-UE għal tilwim nazzjonali u bl-għan ta' allinjament mar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020;

14.

jipproponi li, fil-qafas tar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020, jiddaħħal indikatur relatat mar-rata tal-investiment fit-tabella ta' valutazzjoni makroekonomika;

15.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tevalwa wkoll l-impatt tar-regoli l-ġodda tal-ESA 2010 fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jinvestu;

16.

jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-ġlieda kontra l-qgħad u jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri b'saħħithom f'dan il-qasam, bl-involviment mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom; jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea għall-proporsta li ppreżentat fl-4 ta' Frar 2015 sabiex EUR 1 biljun ikunu disponibbli fl-2015 u jżidu drastikament il-prefinanzjament li l-Istati Membri jirċievu fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex torganizza djalogu strutturat mal-KtR u l-assoċjazzjonijiet territorjali biex flimkien jevalwaw kif l-iskema Ewropea tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tista' tiġi implimentata aħjar fil-prattika;

17.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu dimensjoni territorjali mal-Istrateġija Ewropa 2020 riveduta u sabiex jallinjaw is-Semestru Ewropew għall-għanijiet fit-tul tal-Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-involviment tal-livelli sottonazzjonali tal-gvern fir-reviżjoni tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, inkluż is-Semestru Ewropew; jikkunsidra l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi bħala element ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020 biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintroduċu mira ewlenija għall-produttività tar-riżorsi;

18.

jiddispjaċih li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020 tal-Kummissjoni Ewropea, li kienet mistennija tiġi ppubblikata fi Frar 2015, ġiet posposta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti tagħha dwar ir-reviżjoni tal-istrateġija mill-aktar fis possibbli;

Suq Uniku Diġitali

19.

jenfasizza l-importanza li s-Suq Uniku Diġitali jitlesta sabiex tiżdied il-kompetittività tas-sistema kummerċjali reġjonali, anke permezz ta’ inċentivi għal investimenti fit-teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jingħalaq id-distakk diġitali bejn iż-żoni urbani u rurali fl-Ewropa bħala kwistjoni ta’ urġenza, li jiġu żviluppati servizzi elettroniċi pubbliċi u gvern elettroniku li huma affidabbli u aċċessibbli għal kulħadd u li jiġu implimentati l-miżuri sabiex jiżdied il-litteriżmu diġitali taċ-ċittadini, inizjattivi li jipprovdu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jgħinu jissolvew il-problemi relatati mal-isfidi demografiċi li qed jiffaċċjaw xi partijiet tar-reġjuni tal-Ewropa; jissuġġerixxi li titjieb l-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali permezz ta’ dimensjoni territorjali aktar b’saħħitha tal-Forum Diġitali annwali.

Politiki tal-unjoni tal-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-ambjent

20.

jilqa' l-qafas strateġiku propost għall-Unjoni tal-Enerġija u jitlob li l-istrateġija l-ġdida tiġi bbażata fuq soluzzjonijiet lokali u reġjonali realistiċi għall-enerġija, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u l-adattament kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli; jitlob lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-KtR aktar mill-qrib dwar l-aspetti ewlenin ta' interess lokali u reġjonali fl-oqsma tas-sigurtà tal-enerġija, l-enerġiji rinnovabbli, is-suq intern tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra, b'mod speċjali s-swieq tal-enerġija bl-imnut u l-enerġija affordabbli, kif ukoll il-produzzjoni tal-enerġija deċentralizzata, il-governanza l-ġdida tal-enerġija u l-għoti ta' setgħa liċ-ċittadini bħala konsumaturi u produtturi tal-enerġija; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-KtR fil-Forum taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija u l-attivitajiet tal-programm Bliet Intelliġenti;

21.

jenfasizza l-kontribut importanti tal-bliet u r-reġjuni b’rabta mal-provvista tal-enerġija u kwistjonijiet ta’ sigurtà u l-futur tal-politika tal-enerġija u r-rwol tal-unjoni tal-enerġija; jissuġġerixxi sħubija strateġika bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-KtR sabiex jiġu żviluppati pjani ta’ azzjoni konkreti;

22.

jitlob lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-KtR fit-tħejjija tal-proposti leġisattivi sabiex jiġi implimentat il-pakkett tal-klima u l-enerġija għall-2030;

23.

jenfasizza l-importanza li tiġi involuta s-sistema reġjonali sabiex tiġi żgurata governanza sistematika aktar effettiva tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima;

24.

jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ u tintegra l-Patt tas-Sindki mal-inizjattiva Mayors Adapt u biex testendi ż-żmien tagħhom lil hinn mill-2020 sabiex tikseb il-koordinazzjoni meħtieġa tal-kwistjonijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima; jenfasizza r-rwol ewlieni li trid taqdi biex timmobilizza l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jixtieq ikun involut mill-qrib fl-iżvilupp ta' dawn l-istrumenti fil-futur;

25.

ifittex li jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-pożizzjoni tal-UE għall-UNFCCC COP21 f’Pariġi, u jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-KtR b’mod sħiħ fin-negozjati u l-attivitajiet relatati kollha;

26.

iqis li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, fl-2015, Komunikazzjoni dwar l-użu tal-art bħala riżorsa, għandha twettaq reviżjoni bir-reqqa f’nofs it-term tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE u għandha tfassal proposta ġdida għal Direttiva dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, u proposta leġislattiva dwar l-ispezzjonijiet ambjentali u l-infurzar, filwaqt li huwa neċessarju li jiġi vverifikat bir-reqqa li l-proposti leġislattivi l-ġodda jew id-dispożizzjonijiet li huma inklużi fihom huma konsistenti mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

27.

jilqa' b'sodisfazzjoni l-enfasi li ssir fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2015 dwar sħubija eqreb mar-reġjuni u l-bliet għal implimentazzjoni aħjar tal-leġislazzjoni ambjentali; għalhekk jinsab ħerqan li jżid l-attivitajiet tal-Pjattaforma Teknika konġunta tal-KtR/Kummissjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni dwar l-Ambjent kif imsemmi fis-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali 2014-2020 tal-Unjoni Ewropea;

28.

itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri li jiggarantixxu suq tal-ħalib ibbilanċjat ladarba jintemmu l-kwoti tal-ħalib fil-31 ta' Marzu 2015, sabiex jiġu evitati konsegwenzi soċjali u ekonomiċi negattivi, u riskji għall-investiment fuq terminu twil fis-settur;

Suq Intern

29.

jirrimarka li huwa vitali li jitrawwem l-investiment fl-innovazzjoni u tissaħħaħ l-industrija Ewropea jekk l-UE trid iżżomm vantaġġ kompetittiv fl-ekonomija globali;

30.

jappella għal segwitu tal-Green Paper dwar estensjoni possibbli tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-Unjoni Ewropea għal prodotti mhux agrikoli (1);

31.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-attenzjoni fuq l-SMEs u jenfasizza l-kontribut tagħhom għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fil-livell reġjonali u lokali fl-UE; jissottolinja r-rieda tiegħu li jikkoopera fil-ħolqien ta’ netwerk ta’ rappreżentanti tal-SMEs fil-livell reġjonali; jistenna l-proposti l-ġodda fir-rigward ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali sabiex tgħin ittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs;

32.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta pakkett dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema, li għandu jinkludi proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiċċara l-intitolament għad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u benefiċċji oħrajn għaċ-ċittadini li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment ħieles; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis ukoll l-effetti negattivi tal-mobilità tal-ħaddiema bħall-eżodu tal-imħuħ u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet;

33.

bil-għan li jissaħħu l-ekonomija soċjali u l-intraprenditorija soċjali fi ħdan l-UE, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għal statuti Ewropej għal soċjetajiet u assoċjazzjonijiet mutwi u proposta riveduta dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea, u li żżomm il-proposta tagħha dwar l-Istatut tal-Fondazzjonijiet Ewropej;

34.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura li s-settur finanzjarju jsir kemm aktar sikur u aktar kapaċi li jwettaq ir-rwol tiegħu li jiffinanzja l-ekonomija reali; jistenna, b’mod partikolari, il-proposta dwar ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex banek.

Unjoni Ekonomika u Monetarja

35.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, inkluża d-dimensjoni soċjali tagħha, u jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem mill-qrib mal-KtR biex jitressqu proposti konkreti;

36.

jilqa’ l-objettiv tal-Kummissjoni li żżid l-isforzi għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa u li timxi lejn sistema fejn il-pajjiż li fih jiġu ġġenerati l-profitti huwa wkoll il-pajjiż ta' tassazzjoni; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni li tfassal proposta dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa fuq deċiżjonijiet tat-taxxa transkonfinali.

Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles

37.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq dokument ta' strateġija li jiddeskrivi l-għanijiet tal-politika kummerċjali usa' tal-UE u li jkunu jistabbilixxu standards ogħla ta' trasparenza u konsultazzjoni matul in-negozjati u jiggarantixxu aċċess għas-suq sinifikanti, promozzjoni ta' standards ambjentali u soċjali għoljin u rispett sħiħ tal-awtonomija tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kolha fit-twettiq tas-servizzi pubbliċi;

38.

jappoġġja l-isforzi reċenti tal-Kummissjoni biex iżżid it-trasparenza fin-negozjati tal-ftehimiet kummerċjali u, b’mod partikolari, is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP); jinsisti li l-ekonomiji lokali u reġjonali fuq skala żgħira m’għandhomx jintlaqtu b'mod negattiv mir-riżultat tan-negozjati, li prodotti tal-ikel ittikkettati b’mod reġjonali għandhom ikomplu jiġu protetti u li l-istandards Ewropej tas-saħħa u l-ambjent kif ukoll l-istrutturi legali u l-proċeduri tal-UE u l-Istati Membri jiġu salvagwardjati; jistenna li s-sovranità kulturali u tal-midja tal-Istati Membri tiġi garantita billi b'mod espliċitu jiġu esklużi l-kultura u l-midja mill-mandat tan-negozjar; jitlob li jinżamm infurmat b’mod regolari u trasparenti sabiex ikun jista’ jwettaq ir-rwol tiegħu bħala intermedjarju bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

39.

jistieden lill-Kummissjoni biex tassoċja lill-KtR fis-segwitu tan-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TISA), li se jieħu post il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), fid-dawl tal-fatt li d-dispożizzjonijiet ewlenin tan-negozjati – bħall-kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, aċċess għas-suq, trattament nazzjonali jew eżenzjonijiet b'rabta mal-provvista ta' servizzi – jirrelataw mal-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

40.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija ta' komunikazzjoni sabiex tgħarraf liċ-ċittadini dwar il-benefiċċji potenzjali ta' tali ftehimiet kummerċjali għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej;

Żona tal-Ġustizzja u d-Drittijiet Fundamentali

41.

jinnota l-impenn tal-Kummissjoni għall-opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabbiltà u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, iżda jiddispjaċih li m'hemmx inizjattivi ġodda speċifiċi;

42.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi politika Ewropea komprensiva dwar il-migrazzjoni li tipproteġi l-fruntieri tal-UE, tiġġieled kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-immigrazzjoni irregolari, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-migranti, jinħolqu modi sikuri u legali għall-migranti biex jaslu fl-UE, titjieb il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, tinbena solidarjetà ġenwina fost l-Istati Membri tal-UE u titrawwem il-kompetittività Ewropea billi jissaħħaħ il-potenzjal tal-migranti li jikkontribwixxu għall-ekonomiji tal-Istati Membri tal-UE;

43.

jitlob li jkun hemm politika tal-immigrazzjoni kkoordinata u jenfasizza li l-approċċ il-ġdid propost għall-migrazzjoni jrid jinkludi miżuri u strumenti li jirriflettu r-rwol importanti u l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti abbażi tal-prinċipji tas-solidarjetà;

44.

jistieden lill-Kummissjoni tniedi, flimkien mal-KtR, konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġu evalwati aħjar l-isfidi eżistenti fil-livell lokali qabel ma jiġu mnedija inizjattivi u leġislazzjoni Ewropej ġodda.

L-UE bħala attur globali

45.

jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-Politika Ewropea tal-Viċinat li l-KtR ser jikkontribwixxi għaliha permezz tal-ARLEM u l-CORLEAP u jitlob għal tisħiħ tal-mekkaniżmi u l-programmi għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-awtoritajiet lokali u reġjonali imsieħba, u jitlob għat-tisħiħ tal-inizjattivi li jappoġġjaw il-proċessi ta' deċentralizzazzjoni fil-pajjiżi msieħba; jipproponi l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-programm Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali għall-pajjiżi msieħba kollha;

46.

jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippubblika Komunikazzjoni dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli wara l-2015 u jinsab lest biex jikkontribwixxi l-esperjenza u l-inizjattivi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba ewlenin fil-kooperazzjoni deċentralizzata għall-iżvilupp; jitlob li jiġi assoċjat mill-qrib mal-iżvilupp tal-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati globali u mal-inizjattivi fis-Sena Ewropea għall-Iżvilupp 2015.

Il-governanza u ċ-ċittadinanza

47.

jilqa b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tipproponi Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar tfassil aħjar tal-liġijiet u jitlob li jkun assoċjat miegħu;

48.

jilqa' b'sodisfazzjon kbir li jkun ta' prijorità t-tnaqqis tal-burokrazija; l-identifikazzjoni effettiva tal-burokrazija, b'mod partikulari bl-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u n-negozji, ser tkun kruċjali biex jiżdied l-impatt;

49.

jikkunsidra r-restawr tal-fiduċja fl-Unjoni Ewropea bħala prijorità importanti ħafna u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa aktar is-sħubija interistituzzjonali dwar il-komunikazzjoni deċentralizzata; ser ikompli jippromovi ċittadinanza tal-UE attiva u jsegwi r-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej;

50.

jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi ftehim interistituzzjonali ġdid li jinkludi lill-Kunsill dwar reġistru obbligatorju tat-trasparenza, u jitlob li l-Kummissjoni tressaq proposta leġislattiva għall-ħolqien ta’ reġistru bħal dan fuq il-bażi tal-Artikolu 352 tat-TFUE. L-istituzzjonijiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom m’għandhomx ikunu obbligati li jirreġistraw f’dan, billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma parti integrali tas-sistema istituzzjonali f’diversi livelli, liema rappreżentanti huma eletti demokratikament miċ-ċittadini u ma jirrappreżentawx l-interessi partiġġjani;

51.

jagħti struzzjonijiet lill-president sabiex iwassal din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2014) 469 final.


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-110 Sessjoni Plenarja mil-11 sat-13 ta' Frar 2015

28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/7


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP)

(2015/C 140/02)

Relatur

:

Is-Sur Markus Töns (DE/PSE), Membru tal-Landtag ta' Nordrhein-Westfalen

Dokument ta' referenza

:

 

I.   KUMMENTI ĠENERALI

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

ifakkar li l-Unjoni Ewropea (UE) hija aktar minn sempliċi komunità ekonomika, u teqreb iżjed lejn komunità ta' valuri – kif stabbilit fil-Preambolu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – li tqiegħed lill-individwi fil-qalba tal-attivitajiet tagħha; ifakkar ukoll li l-UE tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-valuri komuni filwaqt li tirrispetta d-diversità tal-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-popli tal-Ewropa kif ukoll l-identitajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

2.

jenfasizza li qbil dwar it-TTIP jista’ jagħti stimolu tassew meħtieġ lill-ekonomija Ewropea, iwassal għal tkabbir sinifikanti tal-prodott gross domestiku Ewropew u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda ta’ kwalità għolja;

3.

ifakkar li r-riżultat tal-ftehim tat-TTIP ser joħloq regoli vinkolanti fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku għal-livelli kollha ta' governanza, minn fuq nett sal-awtoritajiet lokali, u għaldaqstant japplika għal madwar 820 miljun individwu u ser iwitti t-triq għall-ftehimiet bilaterali u multilaterali ta' kummerċ u ta' investiment kollha futuri, inkluż il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA); għalhekk dawn in-negozjati huma tal-ikbar importanza għall-ħajja taċ-ċittadini kollha tal-UE u tal-Istati Uniti u għandhom isiru b'mod ġust u trasparenti b'konsiderazzjoni tal-aħjar interess taċ-ċittadini;

4.

jilqa' b'sodisfazzjon li d-direttivi ta' negozjati jirrikonoxxu d-dritt tal-partijiet li qed jinnegozjaw li “jadottaw, iżommu u jinforzaw miżuri neċessarji sabiex jiġu segwiti objettivi ta' politika leġittimi bħall-protezzjoni tas-soċjetà, l-ambjent u s-saħħa pubblika, jiġu żgurati l-integrità u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja, jiġu promossi s-sigurtà u s-sikurezza pubblika, u tiġi promossa u protetta d-diversità kulturali”;

5.

jinnota li n-negozjati dwar il-ftehimiet trans-Atlantiċi ta' kummerċ ħieles jinkludu oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza legali tal-livelli governattivi u amministrattivi kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u fid-dawl ta' din id-dimensjoni lokali u reġjonali konsiderevoli tal-ftehim, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinkludih fil-Grupp Konsultattiv dwar it-TTIP tal-Kummissjoni Ewropea bħala assemblea tar-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-UE sabiex jiġi żgurat l-involviment u l-parteċipazzjoni minn stadju bikri tal-livell reġjonali, muniċipali u lokali fin-negozjati;

6.

madankollu, jiddispjaċih li s'issa l-Kummissjoni Ewropea ma inkludietx il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bħala r-rappreżentant tas-soċjetà ċivili fil-grupp konsultattiv tagħha;

7.

jenfasizza l-bżonn li tinżamm il-flessibbiltà regolatorja li teżisti bħalissa fl-Istati Membri kif ukoll dik tal-ġejjieni, speċjalment fil-qasam tal-istabbiliment ta' standards ta' protezzjoni u tas-servizzi ta' interess ġenerali. Il-garanzija tal-flessibbiltà hija indispensabbli l-iktar għall-intrapriżi tas-servizzi pubbliċi, peress li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali; jenfasizza wkoll il-prinċipju fundamentali stabbilit fit-Trattati tar-rispett tal-awtoregolamentazzjoni lokali u reġjonali;

8.

ma jaqbilx mal-proposta għal iktar kooperazzjoni regolatorja, li tagħti vuċi privileġġjata lill-imsieħba kummerċjali u tal-investiment fil-fażi preleġislattiva jew leġislattiva tal-proċessi leġislattivi tal-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jew li tippermetti li jiġu posposti l-proċeduri leġislattivi permezz tat-talba ta' studji tal-impatt tal-leġislazzjoni dwar il-kummerċ ħieles;

9.

jenfasizza li dan il-ftehim ser ikun ta’ benefiċċju għal kumpaniji ta’ kull daqs, b’mod partikolari l-SMEs, li m'għandhomx ir-riżorsi finanzjarji, legali jew oħrajn sabiex jiffaċċjaw regoli differenti u ostakoli oħrajn għall-kummerċ;

10.

jassumi li t-TTIP jista' jkun opportunità biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjieg fl-UE, peress li jista' jipprovdi aċċess reċiproku għas-suq għall-kummerċ ta' prodotti, servizzi, u investimenti, kif ukoll l-akkwist pubbliku u dispożizzjonijiet regolatorji miftuħa u jnaqqas l-ostakli kummerċjali nontariffarji (ONT);

11.

jinnota li, fid-dawl ta' dazju doganali medju ta' 2 %, l-ispinta għat-tkabbir partikolarment mistennija mill-Kummissjoni Ewropea għandha tinsab prinċipalment fil-konverġenza tad-dispożizzjonijiet regolatorji u t-tnaqqis tal-ONT;

12.

madankollu, jinnota li ftehim b'kamp ta' applikazzjoni daqshekk globali jipprovdi oppportunitajiet iżda jinvolvi wkoll riskji u, f'dan il-kuntest, jenfasizza b'mod espliċitu li l-parteċipazzjoni demokratika u l-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali, muniċipali u reġjonali għandhom ikunu ssalvagwardjati;

13.

jilqa' b'mod favorevoli d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE li jippubblika l-mandat ta' negozjar tat-TTIP. Il-KtR jiddispjaċih li dan seħħ diversi xhur wara li kien diġà ġie żvelat fuq l-internet, kif ukoll il-fatt li r-restrizzjonijiet fuq il-mandat ta' negozjar għadhom pjuttost kbar. Għalhekk dawn iridu jitnaqqsu sabiex jiġi garantit aċċess aħjar għall-pubbliku fir-rigward tal-qagħda tan-negozjati;

14.

jinnota wkoll li, fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti, għandu jiġi garantit f'kull ħin il-kontroll demokratiku tan-negozjati u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jiżguraw negozjati kemm jista' jkun trasparenti. F'termini konkreti dan ifisser li għandhom jiġu ppubblikati d-dokumenti essenzjali kollha u, fejn possibli, jiġu preżentati fil-ħin u b'mod komprensiv id-direttivi ta' negozjati lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-gruppi soċjali rilevanti kollha kif ukoll liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea; b'rabta ma' dan jilqa' l-fatt li l-Istati Membri, li jżommu ma' deċiżjoni unanima fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti dwar in-negozjati għall-ftehmiet kummerċjali, fil-bidu ta' Jannar 2015 talbu lill-Kummissjoni Ewropea tippubblika t-test tal-proposti inizjali tal-UE f'diversi oqsma tan-negozjati;

15.

jenfasizza li t-TTIP huwa ftehim imħallat, li huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u għandu jiġi ratifikat ukoll minn kull wieħed mit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat jista' jirrikjedi mhux biss l-approvazzjoni tal-parlament nazzjonali iżda wkoll l-approvazzjoni tal-gvern, il-parlament jew il-kmamar li jirrappreżentaw il-livell reġjonali;

16.

jitlob li tiġi eżaminata l-possibbiltà li tiġi introdotta klawżola ta’ reviżjoni fil-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti sabiex, fejn adegwat, ikun possibbli li jiġu riveduti u emendati l-ftehimiet li jintlaħqu, skont l-impatt tagħhom;

17.

jistieden lill-Kummissjoni taħdem sabiex il-ftehim dwar it-TTIP jiġbor fih approċċ ta' elenkar pożittiv u biex tirrifjuta approċċ ta' elenkar negattiv u l-hekk imsejħa klawżoli “krikk” (ratchet clauses);

18.

iqis li l-livell għoli tal-istandards ta' protezzjoni Ewropej li jeżistu għaċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea huwa kisba ewlenija li għandha tiġi protetta kemm jista' jkun u jħeġġeġ li l-istandards legali eżistenti fl-Istati Membri tal-UE, pereżempju dwar il-ħarsien tal-ħajja, is-sigurtà tal-prodotti, il-protezzjoni tas-saħħa, soċjali, ambjentali, tal-klima, alimentari u tal-annimali kif ukoll id-drittijiet tal-konsumatur u l-protezzjoni tad-data, il-proprjetà intellettwali kif ukoll id-drittijiet tal-ħaddiema, u dwar il-kundizzjonijiet siguri għas-servizzi pubbliċi fl-ebda każ m'għandhom jonqsu iżda pjuttost għandhom jittejbu; jappoġġja l-fehma li d-dritt li jiġu regolati dawn l-oqsma prinċipali għandu jibqa' tal-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali rilevanti biss;

19.

jitlob li l-imsieħba fin-negozjati jaħdmu favur it-titjib ta' dawn l-istandards u, jekk ikun hemm bżonn, għall-adozzjoni jew ir-rikonoxximent tal-ogħla livell ta' standards ta' protezzjoni tal-pajjiżi msieħba u jitlob ukoll biex dawn l-istandards ta' protezzjoni jiġu ottimizzati fil-futur; għandu jitwaqqaf mekkaniżmu biex jiġu aġġustati skont l-aħħar għarfien xjentifiku;

20.

jenfasizza li l-prinċipju ta’ prekawzjoni huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-politika Ewropea għall-protezzjoni ambjentali, tas-saħħa u tal-konsumatur, u b'konformità miegħu l-miżuri jittieħdu minn qabel u b'mod proattiv għall-prevenzjoni ta' riskji għas-saħħa tal-bniedem, l-annimali u l-pjanti u ħsara lill-ambjent. F'dan il-kuntest għalhekk jinnota li ftehim trans-Atlantiku ta' kummerċ ħieles m'għandux iwassal biex jiddgħajjef il-prinċipju ta' prekawzjoni applikabbli fl-UE partikolarment fl-oqsma tal-protezzjoni ambjentali, tas-saħħa, tal-ikel u tal-konsumatur;

21.

jafferma wkoll li d-dettalji importanti kollha tal-ftehim għandhom jiġu negozjati u li ma għandu jkun hemm l-ebda trasferiment addizzjonali ta' kwistjonijiet regolatorji – li jevitaw il-proċess leġislattiv demokratiku – lejn korpi ta' esperti speċjalizzati stabbiliti apposta;

22.

jiddispjaċih li l-monitoraġġ, id-dekodifika u l-analiżi fil-livell globali tal-komunikazzjoni elettronika mis-servizzi tal-intelliġenza, fost oħrajn mill-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali Amerikana (National Security Agency – NSA) kif ukoll minn aġenziji tal-intelliġenza ta' pajjiżi ħbieb tal-UE, kellhom impatt negattiv dejjiemi fuq il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tal-istandards ta' protezzjoni tad-data internazzjonali u f'dan il-kuntest jitlob lill-partijiet tan-negozjati jiggarantixxu d-dritt għall-privatezza u jissalvagwardjaw il-libertà u d-drittijiet taċ-ċittadini anke fl-internet;

23.

jinsisti li n-negozjati dwar it-TTIP għandhom ikunu marbuta mal-konklużjoni ta’ ftehim komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data bejn l-UE u l-Istati Uniti;

24.

jinnota li l-acquis tal-UE (l-“acquis communautaire”) jistipula b'mod vinkolanti dispożizzjonijiet fil-qasam tal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) kif ukoll dwar is-sikurezza okkupazzjonali u s-sigurtà tal-prodotti u, f'dan il-kuntest, jenfasizza li l-intrapriżi multinazzjonali għandhom jikkonformaw b'mod espliċitu mal-istandards ewlenin tal-ILO fil-qasam tax-xogħol u l-linji gwida tal-OECD anke fil-qafas ta' negozjati ulterjuri tat-TTIP;

25.

huwa kontra li d-drittijiet ta' protezzjoni eżistenti u futuri tal-ħaddiema, bħad-dritt għall-parteċipazzjoni fl-organizzazzjoni tax-xogħol u drittijiet oħra tal-protezzjoni tal-ħaddiema, jiġu definiti bħala ostakoli kummerċjali nontariffarji fit-TTIP; barra minn hekk, ir-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol, is-sistemi tas-sigurtà soċjali, l-awtonomija fin-negozjar kollettiv, il-libertà ta' assoċjazzjoni, id-dritt tal-istrajkar, il-paga minima u l-ftehimiet kollettivi ta' Stat Membru tal-UE għandhom ukoll jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istati Membri individwali;

26.

jilqa' l-fatt li skont il-mandat ta' negozjar tal-UE “il-kwalità għolja tal-utilitajiet pubbliċi tal-UE għandha tiġi preservata skont it-TFUE u b'mod partikolari l-Protokoll Nru 26 dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali, u fid-dawl tal-impenn tal-UE f'dan il-qasam, inkluż il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS)”; madankollu f'dan il-kuntest jirreferi għad-dispożizzjonijiet komuni tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li skonthom l-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali (Artikolu 4(2) tat-TUE);

27.

jenfasizza l-prinċipju li l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandha tiġi żgurata bħala waħda mill-oqsma ewlenin tad-dritt għall-awtonomija muniċipali u li r-remuniċipalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, jiġifieri l-provvista ta' servizzi pubbliċi mill-korpi pubbliċi tagħhom fi kwalunke żmien, anki wara l-privatizzazzjoni ta' dawn is-servizzi, għandha tibqa' għalkollox possibbli skont is-sitwazzjoni lokali u abbażi tar-rieda tal-votanti lokali;

28.

ifakkar b'insistenza li l-mandat ta' negozjar tal-Kummissjoni ma jmurx lil hinn mill-qafas kostituzzjonali – li jfisser li għandha tiġi rispettata l-protezzjoni tal-Istati Membri f'dak li jirrigwarda kwistjonijiet ta' interess ġenerali;

29.

jinnota li, skont il-paragrafu 20 tal-mandat ta' negozjar tal-UE, is-servizzi li jitwettqu fi ħdan l-eżerċizzju tal-awtorità governattiva huma esklużi mill-mandat ta' negozjar u jitlob li jiġi ċċarat li għalhekk dan jeskludi min-negozjati s-servizzi li huma kkunsidrati mill-ġurisprudenza tal-partijiet kontraenti jew tal-membri tagħhom bħala servizzi li jitwettqu fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva;

30.

jitlob kjarifika dwar jekk is-servizzi pubbliċi msemmija fil-paragrafu 19 tal-mandat ta' negozjar tal-UE jirreferux għas-servizzi li huma soġġetti għal sistemi regolatorji speċifiċi jew ikkaratterizzati minn impenji speċifiċi imposti fuq il-provvedituri tas-servizzi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-interess ġenerali, skont il-ġurisprudenza ta' kull parti kontraenti jew ta' kull membru; dawn jinkludu pereżempju l-provvista tal-ilma u tal-enerġija, ir-rimi tal-iskart u tad-drenaġġ, is-servizzi tal-emerġenza, is-saħħa pubblika u s-servizzi soċjali, it-trasport pubbliku u l-abitazzjoni, miżuri ta' pjanar urban u ta' żvilupp urban;

31.

jitlob lill-Kummissjoni biex, għas-servizzi pubbliċi taħt il-paragrafu 19 tal-mandat ta' negozjar tal-UE, tipprovdi eċċezzjoni orizzontali mill-obbligi kollha tal-prinċipju tal-aċċess għas-suq u tat-trattament nazzjonali u, fir-rigward tas-servizzi pubbliċi, jitlob li tiġi infurzata eċċezzjoni għas-setturi kollha u għall-miżuri eżistenti u dawk futuri sabiex il-partijiet kontraenti jillimitaw in-numru tas-servizzi u tal-provvedituri tas-servizzi, sabiex il-provvedituri tas-servizzi jimponu obbligi speċifiċi u jirregolaw id-dispożizzjonijiet ta' dawn is-servizzi fil-qafas tal-interess ġenerali;

32.

jinnota li ma jqisx bħala neċessarju l-ftuħ ulterjuri, speċjalment għas-servizzi edukattivi ffinanzjati minn sorsi differenti, inkluż fil-qasam tal-edukazzjoni preskolari, l-iskejjel, l-universitajiet u l-edukazzjoni tal-adulti u t-tagħlim tul il-ħajja, peress li l-ftehim multilaterali tal-GATS diġà jinkludi diversi obbligi dwar il-liberalizzazzjoni fil-qasam tas-servizzi;

33.

jilqa' r-rapport dwar il-mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn l-investitur u l-istat (ISDS) maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea wara l-konsultazzjoni pubblika tagħha; iqisu bħala kontribut ulterjuri importanti għall-isforzi kemm tal-Istati Uniti kif ukoll tal-Kummissjoni biex jiżguraw aktar trasparenza fin-negozjati dwar it-TTIP u biex jippermettu li jinstemgħu l-fehmiet ta' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati; jirrakkomanda bis-sħiħ li, fid-dawl tal-1 50  000 risposta li juru, inter alia, oppożizzjoni kbira lejn il-mekkaniżmu tal-ISDS, il-Kummissjoni tikkunsidra b'mod assolut ir-riżultati tal-proċess ta' konsultazzjoni fil-valutazzjoni finali tagħha tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim. Barra minn hekk, jilqa' wkoll li l-Kummissjoni l-ġdida mhux ser taċċetta li l-ġurisprudenza tal-qrati tal-Istati Membri tal-UE tkun limitata minħabba regoli speċjali għall-ilmenti tal-investituri u li l-istat tad-dritt u l-ugwaljanza quddiem il-liġi għandhom japplikaw ukoll f'dan il-kuntest;

34.

jappoġġja lill-Kummissjoni bil-qawwa biex tressaq proposti ulterjuri biex ittejjeb it-trasparenza u l-ġustizzja fl-ISDS;

35.

javża li jeżistu riskji kbar assoċjati mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment u mal-mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn l-investitur u l-istat applikabbli għar-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti (ISDS), li jmorru kontra l-ġurisdizzjonijiet ordinarji, u għaldaqshekk mhumiex ikkunsidrati bħala neċessarji. Il-liġijiet tal-Istati Membri m'għandhomx jiġu affettwati mill-ftehim trans-Atlantiku ta' kummerċ ħieles. Huwa jistenna li jinżamm il-marġni ta' flessibbiltà tal-Unjoni Ewropea u tal-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri biex b'hekk jitħarsu l-possibbiltajiet ta' influwenza demokratika taċ-ċittadini u sabiex it-tilwim dwar l-investiment jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali;

36.

jenfasizza li l-miżuri politiċi u amministrattivi li jgawdu minn leġittimità demokratika u l-istat tad-dritt m'għandhomx jiġu dubitati mit-tribunali tal-arbitraġġ b'mod speċjali fir-rigward ta' talbiet għal kumpens għad-danni b'mod retorattiv u li l-klawżoli dwar il-protezzjoni tal-investiment fit-TTIP bl-ebda mod m'għandhom iwasslu biex il-liġi regolatorja statali tiġi affettwata b'mod dirett jew indirett;

37.

jinnota li l-leġislazzjoni dwar is-sjieda pubblika tal-istituzzjonijiet tat-tfaddil u l-banek tal-Länder tal-Ġermanja (Landesbank), m'għandhiex tithedded mit-TTIP jew kwalunkwe ftehimiet kummerċjali oħra tal-UE. Leġislazzjoni bħal din la hija ostaklu għall-aċċess għas-suq u lanqas m'hi kwalunkwe forma oħra ta' diskriminazzjoni;

38.

jinnota li attwalment 85 % tas-sejħiet għall-offerti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea diġà huma aċċessibbli għal offerenti Amerikani għall-kontra tat-32 % tas-sejħiet għall-offerti Amerikani biss li huma aċċessibbli għal offerenti mill-UE, u dan l-iżbilanċ jiġi aggravat minħabba s-sistema ta' “opt-in” tal-pajjiżi tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, dan il-ftehim għandu jippromovi l-ugwaljanza tal-opportunitajiet bejn iż-żewġ partijiet, li għandu jkun ta’ benefiċċju b'mod partikolari għall-SMEs Ewropej sabiex ikollhom aċċess għal swieq Amerikani tal-akkwist pubbliku;

39.

jenfasizza li m'għandux jinxteħet dubju fuq l-aspetti tal-istabbiliment ta' standards tal-liġi Ewropea dwar l-akkwist, speċjalment jekk nikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom fi-livell reġjonali u lokali, pereżempju fir-rigward tar-rispett ta' standards dwar il-liġi tax-xogħol, soċjali u n-negozjar kollettiv, l-akkwist pubbliku ekoloġiku jew il-kunsiderazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li jiżguraw li jiġu kkunsidrati kriterji oħra fis-sejħiet għall-offerti, apparti l-prezz, bħal aspetti soċjali u sostenibbli, għall-offerent bl-aħjar offerta;

40.

ifakkar lill-KE biex tagħti ħarsa mill-qrib lejn l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fis-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP);

41.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu garantiti eżenzjonijiet mil-leġislazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, kif inhu previst attwalment għad-diversi direttivi dwar l-akkwist pubbliku (livelli limitu, “in-house”, kooperazzjoni intermuniċipali, eżenzjonijiet settorjali bħal perżempju s-settur tal-ilma jew għas-servizzi tas-salvataġġ);

42.

jilqa' l-fatt li l-Ftehim ta' kummerċ ħieles tal-UE jinkludi għall-ewwel darba kapitolu dedikat għall-SMEs, u jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li t-TTIP għandha l-għan li tiffaċilita, b'mod partikolari għall-SMEs, l-aċċess għas-suq rispettiv kif ukoll għall-kummerċ u l-investiment fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku b'mod speċjali billi jitnaqqsu l-ostakli kummerċjali nontariffarji, li huma ta' piż kbir l-iżjed għall-SMEs; Dan permezz ta’ ċertezza legali akbar, speċjalment għall-SMEs fis-settur tas-servizzi, u permezz tat-tisħiħ u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrijali, li l-benefiċċji tagħhom huma siewja wkoll għal dawn l-intrapriżi;

43.

jibża' li d-diversità tal-istandards fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali, il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, l-għajnuna pubblika, il-proċeduri għall-privattivi, l-enerġija, eċċ., tirriżulta f’telf ta’ attivitajiet, produzzjoni u tipi oħra ta' telf, tal-intrapriżi differenti li jinsabu fir-reġjuni tal-UE lejn l-Istati Uniti minħabba inqas spejjeż pereżempju b'rabta mal-enerġija, il-finanzjament tar-riżorsi rinnovabbli, l-emissjonijiet ta’ CO2, l-istandards soċjali għall-ħaddiema, iżda wkoll b'rabta mar-riċerka u l-iżvilupp, b'mod partikolari permezz ta’ ħeffa ikbar fil-proċeduri għall-privattivi, eċċ.

44.

jenfasizza li b'mod partikolari għall-SMEs, id-dazji doganali, ir-rekwiżiti amministrattivi eċċessivi u l-proċeduri onerużi ta' kontroll u ta' konformità jimponu piżijiet u spejjeż sproporzjonati, li sikwit iwasslu biex jiġi evitat il-kummerċ ma' msieħba mill-Istati Uniti. Fl-Unjoni Ewropea jeżistu aktar minn 20 miljun SMEs li jimpjegaw żewġ terzi tal-ħaddiema fis-settur privat. It-tneħħija prevista tal-ostakoli tariffarji u nontariffarji li jfixklu l-aċċess għas-suq u l-kummerċ tista' toffri possibbiltajiet aħjar ta' esportazzjoni għall-SMEs u b'hekk tiftaħ il-bieb għal aktar opportunitajiet ta' impjieg;

45.

jafferma li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-Ewropa huma kontra l-kultivazzjoni, l-importazzjoni u l-ipproċessar tal-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM);

46.

jitlob li jiġu previsti regoli speċjali għas-settur agrikolu sabiex tiġi projbita l-importazzjoni ta' ċerti prodotti fl-UE. Dan jikkonċerna l-aktar il-prodotti li ma jikkonformawx mad-Direttiva dwar it-Tikkettar, il-prodotti li fihom jew huma magħmula minn OĠM, l-annimali injettati b'ormoni tat-tkabbir u t-tqegħid fis-suq ta' ikel li ġej minn annimali klonati. L-istess jgħodd ukoll għall-ikel trattat b'sustanzi projbiti fl-UE u prodotti tal-ikel fejn l-ingredjenti mhumiex indikati tajjeb fuq it-tabella;

47.

jenfasizza li l-bijodiversità agrikola hija l-bażi tal-produzzjoni tal-ikel u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ftehim ippjanat tat-TTIP m'għandux jillimita d-disponibbiltà tal-varjetajiet antiki ta' żrieragħ, ifaqqar l-għelejjel tar-raba' tradizzjonali tagħna u lanqas m'għandu jxekkel l-agrikoltura ta' kwalità u ekoloġika;

48.

jappella biex jiddaħħal kapitolu speċifiku dwar Indikazzjonijiet Ġeografiċi (GIs) bil-għan li jistabbilixxi leġislazzjoni għall-ħarsien tal-GIs fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet u sistema ta' għarfien reċiproku tad-deżinjazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Uniti, fost l-oħrajn permezz ta' indikazzjoni speċifika tal-użu ġeneriku tal-isem ta' prodott u/jew il-post ta' produzzjoni u billi jinżammu l-istandards Ewropej;

49.

jenfasizza b'mod espliċitu li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipji għandhom iżommu l-possibbiltà li jadottaw kwalunkwe miżura regolatorja jew finanzjarja biex jipproteġu jew jippromovu d-diversità kulturali, il-libertà, u l-pluraliżmu tal-midja kif ukoll biex jippreservaw jew jiżviluppaw servizzi awdjoviżivi jew servizzi relatati oħra sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta' kull soċjetà, indipendentement mit-teknoloġija użata jew mill-pjattaforma ta' distribuzzjoni. Is-sovranità tal-Istati Membri fil-qasam tal-kultura u tal-midja għandha titħares permezz ta' eżenzjoni ċara tal-kultura u l-midja mill-mandat tan-negozjati;

50.

jesprimi t-tama li, fid-dawl tal-impatt globali tal-ftehim ta' kummerċ ħieles, il-partijiet fin-negozjati jesprimu ruħhom favur regoli kummerċjali ġusti u sostenibbli, li ma jmorrux kontra l-isforzi mnedija rispettivament mill-UE u l-Istati Uniti fil-qafas tal-politiki tagħhom ta' żvilupp biex itejbu s-sitwazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda li jiġu implimentati f'perspettiva ta' responsabbiltà u ta' solidarjetà internazzjonali fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi;

51.

jenfasizza l-ħtieġa li tinġabar, tiġi analizzata, evalwata u ġestita data komprensiva u komparabbli li tippermetti li jiġi previst u joħroġ fid-dieher l-impatt tat-TTIP fuq il-livell reġjonali, muniċipali u lokali, b'attenzjoni speċjali għar-reġjoni ultraperiferiċi, sabiex fil-futur jiġu ffaċilitati l-previżjonijiet ekonomiċi u l-istimi statistiċi, u f'dan ir-rigward jiġi ppubblikat studju ibbażat fuq ix-xjenza.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/13


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-estensjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika għal prodotti mhux agrikoli

(2015/C 140/03)

Relatur

:

is-Sinjura Maria Luisa Coppola (IT/PPE) Assessur u membru tal-Kunsill Reġjonali tal-Veneto

Dokument ta' referenza

:

Green Paper dwar “Nagħmlu l-aħjar mill-kompetenzi tradizzjonali tal-Ewropa: il-possibilità li tiġi estiża l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-Unjoni Ewropea għal prodotti mhux agrikoli”

COM(2014) 469 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

TAL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa' l-konsultazzjoni mnedija permezz tal-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea Nagħmlu l-aħjar mill-kompetenzi tradizzjonali tal-Ewropa: il-possibilità li tiġi estiża l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-Unjoni Ewropea għal prodotti mhux agrikoli, filwaqt li jfakkar li l-Artikolu 3 tat-TUE jirrikonoxxi s-salvagwardja u l-iżvilupp tal-wirt kulturali Ewropew fost l-objettivi li għandhom jitqiesu fl-iżvilupp tas-suq intern, li l-Artikolu 118 tat-TFUE għandu l-għan li jiżgura protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Unjoni fi ħdan is-suq intern u li l-Artikolu 169 tat-TFUE jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi (inkluża l-promozzjoni ta' drittijiethom għall-informazzjoni);

2.

jagħraf li l-wirt soċjali u kulturali Ewropew jiġi mħares anke billi jiġi promoss in-know-how artiġjanali u industrijali li tradizzjonalment jinsabu fid-diversi reġjuni tal-UE u li informazzjoni korretta dwar il-prodotti artiġjanali u industrijali tista' tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi;

3.

iqis li r-reġjuni Ewropej huma estramament sinjuri fi prodotti mhux agrikoli relatati mal-għarfien tradizzjonali (li ħafna drabi jinżamm ħaj permezz tal-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar) u li promozzjoni u protezzjoni adegwati ta' dan it-tip ta' prodotti jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-UE lokali u reġjonali, l-iktar mil-lat ekonomiku u soċjali, filwaqt li jxekklu wkoll il-fenomeni ta' stmerrija tal-falsifikazzjoni u l-imitazzjoni;

4.

jaqbel li huwa essenzjali li jiġi żgurat li jiġu rispettati l-istandards dwar il-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (IĠ) fil-qafas tal-ftehim dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIP), li japplika għall-membri kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);

5.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex jiġi involut u konsultat b'mod attiv fil-proċess wara l-analiżi tat-tweġibiet riċevuti mill-konsultazzjoni, fid-dawl tar-rwol ċentrali tal-Kumitat bħala rappreżentant istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u peress li l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi intrinsikament għandhom karattru reġjonali u lokali.

Nagħmlu l-aħjar mill-kompetenzi tradizzjonali tal-Ewropa: il-possibilità li tiġi estiża l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-Unjoni Ewropea għal prodotti mhux agrikoli

6.

jenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kkonfermat li l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi jikkostitwixxu dritt tal-proprjetà intellettwali (1) u li s-sistema ta' protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika hija kompetenza esklużiva tal-UE. Għaldaqstant, iqis li jeħtieġ li jsir intervent biex l-iskemi kollha li jeżistu llum b'mod mhux uniformi f'ċerti Stati Membri jiġu armonizzati fi skema unika Ewropea (2);

7.

ifakkar li l-esperjenza bl-Indikazzjoni Ġeografika eżistenti għall-prodotti agrikoli assolutament għandha titqies b'mod adegwat fid-diskussjoni dwar l-estensjoni potenzjali ta' dawn l-indikazzjonijiet għall-prodotti mhux agrikoli;

8.

iqis li protezzjoni msaħħa u armonizzata tal-Indikazzjoni Ġeografika għal prodotti mhux agrikoli tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-suq intern, bis-saħħa ta' diversi effetti pożittivi diretti (tiżdied il-possibilità tal-aċċess għal fondi ta' promozzjoni u jiġi preservat l-impjieg fl-oqsma ekonomikament fraġli) u indiretti (bħar-riperkussjonijiet potenzjali fit-turiżmu) diġà identifikati fil-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea;

9.

iqis li l-estensjoni tal-protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika għall-prodotti mhux agrikoli tinkludi benefiċċji potenzjali għall-konsumaturi, li permezz tagħha jkollhom strument ieħor biex jagħmlu għażliet konxji tal-konsum (irrispettivament mill-offerta vasta ta' prodotti fis-suq), u b'hekk ikunu jistgħu jidentifikaw aħjar l-awtentiċità, l-oriġinalità u l-kwalità tal-prodotti;

10.

jenfasizza kif sistema armonizzata ta' protezzjoni tal-Identifikazzjoni Ġeografika għall-prodotti mhux agrikoli tista' ġġib magħha vantaġġi anke għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. Fil-fatt jekk ikollha pożizzjoni unanima l-UE ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fin-negozjati tal-ftehimiet kummerċjali jew f'azzjonijiet ta' protezzjoni tal-prodotti proprji fis-swieq barranin;

11.

jaqbel mal-idea li l-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli tista' tikkontribwixxi biex jiġi preservat il-wirt kulturali u artistiku tat-tradizzjonijiet lokali u reġjonali Ewropew u jissuġġerixxi l-possibilità li jiddaħħlu elementi ta' responsabbiltà soċjali korporattiva fl-oqsma potenzjali ta' produzzjoni, b'tali mod li tissaħħaħ il-kapaċità ta' dawn il-prodotti li joħolqu kapital soċjali fl-oqsma ta' produzzjoni;

Forom potenzjali ta' protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika fil-livell tal-Unjoni

12.

jittama li tista' tinkiseb skema ta' protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika tal-prodotti mhux agrikoli li tkun iktar sempliċi meta mqabbla ma' dik eżistenti għall-prodotti agrikoli, li minħabba ż-żidiet suċċessivi fil-protezzjonijiet illum hemm għadd kbir ta' tipoloġiji ta' Indikazzjoni Ġeografika, ħaġa li toħloq ir-riskju li tfixkel lill-konsumatur;

13.

jispera li t-tikketti tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi mhux agrikoli jistgħu jkunu sempliċi u faċli li jintgħarfu u li jistgħu jitqiegħdu fuq il-prodotti bil-lingwa oriġinali tal-prodotti stess u/jew bl-Ingliż;

14.

iqis li, kif diġà ġara fil-każ tal-Indikazzjoni Ġeografika, sistema ġdida ta' protezzjoni għall-Indikazzjoni Ġeografika mhux agrikola għandha tippermetti l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet mhux ġeografiċi assoċjati b'mod ċar ma' lokalità partikolari, fir-rigward tad-derogi għall-protezzjoni diġà prevista fil-Ftehim TRIPS;

15.

jisħaq li approċċ trasversali għall-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi mhux agrikoli jkun bil-wisq aħjar minn approċċ settorjali, fejn sett ta' regoli komuni għat-tipoloġiji kollha ta' prodotti żgur ikun iktar sempliċi biex jiġi amministrat mill-intrapriżi u mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

16.

jenfasizza li għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-prodotti mhux agrikoli tkun ħaġa tajba li jiġu previsti (mhux iktar minn) żewġ livelli distinti ta' rabta mat-territorju, li jikkorrispondu mad-distinzjoni attwali bejn il-prodotti DPO (rabta iktar qawwija) u IĠP (rabta inqas qawwija) fir-rigward tal-Indikazzjoni Ġeografika għall-prodotti agrikoli;

17.

jittama li l-oqsma potenzjali ta' produzzjoni (determinanti biex tinkiseb reġistrazzjoni ta' Indikazzjoni Ġeografika) ikunu jinkludu informazzjoni relatata mal-materja prima użata, deskrizzjoni tal-proċess tal-produzzjoni, turija tar-rabta tal-prodott mat-territorju u possibbilment elementi ta' responsabbiltà soċjali korporattiva (b'garanzija ta' impenn fit-territorju stess);

18.

jinnota li l-kriterji li l-produtturi jkollhom jissodisfaw biex jiksbu l-istatus ta' Identifikazzjoni Ġeografika m'għandhomx jostakolaw l-innovazzjoni potenzjali tal-prodott jew li tittejjeb l-effiċjenza tal-proċess ta' manifattura;

19.

ifakkar li fost l-għanijiet tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi nsibu garanzija ta' kwalità għall-konsumaturi, u b'hekk, filwaqt li ma naħsbux li jista' jiġi definit parametru kwalitattiv omoġenju, tkun ħaġa tajba li jiġu previsti miżuri ta' verifika fir-rigward tal-oqsma ta' produzzjoni għall-perjodu sħiħ tal-protezzjoni. Dawn il-miżuri ta' verifika jistgħu jsiru minn entitajiet pubbliċi reġjonali (jew sħubijiet pubbliċi-privati, bħal, pereżempju, uħud mill-Kmamar tal-Kummerċ).

Kif tista' tissaħħaħ il-protezzjoni

20.

iqis li l-ħolqien ta' sistema unika fil-livell tal-UE għall-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi mhux agrikoli jkun aħjar mit-triq li twassal għall-armonizzazzjoni tal-istandards nazzjonali uniċi, għax ikun iktar ekwu u jiżgura skedi komuni fl-UE kollha;

21.

jipproponi li, għall-Istati Membri fejn diġà hemm sistema ta' protezzjoni prevista tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi mhux agrikoli, jiġi previst perjodu qasir b'dispożizzjonijiet transitorji bbażati fuq il-koeżistenza taż-żewġ sistemi (pereżempju sal-2020), biex imbagħad issir bidla definittiva għal mekkaniżmu uniku tal-UE;

22.

iqis li proċedura ta' reġistrazzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi mhux agrikoli għandha tkun obbligatorja u li t-tali proċedura għandha tkun ibbażata fuq sistema b'żewġ fażijiet (kif hemm illum għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi agrikoli) li tinvolvi l-livell reġjonali fir-rigward tal-verifika tal-ispeċifiċitajiet lokali u l-livell Ewropew fir-rigward tal-verifika tal-kriterji komuni għall-UE kollha;

23.

jisħaq li l-proċess ta' reġistrazzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandu jkollu skadenzi ċerti u żgurati mil-liġi, b'tali mod li jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet pubbliċi bi skopijiet ħżiena jfixklu l-proċess u joħolqu danni għall-produtturi;

24.

iqis li l-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-Kmamar tal-Kummerċ għandhom ikunu l-awtoritajiet prinċipali li jistgħu jitolbu r-reġistrazzjoni ta' Indikazzjoni Ġeografika għall-prodotti mhux agrikoli; ikun raġonevoli li jiġi previst li f'każijiet speċifiċi u raġunati jista' jkun ukoll produttur waħdu, entità lokali jew reġjonali jew assoċjazzjoni tal-konsumaturi li jagħmlu t-talba għar-reġistrazzjoni. L-istess kategoriji intitolati li jagħmlu talba għar-reġistrazzjoni għandu jkollhom id-dritt li jitolbu proċedura ta' oġġezzjoni jekk ikun hemm bżonn;

25.

jenfasizza li minħabba l-attenzjoni attwali li qed tingħata lill-baġits pubbliċi, tista' ssir talba għal kontribut mill-produtturi biex jinkiseb l-istatus ta' Indikazzjoni Ġeografika, sakemm ikun kontribut f'daqqa (tantum), ikun uniformi fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba u jkun applikat bl-istess mod fl-UE kollha;

Kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni

26.

jispera li l-livell ta' protezzjoni li jingħata lill-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-prodotti mhux agrikoli jkun jista' jkun l-istess bħal dak previst fl-Artikolu 23 tal-Ftehim TRIPS għall-inbejjed u x-xorb alkoħoliku, fis-sens li d-drittijiet tal-produtturi jiġu protetti bis-saħħa ġusta;

27.

jipproponi li s-sistema ta' monitoraġġ biex jiġu rispettati d-drittijiet relatati mal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-prodotti mhux agrikoli tista' tkun pubblika jew pubblika-privata, iżda li fiż-żewġ każijiet tiġi preferuta l-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali minħabba l-kuntatt dirett li għandhom mat-territorju;

28.

jifhem li s-suċċess li jista' jkollha sistema ta' Indikazzjoni Ġeografika għall-prodotti mhux agrikoli sa ċertu punt tista' żżid ir-riskju ta' falsifikazzjoni jew imitazzjoni mill-produtturi kompetituri. Għal din ir-raġuni għandhom jiġu previsti proċeduri rapidi ta' salvagwardja li malajr jistgħu jidentifikaw u jeliminaw il-prodotti falsifikati jew imitati;

29.

iqis li l-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi m'għandux ikollha perjodu ta' żmien limitat, iżda xorta għandha tkun tista' tiġi prevista l-possibilità li l-protezzjoni tiġi rtirata bl-istess kundizzjonijiet previsti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-prodotti agrikoli;

30.

iqis li l-kunflitti potenzjali bejn l-Identifikazzjonijiet Ġeografiċi mhux agrikoli u d-ditti għandhom ikunu regolati l-istess kif jiġu regolati dawn il-kunflitti fl-Indikazzjonijiet Ġeografiċi agrikoli;

31.

fl-aħħar nett, jenfasizza li minħabba l-esperjenza vasta tiegħu fl-indirizzar ta' suġġetti ta' politika reġjonali u lokali, il-fehma tiegħu għandha tkompli ssaħħaħ u tiżviluppa r-rakkomandazzjonijiet għall-ħolqien ta' sistema ta' protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi mhux agrikoli fl-UE, u għalhekk jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tipproċedi bit-tressiq ta' proposta leġislattiva f'dan is-sens.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara l-Kawża C-3/91, Turrón de Jijona (punt 37), jew il-Kawża C-108/01, Prosciutto di Parma (punt 64).

(2)  Il-Belġju (ir-reġjun ta' Vallonja biss), il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja (ir-reġjun ta' Murcia biss) u l-Ungerija.


28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/16


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020

(2015/C 140/04)

Relatur

:

Mauro D'Attis (IT/PPE), Kunsillier ta' Brindisi

Dokument ta' referenza

:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020

COM(2014) 332 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa' b'mod favorevoli l-intenzjoni tal-Komunikazzjoni tal-KE dwar il-qafas strateġiku l-ġdid tal-UE 2014-2020 dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (Occupational Health and Safety – OHS) li tkun konformi mal-objettivi tal-Ewropa 2020 fir-rigward tal-impjieg, permezz tal-promozzjoni ta' standards għoljin għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, kemm fl-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali, iżda jistaqsi għalfejn il-Kummissjoni ma tipprevedi l-ebda azzjoni leġislattiva speċifika fi ħdan dan il-qafas strateġiku, b'mod partikolari fil-qasam tal-mard muskolo-skeletali (MSD) u l-karċinoġeni;

2.

f’dan il-kuntest jappoġġja t-talba tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea:

li tiżviluppa, timplimenta u tappoġġja mudell għall-iskrinjar u r-reġistrazzjoni tal-asbestos b’konformità mal-Artikolu 11 tad- Direttiva 2009/148/KE;

li twettaq valutazzjoni tal-impatt u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-possibbiltà li jiġu stabbiliti pjani ta’ azzjoni għat-tneħħija sikura tal-asbestos mill-bini pubbliku, u

li tipprovdi informazzjoni u linji gwida biex tinkoraġġixxi lis-sidien tad-djar privati biex iwettqu verifika u evalwazzjoni tar-riskju tal-bini tagħhom għal materjali li fihom l-asbestos (ACMs);

3.

jiġbed l-attenzjoni għall-kontradizzjoni mill-Kummissjoni Ewropea li ssegwi l-istabbiliment ta’ Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 filwaqt li fl-istess ħin tħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2015 l-irtirar possibbli tal-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu;

4.

jagħraf l-importanza tal-koordinazzjoni tal-miżuri, fil-livell tal-UE, sabiex jiġu indirizzati r-riskji marbuta mas-saħħa u sikurezza okkupazzjonali u biex jinkisbu t-titjib kontinwu u l-progress fil-kundizzjonijiet tax-xogħol;

5.

huwa konxju tal-fatt li twettqu ħafna mill-inizjattivi previsti fl-istrateġija tal-UE għall-perjodu 2007-2012, meta ma kien hemm l-ebda miri vinkolanti u li jistgħu jitkejlu stabbiliti skont skeda ta' żmien;

6.

jenfasizza r-rwol importanti u essenzjali li min iħaddem u r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandu jkollhom fl-iżvilupp ta’ politiki dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ id-djalogu soċjali fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha;

7.

jaqbel mal-għażla tal-KE li tindividwa tliet sfidi prinċipali fil-qafas strateġiku ġdid li huma: i) il-konformità mal-leġislazzjoni fis-seħħ; ii) it-titjib tal-prevenzjoni ta' mard relatat max-xogħol inkluża l-prevenzjoni ta' riskji ġodda u dawk emerġenti; iii) ir-rispons għall-bidla demografika;

8.

jaqbel mal-Parlament Ewropew (PE) li l-kriżi ekonomika mhijiex skuża biex jitwarrbu l-politiki ta' prevenzjoni u jenfasizza l-importanza tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali bħala dritt fundamentali tal-ħaddiema (1);

9.

jilmenta li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ftit li xejn ġew involuti fl-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea u jappella lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi l-parteċipazzjoni formali tagħhom biex jassumu impenji fil-qasam, u b'hekk jiġu rikonoxxuti, anke fil-kwalità ta' impjegaturi importanti, bħala suġġetti istituzzjonali fundamentali;

10.

jenfasizza li, permezz tas-sħubijiet u r-rabtiet tagħhom man-negozji lokali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol regolatorju importanti fl-adozzjoni tar-regoli, fil-promozzjoni tal-kultura ta' prevenzjoni, u fl-applikazzjoni korretta tal-istandards preventivi, fl-appoġġ ta' attivitajiet ta' rappreżentanza u l-ħarsien kollettiv tas-sikurezza.

Dwar is-seba' għanijiet strateġiċi prinċipali indikati mill-KE

A.   Aktar konsolidazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali

11.

jipproponi li jiġi identifikat kumitat ta' tmexxija ċentrali Ewropew bil-ħila jidentifika, jikkoordina, jiżviluppa, u jivverifika fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (preferibilment ikkoordinat mill-EU-OSHA), anke sabiex jaqdi rwol proattiv ta' referenza, gwida u monitoraġġ iktar effiċjenti fl-applikazzjoni min-naħa talIstati Membri tal-leġislazzjoni Ewropea. Dan il- kumitat ta' tmexxija għandu:

jkollu mudell organizzativ ta' netwerk, b'koordinazzjoni sinerġetika tad-diversi kompetenzi li bħalissa huma mqassma bejn ħafna organi Ewropej (b'mod partikolari l-UE-OSHA u l-Eurofound), nazzjonali, reġjonali u lokali u li fl-istess waqt jeħtieġu definizzjoni ġdida tal-missjoni u tal-funzjonijiet operattivi, b'kunsiderazzjoni tal-bidliet kbar li seħħew fl-aħħar ħmistax-il sena;

iwettaq, f’kooperazzjoni u bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, anke l-funzjoni ta' forum permanenti għall-konsultazzjoni u l-iżvilupp, b’tali mod li jkun possibbli li tinkiseb stampa sħiħa u multilaterali tal-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;

sabiex ma jinħolqux spejjeż addizzjonali għall-perjodu attwali ta’ infiq Ewropew, jimpjega biss riżorsi umani u juża spazji, infrastruttura meħtieġa, eċċ. li diġà jintużaw fi ħdan in-netwerk ta' istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali attivi fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;

12.

jemmen li hemm bżonn li tiġi indirizzata malajr il-problema tat-tnaqqis tad-drittijiet tal-ħaddiema u li jsiru interventi effettivi sabiex jitnaqqsu d-differenzi fir-regoli u l-mudelli u fl-applikazzjoni tagħhom fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, wieħed mill-fatturi li jista' jagħti lok għal żieda fil-prattiki ta' dumping soċjali u kompetizzjoni mhux ġusta fit-territorji fi ħdan is-suq tal-UE;

13.

jaqbel mal-azzjoni prevista mill-KE biex jiġu riveduti l-istrateġiji nazzjonali fid-dawl tal-qafas ġdid, billi jitwaqqaf bażi ta' data tal-oqfsa strateġiji nazzjonali kollha fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkuppazzjonali, f'kollaborazzjoni mal-aġenzija Ewropea EU-OSHA. Din il-ħidma għandha ssir abbażi ta' djalogu mill-qrib mal-imsieħba soċjali Ewropej;

14.

huwa konvint li hemm bżonn jiġu promossi l-iżvilupp ta' kultura ta' prevenzjoni (b'inizjattivi fil-qasam tat-taħriġ fl-iskejjel, l-apprendistat, it-taħriġ professjonali u kontinwu) u kultura intraprenditorjali serja u moderna msejsa fuq il-konvinzjoni li l-kwalità fil-persuni tiddetermina l-kwalità tal-proċessi u tal-prodotti industrijali;

15.

iqis essenzjali t-taħriġ dwar il-prevenzjoni tar-riskji fuq ix-xogħol, li jirriżulta f'benefiċċji kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-kumpanija nnifisha;

16.

jaqbel mal-KE li s-sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tibda fl-iskejjel u jappoġġja r-rakkomandazzjoni biex jingħataw iżjed importanza fil-programmi skolastiċi;

17.

jaqbel mal-attenzjoni li l-KE qed tagħti lis-sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubbliku, b'enfasi fuq ir-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom f'dan il-qasam;

18.

jappoġġja b'konvinzjoni partikolari l-iffinanzjar ta' azzjonijiet mill-2014 'il quddiem u jitlob biex jiġu previsti tipi ta' appoġġ ad hoc għal proġetti mressqa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda dawk li jirrappreżentaw ir-reġjuni li fihom il-kopertura tas-sistema tas-saħħa pubblika m'hijiex effikaċi jew li qed jiffaċċjaw sfidi demografiċi;

B.   Il-faċilitazzjoni tal-konformità mal-leġislazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, b'mod partikolari mill-intrapriżi mikro u żgħar

19.

jappoġġja, f'koerenza mal-prinċipju tas-sussidjarjetà orizzontali, anke l-azzjonijiet previsti għall-appoġġ tal-impriżi għal soluzzjonijiet tekniċi u organizzattivi ta' ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;

20.

jaqbel mal-KE dwar il-bżonn li jingħata appoġġ tekniku-finanzjarju lill-istrument ta' valutazzjoni interattiv tar-riskji onlajn OiRA (2) u lill-istrumenti l-oħra tekniċi-xjentifiċi u tal-informattika fl-Istati Membri, b'mod partikolari fis-setturi prijoritarji u tal-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar;

21.

jappoġġja l-azzjoni tal-KE biex tippromovi l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-SMEs li jirċievu l-għajnuna mill-kumpaniji kbar fl-ambitu tal-katina żviluppatur-fornitur-xerrej sabiex jiġu mtejba s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;

22.

jitlob aktar politiki integrati għall-SMEs (inċentivi finanzjarji, aċċess aħjar għall-fondi tal-FSE u tal-FEŻR, strumenti prattiċi, fuq kollox rigorużi mil-lat tekniku-xjentifiku, għall-valutazzjoni tar-riskji, sħubija);

23.

jittama li jiġu promossi politiki għall-eżenzjonijiet fiskali tal-investimenti kapitali u l-ispejjeż ta' manutenzjoni annwali għall-impriżi li jintroduċu sistemi u strumenti ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali skont il-linji gwida u l-mudelli maħruġa mill-entitajiet kompetenti pubbliċi regolatorji;

24.

fl-istess waqt, jittama li jiġi żviluppat pjan Ewropew ta' inċentivi għall-impriżi għal proġetti għall-introduzzjoni u l-manutenzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni tas-saħħa u tas-sikurezza okkupazzjonali, bl-użu ta' fondi ta' garanzija sabiex l-aċċess għal kreditu bankarju jsir aktar faċli u biex jissaħħu l-attivitajiet ta' għajnuna teknika lill-impriżi, b'mod partikolari l-SMEs, anke permezz tal-Aġenzija UE-OSHA.

C.   Infurzar aqwa tal-leġislazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali mill-Istati Membri

25.

jappoġġja l-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet ta' politika tar-riżoluzzjoni tal-PE tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-ispezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol effikaċi bħala strateġija għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-UE;

26.

jilqa' bi pjaċir il-gwida u l-koordinazzjoni tal-ispetturi tax-xogħol u tal-funzjonarji tal-korpi kompetenti fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-Istati individwali, min-naħa tas-SLIC (Senior Labour Inspectors Committee) li jkun mgħammar bi strumenti u riżorsi adatti;

27.

jappoġġja l-importanza li l-aġenti tal-amministrazzjoni li jiżguraw is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol jiffaċilitaw ukoll ir-rispett tar-regoli, u jisħaq ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħarriġ tagħhom, filwaqt li jittama li jiġu identifikati mudelli speċifiċi ta' spezzjoni għall-impriżi mikro u żgħar, sakemm dawn ma jkunux wisq burokratiċi u jġibu ħafna spejjeż mhux sostenibbli;

28.

l-azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu r-rispett tar-regoli għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza tal-effikaċja, u għandhom jiffukaw b'mod partikolari fuq dawk is-setturi produttivi fejn hemm tassew riskji reali ta' ksur tar-regolamenti tas-saħħa u s-sikurezza, u b'hekk jiġi żgurat li jikkonċentraw fuq l-infurzar tar-regolamenti eżistenti dwar l-espożizzjoni għal karċinoġeni bħall-asbestos, u dak il-mard l-aktar prevalenti fuq il-post tax-xogħol bħall-Mard Muskolo-Skeletali (MSD), mard relatat mal-istress u mard respiratorju ieħor bħall-Mard Pulmonari Ostruttiv Kroniku (COPD);

29.

jittama li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol iktar b'saħħtu ta' kontroll tat-territorju, partikolarment permezz tat-tisħiħ progressiv tas-setgħat tagħhom, speċjalment fir-rigward tas-sistema tal-akkwist pubbliku u s-subkuntrattar, li tirrappreżenta wieħed mill-oqsma ewlenin li għandhom jiġu salvagwardati aħjar;

30.

jipproponi li jiġi mħeġġeġ l-iskambju tal-prattiki tajbin fost l-awtoritajiet reġjonali u lokali attivi fil-qasam;

31.

jaqbel dwar il-ħtieġa li f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, mal-Kumitat Għoli tal-Ispettorat tax-Xogħol (Senior Labour Inspectors Committee – SLIC) u mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (Advisory Committee on Safety and Health – ACSH), jiġu evalwati l-effikaċja tas-sanzjonijiet u l-multi amministrattivi imposti u l-modalitajiet mhux tradizzjonali ta' kontroll, bil-kundizzjoni li s-settur pubbliku jingħata l-opportunità li jaqdi rwol f'dawn il-korpi;

32.

jaħseb li hija għażla tajba u strateġika li titwaqqaf pjattaforma Ewropea għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema migranti, minħabba l-kapaċità dejjem iktar dgħajfa tal-Istati biex jintervjenu kontra l-effetti tal-globalizzazzjoni u l-bidliet soċjodemografiċi maħluqa, fuq kollox, minn fenomeni ta' migrazzjoni.

D.   Is-simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni fis-seħħ

33.

jilqa' l-inklużjoni tad-Direttiva qafas 89/391/KEE (3), fil-programm REFIT, billi fl-istħarriġ li sar mill-Kummissjoni Ewropea fl-2011 instab li d-Direttiva kienet fost l-għaxar atti leġislattivi bl-akbar piż għall-SMEs (4);

34.

jemmen li flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet, għandu jkun hemm standardizzazzjoni tal-għanijiet, b'regoli ċari u proċeduri effikaċi u ħfief, biex tingħata aktar importanza lir-rwol tal-korpi konġunti rappreżentattivi tal-partijiet soċjali li, jekk ikunu involuti b’mod adatt, u fil-limiti tar-rwoli assenjati lilhom, jistgħu jappoġġjaw lil dawk li skont il-liġi nazzjonali huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet preventivi;

35.

huwa favur li l-azzjonijiet eventwali ta' semplifikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji u/jew it-tnaqqis tal-piż amministrattiv jiġu inklużi bħala parti integrali mill-analiżi tal-leġislazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, iżda fl-istess ħin għandu jiġi żgurat li l-livell ta' protezzjoni tal-ħaddiema ma jonqosx;

36.

jaħseb li, għal xi setturi, speċjalment il-mikrointrapriżi, jistgħu jiġu identifikati u promossi strumenti bħal pereżempju OiRA, li jiffaċilitaw l-analiżi tar-riskju. Il-kriterji u l-parametri oġġettivi għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni preċiża u proċess ta' ġestjoni tar-riskju, kemm jista' jkun semplifikati u definiti b'mod konġunt ma' entitajiet istituzzjonali fil-qasam, sabiex jiġu żviluppati strumenti ta' valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju semplifikati, anke permezz ta' tipi ta' ċertifikazzjoni fuq bażi volontarja;

37.

jaħseb li l-piż tal-applikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali huwa wkoll ikkaġunat minn ammont eċċessiv ta' burokrazija mhux dejjem marbuta mal-istandardizzazzjoni pubblika iżda mal-konformità ma' standards internazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxi l-professjonalità ta' dawk li joperaw fil-qasam tas-sikurezza, jaħseb li dan m'għandux jirrappreżenta t-tieni “front” ta' kumplessità fil-kumpanija, speċjalment għall-kumpaniji ż-żgħar. Għaldaqstant, jappella għal djalogu Ewropew li jindirizza l-kwistjoni ta' ċertifikazzjoni ta' kwalità tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, bil-għan li jiġi definit standard tal-UE volontarju li jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi sostenibbli.

E.   L-indirizzar tat-tixjiħ tal-forza tax-xogħol u tar-riskji ġodda emerġenti

38.

huwa konvint li l-azzjonijiet maħsuba għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jridu jiġu indirizzati b'mod prekawzjonarju u olistiku, filwaqt li jitqiesu r-rabtiet qawwija bejn il-produzzjoni, ix-xogħol u l-ambjent, u abbażi tal-aqwa evidenza medika u xjentifika li teżisti;

39.

jinnota li għandha tingħata attenzjoni lill-mard mill-asbestos, mard tal-pulmuni u tal-ġilda, il-kanċer, l-ażma, il-mard ostruttiv, MSD, mard relatat mal-istress u mard ieħor kroniku, u jenfasizza l-ħtieġa għal analiżijiet bir-reqqa dwar ir-riskji li jeżistu u riskji ġodda li ġejjin mir-ristrutturar, mit-teknoloġiji l-ġodda u mill-materjali u l-prodotti;

40.

jaħseb li, b'referenza għall-applikazzjoni industrijali ta' teknoloġiji, materjali u prodotti ġodda, u fid-dawl tal-inċertezza xjentifika, huwa neċessarju li jiġi applikat approċċ ta' prekawzjoni fil-ġestjoni tar-riskji tas-saħħa;

41.

iqis li:

għandha tittieħed kunsiderazzjoni tal-benessri tas-saħħa u dik psikoloġika tal-ħaddiema fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni u l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji u prattiki tax-xogħol ġodda;

għandha tiġi prevista valutazzjoni tar-riskju sħiħa rigward l-impatt fuq il-ħaddiema u fuq is-soċjetà, anke billi jitqiesu l-ispejjeż u l-benefiċċji ekonomiċi;

il-prinċipju tal-prekawzjoni jrid ikun orjentat lejn ir-riskju, u jinkludi valutazzjoni tar-riskji adegwata sakemm ma tkunx disponibbli data msejsa fuq bażi xjentifika usa', validata teknikament mill-kumitat ta' tmexxija ċentrali Ewropew;

42.

jirrimarka dwar l-ammont qed jikber ta' ħaddiema nisa u d-differenzi bejn il-ħajja tax-xogħol tan-nisa u dik tal-irġiel (tip ta' xogħol, kundizzjonijiet differenti ta' esponiment għal riskji) li jħallu impatt fuq is-saħħa u s-sikurezza rispettivi tagħhom;

43.

jirrakkomanda d-diversifikazzjoni tal-miżuri protettivi fl-ambjenti tax-xogħol, sabiex tiġi assigurata l-effiċjenza, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, filwaqt li jitqiesu t-tip effettiv ta' xogħol li jitwettaq u d-differenzi soġġettivi u oġġettivi tal-kundizzjonijiet rispettivi ta' esponiment għal riskji;

44.

jaqbel li l-politika tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tista' tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs fil-politiki tal-UE, billi tippromwovi l-implimentazzjoni preċiża tad-Direttiva 2000/78/KE relatata mal-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali ta' persuni b'diżabilità u d-Direttiva 2006/54/KE, li tipprojbixxi trattament inqas favorevoli ta' nisa fuq il-post tax-xogħol minħabba tqala jew maternità (5)  (6);

45.

ifakkar li t-tagħlim tul il-ħajja u l-volontarjat huma żewġ elementi essenzjali li minnhom jiddependi t-tixjiħ attiv u f'saħħtu. L-edukazzjoni tal-adulti u l-volontarjat minn persuni ta' età kbira għandhom jiġu appoġġjati fil-livell tal-UE, u dak nazzjonali u lokali sabiex tkompli tiġi estiża l-ħajja tax-xogħol, jiġi promoss l-irtirar attiv u jiġi appoġġjat l-għajxien indipendenti (7); għaldaqstant l-UE għandha tippromovi t-tfassil ta' manwal ta' prattiki tajbin Ewropej fil-qasam tat-tixjih attiv;

46.

għalhekk huwa tal-fehma li sabiex tissolva l-problema tat-tixjiħ tal-impjegati għandu jiġi żgurat l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi kif ukoll miżuri ta' inklużjoni adatti;

47.

il-Kumitat “huwa fiduċjuż li l-azzjoni tal-UE li tappoġġja tixjiħ attiv u b'saħħtu u solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet ser tagħti spinta lill-innnovazzjoni u lill-potenzjal tat-tkabbir fl-UE u ser ikollha benefiċċji ekonomiċi għall-atturi pubbliċi u privati fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE” (8).

F.   It-titjib tal-ġbir tad-data statistika u l-iżvilupp tal-bażi tad-data

48.

jinnota li t-titjib tal-ġbir tad-data huwa fundamentali sabiex jiġi garantit it-tqabbil tal-prestazzjonijiet u r-riżultati fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fl-UE, u jirrimarka dwar il-ħtieġa li l-analiżijiet komparattivi tad-data jitqiesu fid-dawl ta' titjib kontinwu permezz tal-individwar tal-aħjar prattiki fir-rigward ta' proċessi minflok f'termini ta' prestazzjoni. Dan bil-għan li jiffavorixxi l-kondiviżijoni tad-data dwar riskji effettivi mill-Istati Membri;

49.

jappoġġja l-istedina tal-KE biex tinġabar u tiġi prodotta data statistika, anke fil-livell lokali u reġjonali, iktar dettaljata dwar inċidenti u mard okkupazzjonali, dwar l-esponiment professjonali u dwar mard marbut max-xogħol;

50.

jirrimarka li fl-ambitu tal-ġestjoni ta' sistema ta' informatika tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, jidher wisq limitat ir-rwol tal-partijiet soċjali li, għall-kuntrarju, għandhom ikunu msieħba effikaċi fil-ħolqien tal-arkitettura tas-sistema, fiż-żieda tad-data tas-settur, fil-ġestjoni tal-flussi ta' informazzjoni kif ukoll fl-użu tagħhom;

51.

jenfasizza li data statistika iżjed affidabbli tista' toffri inventarju tar-riskji għas-saħħa tal-ħaddiema, sabiex nifhmu aħjar il-kawżi u b'hekk jiġu misluta konklużjonijiet operattivi;

52.

jappella għall-ħolqien ta' sistema informattiva Ewropea għall-prevenzjoni fil-postijiet tax-xogħol (għarfien għal prevenzjoni), bħala strument operattiv dinamiku li permezz tiegħu tiġi integrata l-informazzjoni kollha disponibbli fis-sistemi nazzjonali attwali u jinħoloq mudell ta' qari ma' bażi tad-data unifikata.

G.   Koordinazzjoni aħjar tal-isforzi tal-UE u dawk internazzjonali

53.

jaqbel mal-fehma tal-KE li standards tal-UE ċari fil-leġislazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jistgħu jwasslu għal standards dwar ix-xogħol ekwivalenti fil-livell dinji, permezz ta' ftehimiet bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi;

54.

jaħseb li fil-kuntest internazzjonali globalizzat ġdid, huwa neċessarju li jiġi garantit li konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali dwar standards fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jiġu adottati u applikati b'mod konkret mill-partijiet kollha kkonċernati, sabiex tinżamm il-kompetittività tal-UE u tiġi evitata d-delokalizzazzjoni ta' impriżi f'pajjiżi terzi huma u jfittxu kuntesti leġislattivi iżjed permissivi;

55.

ifakkar lill-KE biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirratifikaw l-ILO kollha kif ukoll konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali oħra dwar is-saħħa u s-sigurtà, u li tagħti ħarsa mill-qrib lejn l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u kwistjonijiet oħra fin-negozjati tas-sħubijet kollha li jiġu stabbiliti fid-dinja kollha u b'mod partikolari fin-negozjati attwali dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) mal-Istati Uniti.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Riżoluzzjoni tal-PE dwar l-Istrateġija Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2013/2685(RSP)).

(2)  https://osha.europa.eu/en/topics/oira

(3)  COM(2012) 746.

(4)  http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/files/smes/top10report-final_en.pdf

(5)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, ĠU L 303, l 2.12.2000, (mhux disponibbli bil-Malti).

(6)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(7)  CdR 56/2012 fin: Tixjiħ attiv: Innovazzjoni – Saħħa intelliġenti – Ħajja aħjar. Relatur: is-Sur Abramavičius (LT/PPE).

(8)  CdR 56/2012 fin: Tixjiħ attiv: Innovazzjoni – Saħħa intelliġenti – Ħajja aħjar. Relatur: is-Sur Abramavičius (LT/PPE).


28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/22


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs u Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi

(2015/C 140/05)

Relatur

:

Satu Tietari (FI/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Säkylä

Dokumenti ta' referenza

:

Komunikazzjoni dwar Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs

COM(2014) 440 final

Komunikazzjoni dwar Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi

COM(2014) 446 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI:

1.

F'dawn l-aħħar snin, it-terminu “ekoloġiku” sar ħafna iżjed prominenti fit-tfassil tal-politika, peress li l-preokkupazzjonijiet ambjentali saru trasversali u globali. L-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv identifikat li t-tranżizzjoni lejn mudell ekonomiku ekoloġiku, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi hija essenzjali;

2.

Waħda mit-temi ċentrali ta' dawn iż-żewġ Komunikazzjonijiet hija l-kunċett tal-“ekonomija ekoloġika”, li hija definita bħala mudell li [j]iżgura t-tkabbir u l-iżvilupp, [i]ħares is-saħħa u l-benesseri tal-bniedem, [j]ipprovdi impjiegi diċenti, [i]naqqas l-inugwaljanzi u [j]investi fil-bijodiversità, kif ukoll [j]ippreservaha, anke fis-servizzi relatati mal-ekosistema li hija tipprovdi (kapital naturali), għall-valur intrinsiku tagħha u għall-kontribut essenzjali tagħha għall-benesseri tal-bniedem u għall-prosperità ekonomika" (1);

3.

It-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika ser ikollha impatt dirett fuq il-kompetittività, kemm tan-negozji individwali kif ukoll tal-ekonomija Ewropea inġenerali. Ir-riżorsi qed isiru skarsi. Il-konsum qed jiżdied f'għadd dejjem ikbar ta' oqsma, u qed noqorbu lejn il-limiti ambjentali tagħna. Tranżizzjoni f'waqtha lejn ekonomija ekoloġika fl-UE mhux biss hija mixtieqa iżda essenzjali għall-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività u l-prosperità fl-iqsar tul ta' żmien possibbli;

4.

jappoġġja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs u l-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi;

5.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni, li esprimiet fiż-żewġ Komunikazzjonijiet, li tranżizzjoni li tirnexxi lejn ekonomija ekoloġika hija fattur kruċjali fil-kompetittività preżenti u futura tal-Unjoni Ewropea;

6.

jenfasizza r-rwol pivotali li jaqdu s-settur pubbliku u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iffaċilitar tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika; minbarra l-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu mudell u punt ta' referenza fl-implimentazzjoni tal-proġetti, il-programmi, il-leġislazzjoni, l-għoti ta' kuntratti u l-ħolqien tal-impjieg fil-kuntest ta' paradigma ġdida tal-ekonomija ekoloġika;

7.

huwa tal-fehma li huwa fundamentalment importanti li jitkomplew l-isforzi għall-promozzjoni tal-kompetittività ekoloġika tal-SMEs permezz tat-titjib tal-aċċess għall-finanzjament, l-għoti ta' iżjed informazzjoni, is-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni, it-tnaqqis tal-burokrazija u t-tisħiħ ta' kultura li tiffavorixxi kultura ta' negozji ekoloġiċi;

8.

japprova l-għan tal-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi li l-politiki tal-impjieg u l-ambjent jaħdmu id f'id biex flimkien jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija kompetittiva, ekoloġika u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.

9.

jisħaq li l-kwistjoni tal-ħiliet hija partikolarment rilevanti għaż-żgħażagħ, li għadhom qed jiffaċċjaw rata għolja ħafna ta' qgħad ta' iżjed minn 22 %, u għandhom jitħejjew aħjar għall-impjiegi tal-ġejjieni b'mod ġenerali, u għal impjiegi ekoloġiki b'mod partikolari;

10.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-bżonn li jiġu kkunsidrati mill-ġdid u aġġornati l-kurrikuli tat-taħriġ u l-edukazzjoni, kif ukoll is-sistemi tal-kwalifiki sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika;

11.

josserva li n-negozji jvarjaw ħafna bejniethom: xi wħud diġà jipprovdu prodotti u servizzi ekoloġiċi, filwaqt li dawk li joffru servizzi u prodotti iżjed tradizzjonali jistgħu wkoll jibbenefikaw, pereżempju, billi jużaw sorsi ta' enerġija u materja prima li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent;

Definizzjonijiet bażiċi

12.

huwa tal-fehma li l-isfidi ambjentali għandhom jitqiesu kemm bħala opportunità kif ukoll theddida għan-negozji individwali, l-impjegati tagħhom, is-swieq tax-xogħol u l-UE;

13.

huwa tal-fehma li t-termini u ċ-ċifri bażiċi u l-punt tat-tluq għall-ekonomija ekoloġika għandhom jiġu ċċarati u definiti b'tali mod li jkun hemm ftehim reċiproku dwar it-termini u ċ-ċifri u jkunu wkoll konsistenti u mhux ambigwi;

14.

huwa tal-fehma li tranżizzjoni li tirnexxi lejn ekonomija ekoloġika hija kruċjali għall-kompetittività attwali u futura tal-UE, u għal din ir-raġuni huwa fundamentali li jiġi żgurat li t-termini jintużaw b'mod konsistenti;

15.

jenfasizza d-dimensjoni reġjonali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, u r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-edukazzjoni, l-infrastruttura, l-appoġġ għan-negozji lokali u l-ħolqien ta' servizzi tal-impjieg; jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-inizjattivi ekoloġiċi eżistenti fil-livell lokali li jistgħu jservu ta' eżempju għal reġjuni oħra tal-UE;

16.

jenfasizza d-diversità taċ-ċirkustanzi u l-isfidi li jiffaċċja l-livell lokali, u jitlob li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali tar-reġjuni f'dak li jirrigwarda l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija;

17.

jenfasizza li ekonomija ekoloġika li tirnexxi ser ikollha ħames elementi prinċipali: 1) tnaqqis, li jfisser li l-konsum tal-materja prima u l-użu tal-enerġija jridu jitnaqqsu f'kull aspett; 2) l-użu ta' enerġiji nodfa, u b'hekk tiġi evitata d-dipendenza esterna, jitnaqqsu l-emissjonijiet u jinħoloq l-impjieg; 3) effiċjenza, li jfisser li l-materja prima u l-enerġija jridu jintużaw b'mod iżjed effiċjenti fil-katina tal-valur kollha ta' prodott jew servizz partikolari; 4) netwerking u l-iskambju tal-aqwa prattika; l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u s-setturi jipprovdi opportunità biex tingħata spinta lill-provvista tal-prodotti u s-servizzi ekoloġiċi, anke lis-swieq lil hinn mill-UE; u 5) aċċess għall-finanzjament, li jfisser li huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-finanzjament ikun disponibbli u li titnaqqas il-burokrazija; l-applikazzjonijiet għall-finanzjament għandhom ikun sempliċi, faċli jinftiehmu u anke utli f'oqsma oħra tan-negozju;

Għan

18.

jenfasizza li, fil-mument tal-valutazzjoni, hemm differenzi sostanzjali fi ħdan is-suq intern tal-UE bejn is-setturi u l-Istati Membri meta niġu għall-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u jitlob li jittieħdu passi biex titħeġġeġ l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi permezz tal-iskambju ta' eżempji tal-aqwa prattika u tal-fallimenti;

19.

jenfasizza l-importanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari tal-muniċipalitajiet, fl-implimentazzjoni tal-miżuri indikati fil-punt preċedenti, filwaqt li jiġi analizzat jekk dawn il-miżuri għandhomx jiġu ffinanzjati fil-qafas Komunitarju attwali;

20.

huwa tal-fehma li għandhom jiġu kkunsidrati f'kull stadju tal-katina tal-valur l-isforzi li jsiru għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u li bis-saħħa ta' dan jitnaqqas b'mod sostanzjali l-bżonn għall-materja prima, u li approċċ imsejjes fuq il-katina tal-valur għandu jiġi integrat fl-attivitajiet tas-settur pubbliku u dak privat;

21.

huwa tal-fehma li l-Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għandu jiffoka fuq miżuri fil-livell tal-UE bil-għan li jallinjaw u jsaħħu l-inizjattivi ekoloġiċi attwali li jintużaw biex jappoġġjaw l-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali;

22.

jieħu nota tal-enfasi fuq l-enerġija rinnovabbli u l-bijokarburanti, f'liema qasam l-UE għandha biżżejjed informazzjoni, għarfien u teknoloġija, jitlob għat-tneħħija tal-ostakli għall-iżvilupp sabiex jiġu ġġenerati bosta impjiegi ekoloġiċi kkwalifikati u ta' kwalità għolja u jappoġġja r-RŻI f'dan is-settur;

23.

jenfasizza l-importanza tal-mentalità ekoloġika u ż-żieda fil-prevalenza tat-tikkettar b'oriġini fl-UE fl-Istati Membri;

24.

japprova l-għan tal-Kummissjoni Ewropea li fl-2015 twaqqaf Ċentru Ewropew tal-Eċċellenza fl-Effiċjenza fir-Riżorsi u li tikkollegah ma' netwerk ta' sħubijiet fir-reġjuni Ewropej kollha, iżda jitlob lill-Kummissjoni biex, fir-rigward ta' dan iċ-ċentru, tiċċara min se jkunu dawn l-imsieħba u kif ser jintgħażlu;

25.

jenfasizza wkoll il-bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti f'dan il-proċess, għaliex huma l-entitajiet ideali biex jifhmu ċ-ċirkustanzi u l-isfidi speċifiċi fil-livell lokali u reġjonali, u biex jivvalutaw liema huma l-iżjed partijiet interessati lokali rilevanti. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi promoss it-tfassil ta' kartografija li tiddetermina l-potenzjal partikolari ta' kull reġjun bil-għan li l-atturi lokali jiġu megħjuna jidentifikaw il-clusters ta' investiment, il-miżuri biex jappoġġjaw l-impjieg indipendenti u l-ħolqien ta' korsijiet ta' taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom b'rabta mal-aspetti differenti tal-ekonomija ekoloġika;

26.

iqis li hemm bżonn li jiġu stabbiliti miri favur id-disinn ambjentalment responsabbli tal-prodotti u jappella għal responsabbiltà ambjentali akbar min-negozji;

Viżjoni

27.

jenfasizza li l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa għall-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd fl-Istati Membri differenti rigward il-kwistjonijiet ewlenin, u li għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat livell adegwat ta' għarfien fil-livell lokali;

28.

jitlob li jsiru sforzi biex jixtered iżjed il-prinċipju tat-tagħlim tul il-ħajja; fattur ewlieni huwa l-ħakma ta' informazzjoni ġdida, peress li l-ekonomija ekoloġika titlob tibdil u azzjoni trasparenti rigward it-taqsimiet differenti tal-proċess tal-katina tal-valur;

29.

jenfasizza li, attwalment, ma hemmx bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-ħiliet disponibbli u t-tibdil sistemiku miexi bil-mod; il-proġett ESCO tal-Kummissjoni huwa eżempju tajjeb ta' tentattiv biex l-impjegaturi jitqabblu mal-impjegati li huma kkwalifikati għar-rwol; għal aktar proposti dwar tlaqqigħ tax-xogħol mal-ħiliet, il-KtR jirreferi għall-Opinjoni tiegħu dwar “Qafas ta' kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tat-tibdil u r-ristrutturar” (2);

30.

jisħaq li l-ekonomija ekoloġika ser tinvolvi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, li ser toħloq impjiegi ġodda u innovattivi. Dan ifisser li l-postijiet antiki tax-xogħol ser jiġu sostitwiti minn postijiet ġodda u l-profili okkupazzjonali tal-impjiegi jkollhom jiġu definiti mill-ġdid;

31.

jitlob li tiġi promossa kooperazzjoni iżjed mifruxa bejn l-awtoritajiet, l-SMEs, l-assoċjazzjonijiet u l-istabbilimenti edukattivi, peress li l-ħakma ta' tipi ġodda ta' informazzjoni titlob li l-miżuri u l-istrumenti għall-finanzjament ikunu mmirati u kkoordinati aħjar;

32.

jenfasizza l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku bħala mezz li jistimula l-implimentazzjoni tal-ekonomija ekoloġika, billi jintuża l-pakkett Ewropew attwali billi, bl-użu ta’ fondi Ewropej eżistenti, tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, l-SMEs u korpi lokali u reġjonali oħra, ikkoordinati bħala elementi ewlenin ta’ għarfien (edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni) f’forom sinergiċi bħalma huma r-raggruppramenti jew il-pjattaformi ta’ innovazzjoni miftuħa għall-iskambju tal-għarfien u l-influwenza reċiproka tal-għarfien;

33.

jitlob li, fid-dawl tal-għarfien importanti u s-setgħat li għandhom f'dan il-qasam, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti bis-sħiħ fil-miżuri ta' koordinazzjoni. Diġà jeżistu eżempji tajbin ta' sħubijiet li jintużaw mill-awtoritajiet lokali biex jipprovdu n-negozji u l-assoċjazzjonijiet b'pariri dwar kwistjonijiet marbutin mal-enerġija, fost l-oħrajn dwar kif jiġu identifikati s-sussidji u l-possibbiltajiet ta' finanzjament, rakkomandazzjonijiet dwar miżuri individwali, l-iżvilupp ta' inventarju li jiġbor fih il-provvedituri tat-tagħmir u tas-servizzi, u għajnuna għat-tħejjija tas-sejħiet għall-offerti;

Strateġija

34.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-bżonn li jiġu kkunsidrati mill-ġdid u aġġornati l-kurrikuli tat-taħriġ u l-edukazzjoni, kif ukoll is-sistemi tal-kwalifiki b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex tiġi kkunsidrata u ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u jipproponi li l-proċessi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jinkludu mill-inqas modulu wieħed dedikat għal dan is-suġġett. Għandhom ukoll jittieħdu passi biex jiġi eżaminat kif jiġi ssorveljat l-impatt tat-taħriġ, peress li hemm bżonn monitoraġġ fit-tul kemm f'livell ogħla kif ukoll f'wieħed iżjed baxx;

35.

huwa mħasseb dwar l-adegwatezza, il-prevedibbiltà u l-livell ta' taħriġ marbutin mal-ekonomija ekoloġika u l-ħiliet ekoloġiċi fl-Istati Membri differenti. Huwa kruċjali li jiġi żgurat li jinħolqu korsijiet ta' taħriġ fl-Istati Membri li jkopru għarfien ambjentali, legali u dak marbut man-negozju, li għandu jiżgura wkoll li l-uffiċjali jkollhom id-data u l-ħiliet meħtieġa;

36.

jisħaq li l-kwistjoni tal-ħiliet ġodda hija partikolarment rilevanti għaż-żgħażagħ, li għandhom jitħejjew aħjar għall-impjiegi tal-ġejjieni b'mod ġenerali, u l-impjiegi ekoloġiċi b'mod partikolari;

37.

jenfasizza l-bżonn għal perspettiva usa' u li jiġi kkunsidrat l-impatt fit-tul sabiex il-ħiliet ambjentali jkunu jistgħu jiġu kkombinati ma' kompetenzi sodi marbutin man-negozju. Mentalità miftuħa għall-ħtiġijiet tal-ambjent u tan-negozji għandha tibda titrawwem fost it-tfal tal-iskola, peress li l-professjonijiet il-ġodda ser jitolbu kemm ħiliet fix-xjenzi naturali, kif ukoll dawk tekniċi u matematiċi. Din is-sensibilizzazzjoni għandha wkoll tingħata prominenza speċjali fi programmi ta’ edukazzjoni għall-adulti;

38.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li ftit hemm SMEs fl-Ewropa li huma konxji tal-possibbiltà li jużaw ir-riżorsi b'mod iżjed effiċjenti, jew tal-benefiċċji ekonomiċi li jistgħu jiksbu meta jisfruttaw dan l-għarfien fil-prattika;

39.

jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali li għandhom setgħat fiskali jimplimentaw, anke permezz ta' taxxi u imposti iżjed baxxi, l-akkwist pubbliku u t-tnaqqis tat-taxxi, mekkaniżmi ta' diskriminazzjoni pożittiva favur l-intrapriżi li japplikaw il-prinċipji u l-kunċetti tal-ekonomija ekoloġika, fil-kuntest tar-responsabbiltà soċjali korporattiva;

40.

jitlob li l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' taħriġ u finanzjament tkun adattata għall-SMEs fis-setturi differenti, peress li mhux bilfors japprezzaw il-bżonn għal taħriġ assoċjat mal-ekonomija ekoloġika;

41.

jitlob li jiġu stabbiliti inċentivi għall-ikkompletar tal-ħiliet, għaliex huwa essenzjali li jinkisbu informazzjoni u għarfien ġodda. Għandu jiġi mifhum kif il-materjali kollha li jistgħu jiġu riċiklati jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra u jinbidlu f'materjali ġodda u innovattivi, u x'inhuma r-regoli u r-rekwiżiti;

42.

josserva li l-ispejjeż tal-materja prima żdiedu f'75 % tal-SMEs fl-UE matul perjodu ta' ħames snin, u li l-miżuri għall-ittestjar ta' metodi ġodda u t-tixrid sistematiku tagħhom huma meħtieġa mill-iżjed fis sabiex tiġi protetta l-kompetittività tan-negozji;

43.

jirrakkomanda li s-setturi differenti jeżaminaw f'iżjed dettall l-opportunitajiet għal kooperazzjoni msaħħa, kif ukoll opportunitajiet biex jisfruttaw l-għarfien fis-servizzi rispettivi tagħhom, il-prodotti jew il-komponenti tagħhom. Dan ser jipprovdi opportunitajiet intraprenditorjali lin-negozji ż-żgħar b'mod partikolari, li jistgħu jiffurmaw entitajiet akbar permezz tan-netwerking. Għandhom jinġabru eżempji, u l-aqwa prattika għandha tixtered fl-Istati Membri;

44.

jirrakkomanda li tiġi eżaminata kull opportunità biex l-SMEs jiġu megħjuna jintroduċu mill-ġdid materja prima użata u żejda fil-katini tal-produzzjoni u l-valur tagħhom, jew anke bħala parti mill-produzzjoni ta' negozju ieħor. Eżempju ta' dan huwa l-kunċett ta' sistema tal-enerġija f'ċiklu magħluq adattat għaċ-ċirkustanzi lokali, fejn l-iskart, l-enerġija mitlufa, in-nutrijenti u s-CO2 jintużaw u jiġu riċiklati lura fil-produzzjoni tal-enerġija u l-ikel;

45.

josserva l-bżonn li titħeġġeġ il-kooperazzjoni intraprenditorjali bejn is-settur tal-ikel organiku u setturi oħra potenzjalment marbutin miegħu: ir-restoranti u s-servizzi għall-forniment tal-ikel u x-xorb, it-turiżmu rurali, l-agrituriżmu, it-turiżmu marbut man-natura, il-produzzjoni ta' imballaġġ sostenibbli u/jew artiġjanali, il-kostruzzjoni sostenibbli, il-produzzjoni ta' ikel tradizzjonali, eċċ.;

46.

jirrakkomanda li ssir kampanja ta' sensibilizzazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli orjentata lejn iċ-ċittadini tal-UE, li tenfasizza l-opportunitajiet li għandu kull wieħed u waħda minnha biex individwalment ninfluwenzaw l-ammont u l-ipproċessar tal-iskart;

47.

josserva li l-awtoritajiet lokali għandhom rwol kruċjali x'jaqdu fil-ksib tal-miri tal-UE marbutin mal-emissjonijiet. Eżempju tajjeb huwa l-proġett Finlandiż “Kohti hiilineutraalia kuntaa” (“Lejn belt newtrali fl-użu tal-karbonju”), li l-għan tiegħu huwa li l-atturi lokali – il-kunsill lokali, ir-residenti u n-negozji – jimpenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Il-proġett għandu l-għan li jidentifika approċċi ġodda u innovattivi li joħolqu impjiegi lokali, u li huma bbażati fuq l-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali lokali u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija;

48.

jirrakkomanda li jiġu żviluppati l-kunċetti tal-iskambju tal-ekonomija u tal-ekonomija tas-servizzi li permezz tagħhom, minflok l-idea ta' sjieda tradizzjonali, il-konsumaturi jistgħu jixtru l-prodotti bħala servizz u mbagħad jeħduhom lura fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajjithom għand il-produttur bil-għan li jerġgħu jintużaw;

49.

jirrakkomanda li jiġu żviluppati metodi aħjar ta' kalkolu li jipprovdu kejl iżjed affidabbli tal-konsum tal-enerġija;

50.

jifhem li l-ħolqien ta' prodotti li jirrispettaw l-ambjent iżda fl-istess ħin jirnexxu mil-lat kummerċjali ser jitlob investiment finanzjarju sostanzjali kemm fl-iżvilupp u t-tnedija tal-prodotti kif ukoll fir-reġistrazzjoni tal-prodotti u s-servizzi ġġenerati mill-iżvilupp tal-prodotti inkwistjoni. Fil-ġejjieni, il-leġislazzjoni ser ikollha tkun kapaċi tipprovdi opportunità għall-iżvilupp rapidu ta' innovazzjonijiet ġodda, pjuttost milli tirrestrinġih jew tillimitah;

51.

jissuġġerixxi li jiġi promoss l-użu ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali, b’mod partikolari s-sistema Ewropea tal-EMAS, bil-għan li tiġi inkorporata l-kultura ekoloġika fit-teħid tad-deċiżjonijiet mill-kumpaniji, u b’hekk isiru iżjed effettivi kemm il-funzjonament tagħhom kif ukoll l-informazzjoni pprovduta lill-pubblika dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħhom;

Effetti

52.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu l-kost lavorattiv billi jużaw id-dħul mill-irkantar fil-qafas tal-iskema tal-UE għan-negozjar tal-emissjonijiet (ETS), iżda jenfasizza li l-ETS fil-forma attwali tagħha mhijiex kompletament effettiva;

53.

jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi tal-inizjattiva fuq il-promozzjoni tal-intraprenditorija, u jtenni l-fehma tiegħu li l-Ewropa għandha tippreżenta l-intraprenditorija liż-żgħażagħ bħala għażla ta' karriera possibbli u promettenti;

54.

huwa tal-fehma li, flimkien mal-ekonomija ekoloġika, l-intraprenditorija soċjali tista' tiġi kkunsidrata bħala alternattiva siewja għall-modi tradizzjonali ta' kif isir in-negozju kemm għal skop ta' qligħ kif ukoll mhux; f'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-aċċess tan-negozji soċjali għall-finanzjament;

55.

huwa tal-fehma li permezz tal-innovazzjoni u d-disinn mill-ġdid tal-prodotti u l-mudelli tal-produzzjoni u n-negozju, l-intrapriżi jistgħu jnaqqsu l-użu ta' materja prima għalja u jnaqqsu l-iskart;

56.

jemmen li l-introduzzjoni ta' sistema Ewropea uniformi għaċ-ċertifikazzjoni tal-ekonomija ekoloġija tkun ta' benefiċċju għan-negozju b'mod partikolari, u fuq perjodu twil ta' żmien tipprovdi l-prevedibbiltà, peress li jkunu magħrufin minn qabel l-interpretazzjonijiet legali ta' firxa ta' oqsma differenti ta' kunflitt legali;

57.

josserva li l-materja prima, l-ilma u l-enerġija jirrappreżentaw 50 % tal-ispejjez totali kollha tal-manifattura tan-negozji (3). It-tnaqqis ta' din iż-żieda eċċessiva fl-ispejjeż tal-intrapriżi permezz ta' reviżjoni tas-sistema tal-produzzjoni, tat-trasport u d-distribuzzjoni tal-enerġija, u żieda fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija jistgħu jiġġeneraw iffrankar sostanzjali ħafna. Din is-sitwazzjoni tidher ferm iżjed rilevanti meta wieħed iqis iż-żieda fl-ispejjez tal-enerġija u bosta materja prima f'dawn l-aħħar snin;

58.

jirrakkomanda li l-operaturi fil-livell lokali u reġjonali jkunu infurmati b'mod immirat dwar il-potenzjal tas-sorsi ta' finanzjament tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 u li dan il-finanzjament jintuża biex jgħin lill-SMEs “ekoloġiċi”: bħala eżempji nsibu l-FEŻR, l-FSE, il-FAEŻR, il-programm LIFE, il-Faċilità ta' Finanzjament Kapitali Naturali (Natural Capital Financing Facility), l-Istrument ta' Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (Private Financing for Energy Efficiency Instrument), il-COSME u l-Orizzont 2020;

59.

iqajjem il-kwistjoni tat-tranżizzjoni lejn taxxi u imposti ambjentali bħala strumenti biex jixprunaw il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà ambjentali li, skont il-Kummissjoni, huma inqas ta' ħsara għat-tkabbir u jwasslu kemm għal prestazzjoni ambjentali aħjar kif ukoll għal livell ogħla ta' impjieg. L-Istati Membri li ppruvaw it-taxxi ambjentali jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom b'mod iżjed mifrux, u Stati Membri oħra jistgħu jsegwu din il-prattika;

60.

josserva li l-Kummissjoni u l-Istati Membri żviluppaw indikaturi u għodod applikabbli li jiżguraw li s-swieq fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali u reġjonali jinftiehmu aħjar. Bil-għan li jagħmlu impatt, l-Istati Membri għandhom jużaw moduli armonizzati tal-UE fl-implimentazzjoni u meta jittrasferixxu d-data;

61.

itenni l-osservazzjoni tiegħu li sabiex jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi jridu jinvestu f'infrastruttura ta' kwalità għolja fl-oqsma tat-trasport u tat-teknoloġija diġitali, fost l-oħrajn, u sabiex jiksbu dan għandhom bżonn l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea;

62.

jifhem li l-SMEs għandhom nuqqas ta' għarfien, netwerks u ħiliet tal-IT, u għalhekk isibuha diffiċli jaħtfu l-opportunitajiet ipprovduti mill-prevenzjoni tal-iskart u l-użu mill-ġdid tal-prodotti, il-materja prima u l-iskart bħala parti minn katini differenti tal-valur;

63.

jenfasizza li l-ispejjeż għaljin marbutin mal-investiment inizjali jistgħu jkomplu jnaqqsu l-interess fl-implimentazzjoni ta' attivitajiet tan-negozju relatati mal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tar-riżorsi, peress li l-SMEs iridu jiġġudikaw jekk l-attivitajiet humiex vijabbli mil-lat kummerċjali. Għaldaqstant, għandhom jittieħdu miżuri leġislattivi u dawk marbutin mat-tassazzjoni, kif ukoll tipi oħra ta' għajnuna, biex inaqqsu l-impatt tagħhom;

64.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġu adottati b'mod usa' u jixterdu fl-Istati Membri kollha standards ekoloġiċi li jirrispettaw il-bijodiversità u jippromovu politiki għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u li għal dan il-għan hemm bżonn komunikazzjoni regolari mal-konsumaturi;

65.

jirrikonoxxi li l-prinċipji miġbura fl-istandards tal-ekonomija ekoloġika fil-livell tal-UE għandhom jiġu ankrati fl-attivitajiet kollha tal-SMEs, iżda huwa wkoll kruċjali li l-utenti finali tal-prodotti, jiġifieri l-konsumaturi, jixtru prodotti ċċertifikati bħala responsabbli mil-lat ambjentali;

66.

josserva li katina tal-valur li tkun iżjed ekoloġika, u li tinvolvi l-manifatturar mill-ġdid, it-tiswijiet, il-manutenzjoni, ir-riċiklaġġ u d-disinn ekoloġiku, tista' tipprovdi opportunitajiet kummerċjali konsiderevoli għal bosta SMEs, iżda l-ostakli leġislattivi, istituzzjonali, tekniċi u kulturali jimpedixxu lill-SMEs milli jibbenefikaw minn dan u għalhekk dawn l-ostakli għandhom jitneħħew jew, jekk mhuwiex possibbli li jitneħħew, għandhom jinstabu modi biex jingħelbu.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”. ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171-200

(2)  CDR 1319/2014.

(3)  Europe INNOVA (2012) Guide to resource efficiency in manufacturing: Experiences from improving resource efficiency in manufacturing companies, p. 6. Disponibbli hawnhekk.


28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/28


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ma' governanza ekonomika soda

(2015/C 140/06)

Relatur

:

Is-Sur Soulage (FR/PSE), Viċi President tal-Kunsill Reġjonali tar-Rhône-Alpes

Dokument ta' referenza

:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ma' governanza ekonomika soda skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 1303/2013

COM(2014) 494 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tkompli taqdi rwol primordjali fir-rilanċ tal-ekonomija tar-reġjuni Ewropej;

2.

itenni, wara l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-proposta ta' regolament ġenerali dwar il-fondi tal-qafas strateġiku komuni (1), l-oppożizzjoni tiegħu fil-prinċipju għal kull kundizzjoni makroekonomika imposta fuq l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u b'mod aktar preċiż għar-rabta bejn l-effikaċja tal-Fondi Ewropej strutturali u tal-Investiment u governanza ekonomika tajba. Fil-fatt, din ir-rabta sserraħ fuq ipoteżi falza li skontha l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għar-riżultati baġitarji daqs l-awtoritajiet nazzjonali;

3.

barra minn hekk, ifakkar fit-talba tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li titfassal white paper dwar il-politika ta' koeżjoni territorjali bil-għan speċifiku li tniedi mill-ġdid id-dibattitu dwar il-kejl tal-kwalità tal-ħajja u l-kwalità tat-tkabbir ekonomiku lil hinn mis-sempliċi PDG; jirrakkomanda li jitħejjew indikaturi ġodda iżjed affidabbli li jirriflettu aħjar l-aspettattivi tas-soċjetà;

4.

barra mill-oppożizzjoni tiegħu għall-prinċipju tal-kundizzjonalità makroekonomika, għandu d-dubji dwar il-valur miżjud ta' dawn il-linji gwida, li mhumiex għajr parafrażi tal-Artikolu 23 tar-Regolament 1303/2013;

5.

iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jispiċċaw penalizzati intortament bi programmazzjoni mill-ġdid peress li m'humiex responsabbli għad-defiċit pubbliku nazzjonali eċċessiv, peress li spiss huma għandhom obbligu kostituzzjonali li jżommu l-baġits tagħhom f'bilanċ. Għaldaqstant, id-defiċit globali tal-finanzi pubbliċi sottonazzjonali tal-UE-27, li jikkorrispondu għal 0,1 % tal-PDG fl-2007, kien ta' madwar 0,8 % tal-PDG fl-2009 u l-2010. Anke jekk id-deterjorazzjoni tal-finanzi pubbliċi sottonazzjonali kienet aktar ċara f'xi pajjiżi li fihom id-defiċit żdied b'aktar minn 0,5 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2013, hija tibqa' bla kejl komuni ma' dik tal-baġits nazzjonali (2);

6.

jenfasizza li sitwazzjoni kumparabbli ħafna tapplika għad-dejn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali peress li (kif tirrikonoxxi l-Kummissjoni fis-6 rapport dwar il-koeżjoni), it-tkabbir tad-dejn pubbliku jiġi prinċipalment mill-attivitajiet tal-amministrazzjoni ċentrali. Id-dejn globali tal-awtoritajiet lokali u tar-reġjuni mingħajr saħħa leġislattiva importanti għadu inqas minn 10 % tal-PDG fl-Istati Membri kollha. Madankollu id-dejn jibqa' preokkupanti f'għadd ta' pajjiżi;

7.

Iqis li, skont għadd ta' studji, l-effikaċja tan-nefqa pubblika hija aktar marbuta mill-viċin mal-effikaċja u l-governanza tajba (3) milli ma' fatturi makroekonomiċi u barra minn hekk, li l-kwalità tal-azzjoni pubblika għandha rwol determinanti fuq il-kapaċità tal-politika tal-koeżjoni li jkollha impatt fuq it-tkabbir. Jinnota wkoll li r-regolamenti tas-“Six-Pack” diġà jipprevedu sanzjonijiet ibsin fil-każ ta' nuqqas ta' konformità tar-regoli ta' stabbiltà makroekonomika. Għaldaqstant jiddubita kemm is-sanzjonijiet permezz tat-twaqqif tal-Fondi Strutturali jkunu effikaċi peress li jikkastigaw, fost affarijiet oħra, l-istess nuqqas darbtejn;

8.

jaħseb ukoll li fil-kuntest tas-“Six-Pack” għandu jiġi rivedut il-metodu ta' kalkolu tad-“defiċit strutturali”, sabiex jitqiesu l-karatteristiċi proprji tal-ekonomiji nazzjonali u tad-differenzi strutturali tan-nefqa pubblika;

Il-politika ta' koeżjoni trid tibqa' politika Ewropea ta' investiment

9.

huwa serjament imħasseb dwar ir-riskju li l-miżuri previsti għall-perjodu 2014-2020 jistgħu jkunu ta' piż fuq it-tkabbir Ewropew u l-proġetti ta' żvilupp ekonomiku u soċjali billi joħolqu insigurtà dwar il-programmazzjoni tal-FEŻR u l-FSE mill-2015; l-ippjanar ta' dawn il-programmi diġà huwa mhedded biżżejjed mid-dewmien fl-ipprogrammar li rriżulta mill-ikkompletar tard tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali u d-diffikultà li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jilħqu r-rekwiżit ta' kundizzjonalità ex-ante;

10.

f'dan ir-rigward jenfasizza r-rwol li qed jikber u jsir aktar importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jwettqu madwar 33 % tal-infiq pubbliku, ftit aktar minn 2 punti fuq l-aħħar żewġ deċenji (1995-2013), jiġifieri 16 % tal-PDG. Jekk il-piż tagħhom ivarja skont il-pajjiż, skont l-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom, huma għandhom rwol ħafna aktar importanti mill-amministrazzjonijiet ċentrali fl-offerta ta' servizzi pubbliċi u fuq kollox għan-nefqiet meħtieġa għat-tkabbir kif ġew definiti mill-istess Kummissjoni (ara s-6 rapport ta' koeżjoni), fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-ħarsien tal-ambjent, it-trasport, ir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll l-enerġija;

11.

f'dan ir-rigward jitlob ir-reviżjoni tal-klawsola tal-investiment biex tkun tista' sseħħ is-separazzjoni tar-rendikonti tal-investimenti reġjonali u nazzjonali li jsiru taħt il-kofinanzjament tal-fondi Ewropej (Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment jew Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mill-kalkoli tad-defiċits pubbliċi nazzjonali fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

12.

jiġbed l-attenzjoni għall-kontradizzjoni intrinsika bejn, minn naħa, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizjonalità makroekonomika u, min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li jawtorizzaw ċerta flessibilità fl-applikazzjonijiet tagħhom fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u temporanji, definiti mir-Regolament Nru 1177/2011, kif ukoll il-konsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni li skonthom “il-qafas fiskali tal-UE joffri biżżejjed lok għall-bilanċ tar-rikonoxximent tal-ħtiġijiet ta' investiment pubbliku produttiv mal-għanijiet tad-dixxiplina fiskali” (4);

13.

f'dan il-kuntest ifakkar fit-tħassib tiegħu dwar il-qafas ġdid tal-kontabilità SEC 2010 tal-Eurostat, li daħal fis-seħħ f'Settembru 2014, u li ma jiddistingwix bejn l-infiq u l-investiment u li joħloq għall-awtoritajiet lokali u reġjonali obbligu li japplikaw limiti massimi ta' investiment fis-sena u għal kull persuna. Fil-fatt hemm il-periklu li dawn il-limiti jwaqqfu lill-awtoritajiet lokali u reġjoanli ta' ċerti Stati Membri milli jakkwistaw il-kofinanzjament neċessarju għall-proġetti rilevanti tal-Fondi Strutturali u tal-Investiment Ewropej. Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta rapport dwar id-dħul fis-seħħ tas-SEC 2010;

14.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ġew milqutin tliet darbiet mill-miżuri ta' konsolidazzjoni baġitarja adottati fil-livell nazzjonali b'risposta għall-kriżi ekonomika u finanzjarja. L-ewwel, dawn il-miżuri xekklu b'mod qawwi l-kapaċità tal-awtoritajiet sottonazzjonali milli jikkontribwixxu fl-investimenti pubbliċi, li kienu medja ta' 2,3 % tal-PDG bejn l-2002 u l-2007 fl-UE-27 u li naqsu għal 1,8 % tal-PDG, iżda fuq kollox naqsu f'termini reali b'7,2 % fl-2010, 5,9 % fl-2011, 3,3 % fl-2012 u bi 8,6 % fl-2013;

15.

it-tieni, peress li t-trasferimenti kurrenti u t-trasferimenti f'kapital mill-amministrazzjonijiet ċentrali jiffurmaw is-sorsi ewlenin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fi kważi l-pajjiżi kollha tal-UE, id-dħul tagħhom kellu tnaqqis importanti b'effett immedjat fuq id-defiċits fil-baġits tagħhom. Fil-każ tar-reġjuni Spanjoli, dan kien aktar serju peress li huma kellhom tnaqqis ta' 62 % f'termini reali tad-dħul tagħhom wara tnaqqis qawwi tat-trasferimenti mill-amministrazzjoni ċentrali (45 %), minn naħa u ż-żieda sostanzjali ta' trasferimenti mir-reġjuni lejn l-amministrazzjoni ċentrali (minn bilkemm EUR 1,4 biljun għal EUR 10,1 biljun bil-prezzijiet tal-2005);

16.

it-tielet, skont l-OECD, il-miżuri ta' konsolidazzjoni baġitarja naqqsu aktar il-kapaċità tagħhom ta' investiment u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kellhom ukoll jiffaċċjaw id-deterjorazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-self;

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-kontribut tal-FESI għall-investiment pubbliku fi żminijiet ta' kriżi peress li dan għadda minn 11,5 % tal-investiment pubbliku tal-UE (FGKF) fl-2007, għal 18,1 % fl-2013. Il-kontribut tiegħu jirrappreżenta aktar minn 75 % tal-investiment pubbliku f'xi pajjiżi. Bejn il-perjodu 2007-2013, l-allokazzjonijiet taħt il-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni u l-kofinanzjament nazzjonali assoċjati, irrappreżentaw annwalment u b'medja madwar 0,55 % tal-PDG tal-UE 27;

18.

iqis kuntradittorja l-introduzzjoni ta' theddida fuq il-krediti tal-FEŻR u tal-FSE meta l-Istati Membri jinsabu f'diffikultà ekonomika. It tnaqqis fl-infiq pubbliku ma jwassalx għal tnaqqis awtomatiku fid-defiċits pubbliċi u jista' jkollu effetti negattivi fil-qasam soċjali;

19.

huwa jitħasseb dwar id-deterjorazzjoni potenzjali fis-sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi nazzjonali u sottonazzjonali fil-każ li jitwaqqfu l-ħlasijiet u mhux biss l-impenji. Barra minn hekk, ifakkar li r-rabta bejn il-Fondi Strutturali u l-governanza ekonomika tajba tad-defiċits pubbliċi diġà wriet il-limiti tagħha fl-applikazzjoni oriġinali tal-fondi ta' koeżjoni, peress li s-sanzjonijiet marbutin mad-defiċits pjuttost għandhom it-tendenza li jiggravaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati kkonċernati;

20.

itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta white paper li tistabbilixxi tipoloġija fil-livell tal-UE għall-kwalità tal-investiment pubbliku fil-kontijiet tal-infiq pubbliku skont l-effetti fit-tul tiegħu. Tipoloġija ta' dan it-tip tista' twassal għal evalwazzjoni ddettaljata tal-kwalità tal-investimenti pubbliċi fil-kalkolu tad-defiċit baġitarju jew ukoll li jitqiesu aħjar iċ-ċiklu jew il-kuntest makroekonomiku reali;

Programmazzjoni mill-ġdid kontra produttiva ta' fondi

21.

jiddubita kemm il-kontenut u l-modalitajiet tal-programmazzjoni mill-ġdid huma pożittivi b'mod sistematiku u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ il-kompetittività fit-tul tal-pajjiżi u jorjentaw l-iżvilupp ekonomiku mill-ġdid lejn is-setturi tal-futur. L-analiżi ta' dak li sar mill-2009 turi li l-urġenza tas-sitwazzjoni wasslet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromovu l-proġetti li kienu diġà għaddejjin, ħalli jħaffu l-konsum tal-krediti u jwasslu għal-likwidità. Dawn l-għażliet b'mod globali għamluha possibbli li l-parti dedikata lir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tikber, b'appoġġ ġeneriku lill-intrapriżi, l-enerġiji rinnovabbli, lir-rotot u lis-suq tax-xogħol b'miżuri li kienu ffokati b'mod aktar speċifiku fuq l-impjieg taż-żgħażagħ. Iżda setgħu wkoll wasslu biex jiġu traskurati ċerti setturi b'potenzjal għat-tkabbir bħas-servizzi tal-ICT, l-investiment fl-ambjent, il-ferroviji, l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

22.

huwa mħasseb għan-nuqqas ta' operabbiltà tal-limiti ġuridiċi tal-programmazzjoni mill-ġdid bħal dawk li jirriżultaw mill-obbligu tar-rispett tad-direzzjonijiet tematiċi, tal-bilanċ FSE-FEŻR, eċċ.;

23.

ma jqisx realistika wisq l-implimentazzjoni ta' dispożittiv li ma jkunx applikabbli ħlief bejn l-2015 u l-2019;

24.

iqis li l-programmazzjoni mill-ġdid m'hijiex affattu eżerċizzju faċli u ħafif biex issir, anzi, fuq il-bażi tal-esperjenza tal-aħħar ħames snin marbutin mas-6 rapport dwar il-koeżjoni li wassal għall-mobilizzazzjoni ta' riżorsi umani kbar fit-8 Stati Membri konċernati, inklużi dawk tal-Kummissjoni Ewropea, nipprevedu li ser tkun tiswa ħafna flus u tkun iebsa biex titmexxa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

jibża' minn żieda fil-burokrazija fl-eżerċizzju tal-programmazzjoni mill-ġdid, peress li jrid jiġi akkumpanjat mill-istess obbligi bħat-tfassil tal-ftehim ta' sħubija (indikaturi tal-prestazzjoni, kundizzjonijiet, eċċ...) li jwassal għall-obbligu tal-impjieg ta' esperti ġodda u l-ħolqien ta' spejjeż ġodda. Żieda sproporzjonata fix-xogħol imposta fuq l-impjegati tista' twassal biex tonqos l-effiċjenza fuq ix-xogħol jew għal sitwazzjoni li tkun l-oppost ta' dik mistennija;

26.

jiddeplora l-piż żejjed amministrattiv marbut mal-eżerċizzju tal-programmazzjoni mill-ġdid li jagħfas mhux biss fuq l-amministrazzjonijiet Ewropej u nazzjonali iżda wkoll, u fuq kollox, fuq dawk tar-reġjuni peress li huma huma l-awtoritajiet li jiġġestixxu. Dan jista' joħloq spejjeż addizzjonali kbar minħabba fl-urġenza tar-risposta li tkun trid tingħata lit-talbiet tal-Kummissjoni u l-ħtieġa li jinstabu impjegati supplimentari;

Il-kondizzjonalità makroekonomika tmur kontra l-ispirtu Ewropew

27.

jiddeplora ċ-ċentralizzazzjoni kemm nazzjonali kif ukoll Ewropea, li hemm wara l-provvediment kollu kemm hu bil-preżenza qawwija tal-Kummissjoni. Bla dubju ta' xejn, iż-żmien qasir tal-iskadenzi tal-programmazzjoni mill-ġdid ser iwassal biex jiġu mhedda l-prinċipji tas-sħubija u ta' governanza f'diversi livelli li huma parti integrali mill-politika ta' koeżjoni;

28.

jenfasizza l-impatt negattiv fuq l-opinjoni pubblika ta' sanzjoni bħal din li bla dubju twassal biex tiżdied l-ostilità fir-rigward tal-UE;

29.

fl-aħħar jesprimi s-sorpriża tiegħu għall-fatt li l-kontroll demokratiku tal-Parlament Ewropew fuq din is-sistema l-ġdida ta' kundizzjonalità makroekonomika ma jistax isir b'mod aktar komplet minħabba f'fatturi li jidhru dejjem aktar teknokratiċi partikolarment fir-rigward tal-programmazzjoni mill-ġdid tal-fondi. Għaldaqstant jappella b'fermezza lill-Kummissjoni Ewropea biex terġa' tpoġġi lill-Parlament Ewropew fiċ-ċentru tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'dak kollu li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-kondizzjonalità makroekonomika, b'rabta mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  CdR 4/2012 fin.

(2)  Eurostat – DĠ REGIO.

(3)  “Quality of Government and Returns of Investment”, OECD Regional Development Working Papers, No 2013/12.

(4)  Ara: Kummissjoni Ewropea, Il-kwalità tal-infiq pubbliku, p. 31.


28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/32


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ħarsien f'diversi livelli tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE

(2015/C 140/07)

Relatur

:

is-Sur Van den Brande (BE/PPE) President tal-Uffiċċju ta' Kooperazzjoni Fjamminga-Ewropea

Dokument ta' referenza

:

Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt

COM(2014) 158 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Il-prinċipji tal-istat tad-dritt, il-governanza f'diversi livelli u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

1.

huwa tal-fehma li d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma t-tliet pilastri fundamentali li fuqhom għandu jistrieħ kull ordni ġuridiku ta' kwalunkwe tip u forma. Id-demokrazija hija “dritt kollettiv”, id-drittijiet tal-bniedem huma drittijiet individwali inaljenabbli li għandhom ikunu garantiti taħt kull ċirkostanza, anke meta d-demokrazija fis-seħħ ma tkunx sħiħa jew perfetta. Il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-prattiki li jirriżultaw huma essenzjali għad-demokrazija u l-garanzija tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-proposta tal-Kummissjoni li jitwaqqaf qafas li jħares l-istat tad-dritt fl-UE. Dan huwa essenzjali bħala bażi tal-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri kif ukoll bejniethom u ċ-ċittadini tal-UE għall-integrazzjoni Ewropea. Qafas komuni ta' dan it-tip huwa ta' ġid mhux biss għall-Istati Membri iżda wkoll għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li fil-prattika dawn tal-aħħar iġorru l-piż tal-implimentazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

2.

jirrimarka li d-drittijiet tal-bniedem, bħala drittijiet fundamentali marbuta mar-rispett għad-dinjità tal-persuna, jiġu qabel kull entità istituzzjonali u, essenzjalment, jieħdu prijorità fuqhom;

3.

jinnota li għad li m'hemm l-ebda definizzjoni unika tal-istat tad-dritt, hemm tradizzjoni legali Ewropea dwar dan il-kunċett ċentrali li jistrieħ fuq tliet prinċipji bażiċi: (1) l-obbligi legali ta' kull ċittadin u l-applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu appoġġjati mil-liġi u ma jistgħux jiddependu minn deċiżjoni arbitrarja jew unilaterali tal-awtorità eżekuttiva jew kwalunkwe setgħa diskrezzjonali oħra – (2) it-tilwim bejn iċ-ċittadini u s-setgħa eżekuttiva għandhom jiġu riżolti mil-liġi ordinarja permezz ta' setgħa ġudizzjarja newtrali u indipendenti – (3) id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini (il-libertà personali, ta' opinjoni, ta' assoċjazzjoni...) għandhom jiġu rispettati u definiti b'mod ċar filwaqt li jissejsu fuq bażi leġislattiva ċara u ma jkunux dipendenti minn kunċett, dikjarazzjoni jew garanzija kostituzzjonali mċajpra jew interpretazzjonijiet arbitrarji. Dawn il-prinċipji għandhom żewġ kampi ta' applikazzjoni: minn naħa l-gvernijiet iridu jaqdu l-kompetenzi tagħhom b'konformità ma' liġijiet u regoli pubblikati u miktubin b'lingwaġġ ċar, abbażi ta' prinċipji legali b'bażi soda li jiġu eżekwiti b'mod ġust u miftuħ, u min-naħa l-oħra l-gvernijiet iridu jikkonformaw mal-Kostituzzjoni tagħhom u l-istess liġi li tirregolahom;

4.

jemmen li l-prinċipju importanti tas-sussidjarjetà (Artikolu 5(3) tat-TUE) għandu jservi wkoll bħala bażi u linja gwida fit-tfassil tal-approċċ tal-governanza f'diversi livelli għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

5.

jirrimarka li l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li huma l-iktar qafas avvanzat f'dan il-qasam, minn meta ġew adottati ilhom iservu bħala l-bażi vinkolanti għall-Unjoni stess, l-Istati Membri kollha u kull livell ta' gvern ibbażat fuq il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-infurzar tiegħu;

6.

jinnota li l-kunċett tal-governanza f'diversi livelli kif ġie żviluppat mill-UE iżda anke b'mod usa' mill-Kunsill tal-Ewropa, huwa ispirat mill-fatt li saret evoluzzjoni neċessarja u li għadha għaddejja f'termini ta' “governanza” fl-UE, minn mudell “minn fuq għal isfel” lejn mudell iktar inklużiv, fejn iridu jitlaqqgħu ż-żewġ dimensjonijiet tas-sussidjarjetà: dik “vertikali” fejn il-parteċipazzjoni, ir-responsabbiltà konġunta u s-sħubija tar-rappreżentanti eletti fil-livell reġjonali u lokali huma msaħħa, u d-dimensjoni “orizzontali” fejn ir-responsabbiltà konġunta tingħata u tittieħed mill-atturi l-oħra (soċjoekonomiċi, edukattivi, tas-saħħa u kulturali) fis-soċjetà u dan fl-oqsma kollha ta' politika. Il-governanza f'diversi livelli tirreferi kemm għal diversi atturi kif ukoll għal diversi livelli. Il-politika ta' kuljum tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali hija influwenzata minn avvenimenti, azzjonijiet u influwenzi fil-livell nazzjonali u Ewropew li f'ħafna oqsma jiddeċiedu l-ambitu tal-azzjoni minn dak li jiġri fil-kontinent kollu kemm hu u, fl-aħħar mill-aħħar, mid-dinja globali. L-istat tad-dritt jopera wkoll f'livelli differenti fl-Unjoni Ewropea u għaldaqstant irid jiġi mħares fl-interazzjoni bejn il-livelli differenti. Politika ta' opportunitajiet indaqs u fl-aħħar mill-aħħar ta' integrazzjoni soċjali tqis ir-realtà konkreta tal-globalizzazzjoni u dan jinkludi l-isfidi tal-opportunitajiet għall-impjieg u aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Kull sistema nazzjonali għandha l-istorja tagħha u l-mudell tagħha, iżda mixjin lejn it-twaqqif ta' normi transnazzjonali u fl-aħħar mill-aħħar ser jirriżulta spazju Ewropew għad-drittijiet fundamentali, bl-inklużjoni tad-drittijiet soċjali, appoġġjat fuq diversi livelli u interkonnessjonijiet orizzontali;

7.

jidhirlu li l-governanza f'diversi livelli tagħmilha possibbli li tiġi indirizzata theddida possibbli għall-istat tad-dritt f'sitwazzjoni konkreta u tikkompensa għal għadd ta' nuqqasijiet: nuqqas ta' informazzjoni, kapaċità, fondi, possibbiltajiet amministrattivi u impatt politiku billi jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-sorveljanza u l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-UE. Dan bl-istess mod iwassal għal demokrazija iktar parteċipattiva, iktar trasparenza u responsabbiltà u barra minn hekk iċ-ċittadini jingħataw pożizzjoni iktar ċentrali. Il-ħarsien tal-istat tad-dritt għalhekk huwa mezz biex l-Ewropa toqrob lejhom u viċiversa bil-għan, imfisser fil-White Paper dwar il-Governanza f'Diversi Livelli, li jkun hemm “azzjoni kkoordinata tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, ibbażata fuq is-sħubija u li għandha l-għan li tħejji u timplimenta l-politiki tal-Unjoni Ewropea”;

8.

jinnota li abbażi tal-White Paper dwar il-Governanza f'Diversi Livelli, il-kunċett kompla jiżviluppa gradwalment, kif jidher mill-Opinjoni ta' segwitu li adotta l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-2012, kif ukoll mill-workshops li twaqqfu, it-tabella li ġiet emendata u ftit ilu l-pubblikazzjoni tal-Karta dwar il-Governanza f'Diversi Livelli. Apparti l-fatt li l-kunċett qed jidher dejjem iktar f'diversi oqsma ta' politika u qed jiġi applikat minn diversi msieħba, insibu riżultat preliminari fir-Regoli Ġenerali u l-Kodiċi ta' Kondotta sussegwenti dwar il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment;

9.

jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tenfasizza b'mod ċar li l-istat tad-dritt huwa s-sinsla ta' kull demokrazija moderna u wieħed mill-prinċipji fundamentali li jinbtu mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri kollha tal-UE u b'hekk huwa wieħed mill-iktar valuri importanti li fuqhom hija bbażata l-Unjoni bħala żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (Artikolu 2 tat-TUE u l-Preambolu tat-Trattat u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropa). Il-qafas ġdid propost huwa intiż biex ineħħi t-theddid futur għall-istat tad-dritt qabel ma jidħlu fis-seħħ u jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 7 tat-TUE, iżda bl-ebda mod ma jaffettwa l-proċeduri ta' ksur eżistenti b'konsegwenza tal-Artikolu 258 tat-TFUE;

10.

jinnota li l-qafas leġislattiv il-ġdid jintroduċi approċċ orizzontali transkonfinali li jista' jaffettwa l-qafas ta' valuri komuni tal-UE bl-azzjonijiet tal-atturi tal-Istat u fejn il-proċeduri ta' ksur attwali mhux dejjem joffru soluzzjoni. It-tisħiħ tal-istat tad-dritt bħala valur komuni essenzjali tal-UE għalhekk huwa neċessarju biex jinkisbu l-għanijiet tal-protezzjoni tal-valuri fundamentali fejn il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali hija element kruċjali;

11.

jidhirlu li l-qafas il-ġdid, li jħaddan proċedura fi tliet fażijiet, għandu jindirizza lakuna u joħloq il-possibbiltajiet għall-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jivvalutaw l-istat tad-dritt, u eventwalment jirreaġixxu meta Stat Membru jkun f'riskju li joħloq theddida sistematika għall-istat tad-dritt minħabba l-azzjoni tiegħu. Għal din ir-raġuni, il-mekkaniżmu l-ġdid jipprevedi tliet stadji: (1) il-valutazzjoni objettiva u bir-reqqa tas-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat – (2) rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet immedjati u konkreti sabiex jiġi evitat it-theddid għall-istat tad-dritt – (3) monitoraġġ tal-miżuri li jkun ħa l-Istat Membru kkonċernat b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni li tkun saritlu. F'din il-proċedura li hija bbażata fuq id-djalogu mal-Istat Membru kkonċernat, huwa importanti ħafna li l-livelli differenti ta' governanza jiġu involuti kemm jista' jkun kmieni, inklużi l-livelli lokali u reġjonali, kif ukoll is-soċjetà ċivili;

It-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali: governanza f'diversi livelli mġedda u innovattiva – qafas għall-UE

12.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-ewwel li jiġu konfrontati direttament mill-isfidi u l-problemi li jista' jkollhom effett fuq il-proċeduri tal-istat tad-dritt u b'hekk kemm ċerti drittijiet fundamentali jistgħu jiġu infurzati minħabba sitwazzjonijiet li jinqalgħu ta' kuljum f'diversi oqsma fosthom problemi ekonomiċi, il-qgħad, l-ambjent, it-tibdil fil-klima. Ir-rwol speċjali li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsab fil-kompetenzi li għandhom, li jippermettulhom jidentifikaw theddid sistemiku potenzjali għall-istat tad-dritt minn stadju bikri u anke l-isforz li jagħmlu biex jiksbu r-riżultati, ħaġa li l-politika Ewropea dejjem trid tissalvagwardja. Dan jgħodd aktar f'dinja globali fejn il-migrazzjoni u l-mobbiltà rriżultaw f'relazzjonijiet interkulturali u soċjetà pluralistika b'diversi valuri u twemmin li jinħassu l-iktar fil-komunitajiet lokali. Ir-riżultati dwar il-ħarsien tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jistgħu jinkisbu biss meta l-livelli kollha ta' politika jaħdmu flimkien, ikunu kollegati b'mod adegwat u jagħtu sehemhom, abbażi tal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet ta' kull wieħed minnhom u jekk jikkoordinaw id-diversi kontributi tagħhom.. F'ħafna oqsma qed jiġi rikonoxxut dejjem iktar li l-politika bbażata fuq l-evidenza (evidence based) u l-politika skont il-post (place based) huma meħtieġa biex jinkisbu riżultati aħjar. Dan jgħodd mingħajr ebda dubju għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali. It-tisħiħ ta' dawn id-drittijiet għandu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-eqreb livell taċ-ċittadini jsaħħu l-fiduċja fosthom u fis-soċjetà fejn jgħixu;

13.

jirrimarka li fi ftit snin id-diskors fl-UE dwar id-drittijiet fundamentali u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt qed jiġi rifless fil-mudell tal-governanza f'diversi livelli. Barra minn dan, il-prinċipji operattivi kif imsemmija fl-Opinjoni ta' segwitu tagħna tal-2012, it-tabella dettaljata u ċertament il-Karta dwar il-Governanza f'Diversi Livelli, huma strumenti kruċjali biex din il-viżjoni tissarraf f'termini prattiċi;

14.

jinnota li l-valuri fundamentali li tirrappreżenta l-“Ewropa” (li ma tfissirx biss l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa iżda anke t-tradizzjonijiet nazzjonali prinċipali), mhumiex relatati biss mal-ordni ġuridiku demokratiku iżda anke mal-politika li tiġi implimentata biex il-valuri jingħataw opportunitajiet ġenwini biex jitwettqu. Meta dan l-aspett jitqies kompletament, il-pożizzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tintwera f'dawl totalment differenti. Minflok li jkunu biss entitajiet li jimplimentaw il-leġislazzjoni u l-miżuri ta' politika nazzjonali (u Ewropej) (l-approċċ minn fuq għal isfel),huma jkunu atturi sħaħ bir-responsabbiltà politika biex, fi ħdan oqfsa stabbiliti u skont is-sitwazzjoni lokali, ifasslu politika integrata. Dan ma jikkonċernax biss id-drittijiet taċ-ċittadini u dawk politiċi iżda anki d-drittijiet ekonomiċi u soċjali (l-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa, il-benesseri, l-abitazzjoni);

15.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-ewwel awtoritajiet li jiffaċċjaw l-ostakli relatati mad-drittijiet fundamentali tal-politika nazzjonali. Huma jkollhom jiffaċċjaw il-persuni individwali, il-gruppi jew 'kategoriji' li jintlaqtu l-ewwel mill-ksur tal-istat tad-dritt jew mir-restrizzjonijiet tad-drittijiet fundamentali. Punt ta' interess partikolari hawnhekk hu l-garanzija tad-drittijiet fundamentali universali għall-abitanti kollha, irrispettivament mid-drittijiet u d-dispożizzjonijiet li jgħoddu speċifikament għaċ-ċittadini tal-UE;

16.

jemmen li d-drittijiet fundamentali, bħall-opportunitajiet indaqs għall-impjieg u l-emanċipazzjoni soċjali, għandhom jiġu promossi b'mod sistematiku permezz ta' miżuri ta' appoġġ adegwati. F'dan id-dawl l-awtoritajiet lokali u reġjonali, flimkien mal-livelli ta' gvern nazzjonali u Ewropej u s-soċjetà, huma msieħba sħaħ f'approċċ strateġiku għat-twettiq ta' stat tad-dritt soċjali;

17.

jikkunsidra li l-preokkupazzjoni dwar il-ksur potenzjali tad-drittijiet fundamentali għandha tiġi estiża biex tinkludi rieda politika sistematika biex l-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha jiżviluppa f'termini pożittivi wkoll. Dan jispjega l-bidla minn kunċett tal-istat tad-dritt li joffri biss ħarsien legali tad-drittijiet għal kunċett dinamiku fejn id-drittijiet fundamentali jiksbu wkoll aspett soċjali permezz ta' miżuri ta' politika. Dan l-aspett ma joħroġx biżżejjed fid-dieher mill-KE, li żżomm (eċċessivament) lura fir-rigward ta' 'affarijiet interni' tal-Istati Membri u li fil-qafas ta' politika ġdida tagħha prinċipalment tixtieq tiżviluppa alternattiva aktar flessibbli fir-rigward ta' proċeduri ġenwini sabiex tkun tista' ssir attiva aktar kmieni. B'hekk il-governanza f'diversi livelli, li bil-mod il-mod qed tiġi aċċettata iktar, tista' tkun approċċ utli. Il-Komunikazzjoni tal-KE tiftaħ il-perspettiva għal approċċ proattiv permezz ta' referenza għall-Kummissjoni ta' Venezja, iżda biex dan l-approċċ ikun jista' jħalli effett għandhom jiġu involuti l-livelli differenti ta' gvern u s-soċjetà ċivili tal-pajjiż ikkonċernat;

18.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-imsieħba kruċjali tal-gvernijiet nazzjonali u Ewropej biex flimkien mas-soċjetà mhux biss jipproteġu l-istat tad-dritt modern iżda anke biex jiffurmawh b'mod attiv u strateġiku permezz ta' inizjattivi ta' politika. Dan huwa l-kompitu ewlieni ta' kull livell ta' governanza. L-atturi li jonqsu milli jagħmlu dan b'mod sistematiku qed imorru kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jqiegħdu lilhom innifishom barra mill-evoluzzjoni Ewropea;

19.

għandu jiġi rispettat ir-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-garanzija tad-drittijiet fundamentali biex dawn jiġu żviluppati b'mod iktar effiċjenti, iżda, dejjem fir-rispett tad-drawwiet u l-Kostituzzjoni ta' referenza;

20.

jidhirlu li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li jirrikorru direttament għand il-Kummissjoni Ewropea meta josservaw li l-istat tad-dritt ikun qed jiġi mhedded b'xi mod. Il-Kummissjoni Ewropea għandha toħloq strutturi adatti għal dan il-għan;

21.

Il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali mhijiex biss kwistjoni tal-Kummissjoni Ewropea; il-Parlament Ewropew għandu jikkontribwixxi b'mod attiv ukoll. F'każjiet ta' theddid imminenti għall-istat tad-dritt għandha tiġi provduta t-trasparenza parlamentari meħtieġa fil-livell tal-UE bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex is-sitwazzjoni tkun tista' tiġi analizzata;

22.

jinnota, madankollu, li fil-livell reġjonali u lokali tista' ssir distinzjoni bejn id-dimensjoni vertikali u dik orizzontali. Dan jirreferi għall-interazzjoni bejn l-inizjattivi tas-settur pubbliku u dak privat, pereżempju fl-iżvilupp soċjoekonomiku u fid-dispożizzjonijiet dwar l-edukazzjoni, is-saħħa u l-kura;

23.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali – speċjalment dawk b'kompetenzi leġislattivi – huma responsabbli direttament biex jappoġġjaw għadd ta' drittijiet fundamentali u għalhekk stabbilixxew linji ta' politika ġenerali. Dan jikkonċerna wkoll drittijiet ċivili speċifiċi konkreti għall-garanzija tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqdiet u l-azzjoni, il-parteċipazzjoni f'elezzjonijiet ħielsa u ġusti u b'mod iktar ġenerali l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni fil-komunità lokali jew reġjonali tagħhom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex biss interfaċċja f'każ ta' ksur ċar tad-drittijiet fundamentali iżda għandhom ifasslu huma stess linji gwida ċari u jikkontribwixxu għat-twettiq ta' dawn id-drittijiet;

24.

L-approċċ tradizzjonali tal-UE jqis li r-reġjuni, il-bliet u l-lokalitajiet tagħna huma magħmulin minn ċittadini tal-UE u l-politika tan-nondiskriminazzjoni tiffoka fuq id-drittijiet taċ-ċittadini minn Stati Membri oħra. Iżda naturalment ir-realtà soċjoloġika, b'mod partikolari fil-bliet il-kbar, hija ħafna iktar kumplessa. L-integrazzjoni soċjali tista' tinkiseb biss permezz ta' diversi forom ta' demokrazija rappreżentattiva u parteċipattiva bħala pjattaforma għal koeżistenza kondiviża, li tħares ukoll il-wirt storiku u kulturali lokali. Għalhekk jekk irridu ninvolvu lill-abitanti kollha u rridu nwessgħu d-definizzjoni ta' 'ċittadinanza' (ara l-White Paper tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Djalogu Interkulturali (2008): “Iċ-ċittadinanza fl-usa' sens hija dritt u tabilħaqq responsabbiltà li wieħed jieħu sehem fil-ħajja kulturali, soċjali u ekonomika u fl-affarijiet pubbliċi tal-komunità flimkien ma' oħrajn”. Il-Professur A. Papisca tkellem fuq l-istess linji dwar in-'nova civitas';

25.

Il-Qafas Strateġiku tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali propost mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) joffri qafas għall-appoġġ tar-rabta msemmija hawn fuq bejn id-dimensjoni orizzontali u dik vertikali biex tinkiseb parteċipazzjoni, kooperazzjoni u koordinazzjoni deċiżiva. F'dan ir-rigward, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għandha tkun f'pożizzjoni li teżamina r-rispett tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri tal-UE u, jekk ikun hemm bżonn, toħroġ twissija;

26.

jemmen li kemm il-FRA kif ukoll il-Kunsill tal-Ewropa għandhom jagħtu prova ta' applikazzjoni tal-għarfien, b'mod partikolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

27.

jaħseb li l-kunċett tal-governanza f'diversi livelli għandu jservi b'mod ċar bħala l-prinċipju għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

Proposti konkreti oħra

28.

jidhirlu li l-awtoritajiet reġjonali u/jew lokali għandhom jitħeġġu:

jintegraw u jħarsu d-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fl-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

iwasslu l-importanza tiegħu fid-dibattitu pubbliku u jżidu s-sensibbiltà;

isaħħu l-bini tal-kapaċità tal-atturi kollha permezz ta' taħriġ u appoġġ;

jistabbilixxu punti ta' informazzjoni b'aċċess dirett għaċ-ċittadini;

iwaqqfu sistema ta' twissija bil-kooperazzjoni potenzjali tal-ombudsman reġjonali jew lokali;

abbażi ta' dan il-monitoraġġ jgħaddu l-informazzjoni lill-awtoritajiet l-oħra;

isegwu l-esperiment tal-'bliet intelliġenti';

29.

jista' jeżamina jekk il-proposti li ġejjin jikkontribwixxux għall-ħarsien tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea:

it-twaqqif ta' task force biex jiżviluppa metodu ta' koordinazzjoni miftuħa;

il-ħolqien ta' punt ta' notifika għall-intenzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

jipprevedi kampanja ta' sensibilizzazzjoni Ewropea għall-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar il-ħarsien tal-istat tad-dritt;

jorganizza konferenza dwar il-governanza f'diversi livelli fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Karta bil-għan li jitfassal Patt għal Governanza f'Diversi Livelli bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

jikkonkludi ftehim tripartitiku mal-Kungress tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali abbażi tal-Qafas Strateġiku propost tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/37


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn ekonomija ċirkolari: reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart

(2015/C 140/08)

Relatur

:

Is-Sinjura Mariana Gâju, Sindku ta' Cumpăna, Kontea ta' Constanţa (RO/PSE)

Dokumenti ta' referenza

:

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa

COM(2014) 398 final

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma, 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

COM(2014) 397 final – 2014/0201 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

A.   Transizzjoni għal ekonomija ċirkolari

1.

huwa sodisfatt li l-Kummissjoni nediet il-pakkett ta' miżuri dwar l-ekonomija ċirkolari (1), li jistabbilixxi qafas komuni u koerenti fl-Unjoni Ewropea għall-użu effikaċi tar-riżorsi. Il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza li dan il-proċess jeħtieġ ir-rieda politika għall-bidla, politika ta' investiment fit-tul u l-ippjanar ta' dan l-investiment, kif ukoll bidla fis-sensibilizzazzjoni b'impenn ikbar miċ-ċittadini u bidla fl-imġiba tagħhom lejn ir-riżorsi. Barra minn hekk, huwa jinsisti fuq ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-applikazzjoni ta' dawn il-politiki kif ukoll l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tagħhom (2);

2.

jappoġġja bis-sħiħ il-bżonn u l-benefiċċji tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, kif intwera b'mod ċar mill-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (EREP) (3). Il-Kumitat tar-Reġjuni jfakkar li din hija sekwenza loġika ta' impenji fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, li ġew żviluppati fis-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-UE (s-7 EAP). Huwa jenfasizza l-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari bħala l-fattur ewlieni sabiex jintlaħqu l-objettivi kollha tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u jiġi żgurat li l-ekonomija tkun tista' tikber kif ukoll issir inqas dipendenti mir-riżorsi primarji, u b'hekk jittejjeb il-ħarsien tal-ambjent;

3.

għaldaqstant huwa mħasseb serjament għall-fatt li f'Diċembru l-Kumissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirtira l-proposta leġislattiva li temenda diversi Direttivi dwar l-iskart għall-promozzjoni ta' ekonomija ċirkolari; iqis li l-proposta li dwarha diġà sar ammont konsiderevoli ta' xogħol mid-diversi istituzzjonijiet tal-UE u mill-partijiet interessati tirrappreżenta ġeneralment sett ibbalanċjat ta' kompromessi; f'dan il-kuntest ifakkar fil-messaġġi diretti ta' appoġġ għat-tkomplija tal-proċess leġislattiv kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill tal-Ministri, u anke minn diversi partijiet interessati;

4.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta metodu olistiku u aktar integrat għall-ekonomija ċirkolari. It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari teħtieġ mhux biss li tingħata attenzjoni lill-għan li jiġi pprevenut l-iskart u jkun hemm l-użu mill-ġdid tiegħu, iżda wkoll li jkun hemm approċċ fuq katina sħiħa u koerenza aħjar bejn il-politiki u l-inizjattivi differenti bħall-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi, is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, il-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija l-Impronta Ambjentali (LCA u l-marka tal-karbonju), u l-Istrateġija Ewropea bbażata fuq is-settur bijoloġiku “Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa”;

5.

jieħu nota, f'dan il-kuntest, tal-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li, sa tmiem l-2015, tippreżenta sett ta' proposti 'mtejba' u 'aktar ambizzjużi'; madankollu, għandu dubji serji kemm jistgħu jinstabu kompromessi mtejba sostanzjalment dwar għadd kbir ta' kwistjonijiet kumplessi fi skeda ta' ħin relattivament qasira; f'dan il-kuntest ifakkar fil-bżonn urġenti ta' linji gwida legali ċari u affidabbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u fil-potenzjal kbir tal-ekonomija ċirkolari biex tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku; għaldaqstant jirrakkomanda li ma jintilifx żmien iżda jitkomplew l-isforzi għat-titjib tal-proposti tal-Kummissjoni fi ħdan il-proċedura leġislattiva diġà mibdija u, għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni u lill-koleġislaturi sabiex jieħdu kunsiderazzjoni ta' dawn l-osservazzjonijiet u s-suġġerimenti fil-ħidma futura tagħhom, inkluż fit-tisħiħ ta' ekonomija ċirkolari fl-istadji bikrin tad-disinn u l-manifattura tal-prodotti;

6.

jenfasizza l-ħtieġa li l-approċċ Ewropew għall-ekonomija ċirkolari jqis il-bijoekonomija b'mod sħiħ. Il-bijoekonomija tipprovdi fatturat annwali ta' EUR 22 biljun, tagħti kontribut ewlieni lit-tkabbir ekoloġiku u sostenibbli u toffri opportunitajiet ġodda ta' impjieg u negozju. Il-maġġoranza tal-investiment ibbażati fuq is-settur bijoloġiku jsir fil-livell reġjonali/lokali fejn l-inizjattivi minn isfel għal fuq joħolqu ktajjen ta' valur ġodda u impjiegi ġodda;

7.

ifakkar, f'dan il-kuntest, b'mod partikolari l-potenzjal importanti tal-ekonomija ċirkolari biex tiġġeneraiffrankar għan-negozji tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi. Jenfasizza li dan it-tfaddil għandu jissarraf f'investimenti fuq skala kbira u fit-tul għall-ekonomija tal-UE u konsegwentement iwassal għall-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli fl-UE;

8.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat aktar qafas politiku għall-ekonomija ċirkolari fil-livelli kollha – UE, nazzjonali u reġjonali – permezz ta' miżuri li jikkombinaw ir-regolamentazzjoni intelliġenti, strumenti bbażati fuq is-suq, speċjalment dawk li jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-użu tal-materjali riċiklati, ir-riċerka u l-innovazzjoni, inċentivi, l-iskambju ta' informazzjoni u l-appoġġ għal approċċi volontarji. Il-KtR iqis li d-disinn u l-innovazzjoni huma kruċjali biex titħaffef it-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, u jistieden lill-Kummissjoni biex tippromovi l-innovazzjoni, inkluża taħt il-programm tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020), tiffaċilita l-iżvilupp ta’ aktar mudelli ċirkolari għal prodotti u servizzi, inkluż permezz ta’ politika aktar koerenti tal-prodott, tiżviluppa aktar ir-reviżjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Ekodisinn permezz tal-inklużjoni ta’ kriterji tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u tistabbilixxi kif se tapplika l-użu tal-kejl tal-impatt ambjentali tad-disinn tal-prodott u l-proċess;

9.

jappoġġja l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn skont kriterji tal-effiċjenza fir-riżorsi relatati mad-durabilità, il-modularità, il-kapaċità ta' użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, flimkien mal-ogħti ta' pariri dwarhom lill-konsumatur, inkluż għal gruppi ta' prodotti prijoritarji futuri fil-Pjan ta' Ħidma 2015-2017. Il-Kumitat talab għal reviżjoni radikali ta' din id-Direttiva u tal-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha sabiex jiġi promoss l-użu effiċjenti tar-riżorsi, permezz tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex jinkludi prodotti li mhumiex relatati mal-enerġija li jħallu impatt sinifikanti fuq l-ambjent (4);

10.

jenfasizza l-importanza li fil-bidu tal-proċessi tal-produzzjoni tingħata attenzjoni partikolari lill-imballaġġ magħmul minn materjali komposti, sabiex jitnaqqas l-iskart minn materjal bħal dan li mhuwiex riċiklabbli jew riċiklabbi biss permezz ta’ teknoloġiji kumplessi u li jiswew ħafna flus; jissuġġerixxi li r-Regolament Ecolabel jiġi estiż għal għadd dejjem jikber ta' servizzi u prodotti, kemm biex tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tal-miżuri previsti għat-tnaqqis tal-iskart kif ukoll biex tiġi pprovduta gwida aktar utli u ċara għall-konsumaturi biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodotti u s-servizzi;

11.

jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi mħabbra mill-Kummissjoni Ewropea għall-promozzjoni tal-akkwist pubbliku ekoloġiku (APE), speċifikament il-gwida dwar il-possibbiltajiet offruti mid-direttivi l-ġodda dwar l-akkwist pubbliku fil-qasam tal-APE, rakkomandazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri biex jilħqu l-mira indikattiva ta' 50 % tal-APE, u appoġġ għall-ħolqien ta' netwerks tal-APE fost l-awtoritajiet pubbliċi. Il-KtR, madankollu, itenni t-talba tiegħu favur miri tal-APE obbligatorji għall-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej (5);

12.

itenni li hu essenzjali li jsir monitoraġġ tal-progress tal-inizjattiva ewlenija “Ewropa effiċjenti fir-riżorsi” fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-eżerċizzji tas-Semestru Ewropew u tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir marbutin magħha. L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi jeħtieġ li ssir parti integrali mis-sistema ta' rapportar nazzjonali għall-Ewropa 2020, il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kunsill Ewropew biex, fir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-istrateġija Ewropa 2020, jinkludi mira ewlenija ġdida rigward il-produttività tar-riżorsi għal żieda ta' mill-anqas 30 % fil-produttività tar-riżorsi sal-2030, imkejla skont il-PDG diviż bil-konsum ta' materja prima, filwaqt li jitqiesu l-miri li diġà jeżistu fil-livell nazzjonali (6);

B.   Dwar il-proposta għal direttiva li temenda diversi direttivi dwar l-iskart

13.

jinnota l-progress li sar fil-ġestjoni tal-iskart bis-saħħa tal-qafas leġislattiv Ewropew ibbażat fuq il-politika ta' previżjoni. Il-Kumitat tar-Reġjuni jfakkar li ċerti Stati Membri u awtoritajiet lokali u reġjonali jilħqu u jaqbżu l-miri tal-UE f'dan il-qasam u jqis li l-liġijiet futuri għandhom iqisu l-pożizzjonijiet differenti ta' tluq u b'mod partikolari jappoġġjaw lil dawk bl-aħjar prestazzjoni ħalli jkomplu u jżidu l-isforzi tagħhom f'dan ir-rigward;

14.

jaħseb li politika responsabbli u sostenibbli dwar il-ġerarkija tal-iskart għandu jkollha bħala l-għan it-tnaqqis massimu tal-produzzjoni tal-iskart u t-tnaqqis tal-impatt negattiv tal-iskart u l-ġestjoni tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u kif ukoll it-tnaqqis tal-konsum tal-materji u jiġu integrati mill-ġdid fiċ-ċiklu ekonomiku dawk il-materji kontenuti fl-iskart. Il-KtR huwa tal-fehma li l-konformità mal-ġerarkija tal-iskart hija l-metodu l-iżjed effiċjenti biex jiġu limitati l-ispejjeż ambjentali u finanzjarji tal-ġestjoni tal-iskart; għalhekk huwa dispjaċut li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma teżaminax l-idea li tiġi inkluża mira vinkolanti għat-tnaqqis globali tal-iskart fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart;

15.

iqis li, bħala wieħed mill-aktar passi diretti sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni mill-ġdid tal-materjali fiċ-ċiklu tal-produzzjoni u għalhekk ikun hemm progress lejn ekonomija ċirkolari, għandhom ikunu aktar faċli biex jiġu applikati l-mekkaniżmi għad-dikjarazzjoni jekk il-prodotti għandhomx status ta' prodotti sekondarji jew ta' tmiem tal-istadju tal-iskart;

16.

jenfasizza li minħabba fid-differenzi li hemm bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri tal-UE f'dak li jirrigwarda r-rispett tal-miri ffissati mil-liġijiet Ewropej attwali dwar il-ġestjoni tal-iskart (7), huwa importanti ħafna li titħeġġeġ il-kooperazzjoni u d-diffużjoni tal-eżempji ta' prattiki tajbin fil-qasam, b'mod li dawk li għandhom prestazzjoni inqas tajba jiġu megħjuna biex jilħqu l-għanijiet finali; madankollu, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li f'dawk ir-reġjuni u t-territorji fejn il-popolazzjoni hija mxerrda ħafna b'densità ta' popolazzjoni baxxa u b'distanzi kbar għaċ-ċentri tat-trattament, jiżdiedu l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u huwa diffiċli ħafna li jintlaħaq l-għan tal-iskart żero;

17.

jixtieq josserva li huwa importanti li jinħolqu swieq għall-materjali sekondarji li jiġu rkuprati mill-iskart u għall-prodotti li jsiru mill-iskart, billi jinħoloq qafas ġuridiku u omoġenju u billi fost affarijiet oħra, tingħata garanzija wkoll għall-ugwaljanza tal-opportunitajiet lill-atturi kollha li jużaw dawn il-materjali u jintroduċuhom fiċ-ċiklu ekonomiku;

18.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni f'dan il-qasam, fil-ħolqien u l-iffinanzjar tal-infrastruttura għall-ipproċessar u l-ħażna tal-iskart u fil-ġestjoni operazzjonali tal-flussi tal-iskart, din tal-aħħar fost l-ikbar sfidi li qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet. Kif stqarr f'opinjoni preċedenti (8), il-KtR jappella biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw leħen ikbar fir-reviżjoni tal-miri li se jkunu meħtieġa jilħqu. F’dan il-kuntest, il-KtR jitlob li l-UE tassigura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jgawdu livell ta' intervent u ta' kooperazzjoni li jkun konformi bis-sħiħ mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

19.

jiddispjaċih li l-proposta għal Direttiva ma tagħtix biżżejjed attenzjoni lill-irkupru tal-enerġija mill-iskart fil-każ tal-iskart mhux riċiklabbli, bħala l-aħħar stadju fi proċess ta' valorizzazzjoni tal-iskart, minkejja li jkun iktar faċli li jinkisbu l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti għall-Istati Membri kollha u fl-istess ħin tittejjeb l-indipendenza tal-enerġija tal-UE;

20.

iqis li r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt (9) li jakkumpanjaw it-test tal-proposta tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma mill-aktar ottimisti u jirrakkomanda lill-Kummissjoni tiċċara ċerti aspetti dwar id-data li fuqha twettqet din il-valutazzjoni, b'mod partikolari l-argumenti xjentifiċi li wassluha biex tagħżel approċċ speċifiku, l-ispejjeż ta' dan il-proċess u, mhux anqas importanti, kemm hu għaqli li bħala kriterju tintgħażel is-sitwazzjoni tal-Istati Membri bl-aħjar prestazzjoni;

21.

b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti (10), jappoġġa introduzzjoni sistematika u aċċellerata ta' strumenti ekonomiċi fl-immaniġġjar tal-iskart mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, pereżempju billi jiġu promossi strumenti bħal dawn fil-pjani tal-immaniġġjar tal-iskart u l-konformità (bħala parti mis-sistema ta' twissija bikrija) u billi tiġi promossa r-responsabbiltà estiża tal-produttur; il-Kumitat jenfasizza l-potenzjal ta' dawn l-istrumenti biex jiġġeneraw dħul għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jista' jintuża biex jikkumpensa (parti mill-) spejjeż amministrattivi marbutin mal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miri tal-iskart, u li jista' jintuża wkoll bħala fondi għal attivitajiet ta' tindif tal-iskart, ta' riċiklaġġ jew proġetti ambjentali oħra;

Definizzjonijiet

22.

jitlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jżommu, fl-anness VI tal-proposta ta' Direttiva, definizzjoni ta' skart muniċipali unika u bla ambigwità. Din id-definizzjoni għandha tiġi ċċarata billi l-attenzjoni tiċċaqlaq minn fuq min jiġbor l-iskart għal fuq x'tip ta' skart qiegħed jinġabar. Hemm bżonn ta' definizzjoni unika ċċarata sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti u tajba tal-politika u biex jitqabblu l-kisbiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ta' Stati Membri differenti;

23.

jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-proposta li timmodifika d-definizzjoni ta' skart li tajjeb jiġi kkunsidrat bħala proċessat bil-għan li jintuża mill-ġdid jew jiġi riċiklati. Minkejja li għadha mhux ibbażata għal kollox fuq ir-riżultati, hija tirrispondi għat-talbiet li l-Kumitat tar-Reġjuni kien ifformula minn qabel favur l-istabbiliment ta' metodu uniku għall-kalkolu tal-prestazzjonijiet tar-riċiklaġġ u tal-volumi effettivament reċiklati (11);

24.

jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tirrevedi d-definizzjonijiet dwar il-ġbir u l-ġbir selettiv, peress li huma jiġu interpretati b'mod differenti minn Stat Membru għall-ieħor. Bl-istess mod, il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda li l-kunċett ta' differenzjazzjoni għandu jiġi definit ukoll, għal raġunijiet kemm statistiċi u ta' komunikazzjoni kif ukoll tal-kwalità tal-materjali, peress li għadd sew ta' Stati Membri jirreġistraw u jgħoddu l-kwantitajiet ta' skart li jaslu fl-impjanti ta' differenzjazzjoni, li jista' jkollhom sa' 30 % ta' impuritajiet;

Metodu uniku ta' kalkolu

25.

jenfasizza u jappoġġja l-idea li huwa importanti li jiġi stabbilit metodu uniku ta' kalkolu tal-miri ta' riċiklaġġ u jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni. Din is-simplifikazzjoni u din l-għażla tal-“metodu bbażat fuq ir-riżultati” ser jagħmluha possibbli li l-prestazzjonijiet differenti fl-UE jitqabblu aħjar u jikkontribwixxu biex l-iskart jiġi trasformat f'riżorsi utli; jenfasizza, madankollu, li għad fadal ħafna mistoqsijiet dwar il-metodu ta' kalkolu propost. Għal xi flussi ta' skart, jista' jkun diffiċli ħafna biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati permezz tat-tekniki attwali. Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi dettalji dwar il-metodoloġija u d-definizzjonijiet użati u, fejn xieraq, tipproponi adattamenti;

Prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart u l-aqwa użu possibbli mill-mudelli ta’ ġestjoni

26.

jinnota li biex jiġu rispettati l-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart, li l-ewwel nett ifittex li jevita l-produzzjoni tal-iskart, peress li dan huwa fost affarijiet oħra element essenzjali tal-ekonomija ċirkolari, dan il-prinċipju għandu jitqies qabel l-oħrajn kollha. F'din il-perspettiva, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-ewwel nett miri vinkolanti għall-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart, appoġġjati minn inċentivi finanzjarji kif ukoll l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas;

27.

itenni t-talba biex tiġi introdotta mira vinkolanti għall-prevenzjoni/it-tnaqqis tal-iskart muniċipali fl-UE, sabiex sal-2020 l-ammont ta' skart muniċipali ġenerat għal kull ras jitnaqqas b'10 % meta mqabbel mal-livell fl-2010 (12);

28.

jirrakkomanda miżuri addizzjonali għat-tijib tal-ġbir separat u r-riċiklaġġ tal-iskart, pereżempju: il-promozzjoni tat-trasport pnewmatiku ta' skart domestiku lejn faċilitajiet ta' ġbir separat; l-iżvilupp ta' reċepjenti b'diversi kompartamenti fil-faċilitajiet għas-separazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni; l-iżvilupp ta' mudelli ta' ġestjoni u installazzjonijiet għar-riċiklaġġ ta' skart mill-pannelli solari fotovoltajċi, fid-dawl taż-żieda prevista fil-ġejjieni ta' dat-tip ta' skart; l-implimentazzjoni ta' netwerk ta' infrastrutturi għad-dekontaminazzjoni u l-irkupru ta' mezzi tat-trasport fl-aħħar taċ-ċiklu ta' ħajja tiegħu;

Responsabbiltà estiża tal-produttur

29.

jenfasizza li fit-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari m'għandhiex titqies biss il-ġestjoni tal-iskart iżda anke setturi oħra li huma relatati mal-iżvilupp u l-manifattura ta' prodotti. Biex il-prodotti jiġu riċiklati u jsiru disponibbli faċilment għandu jiġi promoss l-iżvilupp tal-prodotti b'mod ekoloġiku u jitħeġġeġ it-tixrid tat-teknoloġiji li ma jipproduċu l-ebda jew ftit skart;

30.

fir-rigward tat-tisħiħ tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jappella lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex iżommu l-bidla proposta fl-Artikolu 8 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, li issa tobbliga u mhux biss tistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu l-ekoeffiċjenza u l-ekodisinn tal-prodotti, inklużi d-durabilità teknika u r-riċiklabbiltà, u jqisu l-impatt tal-prodotti tul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja;

31.

jinnota li l-proposta għal Direttiva ma ssemmix għan kwantifikat għad-disinn ta' prodotti ambjentalment responsabbli u għalhekk jappella biex in-negozji jiġu mħeġġa jżidu l-proporzjon tal-materjal riċiklat użat fil-prodotti li jitpoġġew fis-suq; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-possibbiltà li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-proporzjon ta' materjal riċiklat fil-prodotti ġodda;

32.

josserva li l-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi, inklużi l-manifatturi u l-importaturi, juri li huwa kontroll effettiv tal-politika dwar il-miżuri ta' prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart. Madankollu, il-Kumitat tar-Reġjuni jappella sabiex jittieħdu miżuri ta' appoġġ biex jiġi żgurat li l-ispejjeż li jinħolqu ma jmorrux għand il-konsumatur finali, u li l-profitt li jinkiseb jiġi investit mill-ġdid fil-proċess ta' ġestjoni tal-iskart;

33.

ikompli jappoġġja t-tisħiħ tal-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi fil-liġijiet tal-UE (13), permezz tal-proposta li tistabbilixxi standards minimi (kopertura tal-ispejjeż għall-ġbir, il-ġestjoni u l-ipproċessar tal-fluss tal-iskart, spejjeż biex il-popolazzjoni tiġi informata u l-adattar tad-disinn tal-prodotti fid-direzzjoni tal-ekodisinn);

Miri

34.

jitlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jibqgħu ambizzjużi f'dak li jirrigwarda l-għan propost mill-Kummissjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali. Fl-istess waqt, il-Kumitat tar-reġjuni jilqa' b'sodisfazzjoni ukoll id-dispożizzjoni l-ġdida li permezz tagħha l-Istati Membri jridu jniżżlu fil-pjan ta' ġestjoni tal-iskart tagħhom miżuri għar-riċiklaġġ tal-iskart li fih kwantità sinifikanti ta' materja prima sensittiva;

35.

jagħti parir li l-liġijiet tal-UE jiġu karatterizzati kemm mill-ambizzjoni kif ukoll mir-realiżmu. Il-Kumitat tar-Reġjuni jinnota li flimkien ma' metodu uniku ta' kalkolu, il-proposti ta' modifika tal-għanijiet jistgħu jirrappreżentaw sfida iebsa għal għadd kbir ta' Stati Membri u awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari fil-każ ta' dawk li sabu diffikultajiet biex jimplimentaw il-liġijiet attwali. Ikun tajjeb li l-miri l-ġodda jiġu stabbiliti wara analiżi dettaljata tar-raġunijiet li għalihom dawk fis-seħħ ma ġewx rispettati u r-riperkussjonijiet tagħhom, anke fil-livell reġjonali, peress li ċerti żoni b'densità estremament baxxa ta' popolazzjoni għandhom karatteristiċi demografiċi sostanzjalment distinti; jissuġġerixxi li jiġu definiti miri għar-riċiklaġġ, ambizzjużi kif ukoll realistiċi, fuq il-bażi ta' diskussjoni fil-fond mal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom dwar il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw segwitu effikaċi u implimentazzjoni b'suċċess;

36.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-miri attwali tvarja b'mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor jew minn reġjun għall-ieħor; madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riżultati pożittivi miksuba f'xi Stati Membri juru wkoll li huwa possibbli li jintlaħqu miri ambizzjużi, jew għall-inqas nersqu viċin tagħhom, sakemm il-kondizzjonijiet ikunu favorevoli u tiġi żviluppata l-kapaċità amministrattiva meħtieġa fejn din għadha ma teżistix (14);

37.

jappella bil-qawwa biex il-miri ffissati mid-direttiva l-ġdida jkunu marbutin mal-kwalità tal-materjali riċiklati jew irkuprati, b'mod li jassigura li l-materjali riċiklati ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem u jkunu jistgħu jikkompetu b'mod ugwali fis-suq mar-riżorsi primarji. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji bażiċi konsistenti u ċari għall-kalkolu tal-kwoti tar-riċiklaġġ effettiv;

38.

jirrakkomanda li jinżamm il-livell ta' ambizzjoni fir-rigward tal-objettivi għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ għall-2020, l-2025 u l-2030, u jappoġġja l-proposta li jintuża metodu uniku sabiex tiġi kkalkolata l-prestazzjoni tar-riċiklaġġ, u dan jiġi limitat għal attivitajiet ta' riċiklaġġ, għall-kuntrarju tal-attivitajiet attwali ta' rkupru u riċiklaġġ. Għandhom jiġu stabbiliti miri ta’ riċiklaġġ kwantitattivi wara li jiġi evalwat l-impatt tat-tibdil tal-metodu ta’ kalkolu. Fil-kalkolu tal-metodu u l-miri għandu jitqies ukoll l-użu mill-ġdid dirett tal-imballaġġ. Il-KtR kien talab qabel biex jiġu studjati l-possibilitajiet li r-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik jiżdied għal 70 %, u dak għall-ħġieġ, il-metall, il-karta, il-kartun u l-injam għal 80 % sal-2020;

39.

itenni l-appell li kien għamel biex fid-Direttiva riveduta tal-UE dwar l-iskart tiddaħħal mira għar-riċiklaġġ tal-iskart bijoloġiku ġdida, bil-għan li dan is-settur jiżviluppa u biex jiġu stabbiliti miri kwantitattivi (15). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tiffissa wkoll kriterji vinkolanti dwar il-kwalità tal-kompost, sabiex tippromovi s-suq tar-riċiklaġġ ta' dan l-iskart bijoloġiku u l-ħarsien tal-ambjent (16). Għal dan l-għan, jaf ikun utli li jiġu stabbiliti linji gwida li għandhom jitwasslu liċ-ċittadini biex itejbu l-kwalità tal-bijoskart miġbur u mibgħut għall-kompost;

40.

jiġbed l-attenzjoni għal darb'oħra għall-ħtieġa li jiġu stabbiliti miri addizzjonali rigward it-tħejjija għall-użu mill-ġdid. Dawn il-miri għandhom ikunu vinkolanti, distinti u speċifiċi għal kull fluss ta' skart, b'mod partikolari għall-għamara, it-tessuti u l-skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, b'mod speċjali meta wieħed iqis li miri simili diġà jeżistu f'xi pajjiżi fil-livell nazzjonali jew reġjonali (17);

Ir-rimi f'miżbla

41.

B'segwitu tat-talba tal-Parlament Ewropew li tiġi introdotta projbizzjoni fuq il-miżbliet (18), il-KtR sejjaħ biex ir-rimi tal-iskart riċiklabbli jew bijodegradabbli jiġi projbit sal-2020 (19). Bl-istess mod, il-Kumitat tar-Reġjuni jġedded it-talba li kien għamel lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tal-anqas tinżamm il-mira proposta, jiġifieri d-data tal-1 ta' Jannar 2025 tinżamm bħala minn meta l-iskart li mhuwiex bijodegradabbli għandu jintrema f'miżbla u l-iskart riċiklabbli jinġabar separatament u jiġi fil-fatt riċiklat meta jkun teknikament u ekonomikament vijabbli;

42.

jitlob li jiġi rivedut il-kliem li jintuża għall-miri ta' tnaqqis, peress li l-kunċetti ta' skart muniċipali u f'miżbliet li mhux perikolużi huma kkombinati fil-kalkoli u l-proporzjonijiet ippreżentati, anke jekk l-iskart muniċipali mhuwiex l-uniku tip ta' skart li jista' jintrema f'miżbliet mhux perikolużi. Il-KtR jissuġġerixxi wkoll li l-mira fakultattiva proposta biex l-iskart residwali li jintrema fil-miżbliet jiġi limitat għal massimu ta' 5 % sal-2030 tkun tista' ssir referenza għaliha b'termini aktar flessibbli, iżda jenfasizza li għandha tinbidel f'mira vinkolanti għat-tnaqqis tar-rimi fil-miżbliet ta' dan it-tip ta' skart, li għandha tirrifletti aħjar il-mandat mogħti mis-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-KtR (20);

43.

jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem aktar fuq il-potenzjal tar-riċiklaġġ tal-iskart mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini (construction and demolition waste – CDW) u, b'mod partikulari, biex tevalwa jekk mira unika għall-iskart CDW tkunx biżżejjed biex tinċentiva l-ġbir, l-għażla u r-riċiklaġġ ta' materjali differenti tal-kostruzzjoni jew jekk ikunux meħtieġa miri speċifiċi għal dawk il-materjali tal-kostruzzjoni b'sehem iżgħar fl-iskart CDW;

Sistema ta' twissija prekoċi u rapporti

44.

huwa sodisfatt għat-twaqqif ta' sistema ta' twissija prekoċi, bil-għan li tivverifika r-rispett tal-miri tar-riċiklaġġ proposti mid-Direttiva l-ġdida. Il-pjani ta' konformità huma koerenti mal-loġika tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni, hekk kif kien qed ifittex li jistabbilixxi pjani direzzjonali speċifiċi għal kull Stat Membru; madankollu, jappella lill-Kummissjoni biex toffri appoġġ metodoloġiku lill-Istati Membri li jkunu qed jiżviluppaw dawn il-pjani;

45.

bl-istess mod, japprova wkoll l-introduzzjoni tal-obbligu li jitfasslu rapporti annwali, li jiġu kkumplimentati b'rapport ta' kontroll tal-kwalità u vvalidati minn terzi indipendenti. Din id-dispożizzjoni tista' toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi vvalutata aħjar is-sitwazzjoni ta' kull Stat Membru mill-perspettiva tat-twettiq tal-miri u tingħata l-possibbiltà li jittieħdu miżuri biex titjieb il-prestazzjoni fil-qasam;

46.

jirrakkomanda li t-tressiq tar-rapporti annwali li jiġu valutati minn parti terza indipendenti jkun obbligatorju biss meta jkun hemm dubju dwar l-affidabbiltà tad-data elenkata, u jagħti parir lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kriterji oġġettivi u tipprovdi appoġġ metodoloġiku għat-twettiq ta' valutazzjonijiet bħal dawn;

Sussidjarjetà u proporzjonalità

47.

iqis li la l-miri l-ġodda fil-qasam tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali, l-iskart mill-imballaġġ u l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku, la l-eliminazzjoni l-ewwel sal-2025 u wara l-2030 tar-rimi tal-iskart riċiklabbli u lanqas is-sistema tat-twissija prekoċi jew il-modifika tal-obbligi fil-qasam tar-rapporti ma jqajmu tħassib dwar is-sussidjarjetà. Madankollu jeżistu ċerti problemi, fir-rigward tal-proporzjonalità, minħabba d-differenzi fil-livell ta' implimentazzjoni tal-miri attwali u l-iskeda taż-żmien għall-miri l-ġodda previsti mill-Kummissjoni (21);

Atti delegati

48.

jinsab imħasseb dwar l-għadd ta' dispożizzjonijiet fid-Direttiva l-ġdida li jagħtu lill-Kummissjoni l-awtorità li tadotta atti ddelegati fil-futur.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

COM(2014) 397 final – 2014/0201 (COD)

Artikolu 1 – Emenda tad-Direttiva 2008/98/KE, punt (6) – emenda tal-Artikolu 8(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

b)

il-paragrafu 2(b) jinbidel b'dan li ġej:

b)

il-paragrafu 2(b) jinbidel b'dan li ġej:

“2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iħeġġu d-disinn ta ' prodotti biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni tal-iskart waqt il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, mingħajr xkiel għas-suq intern.

“2.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiggarantixxu iħeġġu d-disinn tal-prodotti magħmul biex inaqqas l-impatt ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni tal-iskart waqt il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, mingħajr xkiel għas-suq intern.

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu miżuri li jħeġġu l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta ' prodotti adattati għal użu multiplu, li teknikament ikunu jdumu u li meta jsiru skart ikunu adattati għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, ħalli teħfief l-implimentazzjoni xierqa tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatti taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti.”;

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu miżuri li jħeġġu l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta ' prodotti adattati għal użu multiplu, li teknikament ikunu jdumu u li meta jsiru skart ikunu adattati għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, ħalli teħfief l-implimentazzjoni xierqa tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatti taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti.”;

Raġuni

It is at source that the most significant changes can be made to achieve resource efficiency. Improving the design of products to be reusable, repairable and recyclable, and optimising packaging can make a significant contribution to waste avoidance, which is at the top of the waste hierarchy, above recycling and re-use. Therefore, a more ambitious eco-design policy is needed, both at EU and national level.

Emenda 2

COM(2014) 397 final – 2014/0201 (COD)

Artikolu 1 – Emendi fid-Direttiva 2008/98/KE, punt 11)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(11)

fl-Artikolu 22, it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:

(11)

fl-Artikolu 22, it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“Sabiex titnaqqas kemm jista ' jkun il-kontaminazzjoni tal-materjali tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ġbir separat tal-bijoskart sal-2025.

“Sabiex titnaqqas kemm jista' jkun il-kontaminazzjoni tal-materjali tal-iskart riċiklabbli u iseħħ riċiklaġġ ottimali tal-iskart organiku, l-Istati Membri għandhom iħeġġu ġbir separat tal-bijoskart sal-2025.

Il-Kumissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-immaniġġar tal-bijoskart bil-ħsieb li jekk ikun hemm bżonn tressaq proposta. Il-valutazzjoni għandha teżamina l-opportunità li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-immaniġġar tal-bijoskart u kriterji tal-kwalità għall-kompost u għad-diġestat mill-bijoskart, sabiex jiġi garantit livell għoli ta ' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.”

Il-Kumissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-immaniġġar tal-bijoskart bil-ħsieb li jekk ikun hemm bżonn tressaq proposta. Il-valutazzjoni għandha teżamina l-opportunità li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-immaniġġar tal-bijoskart u kriterji tal-kwalità għall-kompost u għad-diġestat mill-bijoskart, sabiex jiġi garantit livell għoli ta ' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.”

Raġuni

Bio-waste is not a contaminant. The collection should be based on how to make the most of the waste (e.g. energy from biogas, fertilizer, etc.), not for keeping other waste dry. In addition, separate collection or management options of bio-waste should not be imposed. Flexibility to adapt to local circumstances and new technologies should be allowed. The quality of the bio-waste is what matters, not the method used to collect/manage it.

Emenda 3

COM(2014) 397 final – 2014/0201 (COD), Anness VI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali

L-iskart muniċipali jinkludi l-iskart domestiku u l-iskart mill-kummerċ bl-imnut, min-negozji żgħar, mill-binjiet tal-uffiċini u l-istituzzjonijiet (bħal skejjel, sptarijiet, binjiet tal-gvern) li fin-natura u fil-kompożizzjoni jixbah lill-iskart domestiku u jinġabar mill-muniċipalitajiet jew f ' isimhom.

Il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali

L-iskart muniċipali jinkludi l-iskart domestiku u l-iskart mill-kummerċ bl-imnut, min-negozji żgħar, mill-binjiet tal-uffiċini u l-istituzzjonijiet (bħal skejjel, sptarijiet, binjiet tal-gvern) li fin-natura u fil-kompożizzjoni jixbah lill-iskart domestiku u jinġabar mill-muniċipalitajiet jew f ' isimhom.

Dan jinkludi:

skart goff (bħal apparat domestiku, għamara u saqqijiet);

skart tal-ġonna, weraq, bċejjeċ tal-ħaxix, knis tat-triq, il-kontenut tal-laned taż-żibel u skart mit-tindif tas-suq;

skart ta ' servizzi muniċipali magħżula, jiġifieri skart tal-manutenzjoni tal-parks u l-ġonna, skart mit-tindif tat-toroq;

Dan jinkludi:

skart goff (bħal apparat domestiku, għamara u saqqijiet);

skart tal-ġonna, weraq, bċejjeċ tal-ħaxix, knis tat-triq, il-kontenut tal-laned taż-żibel u skart mit-tindif tas-suq;

skart ta ' servizzi muniċipali magħżula, jiġifieri skart tal-manutenzjoni tal-parks u l-ġonna, skart mit-tindif tat-toroq;

Dan jinkludi wkoll skart mill-istess sorsi u li jixxiebah fin-natura u fil-kompożizzjoni, li:

ma jinġabarx f ' isem il-muniċipalitajiet iżda direttament bl-iskemi tar-responsabbiltà tal-produttur jew minn istituzzjonijiet privati mingħajr skop ta ' qligħ għal finijiet ta ' użu mill-ġdid u riċiklaġġ, l-akbar bi ġbir separat,

jkun ġej minn żoni rurali li m ' għandhomx servizz ta ' ġbir tal-iskart regolari.

Dan jinkludi wkoll skart mill-istess sorsi u li jixxiebah fin-natura u fil-kompożizzjoni, li:

ma jinġabarx f ' isem il-muniċipalitajiet iżda direttament bl-iskemi tar-responsabbiltà tal-produttur jew minn istituzzjonijiet privati mingħajr skop ta ' qligħ għal finijiet ta ' użu mill-ġdid u riċiklaġġ, l-akbar bi ġbir separat,

jkun ġej minn żoni rurali li m ' għandhomx servizz ta ' ġbir tal-iskart regolari.

Dan ma jinkludix:

skart min-netwerks u mit-trattament tad-drenaġġ, bħal ħama tad-drenaġġ,

skart mix-xogħol tal-bini u mit-twaqqigħ tal-bini.

Dan ma jinkludix:

skart min-netwerks u mit-trattament tad-drenaġġ, bħal ħama tad-drenaġġ,

skart mix-xogħol tal-bini u mit-twaqqigħ tal-bini.

 

Il-katalgu Ewropew tal-iskart jispeċifika eżattament xi jkopri l-iskart muniċipali.

Raġuni

A common definition is needed to assess whether MS are achieving the targets of the waste legislation and compare their policies, not to assess local authorities' performance. Therefore, municipal waste should not be defined on the basis of who collects the waste, but on what is collected (i.e. the composition of the waste). In addition, the definition of municipal waste laid down in the directive appears in even greater detail in the European waste catalogue, which is in turn based on a European Commission decision.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2014) 398 final.

(2)  CdR 140/2011 fin.

(3)  http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/re_platform/index_en.htm

(4)  CdR 3751/2013, CdR 1617/2013, CdR 140/2011 fin.

(5)  CdR 140/2011 fin.

(6)  CdR 140/2011 fin.

(7)  Id-Direttivi 2008/98/KE, 99/31/KE u 94/62/KE.

(8)  CdR 1617/2013.

(9)  SWD(2014) 208 final.

(10)  CdR 3751/2013; CdR 1617/2013.

(11)  CdR 3751/2013.

(12)  CdR 1617/2013.

(13)  CdR 1617/2013.

(14)  Ara wkoll ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt territorjali tal-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari, CdR 05609/2014. (mhux disponibbli bil-Malti).

(15)  CdR 74/2009 fin.

(16)  CdR 1617/2013.

(17)  CdR 1617/2013, CdR 3751/2013, CdR 140/2011 final.

(18)  Rapport tal-Parlament Ewropew dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, (2011/2068(INI)) 08.05.2012

(19)  CdR 3751/2013; CdR 1617/2013.

(20)  CdR 3751/2013; CdR 1617/2013.

(21)  Rapport dwar il-konsultazzjoni tan-netwerk għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà u l-Grupp ta' esperti tas-sussidjarjetà tal-Kumitat tar-Reġjuni, 2014.


28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/47


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-interoperabbiltà bħala Mezz għall-Modernizzazzjoni tas-Settur Pubbliku

(2015/C 140/09)

Relatur

:

Is-Sinjura Odeta Žerlauskienė (LT/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali tad-Distrett ta' Skuodas

Dokument ta' referenza

:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2) L-interoperabbiltà bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku

COM(2014) 367 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza l-benefiċċji u l-opportunitajiet provduti mill-użu komprensiv tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) biex is-settur pubbliku jsir aktar effiċjenti u trasparenti;

2.

jinnota l-importanza tal-aċċessibbiltà tal-istituzzjonijiet pubbliċi għall-individwi privati u l-intrapriżi permezz ta' mezzi elettroniċi, irrispettivament mill-post fiżiku fejn tinsab il-persuna li qed tiġi indirizzata u għalhekk jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp tas-servizzi pubbliċi transkonfinali, speċjalment dawk li jkopru l-aspetti tal-interoperabbiltà u l-identifikazzjoni elettronika, il-firem elettroniċi, is-servizz elettroniku tad-dokumenti u komponenti fundamentali oħra tal-gvern elettroniku (1);

3.

jenfasizza l-importanza tal-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri differenti u ta' dawk tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-modernizzazzjoni ġenerali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-UE, kif ukoll tal-korpi tal-Komunità, bil-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-programm ewlieni tagħha: Aġenda Diġitali għall-Ewropa (2);

4.

jinnota li, minn mindu ġew introdotti fl-1995, l-UE tat attenzjoni partikolari lill-programmi tal-interoperabbiltà (3), u li diversi korpi tal-UE taw valutazzjoni pożittiva ta' dawn l-attivitajiet (4) u jitlob li dan l-impenn jinżamm u li jitkompla l-proċess ta' modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, filwaqt li tiġi promossa l-governanza tajba u tiġi ffaċilitata l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali;

5.

jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 24-25 2013, li ssuġġerixxa li l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għandha titkompla, b'enfasi partikolari fuq is-servizzi elettroniċi bħall-gvern elettroniku, is-saħħa elettronika, il-fatturazzjoni elettronika u l-akkwist elettroniku, u enfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn dawn is-servizzi, biex b'hekk ikun hemm aktar servizzi diġitali aħjar għaċ-ċittadini u l-intrapriżi madwar l-Ewropa, ffrankar ta' spejjeż u titjib fl-effiċjenza, it-trasparenza u l-kwalità tas-servizzi fis-settur pubbliku;

6.

jixtieq jenfasizza r-riżultati tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat mill-Kummissjoni fl-2011, l-2012 u l-2013 li juru li l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għandha impatt dirett fuq l-ambjent ekonomiku u għalhekk hija kruċjali għall-istimulazzjoni tal-produttività, il-kompetittività u t-tkabbir; konsegwentement jenfasizza l-importanza tal-modernizzazzjoni f'waqtha u komprensiva tal-amministrazzjonijiet pubbliċi;

7.

jenfasizza li aktar minn 1 00  000 awtorità lokali u reġjonali minn kull wieħed mit-28 Stat Membru tal-UE, kif ukoll pajjiżi oħra milquta direttament mil-leġislazzjoni tal-UE, huma provvedituri ewlenin ta' servizzi għall-pubbliku ġenerali u għall-intrapriżi, li leħinhom għandu jinstema' u jiġi kkunsidrat meta jiġu abbozzati inizjattivi li jikkonċernaw il-provvista ta' servizz pubbliku;

8.

jilqa' l-proposta għal programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2) u jarah ukoll bħala pass lejn it-tkomplija tas-suq diġitali Ewropew (5). Madankollu, il-Kumitat jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li dan il-programm huwa konformi ma' oqsma ta' politika rilevanti oħra bħas-Semestru Ewropew, il-Programm Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-pilastru II dwar l-interoperabbiltà u l-istandards tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, l-Istrateġija Ewropea għall-Interoperabbiltà, il-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà u l-aġġornamaneti futuri tagħhom bil-għan li jiġu massimizzati l-koerenza u s-sinerġiji;

Lejn l-interoperabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-UE

9.

jinnota r-riżultati tal-istudji li jindikaw li l-gvernijiet tal-Istati Membri għadhom 'il bogħod biex ikunu jistgħu jiggarantixxu aċċess ħieles għas-servizzi pubbliċi onlajn lill-intrapriżi u lill-individwi privati, anke fi ħdan l-Istat Membru tagħhom stess (l-indikatur bħalissa jammonta għal 72 % tas-servizzi kollha), filwaqt li d-disponibbiltà tas-servizzi pubbliċi transkonfinali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti tal-UE hija ta' anqas minn nofs is-servizzi (42 %) (6);

10.

jenfasizza l-importanza tal-livell Ewropew fil-koordinazzjoni u l-provvista ta' linji gwida dwar prattika tajba f'oqsma ġodda bħas-servizzi pubbliċi elettroniċi u l-interoperabbiltà transkonfinali tagħhom;

11.

jenfasizza l-benefiċċji f'termini ta' anqas spejjeż, l-użu mill-ġdid u l-flessibbiltà tal-prodott finali provduti mill-użu ta' standards miftuħa;

12.

għaldaqstant, jappella biex isiru sforzi biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà transsettorjali u transkonfinali komprensiva tas-servizzi elettroniċi tal-UE u tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali filwaqt li l-pajjiżi interessati jkunu jistgħu jingħaqdu fis-sistema, fejn ikun adatt;

13.

jilqa' l-fatt li l-Proposta għal Deċiżjoni tibni fuq l-inizjattiva tal-koeżjoni elettronika, li timmira li tissemplifika u tistandardizza l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2014-2020 permezz tal-iskambju elettroniku tal-informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-entitajiet rilevanti;

14.

jaqbel mal-kawtela espressa fl-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-fatt li approċċ ta' interoperabbiltà speċifika għas-settur jinkludi r-riskju li l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet differenti jew inkompatibbli fil-livell nazzjonali jew settorjali ser toħloq ostakli ġodda li jfixklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-libertajiet assoċjati tal-moviment u l-kompetittività tas-suq;

15.

jilqa' l-impenn tal-Programm ISA2 biex jippromovi u, fejn xieraq, jappoġġja l-istandardizzazzjoni, parzjali jew sħiħa, tas-soluzzjonijiet eżistenti tal-interoperabbiltà u li dan isir f'kooperazzjoni ma' attivitajiet oħra ta' standardizzazzjoni fil-livell tal-UE u f'organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni oħra fil-livell Ewropew u internazzjonali;

16.

jinnota li l-leġislazzjoni dwar l-interoperabbiltà għandha tkun estiża għall-individwi privati u l-intrapriżi (7), u għaldaqstant jitlob li l-Programm ISA2 jkun aktar miftuħ għas-setturi nongovernattivi;

17.

jiġbed l-attenzjoni għal-livell għoli ta' fiduċja li tqiegħed fis-servizzi tal-cloud computing (8), iżda jinnota li minħabba n-natura fiżika ta' dan is-servizz għandha tingħata l-ogħla prijorità lill-kwistjonijiet tal-operazzjoni sigura u integrali tas-sistemi interoperabbli;

18.

jenfasizza li l-interoperabbiltà tal-gvern elettroniku tirrikjedi mhux biss il-kompatibbiltà tas-sistema (soluzzjonijiet M2M, jiġifieri bejn magna u oħra), iżda wkoll il-kapaċità tas-servizzi ċivili biex jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sistemi tal-informazzjoni, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-possibbiltajiet li joffru sistemi bħal dawn; għalhekk il-Kumitat jissuġġerixxi li jiżdiedu l-komponenti dwar il-bini tal-kapaċità umana, kemm f'termini ta' ħiliet diġitali kif ukoll lingwistiċi, u dwar is-sensibilizzazzjoni fil-Programm ISA2, kif ġie suġġerit f'leġislazzjonijiet oħra (9);

Kamp ta' applikazzjoni

19.

jilqa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta għal Programm ISA2, li ser ikopri l-livelli kollha ta' amministrazzjoni: Ewropew, lokali, reġjonali u nazzjonali u li ser jikkunsidra l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, kif ukoll dawk taċ-ċittadini u l-intrapriżi fejn ikun rilevanti (10);

20.

jinnota li f'għadd ta' dikjarazzjonijiet ministerjali (11), xi ministri talbu lill-Kummissjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri billi timplimenta soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transsettorjali u transkonfinali li jippermettu l-ksib ta' servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u siguri;

21.

għaldaqstant, jilqa' li jiġu pprovduti soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà żviluppati għal użu illimitat mill-istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali, u b'hekk tiġi ffaċilitata l-interazzjoni transkonfinali jew transsettorjali bejniethom (12);

22.

jilqa' l-ftuħ tal-ISA2 għaż-Żona Ekonomika Ewropea u għal-pajjiżi kandidati, bħala għodda għall-promozzjoni tal-integrazzjoni tagħhom mal-UE; madankollu jissuġġerixxi li, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-interess possibbli minn pajjiżi msieħba oħra u l-potenzjali li jinfirxu inċentivi ta' governanza tajba, il-finanzjament tal-ISA2 jinfetaħ għall-pajjiżi msieħba oħra, primarjament dawk involuti fis-Sħubija tal-Lvant jew dik Ewro-Mediterranja;

23.

madankollu, iqis kemxejn limitata u mhux definita d-dispożizzjoni li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jistgħu jiġu appoġġjati fix-xogħol tagħhom permezz ta' strumenti speċifiċi taħt il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF) u jappella għal elaborazzjoni aktar iddettaljata dwar din il-proposta;

Il-koordinazzjoni tal-progress fl-iżgurar tal-interoperabbiltà

24.

jirrikonoxxi l-progress fit-tfitxija tal-interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej li sar permezz tal-introduzzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Interoperabbiltà u l-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tirrapporta b'mod regolari dwar il-livell ta' interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi fi ħdan id-diversi Stati Membri, il-pajjiżi taż-ŻEE u l-pajjiżi kandidati, b'hekk jiġu enfasizzati l-prattiki tajba u jiġi implimentat il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni f'dan il-qasam;

25.

jitlob biex il-bidliet attwali fl-interoperabbiltà transsettorjali u transkonfinali tas-servizzi elettroniċi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-UE jiġu inklużi, anke fil-livell lokali u reġjonali, bħala wieħed mill-indikaturi li għandhom jiġu żviluppati fil-programm ta' ħidma kontinwa bil-għan li jitkejjel l-impatt tal-programm;

26.

fid-dawl tar-rata baxxa ta' parteċipazzjoni mill-Istati Membri matul il-konsultazzjonijiet dwar il-Programm ISA2 (13), jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tipprova tinvolvi aktar mill-qrib lill-Istati Membri kif ukoll lill-awtoritajiet sottonazzjonali fir-reviżjoni tal-Programm ISA2;

27.

jilqa' r-referenza għall-multilingwiżmu bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-Programm ISA2 (14) u jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni adegwata lill-iżvilupp ta' soluzzjonijiet multilingwi, li jipprovdu lill-utenti aħħarin b'opportunitajiet tajbin biex jużaw soluzzjonijiet fil-lingwa nattiva tagħhom;

28.

fid-dawl tal-possibbiltajiet ta' użu ħażin tad-data maħżuna u proċessata, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjali u politiċi, jissuġġerixxi li tissemma' b'mod espliċitu l-kwistjoni tas-sigurtà tal-użu bħala waħda mill-prinċipji ġenerali li japplikaw għall-azzjonijiet kollha ffinanzjati fil-qafas tal-Programm ISA2;

29.

peress li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-programmi li ppreċedew il-Programm ISA2 sikwit kienu ostakolati minn proċeduri ta' akkwist pubbliku onerużi, jappella lill-Kummissjoni biex tfittex titjib possibbli f'dan il-qasam, li jagħmilha possibbli wkoll li jiġu rispettati l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda u tal-valur tal-flus;

30.

jirreferi għall-appoġġ li sikwit jenfasizza għall-iżvilupp ta' oqfsa komuni ġodda fi ħdan l-abbozz ta' deċiżjoni dwar l-ISA2 u jitlob għal approċċ li jagħmel użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, li primarjament jiffoka fuq l-aġġornament u l-espansjoni tal-infrastruttura attwali pjuttost mill-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda;

31.

Jiddikjara li l-proposta tikkonforma mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità iżda jirrimarka li l-involviment effettiv tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom fil-programm ISA2 ser ikun essenzjali biex jinkisbu bis-sħiħ l-għanijiet tiegħu u jiggarantixxi r-rispett kontinwu tal-prinċipji tas-sussidjarjetà waqt l-implimentazzjoni tal-programm;

32.

għaldaqstant, jinnota l-ħtieġa għal interazzjoni mill-qrib mal-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika, speċjalment fil-livell tal-gvern l-eqreb taċ-ċittadini u li jipprovdi l-ikbar firxa ta' servizzi – l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

33.

jilqa' l-ambizzjoni li l-ISA2 jiġi limitat għal każijiet ta' valur miżjud Ewropew ċar u li jagħtu kontribut tanġibbli għat-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-leġislazzjoni tal-UE, biex b'hekk jinkisbu sinerġiji konsiderevoli permezz tal-koordinazzjoni bejn il-fruntieri jew is-setturi;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Preambolu, Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(20)

Is-sigurtà tal-użu u d-data maħżuna fi clouds huma qasam ieħor li jeħtieġ jiġi kopert mill-ISA2.

Emenda 2

Preambolu, Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(28)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jinkludi għan tematiku għal “tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti”. F'dan il-kuntest, il-Programm ISA2 għandu jorbot ma' programmi u inizjattivi li jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, bħal pereżempju d-DAE, u netwerks relatati bħal pereżempju n-Netwerk Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EUPAN) u jfittex is-sinerġiji magħhom.

(28)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jinkludi għan tematiku għal “tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti”. F'dan il-kuntest, il-Programm ISA2 għandu jorbot ma' programmi u inizjattivi li jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, bħal pereżempju d-DAE, u netwerks relatati bħal pereżempju n-Netwerk Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EUPAN) u j i fittex is-sinerġiji magħhom u jikkontribwixxu fil-bini tal-kapaċità umana fl-amministrazzjonijiet pubbliċi .

Raġuni

L-interoperabbiltà tista’ tintlaħaq biss jekk l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma mistennija li timplimentawha għandhom il-kapaċità li jagħmlu dan, li bħalissa mhux dejjem huwa il-każ.

Emenda 3

Preambolu, Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(29)

L-interoperabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej tikkonċerna l-livelli kollha tal-amministrazzjoni: Ewropew, lokali, reġjonali u nazzjonali. Għalhekk huwa importanti li s-soluzzjonijiet iqisu l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, kif ukoll dawk taċ-ċittadini u l-intrapriżi fejn rilevanti.

(29)

L-interoperabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej tikkonċerna l-livelli kollha tal-amministrazzjoni: Ewropew, lokali, reġjonali u nazzjonali. Għalhekk huwa importanti li s-soluzzjonijiet iqisu l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, kif ukoll dawk taċ-ċittadini u l-intrapriżi fejn rilevanti. Jeħtieġ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ikunu involuti mill-qrib fir-reviżjoni tal-ISA2.

Raġuni

Hekk kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw fil-programm u l-implimentazzjoni tiegħu, huma jeħtieġu wkoll li jiġu involuti fir-reviżjoni peress li l-esperjenza tagħhom tista’ tkun differenti minn dik ta’ parteċipanti oħra.

Emenda 4

Preambolu, Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(30)

L-amministrazzjonijiet nazzjonali jistgħu jiġu appoġġati fix-xogħol tagħhom permezz ta' strumenti speċifiċi taħt il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (European Structural and Investment Funds – ESIF). Il-kooperazzjoni mill-qrib taħt il-Programm ISA2 għandha timmassimizza l-benefiċċji mistennija minn dawn l-istrumenti billi tiżgura li l-proġetti ffinanzjati jkunu allinjati mal-oqfsa u l-ispeċifikazzjonijiet tal-interoperabbiltà madwar l-Unjoni kollha bħal pereżempju l-EIF.

(30)

L-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jiġu appoġġati fix-xogħol tagħhom permezz ta' strumenti speċifiċi taħt il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (European Structural and Investment Funds – ESIF). Il-kooperazzjoni mill-qrib taħt il-Programm ISA2 għandha timmassimizza l-benefiċċji mistennija minn dawn l-istrumenti billi tiżgura li l-proġetti ffinanzjati jkunu allinjati mal-oqfsa u l-ispeċifikazzjonijiet tal-interoperabbiltà madwar l-Unjoni kollha bħal pereżempju l-EIF.

Emenda 5

Preambolu, Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(32)

Għandha titqies il-possibbiltà li jintużaw il-fondi ta' qabel l-adeżjoni biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-Programm ISA2 u l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ulterjuri f'dawk il-pajjiżi tas-soluzzjonijiet previsti fih.

(32)

Għandha titqies il-possibbiltà li jintużaw il-fondi ta' qabel l-adeżjoni biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-Programm ISA2 u l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ulterjuri f'dawk il-pajjiżi tas-soluzzjonijiet previsti fih. Sabiex jitħeġġu pajjiżi mis-sħubiji tal-Lvant jew dawk Ewro-Mediterranji biex jadottaw l-istandards tal-interoperabilità Ewropea, għandu jitqiegħed xi finanzjament tal-ISA2 għad-dispożizzjoni ta’ dawk il-pajjiżi, jekk jixtiequ jieħdu sehem.

Emenda 6

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet disparati u diversi li jinteraġixxu lejn għanijiet ta’ benefiċċju u miftiehma b’mod komuni, li jinvolvu l-qsim ta’ informazzjoni u għarfien bejn l-organizzazzjonijiet permezz tal-proċessi tan-negozju li huma jappoġġaw, permezz tal-iskambju ta’ dejta bejn is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) rispettivi tagħhom;

(1)

“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet disparati u diversi li jinteraġixxu lejn għanijiet ta’ benefiċċju u miftiehma b’mod komuni, li jinvolvu l-qsim ta’ informazzjoni u għarfien bejn l-organizzazzjonijiet permezz tal-proċessi tan-negozju li huma jappoġġaw, permezz tal-iskambju ta’ dejta bejn is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) rispettivi tagħhom;

 

(2)

“amminstrazzjonijiet pubbliċi Ewropej” tfisser amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livell tal-UE, u dak nazzjonali, reġjonali u lokali;

(2)

“soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà” tfisser oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet differenti u diversi, iffinanzjati u żviluppati b'mod awtonomu mill-Programm ISA2 jew żviluppati b'kooperazzjoni ma' inizjattivi tal-Unjoni oħrajn, fuq il-bażi tar-rekwiżiti identifikati tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej;

(2 3 )

“soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà” tfisser oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet differenti u diversi, iffinanzjati u żviluppati b'mod awtonomu mill-Programm ISA2 jew żviluppati b'kooperazzjoni ma' inizjattivi tal-Unjoni oħrajn, fuq il-bażi tar-rekwiżiti identifikati tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej;

(3)

li taġixxi bħala “inkubatur tas-soluzzjonijiet” ifisser l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà jew l-appoġġ tagħhom matul il-fażi pilota tagħhom, qabel ma jsiru operazzjonali fi programmi jew inizjattivi tal-Unjoni oħrajn;

(3 4 )

li taġixxi bħala “inkubatur tas-soluzzjonijiet” ifisser l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà jew l-appoġġ tagħhom matul il-fażi pilota tagħhom, qabel ma jsiru operazzjonali fi programmi jew inizjattivi tal-Unjoni oħrajn;

(4)

li taġixxi bħala “pont għas-soluzzjonijiet” ifisser l-iżvilupp ulterjuri tas-soluzzjonijiet interoperabbli li huma operazzjonali bis-sħiħ jew l-appoġġ tagħhom qabel it-twettiq tagħhom f'programmi jew inizjattivi tal-Unjoni oħrajn;

(4 5 )

li taġixxi bħala “pont għas-soluzzjonijiet” ifisser l-iżvilupp ulterjuri tas-soluzzjonijiet interoperabbli li huma operazzjonali bis-sħiħ jew l-appoġġ tagħhom qabel it-twettiq tagħhom f'programmi jew inizjattivi tal-Unjoni oħrajn;

(5)

“oqfsa komuni” tfisser speċifikazzjonijiet, standards, metodoloġiji, linji gwida, assi semantiċi komuni u approċċi u dokumenti simili;

(5 6 )

“oqfsa komuni” tfisser speċifikazzjonijiet, standards, metodoloġiji, linji gwida, assi semantiċi komuni u approċċi u dokumenti simili;

(6)

“servizzi komuni” tfisser il-kapaċità organizzazzjonali u teknika li twassal eżitu komuni lill-utenti, inklużi s-sistemi operazzjonali, l-applikazzjonijiet u l-infrastrutturi diġitali ta' natura ġenerika li jissodisfaw rekwiżiti komuni tal-utent f'oqsma politiċi jew żoni ġeografiċi, flimkien mal-governanza operazzjonali ta' appoġġ tagħhom;

(6 7 )

“servizzi komuni” tfisser il-kapaċità organizzazzjonali u teknika li twassal eżitu komuni lill-utenti, inklużi s-sistemi operazzjonali, l-applikazzjonijiet u l-infrastrutturi diġitali ta' natura ġenerika li jissodisfaw rekwiżiti komuni tal-utent f'oqsma politiċi jew żoni ġeografiċi, flimkien mal-governanza operazzjonali ta' appoġġ tagħhom;

(7)

“għodod ġeneriċi” tfisser sistemi, pjattaformi ta' referenza, pjattaformi kondiviżi u kollaborattivi, u komponenti ġeneriċi li jissodisfaw rekwiżiti komuni tal-utent f'oqsma politiċi jew żoni ġeografiċi;

(7 8 )

“għodod ġeneriċi” tfisser sistemi, pjattaformi ta' referenza, pjattaformi kondiviżi u kollaborattivi, u komponenti ġeneriċi li jissodisfaw rekwiżiti komuni tal-utent f'oqsma politiċi jew żoni ġeografiċi;

(8)

“azzjonijiet” tfisser proġetti, soluzzjonijiet li diġà huma fil-fażi operazzjonali tagħhom u miżuri ta' akkumpanjament;

(8 9 )

“azzjonijiet” tfisser proġetti, soluzzjonijiet li diġà huma fil-fażi operazzjonali tagħhom u miżuri ta' akkumpanjament;

(9)

“proġett” tfisser sekwenza limitata fiż-żmien ta' kompiti definiti sew li jindirizzaw ħtiġijiet identifikati tal-utent permezz ta' approċċ f'fażijiet;

(9 10 )

“proġett” tfisser sekwenza limitata fiż-żmien ta' kompiti definiti sew li jindirizzaw ħtiġijiet identifikati tal-utent permezz ta' approċċ f'fażijiet;

(10)

“miżuri ta' akkumpanjament” tfisser:

miżuri strateġiċi u ta' sensibilizzazzjoni;

miżuri li jappoġġaw il-ġestjoni tal-Programm ISA2;

miżuri f'rabta mal-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-iskambju u l-promozzjoni ta' prattika tajba;

miżuri għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti;

miżuri li jimmiraw lejn il-bini tal-komunità u ż-żieda tal-kapaċità; u

miżuri li jimmiraw lejn l-istabbiliment ta' sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti mal-interoperabbiltà f'oqsma oħra tal-politika tal-Unjoni;

(10 11 )

“miżuri ta' akkumpanjament” tfisser:

miżuri strateġiċi u ta' sensibilizzazzjoni;

miżuri li jappoġġaw il-ġestjoni tal-Programm ISA2;

miżuri f'rabta mal-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-iskambju u l-promozzjoni ta' prattika tajba;

miżuri għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti;

miżuri li jimmiraw lejn il-bini tal-komunità u ż-żieda tal-kapaċità; u

miżuri li jimmiraw lejn l-istabbiliment ta' sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti mal-interoperabbiltà f'oqsma oħra tal-politika tal-Unjoni;

(11)

“Arkitettura Ewropea ta' Referenza għall-Interoperabbiltà (European Interoperability Reference Architecture – EIRA)” tfisser arkitettura bi struttura ġenerika, li tinkludi serje ta' prinċipji u linji gwida li japplikaw għall-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fl-Unjoni Ewropea;

(11 12 )

“Arkitettura Ewropea ta' Referenza għall-Interoperabbiltà (European Interoperability Reference Architecture – EIRA)” tfisser arkitettura bi struttura ġenerika, li tinkludi serje ta' prinċipji u linji gwida li japplikaw għall-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fl-Unjoni Ewropea;

(12)

“Kartografija Ewropea tal-Interoperabbiltà (European Interoperability Cartography – EIC)” tfisser repożitorju ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej ipprovdut mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, ippreżentat f'format komuni u li jikkonforma mal-kriterji speċifiċi tal-użu mill-ġdid u l-interoperabbiltà li jistgħu jiġu rrappreżentati fuq l-EIRA.

(12 13 )

“Kartografija Ewropea tal-Interoperabbiltà (European Interoperability Cartography – EIC)” tfisser repożitorju ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej ipprovdut mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, ippreżentat f'format komuni u li jikkonforma mal-kriterji speċifiċi tal-użu mill-ġdid u l-interoperabbiltà li jistgħu jiġu rrappreżentati fuq l-EIRA.

Emenda 7

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Programm ISA2 għandu jappoġġa u jippromwovi:

Il-Programm ISA2 għandu jappoġġa u jippromwovi:

(a)

il-valutazzjoni, it-titjib, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali eżistenti;

(a)

il-valutazzjoni, it-titjib, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali eżistenti;

(b)

l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali ġodda;

(b)

l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali ġodda;

(c)

il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni proposta jew adottata;

(c)

il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni proposta jew adottata;

(d)

l-identifikazzjoni ta' diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni li jfixklu l-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej;

(d)

l-identifikazzjoni ta' diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni li jfixklu l-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej;

(e)

l-istabbiliment, iż-żamma u t-titjib tal-EIRA;

(e)

l-istabbiliment, iż-żamma u t-titjib tal-EIRA;

(f)

l-istabbiliment u ż-żamma tal-EIC bħala strument biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti u biex jiġu identifikati l-oqsma fejn għad hemm nuqqas ta' tali soluzzjonijiet;

(f)

l-istabbiliment u ż-żamma tal-EIC bħala strument biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti u biex jiġu identifikati l-oqsma fejn għad hemm nuqqas ta' tali soluzzjonijiet;

(g)

il-valutazzjoni, l-aġġornament u l-promozzjoni ta' speċifikazzjonijiet u standards komuni eżistenti u l-iżvilupp, l-istabbiliment u l-promozzjoni ta' speċifikazzjonijiet u standards komuni ġodda permezz tal-pjattaformi ta' standardizzazzjoni tal-Unjoni u b'kooperazzjoni mal-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni Ewropej jew internazzjonali kif xieraq; u

(g)

il-valutazzjoni, l-aġġornament u l-promozzjoni ta' speċifikazzjonijiet u standards komuni eżistenti u l-iżvilupp, l-istabbiliment u l-promozzjoni ta' speċifikazzjonijiet u standards komuni ġodda permezz tal-pjattaformi ta' standardizzazzjoni tal-Unjoni u b'kooperazzjoni mal-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni Ewropej jew internazzjonali kif xieraq , inkluż dwar it-trażmissjoni tad-data, l-ipproċessar u s-sigurtà tal-ħżin ; u

(h)

l-iżvilupp ta' mekkaniżmi li jkejlu u jikkwantifikaw il-benefiċċji tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà.

(h)

l-iżvilupp ta' mekkaniżmi li jkejlu u jikkwantifikaw il-benefiċċji tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà.

Barra minn hekk, il-Programm ISA2 jista' jaġixxi bħala “inkubatur tas-soluzzjonijiet” billi jittestja soluzzjonijiet interoperabbli ġodda, u bħala “pont għas-soluzzjonijiet” billi jopera soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti.

Barra minn hekk, il-Programm ISA2 jista' jaġixxi bħala “inkubatur tas-soluzzjonijiet” billi jittestja soluzzjonijiet interoperabbli ġodda, u bħala “pont għas-soluzzjonijiet” billi jopera soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti.

Raġuni

It-trażmissjoni tad-data, l-ipproċessar u s-sigurtà tal-ħażna huma rilevanti ħafna fil-qasam tal-interoperabbiltà u għandhom jitqiesu meta jiġu żviluppati u promossi standards ġodda.

Emenda 8

Artikolu 11 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni u l-Kumitat ISA2 jimmonitorjaw b'mod regolari l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm ISA2 u s-sodisfazzjoni tal-utenti bih. Huma jesploraw ukoll sinerġiji ma' programmi tal-Unjoni kumplimentari.

Il-Kummissjoni u l-Kumitat ISA2 jimmonitorjaw b'mod regolari l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm ISA2 u s-sodisfazzjoni tal-utenti bih. L-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali ser jintalbu jagħtu feedback dwar ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ. Il-Kummissjoni u l-Kumitat ISA2 ser Huma jesploraw ukoll sinerġiji ma' programmi tal-Unjoni kumplimentari.

Raġuni

Huwa importanti li jinżamm id-djalogu mal-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali involuti fil-programm.

Emenda 9

Artikolu 11 (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni tirrapporta annwalment lill-Kumitat ISA2 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta annwalment lill-Kumitat ISA2 , lill-Parlament Ewropew u l- Kunsill u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-Programm u l-livell tal-interoperabilità tas-servizz pubbliku fi ħdan l-Istati Membri differenti .

Raġuni

L-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ISA2 għandha tkun disponibbli b’mod ġenerali. Huwa importanti wkoll li tingħata ħarsa lejn il-livell ta’ interoperabilità fi Stati Membri individwali, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà ta’ servizzi pprovduti minn awtoritajiet reġjonali jew lokali.

Emenda 10

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Programm ISA2 ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati fil-qafas tal-ftehimiet rispettivi tagħhom mal-Unjoni.

1.   Il-Programm ISA2 ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati fil-qafas tal-ftehimiet rispettivi tagħhom mal-Unjoni.

2.   Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali oħrajn titħeġġeġ, notevolment fil-qafas tas-Sħubiji Ewro-Mediterranji u tal-Lvant u mal-pajjiżi fil-viċinat, b'mod partikolari dawk tar-reġjuni tal-Balkani tal-Punent u tal-Baħar l-Iswed. Il-kost relatat ma għandux jiġi kopert mill-Programm ISA2.

2.   Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali oħrajn titħeġġeġ, notevolment fil-qafas tas-Sħubiji Ewro-Mediterranji u tal-Lvant u mal-pajjiżi fil-viċinat, b'mod partikolari dawk tar-reġjuni tal-Balkani tal-Punent u tal-Baħar l-Iswed. Il-kost relatat ma għandux jista' jiġi kopert parzjalment mill-Programm ISA2.

3.   Fejn xieraq, il-Programm jippromwovi l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet tiegħu mill-pajjiżi terzi.

3.   Fejn xieraq, il-Programm jippromwovi l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet tiegħu mill-pajjiżi terzi.

Raġuni

Sabiex titħeġġeġ il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-interoperabbiltà, jeħtieġ li nipprevedu l-possibbiltà li l-programm ikopri l-ispejjeż parzjalment.

Brussell, 12 ta' Frar 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara CdR 4165/2014, 5960/2013, 5559/2013, 3597/2013, 1646/2013, 2414/2012, 1673/2013, 626/2012, 402/2012, 65/2011, 104/2010.

(2)  Aġenda Diġitali għall-Ewropa, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, COM(2010) 245 final, 28.8.2010.

(3)  Huwa kkunsidrat li l-ewwel att legali f'dan il-qasam huwa “95/468/EC: Council Decision of 6 November 1995 on a Community contribution for telematic interchange of data between administrations in the Community (IDA)” [Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/468/KE tas-6 ta' Novembru 1995 dwar il-kontribut tal-Komunità għall-iskambju reċiproku telematiku ta' tagħrif bejn l-amministrazzsjonijiet fil-Komunità (IDA)] (mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Suq uniku diġitali kompetittiv – il-Gvern elettroniku bħala xprun (3 ta' April 2012).

(5)  Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2). L-interoperabbiltà bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku, Brussell, 26.6.2014 COM(2014) 367 final 2014/0185 (COD).

(6)  “eGovernment Benchmark Framework 2012-2015 Method paper July 2012, Final Report: A study prepared for the European Commission DG Communications Networks, Content & Technology”, [Qafas ta' standard għall-gvern elettroniku 2012-2015. Method paper Lulju 2012, Rapport Finali: Studju preparat għad-DĠ Netwerks ta' Komunikazzjoni, Kontenut u Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea] (mhux disponibbli bil-Malti) disponibbli minn hawn https://ec.europa.eu/digital-agenda/sites/digital-agenda/files/eGovernment%20Benchmarking%20method%20paper%20published%20version_0.pdf

(7)  COM(2014) 367 final 2014/0185 (COD) p. 10.

(8)  Ara l-Komunikazzjoni dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa. COM(2012) 529.

(9)  B'mod speċifiku r-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(10)  COM(2014) 367 finali, punt 29.

(11)  Ara d-dikjarazzjonijiet adottati f'Manchester fl-24 ta' Novembru 2005, Lisbona fid-19 ta' Settembru 2007, Malmö fit-18 ta' Novembru 2009 u Granada fid-19 ta' April 2010.

(12)  COM(2014) 367 final, Punt 2 tad-deċiżjoni.

(13)  16 minn 28 Stat Membru pparteċipaw matul il-konsultazzjonijiet li saru f'Novembru 2013, ara COM(2014) 367 final 2014/0185 (COD) p. 10.

(14)  COM(2014) 367 final, Art 4.