ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
27 ta' April 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 138/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 138/02

Kawża C-463/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Copydan Båndkopi vs Nokia Danmark A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikoli 5(2)(b) u 6 — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjoni — Ikkopjar għal użu privat — Riproduzzjonijiet magħmula bl-għajnuna ta’ karti tal-memorja tat-telefons ċellulari — Kumpens ġust — Tariffa fuq il-mezzi — Ugwaljanza fit-trattament — Rimbors tat-tariffa — Dannu minimu)

2

2015/C 138/03

Kawżi Magħquda C-93/13 P u C-123/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Versalis SpA, li kienet Polimeri Europa SpA, Eni SpA u Versalis SpA, li kienet Polimeri Europa SpA, Eni SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-lasktu tal-kloropren — Suċċessjoni ta’ entitajiet ta’ produzzjoni — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Reċidiva — Ġurisdizzjoni sħiħa)

4

2015/C 138/04

Kawża C-143/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – Ir-Rumanija) – Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei vs SC Volksbank România SA (Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn negozjant u konsumatur — Artikolu 4(2) — Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali — Esklużjoni tal-klawżoli dwar l-għan prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni sakemm dawn ikunu redatti b’mod ċar u komprensibbli — Klawżoli li jinkludu kummissjoni għal riskju miġbura mill-persuna li ssellef u li tawtorizza lil din tal-aħħar, f’ċertu ċirkustanzi, li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi)

4

2015/C 138/05

Kawżi magħquda C-144/13, C-154/13 u C-160/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – VDP Dental Laboratory NV vs Staatssecretaris van Financiën (C-144/13), Staatssecretaris van Financiën vs X BV (C-154/13), Nobel Biocare Nederland BV (C-160/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis — Eżenzjonijiet — Provvista ta’ proteżijiet dentali)

5

2015/C 138/06

Kawża C-343/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho de Leiria – il-Portugall) – Modelo Continente Hipermercados SA vs Autoridade Para As Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata — Direttiva 78/855/KEE — Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist — Artikolu 19 — Effetti — Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista — Ksur imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-amalgamazzjoni — Konstatazzjoni tal-ksur permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva wara din l-amalgamazzjoni — Dritt nazzjonali — Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata — Ammissibbiltà)

6

2015/C 138/07

Kawża C-359/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjżi l-Baxxi) – B. Martens vs Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Ċittadin ta’ Stat Membru — Residenza fi Stat Membru ieħor — Studji f’pajjiż jew territorju extra-Ewropew — Żamma tal-għoti tal-finanzjament għal edukazzjoni ogħla — Kundizzjoni ta’ residenza ta’ tliet snin minn sitta — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni)

6

2015/C 138/08

Kawżi Magħquda C-472/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bayerisches Verwaltungsgericht München – Il-Ġermanja) – Andre Lawrence Shepherd vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ażil — Direttiva 2004/83/KE — Artikolu 9(2)(b), (c) u (e) — Livelli minimi tal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat — Kundizzjonijiet sabiex persuna titqies li hija refuġjat — Atti ta’ persekuzzjoni — Sanzjonijiet kriminali għal suldat tal-Istati Uniti li rrifjuta li jservi fl-Iraq)

7

2015/C 138/09

Kawża C-479/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa — Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi)

8

2015/C 138/10

Kawża C-502/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa — Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi)

9

2015/C 138/11

Kawżi Magħquda C-503/13 u 504/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Ġermanja) – Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs AOK Sachsen-Anhalt (C-503/13), Betriebskrankenkasse RWE (C-504/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Responsabbiltà għal prodotti difettużi — Direttiva 85/374/KEE — Artikoli 1 u 6(1) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 — Pacemaker kardijaku u difibrillatur awtomatiku li jiddaħħal fil-ġisem — Riskju li l-prodott ma jiffunzjonax tajjeb — Korriment — Irtirar tal-prodott allegatament difettuż u tpoġġija ta’ prodott ieħor — Rimbors tal-ispejjeż tal-operazzjoni)

9

2015/C 138/12

Kawża C-512/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-24 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C.G. Sopora vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema mhux residenti — Vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa ta’ allowances mogħtija mill-persuna li timpjega — Vantaġġ mogħti b’rata fissa — Ħaddiema minn Stat Membru differenti minn dak tal-post tax-xogħol — Kundizzjoni ta’ residenza marbuta mad-distanza mill-fruntiera tal-Istat Membru tal-post tax-xogħol)

10

2015/C 138/13

Kawża C-515/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Poul Landin vs Tekniq, li qed taġixxi għal ENCO A/S – VVS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) u (2)(a) — Artikolu 6(1) — Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assenza ta’ ħlas ta’ allowance ta’ tkeċċija lill-ħaddiema eliġibbli, fid-data ta’ meta jitilqu, għall-benefiċċju ta’ pensjoni tal-irtirar mill-Istat)

11

2015/C 138/14

Kawża C-534/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et vs Fipa Group srl, Tws Automation srl, Ivan srl [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 191(2) TFUE — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà għall-amministrazzjoni li timponi, lill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni u li tipprevedi biss l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-awtoritajiet — Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent]

12

2015/C 138/15

Kawża C-547/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA Oliver Medical vs Valsts ieņēmumu dienests [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8543, 9018 u 9019 — Apparat lejżer u apparat ultrasoniku kif ukoll il-partijiet u l-aċċessorji tagħhom]

12

2015/C 138/16

Kawża C-553/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus – l-Estonja) – Tallinna Ettevõtlusamet vs Statoil Fuel & Retail Eesti AS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi indiretti — Dazji tas-sisa — Direttiva 2008/118/KE — Artikolu 1(2) — Karburant likwidu suġġett għad-dazju tas-sisa — Taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut — Kunċett ta’ għan speċifiku — Assenjazzjoni predeterminata — Organizzazzjoni tat-trasport pubbliku fit-territorju ta’ belt)

13

2015/C 138/17

Kawża C-559/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dortmund-Unna vs Josef Grünewald (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Tassazzjoni diretta — Taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis tal-ħlasijiet ta’ manteniment imħallsa b’korrispettiv għal donazzjoni ta’ sehem suċċessorju antiċipat — Esklużjoni għal persuni taxxabbli mhux residenti)

14

2015/C 138/18

Kawża C-564/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 – Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni — Artikolu 272 TFUE — Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratti relatati mal-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb — Spejjeż eliġibbli u ammonti mħallsa mill-Kummissjoni — Azzjoni dikjaratorja — Assenza ta’ interess ġuridiku ċert u attwali)

15

2015/C 138/19

Kawża C-585/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Europäisch-Iranische Handelsbank AG vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ fondi — Għajnuna għal entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru miżuri restrittivi)

15

2015/C 138/20

Kawża C-623/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Alwla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre de l’Économie et des Finances vs Gérard de Ruyter (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 4 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Imposti fuq id-dħul mill-patrimonju — Kontribuzzjoni soċjali ġenerali — Kontribuzzjoni għall-ħlas lura tad-dejn soċjali — Imposta soċjali — Kontribuzzjoni addizzjonali għall-imposta soċjali — Parteċipazzjoni fil-finanzjament ta’ skemi obbligatorji tas-sigurtà soċjali — Rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali)

16

2015/C 138/21

Kawża C-667/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Comércio de Lisboa – il-Portugall) – Estado português vs Banco Privado Português SA, fi stralċ, Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Garanzija tal-Istat assoċjata ma’ self — Deċiżjoni 2011/346/UE — Domandi dwar il-validità — Ammissibbiltà — Artikolu 107(1) TFUE — Motivazzjoni — Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Artikolu 107(3)(b) TFUE — Perturbazzjoni gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru)

17

2015/C 138/22

Kawża C-691/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Les Laboratoires Servier SA vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 89/105/KEE — Artikolu 6(2) — Stabbiliment ta’ lista ta’ prodotti mediċinali rrimborsati mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard — Modifika tal-kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ prodott mediċinali fl-okkażjoni tat-tiġdid tal-inklużjoni tiegħu f’tali lista — Obbligu ta’ motivazzjoni)

17

2015/C 138/23

Kawża C-6/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Wucher Helicopter GmbH, Euro-Aviation Versicherungs AG vs Fridolin Santer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 785/2004 — Trasportaturi bl-ajru u operaturi ta’ inġenji tal-ajru — Assigurazzjonijiet — Rekwiżiti — Kunċetti ta’ passiġġier u ta’ membru tal-ekwipaġġ — Ħelikopter — Trasport ta’ espert fil-qasam tal-iskattar ta’ valangi bl-isplussiv — Dannu sostnut matul titjira fil-kuntest tax-xogħol — Kumpens)

18

2015/C 138/24

Kawża C-41/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Christie’s France SNC vs Syndicat national des antiquaires (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/84/KE — Artikolu 1 — Proprjetà intellettwali — Irkant ta’ xogħlijiet oriġinali tal-arti — Dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali — Debitur tar-royalty dovuta fir-rigward tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid — Xerrej jew bejjiegħ — Deroga permezz ta’ ftehim)

19

2015/C 138/25

Kawża C-43/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – ŠKO-ENERGO s. r. o. vs Odvolací finanční ředitelství (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-saff tal-ożonu — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti — Applikazzjoni ta’ taxxa fuq id-donazzjonijiet għal tali allokazzjoni)

19

2015/C 138/26

Kawża C-104/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali vs Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi, fi ftehim mal-kredituri, Liquidazione giudiziale dei beni ceduti ai creditori della Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE — Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali — Direttiva 2000/35/KE — Artikoli 2, 3 u 6 — Direttiva 2011/7/UE — Artikoli 2, 7 u 12 — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tbiddel, għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat, l-interessi fuq kreditu li jippreċedi dawn id-direttivi)

20

2015/C 138/27

Kawża C-175/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Ralph Prankl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Direttiva 92/12/KEE — Arranġamenti ġenerali tal-prodotti suġġetti għad-dazji tas-sisa — Taxxi fuq merkanzija b’kuntrabandu — Merkanzija mqiegħda għal konsum fi Stat Membru wieħed u ttrasportata lejn Stat Membru ieħor — Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti — Dritt tal-Istat ta’ tranżitu li jintaxxa l-imsemmija merkanzija)

21

2015/C 138/28

Kawża C-178/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Vario Tek GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Pożizzjoni 8525 80 — Kameras tat-televiżjoni, apparati fotografiċi numeriċi u camcorders tal-video — Taħt is-sub-intestatura 8525 u 8525 80 99 — Videjo kameras integrati fin-nuċċalijiet sportivi — Funzjoni żum ottiku — Reġistrazzjoni ta’ fajls li ġejjin minn sorsi esterni

21

2015/C 138/29

Kawża C-220/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Ahmed Abdelaziz Ezz et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Eġittu — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni suġġetti għal proċeduri ġudizzjarji għal misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi — Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni)

22

2015/C 138/30

Kawża C-221/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 – H vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Appell — Reġim pekunjarju tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-unjoni Ewropea — Ex-membru tat-Tribunal għas-servizz pubbliku — Talba għal affiljazzjoni fi skema komuni ta’ assigurazzjoni għal mard (RCAM) — Deċiżjoni — Rifjut — Rimedji ġudizzjarji — Tardività — Inammissibbiltà)

23

2015/C 138/31

Kawża C-238/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP — Ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Klawżola 5(1) — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi — Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw tali kuntratti)

23

2015/C 138/32

Opinjoni 1/15: Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE

24

2015/C 138/33

Kawża C-451/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Sofia (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Settembru 2014 – Rumyana Asenova Petrus vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

24

2015/C 138/34

Kawża C-512/14 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-686/13, Unibail vs UASI

24

2015/C 138/35

Kawża C-513/14 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-687/13, Unibail vs UASI

25

2015/C 138/36

Kawża C-595/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

26

2015/C 138/37

Kawża C-11/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-13 ta’ Jannar 2015 – Odvolací finanční ředitelství vs Český rozhlas

26

2015/C 138/38

Kawża C-24/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Jannar 2015 – Josef Plöckl vs Finanzamt Schrobenhausen

27

2015/C 138/39

Kawża C-27/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fit-22 ta’ Jannar 2015 – Pippo Pizzo vs CRGT srl

27

2015/C 138/40

Kawża C-28/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Jannar 2015 – Koninklijke KPN NV et vs Autoriteit Consument en Markt (ACM)

28

2015/C 138/41

Kawża C-30/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2015 minn Simba Toys GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-450/09 – Simba Toys GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

29

2015/C 138/42

Kawża C-37/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fid-29 ta’ Jannar 2015 – Giacomo Bolasco di Gianni Bolasco S.a.s. vs Comune di Monastir, Equitalia Centro SpA

31

2015/C 138/43

Kawża C-41/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-2 ta’ Frar 2015 – Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited vs Minister for Finance

31

2015/C 138/44

Kawża C-48/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fis-6 ta’ Frar 2015 – État belge – SPF Finances vs ING International SA, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi ta’ ING Dynamic SA

32

2015/C 138/45

Kawża C-50/15 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 minn Kurt Hesse mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-27 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-173/11 – Kurt Hesse u Lutter & Partner GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

33

2015/C 138/46

Kawża C-57/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fid-9 ta’ Frar 2015 – United Video Properties Inc. vs Telenet NV

34

2015/C 138/47

Kawża C-59/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Catanzaro (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2015 – Esse Di Emme Costruzioni Srl vs Tribunale Amministrativo Regionale della Calabria, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

35

2015/C 138/48

Kawża C-60/15 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 minn Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-476/14, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

35

2015/C 138/49

Kawża C-63/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, sede ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Frar 2015 – Mehrdad Ghezelbash vs Staatssecretaris van Veiligheit en Justitie

36

2015/C 138/50

Kawża C-64/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2015 – BP Europa SE vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

37

2015/C 138/51

Kawża C-65/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-12 ta’ Frar 2015 – proċeduri kriminali kontra Vito Santoro

38

2015/C 138/52

Kawża C-66/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

38

2015/C 138/53

Kawża C-69/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Frar 2015 – Nutrivet D.O.O.E.L. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

39

2015/C 138/54

Kawża C-75/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fid-19 ta’ Frar 2015 – Viiniverla Oy vs Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

40

2015/C 138/55

Kawża C-77/15 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2015 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-409/14, Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

41

2015/C 138/56

Kawża C-81/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-20 ta’ Frar 2015 – Kapnoviomichania Karelia AE vs Ypourgos Oikonomikon

42

2015/C 138/57

Kawża C-95/15 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 minn H & R ChemPharm GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-551/08, H & R ChemPharm GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

43

2015/C 138/58

Kawża C-101/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2015 minn Pilkington Group Ltd, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH u Pilkington Italia SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-17 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-72/09, Pilkington Group Limited et vs Il-Kummissjoni

45

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 138/59

Kawża T-249/12 u T-269/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2015 – Vestel Iberia u Makro autoservicio mayorista vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Teħid inkunsiderazzjoni a posteriori u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Apparat ta’ riċezzjoni ta’ televiżjoni bil-kulur li joriġina mit-Turkija — Talba għal maħfra tża’ dazji doganali mressqa minn żewġ importaturi — Rinviju mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali għal deċiżjoni dwar importatur ieħor — Artikolu 871(2) u (6) u Artikolu 905(2) u (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà]

46

2015/C 138/60

Kawża T-377/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2015 – ultra air vs UASI Deutschland (ultra.air ultrafilter) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità — Trade mark Komunitarja verbali ultra.air ultrafilter — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009]

46

2015/C 138/61

Kawża T-513/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2015 – Braun Melsungen vs UASI (SafeSet) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SafeSet — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009]

47

2015/C 138/62

Kawża T-257/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2015 – Novomatic vs UASI – Berentzen Mally Marketing plus Services (BLACK JACK TM) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BLACK JACK TM — Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BLACK TRACK — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

48

2015/C 138/63

Kawża T-392/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Lavazza vs UASI – Commercialunione prima (LAVAZZA A MODO MIO) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

48

2015/C 138/64

Kawża T-251/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Gemeente Nijmegen vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn komun Olandiż favur klabb professjonali tal-futbol — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Miżura ta’ għajnuna implementata kompletament fid-data tad-deċiżjoni — Ammissibbiltà — Att li jista’ jiġi kkontestat]

49

2015/C 138/65

Kawża T-431/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Métropole Gestion vs UASI – Metropol (METROPOL) (Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali METROPOL — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark — Tħassir tat-trade mark wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

49

2015/C 138/66

Kawża T-473/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2015 – G-Star Raw vs UASI – PepsiCo (PEPSI RAW) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

50

2015/C 138/67

Kawża T-233/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (NEXTCARD) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEXTCARD — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Appell manifestament infondat fid-dritt)

51

2015/C 138/68

Kawża T-833/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni

51

2015/C 138/69

Kawża T-834/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Forbruger-Kontakt vs Il-Kummissjoni

52

2015/C 138/70

Kawża T-52/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill

52

2015/C 138/71

Kawża T-59/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Amitié vs EACEA

53

2015/C 138/72

Kawża T-65/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 – Talanton vs Il-Kummissjoni Ewropea

55

2015/C 138/73

Kawża T-68/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Scandlines Øresund et vs Il-Kummissjoni

56

2015/C 138/74

Kawża T-72/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Hippler vs Il-Kummissjoni

57

2015/C 138/75

Kawża T-86/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Aston Martin Lagonda vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur)

58

2015/C 138/76

Kawża T-87/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Aston Martin Lagonda vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur)

59

2015/C 138/77

Kawża T-88/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Aston Martin Lagonda vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja ta’ radjatur)

59

2015/C 138/78

Kawża T-98/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 – Tubes Radiatori vs UASI – Antrax It (Radiatori per riscaldamento)

60

2015/C 138/79

Kawża T-101/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Red Bull vs UASI – Optimum Mark (Rappreżentazzjoni tal-kuluri blu u fidda)

61

2015/C 138/80

Kawża T-102/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Red Bull vs UASI – Optimum Mark (Rappreżentazzjoni tal-kuluri blu u fidda)

61

2015/C 138/81

Kawża T-103/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2015 – Flabeg Deutschland vs Il-Kummisjoni

62

2015/C 138/82

Kawża T-108/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2015 – Bundesverband Glasindustrie et vs Il-Kummissjoni

63

2015/C 138/83

Kawża T-109/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – Saint-Gobain Isover G+H et vs Il-Kummissjoni

64

2015/C 138/84

Kawża T-110/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – International Management Group vs Il-Kummissjoni

65

2015/C 138/85

Kawża T-120/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Proforec vs Il-Kummissjoni

66

2015/C 138/86

Kawża T-639/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2015 – Watch TV vs Il-Kunsill

67

2015/C 138/87

Kawża T-459/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Messi Cuccittini vs UASI – Pires Freitas Campos (LEO)

67


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 138/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 127, 20.4.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 118, 13.4.2015

ĠU C 107, 30.3.2015

ĠU C 96, 23.3.2015

ĠU C 89, 16.3.2015

ĠU C 81, 9.3.2015

ĠU C 73, 2.3.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Copydan Båndkopi vs Nokia Danmark A/S

(Kawża C-463/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikoli 5(2)(b) u 6 - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjoni - Ikkopjar għal użu privat - Riproduzzjonijiet magħmula bl-għajnuna ta’ karti tal-memorja tat-telefons ċellulari - Kumpens ġust - Tariffa fuq il-mezzi - Ugwaljanza fit-trattament - Rimbors tat-tariffa - Dannu minimu))

(2015/C 138/02)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Copydan Båndkopi

Konvenuta: Nokia Danmark A/S

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kumpens ġust skont l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-ikkopjar għal użu privat, fir-rigward ta’ mezzi multifunzjonali, bħall-karti tal-memorja ta’ telefons ċellulari, kemm jekk dawn il-mezzi jkollhom u kemm jekk ma jkollhomx bħala funzjoni prinċipali t-twettiq ta’ tali kkopjar, sakemm waħda mill-funzjonijiet tal-imsemmija mezzi, anki jekk tkun sekondarja, tippermetti lid-detenturi tagħhom jużawhom għal dan l-għan. Madankollu, in-natura prinċipali jew sekondarja ta’ din il-funzjoni u l-importanza relattiva tal-kapaċità tal-mezz li jwettaq riproduzzjonijiet jista’ jkollhom effett fuq l-ammont tal-kumpens ġust dovut. Sa fejn id-dannu kkawżat lid-detenturi tad-drittijiet jitqies li huwa minimu, it-tqegħid fid-dispożizzjoni tal-imsemmija funzjoni jista’ ma jagħtix lok għal obbligu ta’ pagament ta’ dan il-kumpens.

2)

L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għat-tariffa intiża sabiex tiffinanzja l-kumpens ġust skont l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-ikkopjar għal użu privat il-provvista ta’ mezzi li jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ riproduzzjoni għal użu privat, bħall-karti tal-memorja ta’ telefons ċellulari, iżda li ma tissuġġettax għal din it-tariffa l-provvista tal-komponenti intiżi prinċipalment sabiex jaħżnu kopji għal użu privat, bħall-memorji interni tal-apparati li jdoqqu fajls MP3, sakemm dawn id-diversi kategoriji ta’ mezzi u komponenti ma jkunux komparabbli jew sakemm id-differenza fit-trattament li jkunu suġġetti għaliha tkun iġġustifikata, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

3)

L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-pagament tat-tariffa intiża sabiex tiffinanzja l-kumpens ġust skont l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-ikkopjar għal użu privat fuq il-manifatturi u fuq l-importaturi li jbigħu karti tal-memorja ta’ telefons ċellulari lil professjonisti bl-għarfien li dawn il-karti huma intiżi sabiex jerġgħu jinbiegħu minn dawn tal-aħħar iżda mingħajr għarfien dwar jekk ix-xerrejja finali tal-imsemmija karti humiex individwi jew professjonisti, sakemm:

l-istabbiliment ta’ tali sistema jkun iġġustifikat minħabba diffikultajiet prattiċi;

il-persuni li għandhom iħallsu t-tariffa jkunu eżentati mill-pagament tal-imsemmija tariffa jekk jistabbilixxu li huma pprovdew il-karti tal-memorja ta’ telefons ċellulari lil persuni oħra għajr persuni fiżiċi, għal finijiet li manifestament ma għandhomx x’jaqsmu ma’ dik ta’ riproduzzjoni għal użu privat, u bil-premessa li din l-eżenzjoni ma tistax tkun limitata biss għall-kunsinna lill-professjonisti li huma rreġistrati mal-organizzazzjoni inkarigata bil-ġestjoni tal-imsemmija tariffi;

l-imsemmija sistema tipprevedi dritt għar-rimbors tal-istess tariffa li jkun effettiv u li ma jirrendix eċċessivament diffiċli l-ħlas lura tat-tariffa mħallsa, u dan ir-rimbors jista’ jitħallas biss lill-akkwirent finali ta’ tali karta tal-memorja li, għal dan l-għan, għandu jindirizza talba lill-imsemmija organizzazzjoni.

4)

L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, moqri fid-dawl tal-premessa 35 ta’ din, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu, f’ċerti każijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-ikkopjar għal użu privat, eżenzjoni mill-pagament tal-kumpens ġust skont din l-eċċezzjoni, sakemm id-dannu kkawżat lid-detenturi tad-drittijiet, f’dawn il-każijiet, ikun minimu. Huwa fil-kompetenza ta’ dawn l-Istati li jiffissaw il-limitu ta’ tali dannu, bil-premessa li dan il-limitu għandu, b’mod partikolari, jiġi applikat b’mod konformi mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

5)

Id-Direttiva 2001/29 għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta Stat Membru jkun iddeċieda, skont l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, li jeskludi, fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-dispożizzjoni, kull dritt, għad-detenturi tad-drittijiet, li jawtorizzaw ir-riproduzzjonijiet għal użu privat tax-xogħlijiet tagħhom, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn detentur tad-drittijiet għall-użu mill-fajls li jinkludu x-xogħlijiet tiegħu ma jista’ jkollha l-ebda impatt fuq l-obbligu ta’ kumpens ġust skont l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni għar-riproduzzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-imsemmija direttiva bl-għajnuna ta’ tali fajls u ma tistax tagħti lok, minnha nnifisha, għal obbligu ta’ pagament ta’ kwalunkwe remunerazzjoni mill-utent tal-fajls ikkonċernati lil dan id-detentur.

6)

L-implementazzjoni ta’ miżuri teknoloġiċi msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29 għall-mezzi użati sabiex jiġu riprodotti xogħlijiet protetti, bħad-DVDs, is-CDs, l-apparati li jdoqqu fajls MP3 jew il-kompjuters, ma jistax ikollha impatt fuq l-obbligu ta’ kumpens ġust skont l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni għar-riproduzzjonijiet imwettqa minn tali mezzi. Madankollu, din l-implementazzjoni jista’ jkollha impatt fuq il-livell konkret ta’ dan il-kumpens.

7)

Id-Direttiva 2001/29 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kumpens ġust skont l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni għar-riproduzzjonijiet imwettqa minn sorsi illegali, jiġifieri minn xogħlijiet protetti li huma mqiegħda fid-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

8)

Id-Direttiva 2001/29 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kumpens ġust skont l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni għar-riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet protetti li jsiru minn persuna fiżika permezz jew bl-għajnuna ta’ mezz li jappartjeni lil terz.


(1)  ĠU C 399, 22.12.2012


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Versalis SpA, li kienet Polimeri Europa SpA, Eni SpA u Versalis SpA, li kienet Polimeri Europa SpA, Eni SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-93/13 P u C-123/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-lasktu tal-kloropren - Suċċessjoni ta’ entitajiet ta’ produzzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Reċidiva - Ġurisdizzjoni sħiħa))

(2015/C 138/03)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

(C-93/13 P)

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u R. Striani, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Versalis SpA, li kienet Polimeri Europa SpA, Eni SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, G. M. Roberti, F. Moretti, I. Perego, F. Cannizzaro, A. Bardanzellu, D. Durante u V. Laroccia, avukati)

(C-123/13 P)

Appellanti: Versalis SpA, li kienet Polimeri Europa SpA, Eni SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, G. M. Roberti, F. Moretti, I. Perego, F. Cannizzaro, A. Bardanzellu, D. Durante u V. Laroccia, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u R. Striani, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli fil-Kawżi C-93/13 P u C-123/13 P huma miċħuda.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell fil-Kawża C-93/13 P.

3)

Versalis SpA u Eni SpA huma kkundannati għall-ispejjeż relatati mal-appell fil-Kawża C-123/13 P.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013.

ĠU C 147, 25.05.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – Ir-Rumanija) – Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei vs SC Volksbank România SA

(Kawża C-143/13) (1)

((Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn negozjant u konsumatur - Artikolu 4(2) - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Esklużjoni tal-klawżoli dwar l-għan prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni sakemm dawn ikunu redatti b’mod ċar u komprensibbli - Klawżoli li jinkludu “kummissjoni għal riskju” miġbura mill-persuna li ssellef u li tawtorizza lil din tal-aħħar, f’ċertu ċirkustanzi, li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi))

(2015/C 138/04)

Lingwa tal-kawża: Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei

Konvenuti: SC Volksbank România SA

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-termini “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali ta’ kuntratt]” u “suffiċjenza [adegwatezza] tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra [meta mqabbla ma]s-servizzi jew il-merkanzija [mal-oġġetti p]provduti [bħala korrispettiv], fuq in-naħa l-oħra” ma jkoprux, fil-prinċipju, tipi ta’ klawżoli inklużi f’kuntratti ta’ kreditu konklużi bejn negozjant u konsumaturi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minn naħa, jippermettu, taħt ċerti kundizzjonijiet, lill-persuna li ssellef li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi, u, min-naħa l-oħra, jipprovdu għal “kummissjoni għal risku” miġbura minn din tal-aħħar. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika din il-klassifikazzjoni tal-imsemmija klawżoli kuntrattwali fid-dawl tan-natura, tal-istruttura ġenerali u tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratti kkonċernati kif ukoll tal-kuntest legali u fattwali li jkunu fih.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – VDP Dental Laboratory NV vs Staatssecretaris van Financiën (C-144/13), Staatssecretaris van Financiën vs X BV (C-154/13), Nobel Biocare Nederland BV (C-160/13)

(Kawżi magħquda C-144/13, C-154/13 u C-160/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Tnaqqis - Eżenzjonijiet - Provvista ta’ proteżijiet dentali))

(2015/C 138/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VDP Dental Laboratory NV (C-144/13), Staatssecretaris van Financiën (C-154/13, C-160/13)

Konvenuti: Staatssecretaris van Financiën (C-144/13), X BV (C-154/13), Nobel Biocare Nederland BV (C-160/13)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2007/75/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista mid-dritt nazzjonali tkun inkompatibbli mad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, l-imsemmi Artikolu 168 ma jippermettix lil persuna taxxabbli tibbenefika minn din l-eżenzjoni u tinvoka d-dritt għal tnaqqis.

2)

L-Artikoli 140(a) u (b) kif ukoll 143(1)(a) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud li jipprovdu tapplika għall-akkwist intra-Komunitarju u għall-importazzjoni finali ta’ proteżijiet dentali pprovduti minn dentisti u minn tekniċi dentali, meta l-Istat Membru tal-kunsinna jew tal-importazzjoni ma jkunx implementa l-leġiżlazzjoni tranżitorja prevista fl-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2207/75.

3)

L-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fil-każ ta’ akkwist intra-Komunitarju ta’ proteżijiet dentali minn Stat Membru li jkun implementa s-sistema derogatorja u tranżitorja prevista fl-Artikolu 370 ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho de Leiria – il-Portugall) – Modelo Continente Hipermercados SA vs Autoridade Para As Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT)

(Kawża C-343/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata - Direttiva 78/855/KEE - Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist - Artikolu 19 - Effetti - Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista - Ksur imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-amalgamazzjoni - Konstatazzjoni tal-ksur permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva wara din l-amalgamazzjoni - Dritt nazzjonali - Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata - Ammissibbiltà))

(2015/C 138/06)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal do Trabalho de Leiria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Modelo Continente Hipermercados SA

Konvenuta: Autoridade Para As Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT)

Dispożittiv

L-Artikolu 19(1) tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE, tad-9 ta’ Ottubru 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda [amalgamazzjoni] ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, kif emendata bid-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li “għaqda [amalgamazzjoni] permezz ta’ akkwist”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, twassal għat-trasferiment, lill-kumpannija li qed takkwista, tal-obbligu li titħallas multa imposta minn deċiżjoni definittiva wara din l-amalgamazzjoni għal ksur tad-dritt tax-xogħol imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-imsemmija amalgamazzjoni.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjżi l-Baxxi) – B. Martens vs Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap

(Kawża C-359/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Ċittadin ta’ Stat Membru - Residenza fi Stat Membru ieħor - Studji f’pajjiż jew territorju extra-Ewropew - Żamma tal-għoti tal-finanzjament għal edukazzjoni ogħla - Kundizzjoni ta’ residenza ta’ “tliet snin minn sitta” - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))

(2015/C 138/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B. Martens

Konvenut: Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap

Dispożittiv

L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta ż-żamma fis-seħħ tal-għoti ta’ finanzjament għall-edukazzjoni ogħla mwettqa barra minn dan l-Istat għall-kundizzjoni li l-istudent li jitlob li jibbenefika minn dan it-tip ta’ finanzjament ikun irrisjeda fl-imsemmi Stat matul perijodu ta’ mill-inqas tliet snin mis-sitt snin li jippreċedu l-iskrizzjoni tiegħu għall-imsemmija studji.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bayerisches Verwaltungsgericht München – Il-Ġermanja) – Andre Lawrence Shepherd vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawżi Magħquda C-472/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ażil - Direttiva 2004/83/KE - Artikolu 9(2)(b), (c) u (e) - Livelli minimi tal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat - Kundizzjonijiet sabiex persuna titqies li hija refuġjat - Atti ta’ persekuzzjoni - Sanzjonijiet kriminali għal suldat tal-Istati Uniti li rrifjuta li jservi fl-Iraq))

(2015/C 138/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerisches Verwaltungsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andre Lawrence Shepherd

Konvenuta: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83/KE tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [status] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandhom jiġu interpretati fis-sens:

li huma jkopru l-persunal militari kollu, inkluż il-persunal loġistiku jew ta’ sostenn;

li huma jkopru s-sitwazzjoni li fiha s-servizz militari mwettaq jippreżumi fih innifsu, f’kunfllitt iddeterminat, li jiġu kommessi delitti ta’ gwerra, inklużi s-sitwazzjonijiet li fihom l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat ikun ipparteċipa biss indirettament fil-kommissjoni ta’ dawn id-delitti filwaqt li, bl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, huwa jkun ipprovda, bi plawżibbiltà raġonevoli, sostenn indispensabbli għall-preparazzjoni jew għall-eżekuzzjoni tagħhom;

li huma jkopru mhux biss esklużivament is-sitwazzjonijiet li fihom jiġi stabbilit li delitti ta’ gwerra diġà ġew kommessi jew jistgħu jiġu stabbiliti mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, imma wkoll dawk li fihom l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat ikun jista’ jipprova li huwa ħafna probabbli li ġew kommessi dawn id-delitti;

li l-evalwazzjoni tal-fatti li trid titwettaq unikament mill-awtoritajiet nazzjonali, taħt l-istħarriġ tal-qorti, sabiex tiġi kklassifikata s-sitwazzjoni tas-servizz ikkonċernat, trid tkun ibbażata fuq firxa ta’ indizji tali li juru, fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni, b’mod partikolari dawk dwar il-fatti rilevanti li jikkonċernaw il-pajjiż tal-oriġini fil-mument li tittieħed deċiżjoni fuq l-applikazzjoni kif ukoll dawk dwar l-istatus individwali u s-sitwazzjoni personali tal-applikant, li s-sitwazzjoni tas-servizz tirrendi plawżibbli l-kommissjoni tad-delitti ta’ gwerra allegati;

li ċ-ċirkustanzi li intervent militari twettaq bis-saħħa ta’ mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti jew fuq il-bażi ta’ kunsens tal-komunità internazzjonali u li l-Istat jew l-Istati li jmexxu l-operazzjonijiet jippersegwixxu d-delitti ta’ gwerra, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni li għandha titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali, u

li r-rifjut li jwettaq is-servizz militari għandu jikkostitwixxi l-unika raġuni li tippermetti lill-applikant għall-istatus ta’ refuġjat jevita l-parteċipazzjoni fid-delitti ta’ gwerra allegati, u li, konsegwentement, jekk huwa jkun astjena milli jirrikorri għal proċedura intiża li jinkiseb l-istatus ta’ obbjettur ta’ kuxjenza, tali ċirkustanza teskludi kull protezzjoni taħt l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83 sakemm l-imsemmi applikant ma jipprovax li l-ebda proċedura ta’ tali natura ma kienet disponibbli għalih fis-sitwazzjoni konkreta tiegħu.

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, ma jidhirx li l-miżuri imposti fuq suldat minħabba r-rifjut tiegħu li jwettaq is-servizz tiegħu, bħal kundanna għal piena ta’ priġunerija jew it-tkeċċija mill-armata, jistgħu jitqiesu, fid-dawl tal-eżerċizzju leġittimu, mill-Istat ikkonċernat, tad-dritt tiegħu li jżomm forza armata, huma f’dan il-punt sproporzjonati jew diskriminatorji tant li jitniżżlu fl-atti ta’ persekuzzjoni msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet. Madankollu, huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jivverifikaw dan.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-479/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa - Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi))

(2015/C 138/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u F. Dintilhac, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J.-S. Pilczer, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenutaparti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u M. J.-C. Halleux, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, moqrija flimkien mal-Annessi II u III tal-imsemmija direttiva u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal-15 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-502/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa - Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi))

(2015/C 138/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u F. Dintilhac, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: D. Holderer, aġent)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Chatziioakeimidou u A. de Gregorio Merino, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi applika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 96 sa 99, 110 u 114 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, moqrija flimkien mal-Annessi II u III tal-imsemmija direttiva u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal-15 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Ġermanja) – Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs AOK Sachsen-Anhalt (C-503/13), Betriebskrankenkasse RWE (C-504/13)

(Kawżi Magħquda C-503/13 u 504/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Direttiva 85/374/KEE - Artikoli 1 u 6(1) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 - Pacemaker kardijaku u difibrillatur awtomatiku li jiddaħħal fil-ġisem - Riskju li l-prodott ma jiffunzjonax tajjeb - Korriment - Irtirar tal-prodott allegatament difettuż u tpoġġija ta’ prodott ieħor - Rimbors tal-ispejjeż tal-operazzjoni))

(2015/C 138/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Boston Scientific Medizintechnik GmbH

Konvenuti: AOK Sachsen-Anhalt (C-503/13), Betriebskrankenkasse RWE (C-504/13)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni ta’ difett potenzjali tal-prodotti li jifformaw parti mill-istess grupp jew li jaqgħu taħt l-istess serje ta’ produzzjoni, bħall-pacemakers kardijaċi u d-difibrillaturi awtomatiċi li jiddaħħlu fil-ġisem, tippermetti li tali prodott jiġi kklassifikat bħala difettuż mingħajr il-bżonn li jiġi kkonstatat l-imsemmi difett f’dan il-prodott.

2)

L-Artikolu 1 u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/374 għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dannu kkawżat minn operazzjoni kirurġika għas-sostituzzjoni ta’ prodott difettuż, bħal pacemaker kardijaku jew difibrillatur awtomatiku li jiddaħħal fil-ġisem, jikkostitwixxi “ħsara kkawżata mill-mewt jew minn korrimenti personali”, li huwa responsabbli għalih il-produttur, meta din l-operazzjoni tkun neċessarja sabiex jeliminaw id-difett tal-prodott. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfatta fil-kawżi prinċipali.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-24 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C.G. Sopora vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-512/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema mhux residenti - Vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa ta’ allowances mogħtija mill-persuna li timpjega - Vantaġġ mogħti b’rata fissa - Ħaddiema minn Stat Membru differenti minn dak tal-post tax-xogħol - Kundizzjoni ta’ residenza marbuta mad-distanza mill-fruntiera tal-Istat Membru tal-post tax-xogħol))

(2015/C 138/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C.G. Sopora

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha Stat Membru jipprovdi, favur ħaddiema li kienu jirrisjedu fi Stat Membru ieħor qabel ma bdew impjieg fit-territorju tiegħu, l-għoti ta’ vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa ta’ allowance għal spejjeż extraterritorjali sa 30 % tal-bażi taxxabbli, bil-kundizzjoni li dawn il-ħaddiema jkunu rrisjedew f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera tiegħu, sakemm dawn il-limiti ma kinux ġew stabbiliti b’tali mod li din l-eżenzjoni sistematikament tagħti lok għal kumpens żejjed fir-rigward tal-ispejjeż extraterritorjali effettivament sostnuti, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Poul Landin vs Tekniq, li qed taġixxi għal ENCO A/S – VVS

(Kawża C-515/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) u (2)(a) - Artikolu 6(1) - Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assenza ta’ ħlas ta’ allowance ta’ tkeċċija lill-ħaddiema eliġibbli, fid-data ta’ meta jitilqu, għall-benefiċċju ta’ pensjoni tal-irtirar mill-Istat))

(2015/C 138/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Poul Landin

Konvenuta: Tekniq, li qed taġixxi għal ENCO A/S – VVS

Dispożittiv

L-Artikoli 2(1) u (2)(a) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegat li kien fis-servizz tal-istess impriża matul perijodu mhux interrott ta’ 12-il sena, 15-il sena jew 18-il sena, il-persuna li timpjega għandha tħallas, meta dan l-impjegat jitlaq, allowance li tikkorrispondi rispettivament għal xahar, għal xahrejn jew għal tliet xhur ta’ salarju, iżda li din l-allowance ma titħallasx jekk l-imsemmi impjegat ikollu l-possibbiltà, fid-data tat-tluq tiegħu, li jibbenefika mill-pensjoni tal-irtirar mill-Istat, sa fejn, minn naħa l-waħda, din il-leġiżlazzjoni hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata minn għan leġittimu li jirrigwarda l-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, hija tikkostitwixxi raġuni xierqa u neċessarja għat-twettiq ta’ dan l-għan. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk dan huwiex il-każ.


(1)  ĠU C 359, 07.12.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et vs Fipa Group srl, Tws Automation srl, Ivan srl

(Kawża C-534/13) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 191(2) TFUE - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà għall-amministrazzjoni li timponi, lill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni u li tipprevedi biss l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-awtoritajiet - Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent])

(2015/C 138/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero della Salute, Ispra – Istituto Superiore per la Protezione e la Ricerca Ambientale

Konvenuti: Fipa Group srl, Tws Automation srl, Ivan srl

fil-preżenza ta’: Comune di Massa, Regione Toscana, Provincia di Massa Carrara, Comune di Carrara, Arpat – Agenzia regionale per la protezione ambientale della Toscana, Ediltecnica Srl, Versalis SpA, Edison SpA

Dispożittiv

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, għandha tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, meta huwa impossibbli li jiġi identifikat ir-responsabbli għat-tniġġis ta’ art jew li jinkisbu l-miżuri ta’ riparazzjoni minnu, ma tippermettix lill-awtorità kompetenti li timponi l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni lill-proprjetarju ta’ din l-art, li ma huwiex responsabbli għat-tniġġis, b’dan ikun biss meħtieġ li jirrimborsa l-ispejjeż għall-interventi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu tal-valur tas-suq tas-sit, stabbiliti wara l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-interventi.


(1)  ĠU C 359, 07.12.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA “Oliver Medical” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-547/13) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8543, 9018 u 9019 - Apparat lejżer u apparat ultrasoniku kif ukoll il-partijiet u l-aċċessorji tagħhom])

(2015/C 138/15)

Lingwa tal-kawża: Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Oliver Medical”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha kif jirriżultaw, b’mod suċċessiv, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009, tat-30 ta’ Settembru 2009, mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhomx jiġu kklassifikati bħala apparat jew strumenti intiżi għal finijiet mediċi, fl-intestatura 9018 ta’ din in-nomenklatura, jew bħala apparat ta’ terapija mekkanika, fl-intestatura 9019 tagħha, pjuttost milli bħala apparat elettriku b’funzjoni individwali, fl-intestatura 8543 tal-imsemmija nomenklatura, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami, sa fejn dawn ikunu jikkonċernaw il-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet oġġettivi inerenti għal dawn il-prodotti. Fost l-elementi rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-użu li għalih l-imsemmija prodotti jkunu intenzjonati mill-manifattur, kif ukoll il-modalitajiet u l-post ta’ użu tagħhom. Il-fatt li prodotti jkunu intiżi għat-trattament ta’ marda waħda jew iktar u l-fatt li t-trattament ikollu jitwettaq f’ċentru mediku approvat jew taħt il-kontroll ta’ prattikant jikkostitwixxu indizji li jistgħu jistabbilixxu li dawn il-prodotti huma intiżi għal finijiet mediċi. Għall-kuntrarju, il-fatt li dawn il-prodotti jippermettu prinċipalment titjib estetiku u l-fatt li dawn il-prodotti jistgħu jiġu operati f’kuntest mhux mediku, pereżempju f’ħanut tas-sbuħija, u mingħajr l-intervent ta’ prattikant, huma indizji ta’ natura li jdgħajfu l-argument li l-imsemmija prodotti huma intiżi għal finijiet mediċi. Id-dimensjonijiet, il-piż u t-teknoloġija użata ma jikkostitwixxux elementi determinanti għall-klassifikazzjoni ta’ prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-intestatura 9018 tal-istess nomenklatura.


(1)  ĠU C 377, 21.12.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus – l-Estonja) – Tallinna Ettevõtlusamet vs Statoil Fuel & Retail Eesti AS

(Kawża C-553/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi indiretti - Dazji tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Artikolu 1(2) - Karburant likwidu suġġett għad-dazju tas-sisa - Taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut - Kunċett ta’ “għan speċifiku” - Assenjazzjoni predeterminata - Organizzazzjoni tat-trasport pubbliku fit-territorju ta’ belt))

(2015/C 138/16)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tallinna Ettevõtlusamet

Konvenuta: Statoil Fuel & Retail Eesti AS

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn tiġi imposta fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ karburant likwidu suġġett għad-dazju tas-sisa, issegwi fini speċifiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta hija intiża li tiffinanzja l-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku fit-territorju tal-awtorità li timponi din it-taxxa u li din l-awtorità, irrispettivament mill-eżistenza tal-imsemmija taxxa, għandha l-obbligu li teżegwixxi u tiffinanzja din l-attività anki jekk id-dħul minn din it-taxxa jintuża esklużivament għat-twettiq ta’ din l-attività. L-imsemmija dispożizzjoni għandha, konsegwentement, tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi din it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ karburant likwidu suġġett għad-dazju tas-sisa.


(1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dortmund-Unna vs Josef Grünewald

(Kawża C-559/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis tal-ħlasijiet ta’ manteniment imħallsa b’korrispettiv għal donazzjoni ta’ sehem suċċessorju antiċipat - Esklużjoni għal persuni taxxabbli mhux residenti))

(2015/C 138/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Dortmund-Unna

Konvenut: Josef Grünewald

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrifjuta li persuna taxxabbli mhux residenti li tirċievi f’dan l-Istat Membru dħul kummerċjali ġġenerat minn ishma f’kumpannija, li ġew ittrasferiti lilha minn ġenitur b’donazzjoni ta’ sehem suċċessorju antiċipat, tnaqqas minn dan id-dħul il-ħlasijiet ta’ manteniment li din ħallset lil dan il-ġenitur b’korrispettiv għal din id-donazzjoni, filwaqt li din il-leġiżlazzjoni tawtorizza dan it-tnaqqis lil persuna taxxabbli residenti.


(1)  ĠU C 45, 15.02.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 – Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-564/13 P) (1)

((Appell - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni - Artikolu 272 TFUE - Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratti relatati mal-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb - Spejjeż eliġibbli u ammonti mħallsa mill-Kummissjoni - Azzjoni dikjaratorja - Assenza ta’ interess ġuridiku ċert u attwali))

(2015/C 138/18)

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, dikigoroi)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Conte u D. Triantafyllou, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2014


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Europäisch-Iranische Handelsbank AG vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-585/13 P) (1)

((Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ fondi - Għajnuna għal entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru miżuri restrittivi))

(2015/C 138/19)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Europäisch-Iranische Handelsbank AG (rappreżentanti: S. Jeffrey, S. Ashley u A. Irvine, solicitors, H. Hohmann, avukat, D. Wyatt QC, R. Blakeley, barrister]

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u M. Bishop, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Kaye, aġent, assistit minn R. Palmer, barrister), Il-Kummissjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Europäisch-Iranische Handelsbank AG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.


(1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Alwla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre de l’Économie et des Finances vs Gérard de Ruyter

(Kawża C-623/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 4 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Imposti fuq id-dħul mill-patrimonju - Kontribuzzjoni soċjali ġenerali - Kontribuzzjoni għall-ħlas lura tad-dejn soċjali - Imposta soċjali - Kontribuzzjoni addizzjonali għall-imposta soċjali - Parteċipazzjoni fil-finanzjament ta’ skemi obbligatorji tas-sigurtà soċjali - Rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali))

(2015/C 138/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiz

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministre de l’Économie et des Finances

Konvenut: Gérard de Ruyter

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li imposti fuq id-dħul mill-patrimonju, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom, meta jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ skemi obbligatorji tas-sigurtà soċjali, rabta diretta u rilevanti ma’ ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament 1408/71, u b’hekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, minkejja l-fatt li dawn huma imposti fuq id-dħul mill-patrimonju tal-persuni taxxabbli, indipendentement mill-eżerċizzju ta’ attività professjonali minn dawn tal-aħħar.


(1)  ĠU C 31, 1.02.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Comércio de Lisboa – il-Portugall) – Estado português vs Banco Privado Português SA, fi stralċ, Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ

(Kawża C-667/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Garanzija tal-Istat assoċjata ma’ self - Deċiżjoni 2011/346/UE - Domandi dwar il-validità - Ammissibbiltà - Artikolu 107(1) TFUE - Motivazzjoni - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Artikolu 107(3)(b) TFUE - Perturbazzjoni gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru))

(2015/C 138/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal do Comércio de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Estado português

Konvenuti: Banco Privado Português SA, fi stralċ, Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunal do Comércio de Lisboa (il-Portugall) ma wera ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/346/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, CP 191/09) implimentata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil BPP.


(1)  ĠU C 93, 29.03.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Les Laboratoires Servier SA vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-691/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 89/105/KEE - Artikolu 6(2) - Stabbiliment ta’ lista ta’ prodotti mediċinali rrimborsati mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard - Modifika tal-kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ prodott mediċinali fl-okkażjoni tat-tiġdid tal-inklużjoni tiegħu f’tali lista - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2015/C 138/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Les Laboratoires Servier SA

Konvenuti: Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances

Dispożittiv

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna [għall-użu mill-bniedem] u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa [assigurazzjoni għall-mard], għandu jiġi interpretati fis-sens li l-obbligu ta’ motivazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni japplika fir-rigward ta’ deċiżjoni li ġġedded l-inklużjoni ta’ prodott fil-lista ta’ prodotti mediċinali koperti mis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard, iżda li tillimita r-rimbors ta’ dan il-prodott għal ċertu kategorija ta’ pazjenti.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Wucher Helicopter GmbH, Euro-Aviation Versicherungs AG vs Fridolin Santer

(Kawża C-6/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 785/2004 - Trasportaturi bl-ajru u operaturi ta’ inġenji tal-ajru - Assigurazzjonijiet - Rekwiżiti - Kunċetti ta’ ‘passiġġier’ u ta’ ‘membru tal-ekwipaġġ’ - Ħelikopter - Trasport ta’ espert fil-qasam tal-iskattar ta’ valangi bl-isplussiv - Dannu sostnut matul titjira fil-kuntest tax-xogħol - Kumpens))

(2015/C 138/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wucher Helicopter GmbH, Euro-Aviation Versicherungs AG

Konvenut: Fridolin Santer

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(g) tar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li tkun tinsab f’ħelikopter miżmum minn trasportatur bl-ajru Komunitarju, li tkun qiegħda tiġi ttrasportata fuq bażi ta’ kuntratt konkluż bejn il-persuna li timpjegaha u dan it-trasportatur bl-ajru bl-għan li twettaq kompitu partikolari, bħalma huwa dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija “passiġġier” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 abbażi tal-Artikolu 300(2) KE, approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “passiġġier”, fis-sens tal-Artikolu 3(g) tar-Regolament Nru 785/2004, taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “passiġġier” fis-sens tal-Artikolu 17 ta’ dik il-Konvenzjoni, meta dik il-persuna tkun ġiet ittrasportata abbażi ta’ “kuntratt tat-trasport” fis-sens tal-Artikolu 3 tal-imsemmija Konvenzjoni.


(1)  ĠU C 129, 28.04.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Christie’s France SNC vs Syndicat national des antiquaires

(Kawża C-41/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/84/KE - Artikolu 1 - Proprjetà intellettwali - Irkant ta’ xogħlijiet oriġinali tal-arti - Dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali - Debitur tar-royalty dovuta fir-rigward tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid - Xerrej jew bejjiegħ - Deroga permezz ta’ ftehim))

(2015/C 138/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christie’s France SNC

Konvenut: Syndicat national des antiquaires

Dispożittiv

L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-persuna responsabbli għall-ħlas tar-royalty dovuta fir-rigward tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid, indikata bħala tali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kemm jekk tkun il-bejjiegħ jew professjonist tas-suq tal-arti involut fit-tranżazzjoni, tista’ tikkonkludi ma’ kull persuna oħra, inkluż x-xerrej, li dan tal-aħħar definittivament ibati l-ispejjeż kollha jew parti tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid sa fejn tali ftehim kuntrattwali bl-ebda mod ma jaffettwa l-obbligi u r-responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ħlas tar-royalty fil-konfront tal-awtur.


(1)  ĠU C 102, 07.04.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – ŠKO-ENERGO s. r. o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-43/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-saff tal-ożonu - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti - Applikazzjoni ta’ taxxa fuq id-donazzjonijiet għal tali allokazzjoni))

(2015/C 138/25)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ŠKO–ENERGO s. r. o.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ taxxa fuq id-donazzjonijiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn din it-taxxa ma tkunx tosserva l-limitu ta’ 10 % ta’ allokazzjoni bi ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet previst f’dan l-artikolu, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali vs Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi, fi ftehim mal-kredituri, Liquidazione giudiziale dei beni ceduti ai creditori della Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi

(Kawża C-104/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2000/35/KE - Artikoli 2, 3 u 6 - Direttiva 2011/7/UE - Artikoli 2, 7 u 12 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tbiddel, għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat, l-interessi fuq kreditu li jippreċedi dawn id-direttivi))

(2015/C 138/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali

Konvenuti: Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi, fi ftehim mal-kredituri, Liquidazione giudiziale dei beni ceduti ai creditori della Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi

Dispożittiv

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 3(3) u 6 tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni [tal-Kunsill], tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali, kif ukoll l-Artikoli 7 u 12 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru, li jkun uża l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 6(3)(b) tal-ewwel waħda minn dawn id-direttivi, milli jkun jista’, matul il-perijodu għat-traspożizzjoni tat-tieni waħda minn dawn id-direttivi, jadotta dispożizzjonijiet leġiżlattivi, bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jistgħu jbiddlu għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat l-interessi fuq kreditu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel it-8 ta’ Awwissu 2002.


(1)  ĠU C 184, 16.06.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Ralph Prankl

(Kawża C-175/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 92/12/KEE - Arranġamenti ġenerali tal-prodotti suġġetti għad-dazji tas-sisa - Taxxi fuq merkanzija b’kuntrabandu - Merkanzija mqiegħda għal konsum fi Stat Membru wieħed u ttrasportata lejn Stat Membru ieħor - Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti - Dritt tal-Istat ta’ tranżitu li jintaxxa l-imsemmija merkanzija))

(2015/C 138/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

Ralph Prankl

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa mdaħħla klandestinament fit-territorju ta’ Stat Membru tiġi ttrasportata, fl-assenza tad-dokument mehmuż previst fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva, lejn Stat Membru ieħor, li fit-territorju tiegħu din il-merkanzija tiġi skoperta mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri ta’ tranżitu ma humiex awtorizzati li jiġbru wkoll dazju tas-sisa mingħand is-sewwieq tat-trakk li jkun wettaq l-imsemmi trasport minħabba l-fatt li jkun żamm l-imsemmija merkanzija għal finijiet kummerċjali fit-territorju tagħhom.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Vario Tek GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-178/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Pożizzjoni 8525 80 - Kameras tat-televiżjoni, apparati fotografiċi numeriċi u camcorders tal-video - Taħt is-sub-intestatura 8525 u 8525 80 99 - Videjo kameras integrati fin-nuċċalijiet sportivi - Funzjoni “żum ottiku” - Reġistrazzjoni ta’ fajls li ġejjin minn sorsi esterni)

(2015/C 138/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vario Tek GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf

Dispożittiv

1)

In-nomenklatura magħquda li tidher fl-anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 2658/87 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffi Doganali komuni tad-dwana, fil-verżjoni emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li videjo kameras integrati f’nuċċalijiet sportivi, bħal dawk fil-kawża prinċipali, huma nieqsa minn funzjoni “żum ottiku” ma twaqqafx il-klassifikazzjoni tal-imsemmija nuċċalijiet fl-intestaturi 8525 80 91 u 8525 80 99 ta’ din in-nomenklatura

2)

In-nomenkaltura magħquda li tidher fl-anness I tar-Regolament Nru 2658/87 fil-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1006/2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li videjo kameras integrati f’nuċċalijiet sportivi, bħal dawk fil-kawża prinċipali, joffru l-possibbiltà biex jirrekordjaw u jaħżnu files ta’ awdjo u videjo fuq medja li tista’ titħassar miinn sors estern jopponi il-klassifikazzjoni tagħhom taħt is-sub-intestatura 8525 80 91 ta’ din in-nomenklatura jekk din ir-reġistrazzjoni tista’ tkun imwettqa b’mod indipendenti u mingħajr ma tiddependi fuq softwer jew ħardwer estern.


(1)  ĠU C 223,14.07.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Ahmed Abdelaziz Ezz et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-220/14 P) (1)

((Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Eġittu - Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni suġġetti għal proċeduri ġudizzjarji għal misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi - Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni))

(2015/C 138/29)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ahmed Abdelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin, Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar (rappreżentanti: J. Lewis QC, B. Kennelly u J. Pobjoy, Barristers, J. Binns, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Gurov, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u D. Gauci, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ahmed Abdelaziz Ezz u kif ukoll Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 – H vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-221/14 P) (1)

((Appell - Reġim pekunjarju tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-unjoni Ewropea - Ex-membru tat-Tribunal għas-servizz pubbliku - Talba għal affiljazzjoni fi skema komuni ta’ assigurazzjoni għal mard (RCAM) - Deċiżjoni - Rifjut - Rimedji ġudizzjarji - Tardività - Inammissibbiltà))

(2015/C 138/30)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: H (rappreżentant: S. Sagias, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A.V. Placco, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

H huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-238/14) (1)

((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Klawżola 5(1) - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi - Kunċett ta’ ‘raġunijiet oġġettivi’ li jiġġustifikaw tali kuntratti”))

(2015/C 138/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Martin aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: D. Holderer, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi żamm fis-seħħ derogi għall-miżuri intiżi li jipprevjenu użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi konklużi mal-ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/24


Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 1/15)

(2015/C 138/32)

Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, D. Moore, aġenti)

Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-ftehim maħsub (1) huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati (Artikolu 16 TFUE) u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [Artikoli 7, 8 u 52(1)] sa fejn huwa kkonċernat id-dritt tal-persuni fiżiċi għall-protezzjoni tad-data personali?

L-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali adegwata għall-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim maħsub jew dan l-att għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 16 TFUE?


(1)  Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Sofia (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Settembru 2014 – Rumyana Asenova Petrus vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-451/14)

(2015/C 138/33)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Sofia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rumyana Asenova Petrus

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Frar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li hija manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mir-Rayonen sad Sofia (il-Bulgarija).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/24


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-686/13, Unibail vs UASI

(Kawża C-512/14 P)

(2015/C 138/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Unibail Management

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza kkontestata,

tiddeċiedi l-kawża skont it-tieni frażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut, u

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iqajjem aggravju wieħed insostenn tal-appell tiegħu. L-UASI jqis fil-fatt li l-Qorti Ġenerali kisret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tal-istess regolament. Il-Qorti Ġenerali mhux biss għamlet interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-kunċett ta’ motivazzjoni globali, iżda wkoll interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tagħha stess. Fl-aħħar nett, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali wetqet inverżjoni tal-oneru tal-prova.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/25


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-687/13, Unibail vs UASI

(Kawża C-513/14 P)

(2015/C 138/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Unibail Management

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza kkontestata,

tiddeċiedi l-kawża skont it-tieni sentenza tal-ewell paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut, u

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvoka aggravju wieħed insostenn tal-appell tiegħu. L-UASI fil-fatt jikkunsidra li l-Qorti Ġenerali kisret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trademark Komunitarja moqrija flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tal-istess regolament. Il-Qorti Ġenerali wettqet mhux biss interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-kunċett ta’ motivazzjoni globali, iżda wkoll interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tagħha stess. Fl-aħħar, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet tibdil tal-oneru tal-prova.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/26


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-595/14)

(2015/C 138/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/688/UE, tal-25 ta’ Settembru 2014, li tissottoponi 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta’ kontroll (1);

iżżomm l-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/68/UE, sal-mument meta tiġi ssostitwita b’att ġdid adottat fil-forma stabbilita;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, il-Parlament Ewropew jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv jirrigwarda l-użu mill-Kunsill ta’ bażi legali mħassra bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u alternattivament, ta’ bażi legali sekondarja, li, bħala tali, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija illegali.

It-tieni motiv jirrigwarda l-użu mill-Kunsill ta’ proċedura deċiżjonali għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/688/UE li ma hijiex legalment korretta. Il-Parlament ma ġiex involut fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Minn dan il-Parlament, konsegwentement, jiddeduċi ksur tat-Trattati u tal-forom proċedurali sostanzjali.

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tannulla d-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament Ewropew iqis li jkun opportun li l-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita d-diskrezzjoni tagħha sabiex iżżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, sal-mument meta tiġi ssostitwita b’att ġdid adottat fil-forma stabbilita.


(1)  ĠU L 287, p. 22.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-13 ta’ Jannar 2015 – Odvolací finanční ředitelství vs Český rozhlas

(Kawża C-11/15)

(2015/C 138/37)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Odvolací finanční reditelství

Konvenut: Český rozhlas

Domanda preliminari

Ix-xandir radjofoniku pubbliku, iffinanzjat mit-tariffi mħallsa skont il-liġi, li l-persuna taxxabbli hija suġġetta għalihom għar-raġuni li hija tkun is-sid jew tkun fil-pussess ta’ riċevitur tar-radju jew għal raġuni legali oħra li tagħtiha d-dritt li tuża l-imsemmi riċevitur, li l-ammont tagħhom huwa ffissat mil-liġi, jista’ jiġi kklassifikat bħala “provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li għandha tiġi eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 13A(1)(q) tal-imsemmija direttiva, jew jikkostitwixxi attività mhux ekonomika li assolutament ma hijiex suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva, u li lanqas ma hija suġġetta għall-eżenzjoni tat-taxxa prevista fl-Artikolu 13A(1)(q) tal-imsemmija direttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Jannar 2015 – Josef Plöckl vs Finanzamt Schrobenhausen

(Kawża C-24/15)

(2015/C 138/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Josef Plöckl

Konvenut: Finanzamt Schrobenhausen

Domanda preliminari

L-Artikolu 22(8), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28cA(a) u l-Artikolu 28cA(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, jawtorizzaw lill-Istati Membri jirrifjutaw l-għoti tal-eżenzjoni għal kunsinna intra-Komunitarja (hawnhekk, trasferiment intra-Komunitarju), meta għalkemm il-fornitur ma jkunx ħa l-miżuri raġonevoli kollha dwar ir-rekwiżiti formali marbuta mal-indikazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ma jkun hemm ebda indizju serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi, meta l-oġġett ikun ġie ttrasferit għal destinazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u meta l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ eżenzjoni jkunu ssodisfatti wkoll?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: Bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fit-22 ta’ Jannar 2015 – Pippo Pizzo vs CRGT srl

(Kawża C-27/15)

(2015/C 138/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pippo Pizzo

Konvenuta: CRGT srl

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 47 u 48 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik Taljana deskritta hawn fuq, li tippermetti l-użu, b’mod frazzjonat, tal-kapaċitajiet ta’ terz, fiċ-ċirkustanzi msemmija iktar 'il fuq?

2)

Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità jipprekludu regola tal-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru li tippermetti l-esklużjoni minn proċedura ta’ sejħa għal offerti pubblika ta’ impriża li ma rrealizzatx, minħabba li ma kienx jissemma’ fid-dokumenti tas-sejħa għal offerti, li kellha obbligu – li n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu huwa ppenalizzat bl-esklużjoni mill-proċedura – ta’ ħlas ta’ somma għall-parteċipazzjoni fl-imsemmija proċedura, minkejja l-fatt li l-eżistenza ta’ dan l-obbligu ma tistax tiġi dedotta b’mod ċar mill-interpretazzjoni litterali tal-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru, iżda madankollu tista’ tiġi rrikostruwita bi tranżazzjoni ġuridika doppja li tikkonsisti, fl-ewwel lok, fl-interpretazzjoni wiesgħa ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt pożittiv tal-istess Stat Membru u, fit-tieni lok, konformement ma’ dak li jirriżulta minn din l-interpretazzjoni wiesgħa, fl-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet imperattivi li jinsabu fid-dokumenti tas-sejħa għal offerti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Jannar 2015 – Koninklijke KPN NV et vs Autoriteit Consument en Markt (ACM)

(Kawża C-28/15)

(2015/C 138/40)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koninklijke KPN NV en KPN BV, T-Mobile Netherlands BV, Tele2 Nederland BV, Ziggo BV, Vodafone Libertel BV, UPC Nederland BV en UPC Business BV

Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt (ACM)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva Kwadru (1) moqri flimkien mal-Artikoli 8 u 13 tad-Direttiva tal-Aċċess (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li quddiemha titressaq kawża dwar il-legalità ta’ tariffa li hija orjentata lejn l-ispejjeż imposta mill-awtorità regolatorja nazzjonali (ARN) fis-suq bl-ingrossa tat-terminazzjoni ta’ telefonati, tista’ fil-prinċipju ma ssegwix ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar it-Trattament Regolatorju tar-Rati ta’ Terminazzjoni ta’ Telefonati Fissi u Ċellulari fl-UE (2009/396/KE) (3), li tirrakkomanda l-metodu BULRIC pur inkwantu miżura xierqa ta’ regolamentazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq tat-terminzazzjoni ta’ telefonati, jekk hija tikkunsidra li l-punti ta’ fatt tal-każ li tressaq quddiemha u/jew kunsiderazzjonijiet ta’ dritt nazzjonali u internazzjonali jimponu dan?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: sa fejn il-qorti nazzjonali tista’, fil-kuntest tal-eżami ta’ miżura tariffarja orjentata lejn l-ispejjeż:

a)

teżamina, fir-rigward tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva Kwadru l-argument tal-ARN li l-iżvilupp tas-suq intern huwa ffavorizzat, billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-portata tal-influwenza effettiva fuq il-funzjonament tas-suq intern?

b)

teżamina, fir-rigward tal-għanijiet politiċi u tal-prinċipji regolatorji ffissati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva Kwadru u fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Aċċess, jekk il-miżura tariffarja:

i)

hijiex proporzjonali;

ii)

hijiex xierqa;

iii)

hijiex applikata proporzjonalment u hijiex iġġustifikata?

c)

teħtieġ mill-ARN li turi b’mod suffiċjenti:

i)

li l-għan politiku msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva Kwadru li skont dan l-ARN għandhom jippromwovu l-kompetizzjoni fil-provvista tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, huwa effettivament imwettaq u li l-utenti effettivament jieħdu benefiċċju massimu f’termini ta’ għażla, ta’ prezz u ta’ kwalità;

ii)

li l-għan politiku msemmi fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva Kwadru, li huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern, huwa effettivament imwettaq; u

(iii)

li l-għan politiku msemmi fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva Kwadru, li huwa li jsostni l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, huwa effettivament imwettaq?

d)

fid-dawl tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva Kwadru u tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Aċċess, tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex jiġi stabbilit jekk din hijiex miżura tariffarja xierqa, tal-fatt li din il-miżura ġiet imposta f’suq li fih l-impriżi rregolati jżommu setgħa fis-suq kunsiderevoli iżda li, fil-forma magħżula (metodu BULRIC pur), huwa f’suq ieħor, li ma jistax jiġi regolamentat, li hija intiża li tippromwovi wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva Kwadru, jiġifieri l-interessi tal-utenti finali?


(1)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).

(2)  Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323).

(3)  ĠU 2009 L 124, p. 67


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/29


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2015 minn Simba Toys GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-450/09 – Simba Toys GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-30/15 P)

(2015/C 138/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Simba Toys GmbH & Co. KG (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Seven Towns Limited

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza Simba Toys vs UASI – Seven Towns mogħtija fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-450/09;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fl-1 ta’ Settembru 2009 (Każ 1526/2008 – 2);

tikkundanna lill-UASI u lil Seven Towns Limited għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u tal-proċedura tal-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka sitt aggravji: l-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 40/94 (1). It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(i) tar-Regolament Nru 40/94. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94. Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 40/94. Is-sitt aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (2).

L-ewwel aggravju huwa diviż fi ħdax-il parti: rekwiżit żbaljat ta’ “teħid inkunsiderazzjoni b’mod preċiż”; nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-prodotti li diġà jeżistu fis-suq; konklużjonijiet dwar l-iżvelar tar-rappreżentazzjoni tat-trademark ibbażati fuq distorzjoni tal-fatti u tal-provi; interpretazzjoni ristrettiva wisq tal-kriterju ta’ “funzjoni teknika”; nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-assenza ta’ karatteristiċi essenzjali arbitrarji; kunsiderazzjonijiet żbaljati marbuta mal-interess ġenerali; evalwazzjoni legali żbaljata tar-rilevanza tal-assenza ta’ forom alternattivi; konstatazzjoni dwar l-eżistenza ta’ forom alternattivi bbażati fuq distorzjoni tal-fatti u tal-provi; kriterji legali żbaljati fir-rigward tal-kawżalità u r-riżultat tal-funzjoni teknika; nuqqas ta’ rilevanza tal-possibbiltà ta’ kubi li ma jinkludux linji viżibbli; konklużjoni żbaljata li testendi l-allegata natura mhux funzjonali ta’ sub-kategorija ta’ prodotti għall-prodotti l-oħra kollha li għalihom ġiet irreġistrata trademark.

It-tieni aggravju huwa kompost minn parti waħda biss: nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-elementi essenzjali huma funzjonali.

It-tielet aggravju huwa kompost minn parti waħda biss: nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-elementi essenzjali jagħtu valur sostanzjali lill-prodott.

Ir-raba’ aggravju huwa diviż fi ħdax-il parti: evalwazzjoni legali żbaljata tal-oneru tal-prova; analiżi żbaljata tal-elementi individwali tat-trademark ikkontestata; nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tan-natura teknika tal-elementi individwali; invokazzjoni skorretta tar-regoli tas-settur ikkonċernat biss; kriterju “spontanjament” żbaljat; konklużjoni żbaljata li testendi l-allegata natura mhux funzjonali ta’ sub-kategorija ta’ prodotti għall-prodotti l-oħra kollha li għalihom ġiet irreġistrata trademark; applikazzjoni skorretta tal-kriterju tal-“forma inqas probabbli”; rifjut ta’ kubu maġiku bħala forma l-iktar probabbli bbażat fuq distorzjoni tal-fatti u tal-provi; evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv unikament mill-perspettiva tal-konsumatur; rifjut żbaljat li jittieħdu inkunsiderazzjoni prodotti speċifiċi li effettivament huma fis-suq; kriterji legali żbaljati sabiex tiġi evalwata r-rilevanza tal-prodotti li huwa diġà fis-suq.

Il-ħames aggravju huwa diviż fi tmien partijiet: rekwiżit “mingħajr ambigwità” żbaljat; rekwiżit “spontanjament” żbaljat; interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ “rabta suffiċjentement diretta u konkreta”; analiżi żbaljata tal-karattru deskrittiv fir-rigward biss tal-formulazzjoni ġenerali tal-prodotti; definizzjoni żbaljata tal-pubbliku rilevanti; evalwazzjoni żbaljata tal-konoxxenza tal-pubbliku; nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-iżviluppi futuri; evalwazzjoni żbaljata tal-interess ġenerali permezz ta’ riferiment żbaljat għal forom alternattivi.

Is-sitt aggravju huwa kompost minn parti waħda biss: konstatazzjonijiet fattwali żbaljati mingħajr provi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fid-29 ta’ Jannar 2015 – Giacomo Bolasco di Gianni Bolasco S.a.s. vs Comune di Monastir, Equitalia Centro SpA

(Kawża C-37/15)

(2015/C 138/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Giacomo Bolasco di Gianni Bolasco S.a.s.

Konvenuti: Comune di Monastir, Equitalia Centro SpA

Domandi preliminari

Il-liġi Komunitarja tipprekludi l-leġiżlazzjoni stabbilita permezz tal-Artikolu 188 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006 u tad-Digriet tal-Ministeru tal-Ambjent tas-17 ta’ Diċembru 2009, li jgħidu li d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2008/98/KE (1) huwa pospost sal-adozzjoni ta’ digriet ministerjali li jiddefinixxi l-metodi tekniċi u t-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni.


(1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, p. 3).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-2 ta’ Frar 2015 – Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited vs Minister for Finance

(Kawża C-41/15)

(2015/C 138/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited

Konvenut: Minister for Finance

Domandi preliminari

1)

It-Tieni Direttiva dwar il-kumpanniji (1) tipprekludi, f’kull ċirkustanza, inkluż fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, l-għoti ta’ ordni skont l-Artikolu 9 tal-Liġi tal-2010 dwar l-istabilizzazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu, abbażi tal-opinjoni tal-Minister li tgħid li huwa neċessarju, meta tali ordni għandha l-effett li jiżdied il-kapital ta’ kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali, li jingħataw ishma ġodda mingħajr ma dawn jiġu offerti fuq bażi preferenzjali lill-azzjonisti eżistenti u mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali, li jitnaqqas il-valur nominali tal-ishma tal-kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali u, għal dan il-għan, li jiġu emendati l-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali?

2)

L-ordni mogħtija mill-High Court skont l-Artikolu 9 tal-Liġi tal-2010 dwar l-istabilizzazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu fir-rigward ta’ Irish Life and Permanent Group Holdings plc u ta’ Irish Life and Permanent plc kisret id-dritt tal-Unjoni?


(1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta’ Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 8.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fis-6 ta’ Frar 2015 – État belge – SPF Finances vs ING International SA, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi ta’ ING Dynamic SA

(Kawża C-48/15)

(2015/C 138/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État belge – SPF Finances

Konvenuta: ING International SA, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi ta’ ING Dynamic SA

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1) u b’mod iktar preċiż l-Artikoli 2, 4, 10 u 11 flimkien tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali bħall-Artikoli 161 u 162 tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, emendati bil-Liġi-programm tat-22 ta’ Diċembru 2003, dwar it-taxxa fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv, sa fejn l-imsemmija taxxa tiġi imposta b’mod annwali fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fil-forma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju fi Stat Membru ieħor u li jikkummerċjalizzaw l-ishma tagħhom fil-Belġju, fuq l-ammont totali tal-ishma tagħhom sottoskritti fil-Belġju mnaqqas bl-ammont tax-xiri mill-ġdid jew tar-rimborsi ta’ tali sottoskrizzjonijiet, bil-konsegwenza li s-somom miġbura fil-Belġju minn tali impriżi ta’ investiment kollettiv jiġu suġġetti għall-imsemmija taxxa sakemm dawn jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-imsemmija impriżi?

2)

L-Artikoli 49 sa 55 u 56 sa [60] tat-Trattat KE, jekk ikun il-każ moqrija flimkien mal-Artikolu 10 u mat-tieni inċiż tal-Artikolu 293 tat-Trattat KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li Stat Membru jemenda b’mod unilaterali l-kriterju ta’ rabta ta’ taxxa bħal dak previst fl-Artikoli 161 et seq tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni sabiex il-kriterju ta’ rabta ratione personae bbażat fuq ir-residenza tal-persuna taxxabbli u stabbilit mid-dritt fiskali internazzjonali jiġi ssostitwit permezz ta’ allegat kriterju ta’ rabta reali li ma huwiex stabbilit mid-dritt fiskali internazzjonali fid-dawl tal-fatt li sabiex tiġi stabbilita s-sovranità fiskali tiegħu, l-Istat Membru jadotta sanzjoni speċifika bħal dik prevista fl-Artikolu 162(3) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, fir-rigward tal-operaturi barranin biss?

3)

L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat KE, jekk ikun il-każ moqrija flimkien mal-Artikolu 10 u mat-tieni inċiż tal-Artikolu 293 tat-Trattat KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu taxxa bħal dik deskritta iktar ’il fuq, li, sa fejn bl-ebda mod ma tieħu inkunsiderazzjoni t-taxxi li diġà huma imposti, fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fi Stat Membru ieħor, tirrappreżenta oneru pekunjarju addizzjonali ta’ natura li jxekkel il-kummerċjalizzazzjoni tal-ishma tagħhom fil-Belġju?

4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/661/KE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (2), jekk ikun il-każ moqrija flimkien mal-Artikolu 10 u mat-tieni inċiż tal-Artikolu 293 tat-Trattat KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi taxxa bħal dik deskritta iktar ’il fuq sa fejn din tippreġudika l-għan prinċipali tad-direttiva li tiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni tal-ishma ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv fl-Unjoni Ewropea?

5)

L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-oneri amministrattivi maħluqa mill-impożizzjoni ta’ taxxa bħal dik deskritta iktar ’il fuq, fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jikkummerċjalizzaw l-ishma tagħhom fil-Belġju?

6)

L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali bħall-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni sa fejn din id-dispożizzjoni tissuġġetta għal sanzjoni speċifika l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jikkummerċjalizzaw l-ishma tagħhom fil-Belġju, jiġifieri l-projbizzjoni, ordnata minn qorti, li fil-futur jitqiegħdu ishma fil-Belġju fil-każ li jonqsu milli jissottomettu d-dikjarazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa deskritta iktar ’il fuq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 139.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/33


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 minn Kurt Hesse mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-27 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-173/11 – Kurt Hesse u Lutter & Partner GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-50/15 P)

(2015/C 138/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Kurt Hesse (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Lutter & Partner GmbH, Dr. Ing. h. c. F. Porsche AG

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Novembru 2014 (Kawża T-173/11),

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-11 ta’ Jannar 2011 (Każ R0306/2010-4) u tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5 7 23  432 tas-16 ta’ Frar 2007.

Sussidjarjament,

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, l-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin:

1.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni vvizzjat tal-fatturi ta’ xebh tal-prodotti skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1)

L-appellant jikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li l-Bord tal-Appell kien ġustament ikkunsidra li “t-tagħmir ta’ navigazzjoni mobbli, b’mod partikolari tagħmir ta’ navigazzjoni mobbli bis-satellita”, minn naħa, u l-prodotti koperti mit-trade marks inkwistjoni infushom, min-naħa l-oħra, huma simili. Fl-evalwazzjoni tax-xebh, hemm fatturi essenzjali li l-Qorti Ġenerali kellha tikkunsidra, fosthom il-fabbrikazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-mezzi ta’ distribuzzjoni u l-post tal-bejgħ, li iżda ma ttieħdux inkunsiderazzjoni. Kieku ttieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha u ngħatat l-importanza mistħoqqa lill-fatturi rilevanti kollha, il-konklużjoni kienet tkun li ma kienx hemm xebh tal-prodotti.

2.

Distorsjoni tal-fatti u applikazzjoni żbaljata tal-protezzjoni tar-reputazzjoni taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma kkontestatx il-konstatazzjoni tal-Bord tal-Appell li t-trade mark “Carrera” kienet magħrufa minn parti importanti tal-pubbliku. Il-Bord tal-Appell wasal għall-pożizzjoni tiegħu fuq il-bażi, b’mod partikolari, ta’ aspetti individwali ta’ rapport espert. Sar riferiment żbaljat mill-Bord tal-Appell u mill-Qorti Ġenerali għal sejbiet ewlenin ta’ dan ir-rapport, li ġew ikkunsidrati bħala li huma “mingħajr valur” waqt li oħrajn ġew kompletament injorati. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kienet ibbażata fuq distorsjoni sinjifikattiva tal-fatti u tal-provi.

3.

Żball ta’ liġi fl-adozzjoni tat-“trasferiment ta’ immaġni” taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma kkontestatx il-konstatazzjoni tal-Bord tal-Appell li bit-trade mark “Carrera” kien hemm riskju ta’ “trasferiment ta’ immaġni”. Il-Bord tal-Appell kien tal-fehma li l-prodotti kollha koperti mit-trade mark jistgħu “jiġu installati fil-vetturi bil-mutur u użati fihom”. Minn dan tirriżulta l-“użanza soċjali”, fejn, minn naħa, l-użu tal-prodotti u, min-naħa l-oħra, il-vetturi bil-mutur “jikkoinċidu”. Is-sempliċi fatt li l-prodotti ddikjarati għandhom jiġu installati f’vetturi bil-mutur u użati fihom bħala “użanza soċjali”, b’ebda mod ma jikkostitwixxi trasferiment ta’ immaġni. F’dan ir-rigward, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali naqsu milli jimmotivaw b’mod komprensibbli d-deċiżjoni tagħhom.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fid-9 ta’ Frar 2015 – United Video Properties Inc. vs Telenet NV

(Kawża C-57/15)

(2015/C 138/46)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: United Video Properties Inc.

Konvenuta: Telenet NV

Domandi preliminari

1)

Il-kunċetti ta’ “spejjeż legali u spejjeż oħra raġonevoli u proporzjonati” fl-Artikolu 14 tad-Direttiva fuq l-infurzar [tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali] (1), jipprekludu l-leġiżlazzjoni Belġjana li tagħti lill-qorti l-possibbiltà li tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi ddefiniti partikolari għall-kawża u li tipprovdi sistema ta’ tariffi fissi varjati fir-rigward ta’ spejjeż għall-assistenza ta’ avukat?

2)

Il-kunċetti ta’ “spejjeż legali u spejjeż oħra raġonevoli u proporzjonati” fl-Artikolu 14 tad-Direttiva fuq l-infurzar [tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali], jipprekludu l-ġurisprudenza li tgħid li l-ispejjeż ta’ konsulenza teknika jistgħu jinġabru biss fil-każ ta’ nuqqas (kuntrattwali jew extra-kuntrattwali)?


(1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Catanzaro (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2015 – Esse Di Emme Costruzioni Srl vs Tribunale Amministrativo Regionale della Calabria, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-59/15)

(2015/C 138/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Catanzaro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Esse Di Emme Costruzioni Srl

Konvenuti: Tribunale Amministrativo Regionale della Calabria, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domandi preliminari

Il-prinċipju stabbilit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – żviluppat, fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, mill-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KE, tal-21 ta’ Diċembru 1989 (1) –, li abbażi tiegħu kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jkunu ġew miksura għandha tingħata rimedju effettiv quddiem qorti, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikoli 9, 13 u 14 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 115, tat-30 ta’ Mejju 2002, applikabbli fil-każ ineżami, li timponi, għall-finijiet tal-aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, il-ħlas ta’ kontribut unifikat li l-ammont tiegħu huwa ogħla minn dak li huwa previst għall-aċċess għal qorti amministrattiva f’oqsma oħra?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/35


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 minn Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-476/14, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-60/15 P)

(2015/C 138/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja joġgħobha tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-476/12.

L-appellanti titlob barra minn hekk lill-Qorti tal-Ġustizzja joġgħobha tilqa’ l-kap tat-talbiet tar-rikors għal annullament ippreżentat fl-ewwel istanza, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2013 (GestDem Nru 3273/2012).

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali injorat ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1) għal dak li jikkonċerna l-preżenza ta’ motivi ta’ rifjut li jingħata aċċess liberu għal informazzjoni ambjentali. Kuntrarjament għal dak li jimponi l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, hija ma interpretax b’mod strett il-motivi ta’ rifjut tal-Artikolu 4(3) u tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 (2). Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod xieraq l-interess pubbliku għall-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, li kien espost mill-appellanti. Konsegwentement, is-sentenza appellata lanqas hija konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-informazzjoni ambjentali, li l-Unjoni approvat.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, sede ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Frar 2015 – Mehrdad Ghezelbash vs Staatssecretaris van Veiligheit en Justitie

(Kawża C-63/15)

(2015/C 138/49)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, sede ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mehrdad Ghezelbash

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheit en Justitie

Domandi preliminari

1)

X’inhi l-portata tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 604/2013 (1), moqri flimkien jew le mal-premessa 19 tar-Regolament?

Skont dan l-artikolu, f’sitwazzjoni fejn, bħal f’dan il-każ, huwa biss wara l-aċċettazzjoni tar-responsabbiltà mill-Istat Membru li saritlu t-talba li barrani għandu jiffaċċja talba biex jittieħed inkarigu u jipproduċi provi li possibbilment jippermettu li jiġi konkluż li ma huwiex l-Istat Membru li saritlu t-talba li għandu r-responsabbiltà li jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil iżda l-Istat Membru li għamel it-talba, li, sussegwentement, la jeżamina dawn id-dokumenti u lanqas ma jgħaddihom lill-Istat Membru li saritlu t-talba, applikant għall-ażil għandu d-dritt li jeżerċita rimedju (effettiv) kontra l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli stipulati fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 604/2013?

2)

Jekk, fir-Regolament Nru 604/2013, bħal qabel mingħajr ħsara għar-Regolament Nru 343/2003 (2), il-barrani, bħala prinċipju, ma jistax jinvoka l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli meta l-Istat Membru li saritlu t-talba jkun aċċetta talba biex jittieħed inkarigu, huwa preċiż li minn dan il-prinċipju, kif il-konvenut isostni, tista’ ssir eċċezzjoni biss fis-sitwazzjonijiet ta’ familja previsti fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 604/2013 jew jista’ wieħed jikkunsidra fatti u ċirkustanzi partikolari oħra li jippermettu lill-barrani li jinvoka l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli?

3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tipprovdi li, minbarra sitwazzjonijiet ta’ familja, ċirkustanzi oħra jistgħu jippermettu wkoll lill-barrani li jinvoka l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, il-fatti u ċ-ċirkustanzi deskritti fil-punt 12 ta’ din id-deċiżjoni jistgħu jikkostitwixxu tali fatti u ċirkustanzi partikolari?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 107, p. 5).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2015 – BP Europa SE vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-64/15)

(2015/C 138/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BP Europa SE

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2008/118/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet tiegħu jkunu ssodisfatti biss meta l-kwantitajiet kollha tal-prodotti li jiċċirkulaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju ma jkunux waslu fid-destinazzjoni tagħhom, jew din ir-regola tista’ tiġi applikata, fid-dawl tal-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2008/118/KE, ukoll fil-każijiet fejn tkun biss parti mill-kwantitajiet ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkulaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju li ma tkunx waslet fid-destinazzjoni?

2)

L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/118/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-moviment ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa jintemm biss meta d-destinatarju jkun skariga totalment il-mezz tat-trasport li wasal għandu, b’mod li l-konstatazzjoni tal-kwantitajiet neqsin matul il-proċess tal-iskarigar isseħħ matul il-moviment tal-prodotti?

3)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 10(2) u tal-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-kompetenza tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni li jirċievi t-taxxa [apparti l-esklużjonijiet irregolati fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/118/KE] tiddependi biss fuq il-konstatazzjoni ta’ jekk saritx irregolarità u fuq l-impossibbiltà li jiġi stabbilit il-lok fejn din l-irregolarità saret, jew għandu jiġi kkonstatat ukoll li l-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa ġew irrilaxxati għall-konsum permezz tal-ħruġ tagħhom mill-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju?

4)

L-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ konstatazzjoni ta’ irregolarità fis-sens tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/118/KE, hemm lok li jiġi preżunt rilaxx għall-konsum tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkulaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju li ma waslux fid-destinazzjoni tagħhom fil-każijiet kollha fejn il-prova tal-qerda totali jew tat-telf irrimedjabbli tal-kwantitajiet neqsin ikkonstatati, prevista fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/118/KE, ma tkunx tista’ tiġi prodotta?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU 2009, L 9, p. 12).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-12 ta’ Frar 2015 – proċeduri kriminali kontra Vito Santoro

(Kawża C-65/15)

(2015/C 138/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Parti fil-kawża prinċipali

Vito Santoro

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Nru 72 tas-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dawk mogħtija preċedentement, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata bil-għan iddikjarat li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi f’sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit tal-allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonjijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-perijodu ridott tal-konċessjonijiet suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu tal-konċessjonijiet mogħtija fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu finali tal-konċessjoni jew b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-66/15)

(2015/C 138/52)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u D. Triantafyllou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikkjara li billi tiġbor l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vettura mikrija jew użata taħt leasing minn klijent residenti fil-Greċja, mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni la t-tul tal-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing u lanqas it-tul tal-użu tal-vettura kkonċernata fit-territorju nazzjonali tal-Greċja, ir-Repubblika Ellenika tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 sa 62 TFUE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi;

tikkundanna lil Ir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Ellenika, billi timponi l-ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi mikrija jew użati taħt leasing minn residenti Griegi mingħnad fornituri stabbiliti fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni la t-tul tal-kuntratt ta’ kuri (ta’ leasing) u lanqas it-tul tal-użu tal-vettura kkonċernata fuq it-territorju Grieg, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 sa 62 TFUE.

It-talba għal ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa huwa sproporzjonat u jostakola l-moviment liberu ta’ servizzi (ara l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi Cura Anlagen, C-451/99, Coevering, C-242/05, Ilhan, C-42/08 u VAV Autovermietung GmbH, C-91/10).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Frar 2015 – Nutrivet D.O.O.E.L. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

(Kawża C-69/15)

(2015/C 138/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nutrivet DOOEL

Konvenuta: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

Domandi preliminari

1)

Għandu jitqies li vjaġġ ta’ skart ikun twettaq “b’mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006 (1), meta l-persuna li torganizza l-vjaġġ timla l-kaxex 2 (“L-importatur/Id-destinatarju”), 7 (“Faċilità ta’ rkupru”) u 11 (“Il-Pajjiżi/l-Istati kkonċernati”) fid-dokument li jinsab fl-Anness VII tal-istess regolament b’mod li jkun hemm nuqqas ta’ qbil fl-informazzjoni li tidher f’dawn il-kaxxi, informazzjoni li, madankollu, tkun tinsab imniżżla b’mod ċar fin-nota ta’ kunsinna internazzjonali (kif ukoll f’dokumenti oħra disponibbli)?

2)

Jekk għandha tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1, jista’ jitqies li hija proporzjonata multa imposta għal din ir-raġuni li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal dak tal-multa imposta fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jimtela d-dokument li jinsab fl-Anness VII tar-Regolament Nru 1013/2006?

3)

Sabiex vjaġġ ta’ skart jiġi ddikjarat illegali fis-sens tal-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006, huwa neċessarju li l-persuna li timla d-dokument li jinsab fl-Anness VII tal-imsemmi dokument tiżvija intenzjonalment lill-awtorità?

4)

Sabiex vjaġġ ta’ skart imwettaq “b’mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006, jiġi ddikjarat illegali, huwa importanti li l-informazzjoni jew id-data mhux speċifikata tkun informazzjoni jew data rilevanti mill-aspett tal-protezzjoni tal-ambjent? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, liema informazzjoni jew data fid-dokument li jinsab fl-Anness VII tal-imsemmi regolament għandha titqies li hija rilevanti mill-aspett tal-protezzjoni tal-ambjent?

5)

Jista’ jiġi ddikjarat li vjaġġ ta’ skart ikun twettaq “b’mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006, fil-każ li l-awtorità ma timplementax il-proċedura prevista fl-Artikolu 24 tal-imsemmi regolament, ma tinvolvix lill-awtoritajiet ikkonċernati u ma tiddeċidix li tibgħat lura t-tagħbija ta’ skart meqjusa li hija illegali?

6)

Kif għandha tinftiehem u tiġi eżaminata l-ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 1013/2006?

7)

Kif għandha tiġi interpretata d-dispożizzjoni li tinsab fil-punt 15 tal-Anness IĊ tar-Regolament Nru 1013/2006, li tipprovdi li, sabiex jaġixxi bħala destinatarju, kummerċjant jew broker għandu jkun taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż ta’ destinazzjoni?


(1)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fid-19 ta’ Frar 2015 – Viiniverla Oy vs Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

(Kawża C-75/15)

(2015/C 138/54)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viiniverla Oy

Konvenuta: Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

Domandi preliminari

1)

Fl-evalwazzjoni tal-punt dwar jekk hemmx evokazzjoni fis-sens tal-Artikolu 16(b) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), għandu jsir riferiment għall-konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat?

2)

Fl-evalwazzjoni tal-projbizzjoni li tintuża d-denominazzjoni “Verlados” għall-ispirtu tas-sîdru kkummerċjalizzat taħt dan l-isem fit-territorju nazzjonali, sabiex tiġi protetta l-indikazzjoni ġeografika Calvados, liema importanza għandha tingħata lill-fatti msemmija hawn taħt fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “evokazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 16(b) tar-Regolament Nru 110/2008 u tal-applikazzjoni tal-imsemmi regolament:

a.

il-bidu tad-denominazzjoni “Verlados” jikkorrispondi għall-isem tal-villaġġ Finlandiż ta’ Verla, u dan l-isem jista’ jiġi rrikonoxxut mill-konsumatur Finlandiż;

b.

l-element “Verla”, li bih tibda d-denominazzjoni “Verlados”, jirreferi għall-impriża Viiniverla Oy, li timmanifattura l-prodott “Verlados”;

c.

il-Verlados huwa prodott lokali mmanifatturat fil-villaġġ ta’ Verla, u minnu jinbiegħ medja ta’ mijiet ta’ litri fis-sena fir-ristorant tal-proprjetà, u li jista’, barra minn hekk, jinkiseb minnu fuq ordni, f’miżura limitata, mal-impriża tal-Istat ta’ distribuzzjoni ta’ xorb alkoħoliku prevista mil-liġi dwar l-alkoħol;

d.

it-termini “Verlados” u “Calvados” għandhom biss sillaba waħda, minn tlieta, komuni (dos) iżda, min-naħa l-oħra, l-aħħar erba’ ittri (ados) ta’ kull waħda miż-żewġ kelmiet, jiġifieri nofs in-numru totali tagħhom, huma identiċi?

3)

Jekk jitqies li hemm “evokazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 16(b) tar-Regolament Nru 110/2008, jista’ madankollu jiġi awtorizzat l-użu tad-denominazzjoni “Verlados” għal waħda mir-raġunijiet iċċitati iktar ’il fuq jew għal raġuni oħra, bħal dik marbuta mal-fatt li almenu ma hemmx ir-riskju li l-konsumatur Finlandiż jaħseb li l-prodott “Verlados” huwa ffabbrikat fi Franza?


(1)  ĠU L 39, p. 16.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/41


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2015 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-409/14, Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-77/15 P)

(2015/C 138/55)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A.V. Placco, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Luigi Marcuccio

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Jannar 2015 mogħti fil-Kawża T-409/14, Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-parti fejn jiċħad it-tieni, it-tielet u r-raba’ kapi tat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“QĠUE”) ppreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura ta’ din tal-aħħar;

tilqa’ dawn il-kapi tat-talba, u għalhekk

tiddeċiedi definittivament it-tilwima billi tiċħad ir-rikors għad-danni ppreżentat minn L. Marcuccio inkwantu dan huwa inammissibbli peress li dan huwa indirizzat kontra l-QĠUE (bħala rappreżentanti tal-Unjoni);

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-fatt li tali rikors sar kontra l-QĠUE u mhux kontra il-Kummissjoni (bħala rappreżentanti tal-Unjoni) ma jaffettwax l-ammissibbiltà tiegħu, iżda li l-Qorti Ġenerali kellha, meta ppronunzjat ruħha fuq il-punt ta’ proċedura mqajjem quddiemha mill-QĠUE, tordna li l-QĠUE tiġi ssostitwita bil-Kummissjoni bħala konvenuta, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi t-talba ta’ kumpens għad-danni ta’ L. Marcuccio billi tikkonforma ruħha mal-punti ta’ liġi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi;

tikkundanna lil L. Marcuccio għall-ispejjeż sostnuti mill-QĠUE fil-proċedura tal-ewwel istanza u fil-proċedura tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ambitu tal-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tar-regoli relatati mar-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħha, il-QĠUE tirrileva li, peress li ebda dispożizzjoni espressa ma tirregola speċifikament ir-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħha fl-ambitu ta’ azzjonijiet imressqa skont l-Artikolu 268 TFUE għall-finijiet ta’ dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, ir-regoli marbuta ma’ tali rappreżentanza għandhom jitnisslu mill-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti.

Il-QĠUE tiżviluppa dan l-ewwel aggravju f’żewġ partijiet li jirrigwardaw, minn naħa waħda, in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti. Fl-ambitu tal-ewwel aggravju, il-QĠUE tosserva li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali, li huwa l-kompitu tal-QĠUE li tirrappreżenta lill-Unjoni fil-kuntest tal-imsemmi rikors għad-danni, hija bbażata fuq il-ġurisprudenza li nbdiet mis-sentenza Werhahn Hansamühle et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (minn 63/72 sa 69/72, EU:C:1973:121, iktar ’il quddiem is-“sentenza Werhahn et”). Is-soluzzjoni adottata f’dik il-ġurisprudenza u li tipprovdi li, meta l-Komunità, u issa l-Unjoni, tiġi msejħa biex twieġeb għall-azzjoni ta’ waħda mill-istituzzjonijiet tagħha, din tiġi rrappreżentata quddiem il-qorti tal-Unjoni mill-istituzzjoni (jew mill-istituzzjonijiet) li lilha (jew lilhom) l-azzjoni li tagħti lok għal responsabbiltà tkun imputabbli. Madankollu, il-QĠUE ssostni li tali soluzzjoni ma kellhiex tiġi applikata għal din il-kawża, peress li, fid-dawl ta’ diversi elementi, ir-riżultat ikun fil-fatt kuntrarju għall-interessi tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li, kif jirriżulta b’mod espliċitu mis-sentenza Werhahn et, hija r-raġuni prinċipali ta’ din is-soluzzjoni. F’dan il-kuntest il-QĠUE tiddeduċi wkoll, inċidentalment, nuqqas ta’ rikonoxximent tal-portata tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 TFUE u tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 966/2012 (1), li fuq il-bażi tagħha l-Qorti Ġenerali aċċettat il-prinċipju tal-imputazzjoni ta’ kumpens bħal dak mitlub f’dan il-każ għall-parti mill-baġit tal-Unjoni marbuta mal-Kummissjoni.

Fl-ambitu tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, il-QĠUE sosstni, billi tibbaża ruħha fuq is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Lulju 2008, Mihalkov vs Il-Bulgarija (Applikazzjoni Nru 67719/01), li l-Qorti Ġenerali, meta qieset li l-QĠUE kellha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-kuntest tar-rikors għad-danni ta’ L. Marcuccio, marret kontra r-rekwiżiti ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità oġġettiva tal-qorti. Fil-fatt, mill-mument li, minn naħa, l-azzjoni li tat lok għall-allegata responsabbiltà seħħet fil-qadi tal-funzjonijiet ġudizzjarji ta’ kulleġġ ġudikanti u li, min-naħa l-oħra, il-kulleġġ ġudikanti mitlub jippronuzja ruħu fuq il-kawża i) jappartjeni għall-istess korp ġudizzjarju (il-Qorti Ġenerali) li għalih jappartjeni l-kulleġġ ġudikanti li lilu hija imputata l-azzjoni li twassal għar-responsabbiltà u ii) jifforma parti integrali mill-konvenuta fl-istess kawża (il-QĠUE), li magħha l-imħallfin tal-istess kulleġġ ġudikanti huma professjonalment marbuta, ir-rekwiżiti hawn fuq imsemmija jkunu kompromessi, u dan iktar u iktar fil-każ li, kif qieset il-Qorti Ġenerali, kumpens bħal dak mitlub f’dan il-każ kellu jiġi imputat lill-parti mill-baġit marbuta mal-QĠUE.

Il-QĠUE ssostni wkoll, fl-ambitu tat-tieni aggravju, li, fin-nuqqas ta’ konfutazzjoni speċifika tal-argumentazzjoni li l-QĠUE esponiet quddiem il-Qorti Ġenerali u li kienet ibbażata fuq il-portata ta’ sensiela ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja – inklużi s-sentenzi Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni (C-58/12 P, EU:C:2013:770), Gascogne Sack vs Il-Kummissjoni (C-40/12 P, EU:C:2013:768) u Kendrion vs Il-Kummissjoni (C-50/12 P, EU:C:2013:771) – id-digriet appellat huwa vvizzjat bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/42


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-20 ta’ Frar 2015 – Kapnoviomichania Karelia AE vs Ypourgos Oikonomikon

(Kawża C-81/15)

(2015/C 138/56)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kapnoviomichania Karelia AE

Konvenut: Ypourgos Oikonomikon

Domanda preliminari

Id-Direttiva 92/12/KEE (1), interpretata fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari tal-prinċipji ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni għal każ bħal dak f’din il-kawża ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva bħall-Artikolu 108 tal-Kodiċi Doganali Grieg, li tipprovdi li min għandu maħżen awtorizzat ta’ prodotti, li ċċirkulaw taħt reġim ta’ sospensjoni tas-sisa mill-maħżen fiskali tiegħu u li ħarġu irregolarment barra mill-imsemmija skema minħabba kuntrabandu, jista’ jiġi ddikjarat responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ multi amministrattivi għal kuntrabandu, irrispettivament mill-fatt jekk jew mhux, fil-mument tat-twettiq tal-ksur, l-assi miżmuma taħt il-liġi privata u, barra minn hekk, irrispettivament minn jekk l-awturi tal-ksur, involuti f’dan it-traffiku, ikkonkludewx jew le ma’ min għandu l-maħżen awtorizzat relazzjoni kuntrattwali speċjali fejn jirriżulta li dawn kienu jaġixxu bħala mandatarji tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, war l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179)


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/43


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 minn H & R ChemPharm GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-551/08, H & R ChemPharm GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-95/15 P)

(2015/C 138/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: H & R ChemPharm GmbH (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-551/08 fl-intier tagħha, sa fejn din tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa li tilħaq l-ammont ta’ EUR 22 miljun imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008 għal ammont xieraq;

iktar sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni mill-ġdid;

tannulla l-kundanna għall-ispejjeż legali fl-ammont ta’ EUR 10  000 skont l-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellata tbati l-ispejjeż tal-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell ġie ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 (Reġistrazzjoni Nru 651533) fil-Kawża T-551/08, H&R ChemPharm GmbH vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru K(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008 (Każ COMP/39181 – xema’ tax-xemgħa), sa fejn din kienet tikkonċerna lill-appellanti.

L-appellanti (u rikorrenti fl-ewwel istanza) tibbaża l-appell tagħha fuq l-aggravji li ġejjin:

1.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tallega inter alia ksur tal-Artikolu 81 KE [101 TFUE] minħabba raġunijiet kunfliġġenti u insuffiċjenti tas-sentenza fir-rigward tal-istruttura tal-impriża u tar-responsabbiltà tal-appellanti, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet ksur mill-appellanti tal-Artikolu 81 KE. Il-kontradizzjoni sottostanti tinsab fil-fatt li l-Qorti Ġenerali qieset lill-appellanti u lill-impriża Tudapetrol, li ma hijiex marbuta magħha, bħala unità għall-finijiet tal-attribuzzjoni tal-ksur, iżda għall-finijiet tal-impożizzjoni tal-multa hija qisithom żewġ impriżi separati. Peress li fil-motivazzjoni tas-sentenza hija ma tiċċarax jekk l-appellanti u Tudapetrol jifformawx impriża waħda jew jekk dawn humiex żewġ impriżi, l-appellanti ssostni wkoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE) u tad-drittijiet fundamentali tad-difiża tagħha.

2.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni żball ta’ liġi minħabba fl-inklużjoni tal-aġir ta’ impjegat li kien impjegat b’mod parallel ma’ diversi impriżi ġuridikament distinti. L-appellanti tikkontesta l-fatt li l-Qorti Ġenerali imputat lilha bl-aġir ta’ dan l-impjegat mingħajr ma aċċertat jekk l-impjegat wettaqx l-atti kkontestati wkoll finalment għall-benefiċċju tal-appellanti. F’dan ir-rigward, il-pożizzjoni legali tal-Qorti Ġenerali tmur kontra l-Artikolu 81 KE. Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll il-prinċipju ta’ smigħ xieraq inkwantu ma ppermettietx lill-appellanti tipproduċi provi dwar id-dmirijiet attwali tal-impjegat għal raġunijiet li ma humiex legalment sostenibbli (ksur tal-Artikolu 6 KEDB).

3.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni żbalji sinjifikattivi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) sa fejn il-multa hija bbażata fuq id-dħul mill-bejgħ. Dawn jikkonsistu fil-fatt li l-Qorti Ġenerali aċċettat li tinkludi tranżazzjonijiet ta’ impriża terza għall-kalkolu tal-multa, minkejja li huwa paċifiku li din l-impriża ma pparteċipatx f’dan il-ksur u ma tikkostitwixxix unità ekonomika mal-appellanti. Is-sentenza hija nieqsa wkoll minn kwalunkwe ġustifikazzjoni legali li fuq il-bażi tagħha ħadet inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ ta’ terz minkejja n-nuqqas ta’ unità ekonomika. Għalhekk, il-kunsiderazzjonijet tal-Qorti Ġenerali ma kisrux biss l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, iżda wkoll ir-rekwiżiti tal-ġurisprudenza ta’ motivazzjoni xierqa (Artikolu 296 TFUE).

4.

Permezz tar-raba’ aggravju qed jiġi sostnut li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni dħul mill-bejgħ ta’ kumpanniji li ġew akkwistati biss fi tmiem il-perijodu li miegħu huwa marbut l-allegat ksur, u dan id-dħul mill-bejgħ ġie estrapolat mill-perijodu kollu tal-allegata parteċipazzjoni. Dan jikkontradiċi l-approċċ tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza parallela fil-Kawża Esso  (2). Fis-sentenza Esso l-istess qorti ddikjarat fl-istess kawża u fir-rigward tal-istess punt li l-approċċ korrispondenti tal-Kummissjoni jwassal għal żieda artifiċjali tad-dħul mill-bejgħ li fuqu huwa bbażat il-kalkolu tal-multa. Din l-inugwaljanza fit-trattament tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003. Sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx pożizzjoni fir-rigward tal-oġġezzjonijiet tal-appellanti, is-sentenza appellata hija vvizzjata wkoll minn nuqqas ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE). Barra minn hekk, l-appellanti ssostni żball tal-Qorti Ġenerali fil-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ li wassal għal kunsiderazzjoni doppja tat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ bi ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003.

5.

Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanti ssostni diversi żbalji ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-multa inkwantu, b’mod partikolari, ġiet imposta fuq l-appellanti multa sproporzjonata meta mqabbla mal-multi imposti fuq l-impriżi l-oħrajn li allegatament ipparteċipaw fi ksur (ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003). L-appellanti targumenta li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-differenzi fl-illeċità tal-parteċipazzjoni tal-appellanti meta mqabbla mal-parteċipazzjoni tal-impriżi l-oħra u għamlet evalwazzjoni sproporzjonata tad-daqs tal-impriża.

6.

Permezz tas-sitt aggravju, l-appellanti ssostni żbalji ta’ liġi fid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar l-ispejjeż fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ spejjeż proċedurali tal-Qorti Ġenerali li ma ġewx speċifikament issostanzjati, li huma allegatament addizzjonali u kkawżati mill-appellanti (ksur tal-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-KEDB). Dawn l-ispejjeż ma jirriżultawx u l-appellanti ma nstemgħetx f’dan ir-rigward qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  T-540/08, EU:T:2014:630.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/45


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2015 minn Pilkington Group Ltd, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH u Pilkington Italia SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-17 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-72/09, Pilkington Group Limited et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-101/15 P)

(2015/C 138/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pilkington Group Ltd, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH u Pilkington Italia SpA (rappreżentanti: S. Wisking u K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla parzjalment is-sentenza mogħtija fil-Kawża T-72/09, sa fejn din tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra l-Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata;

tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti f’din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għall-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-punt 13 tal-Linji gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 (1) meta qieset li, sabiex tiddetermina l-valur rilevanti tal-bejgħ, il-Kummissjoni kienet intitolata tieħu inkunsiderazzjoni bejgħ imwettaq skont kuntratti preċedenti għall-perijodu ta’ ksur u li ma ġewx innegozjati mill-ġdid matul il-perijodu ta’ ksur. Peress li dan il-bejgħ ma setax jiġi affettwat mill-ksur, ma kienx legalment korrett li jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa.

 

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) billi qieset li l-ammont finali tal-multa ma qabiżx il-livell statutorju ta’ 10 %. Ir-rata tal-kambju xierqa għall-kalkolu tal-livell ta’ 10 % ma hijiex ir-rata tal-kambju medja tal-BĊE applikabbli għas-sena finanzjarja ta’ qabel is-sena ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, iżda r-rata tal-kambju tal-BĊE li kienet applikabbli fil-jum tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

 

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta wettqet applikazzjoni żbaljata tar-regoli dwar l-ugwaljanza fit-trattament u dwar il-proporzjonalità, u billi naqset milli tagħmel użu mill-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha bl-intensità meħtieġa mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (li saru l-Artikoli 101 u 102 TFUE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


Il-Qorti Ġenerali

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2015 – Vestel Iberia u Makro autoservicio mayorista vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-249/12 u T-269/12) (1)

([“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Teħid inkunsiderazzjoni a posteriori u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Apparat ta’ riċezzjoni ta’ televiżjoni bil-kulur li joriġina mit-Turkija - Talba għal maħfra tża’ dazji doganali mressqa minn żewġ importaturi - Rinviju mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali għal deċiżjoni dwar importatur ieħor - Artikolu 871(2) u (6) u Artikolu 905(2) u (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])

(2015/C 138/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vestel Iberia, SL (Madrid, Spanja) (Każ T-249/12); u Makro autoservicio mayorista SA (Madrid) (Każ T-269/12) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 22 finali, tat-18 ta’ Jannar 2010, li tikkonstata li d-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-249/12 u T-269/12 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Vestel Iberia, SL et Makro autoservicio mayorista SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 235, 04.08.2012.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2015 – ultra air vs UASI Deutschland (ultra.air ultrafilter)

(Kawża T-377/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità - Trade mark Komunitarja verbali ultra.air ultrafilter - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 138/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ultra air GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Donaldson Filtration Deutschland GmbH (Haan, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Siebertz, M. Teworte-Vey u A. Renvert, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1100/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Donaldson Filtration Deutschland GmbH u ultra air GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1100/2011-4) hija annullata sa fejn din tikkonċerna s-sistemi ta’ kontroll tal-ħin.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ultra air GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-UASI u minn Donaldson Filtration Deutschland GmbH.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2015 – Braun Melsungen vs UASI (SafeSet)

(Kawża T-513/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SafeSet - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 138/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: B. Braun Melsungen AG (Melsungen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1598/2012-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SafeSet bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

B. Braun Melsungen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2015 – Novomatic vs UASI – Berentzen Mally Marketing plus Services (BLACK JACK TM)

(Kawża T-257/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BLACK JACK TM - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BLACK TRACK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 138/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Berentzen Mally Marketing plus Services GmbH (Meerbusch, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2014 (Każ R 329/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Berentzen Mally Marketing plus Services GmbH u Novomatic AG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta’ Frar 2014 (Każ R 329/2012-4) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 194, 24.06.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Lavazza vs UASI – Commercialunione prima (LAVAZZA A MODO MIO)

(Kawża T-392/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 138/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Lavazza SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, M. Ricolfi, G. Sironi u C. Mezzetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina sussegwentement F. Mattina u N. Bambara u fl-aħħar nett N. Bambara u P. Bullock, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Commercialunione Prima Srl (Bresso, l-Italja) (rappreżentanti: G. Celona u B. Dosi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 124/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Commercialunione Prima Srl u Luigi Lavazza SpA.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Gemeente Nijmegen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/13) (1)

([“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn komun Olandiż favur klabb professjonali tal-futbol - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Miżura ta’ għajnuna implementata kompletament fid-data tad-deċiżjoni - Ammissibbiltà - Att li jista’ jiġi kkontestat”])

(2015/C 138/64)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Gemeente Nijmegen (Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. Janssen u S. van der Heul, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1152 finali, tas-6 ta’ Marzu 2013, dwar l-għajnuna mogħtija lill-klabbs professjonali tal-futbol Olandiżi Vitesse, NEC, Willem II, MVV, PSV u FC Den Bosch bejn l-2008 u l-2011 [Għajnuna mill-Istat SA.33584 (2013/C) (ex 2011/NN)].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Gemeente Nijmegen huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Métropole Gestion vs UASI – Metropol (METROPOL)

(Kawża T-431/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali METROPOL - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark - Tħassir tat-trade mark wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 138/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Métropole Gestion (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. A. Roux Steinkühler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Metropol Investment Financial Company Ltd (Moska, ir-Russja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 Ġunju 2013 (Kawżi 723/2012-2 u R 845/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Métropole Gestion u Metropol Investment Financial Company Ltd

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Métropole Gestion u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2015 – G-Star Raw vs UASI – PepsiCo (PEPSI RAW)

(Kawża T-473/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 138/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: G-Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. van Manen, M. van de Braak u L. Fresco, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: PepsiCo, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: V. von Bomhard u T. Heitmann, avukati)

Suġġett

Appell kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1586/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G-Star Raw CV u PepsiCo, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-proċedimenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs ta’ dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (NEXTCARD)

(Kawża T-233/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEXTCARD - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 138/67)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Frar 2014 (Każ R 1807/2013-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali NEXTCARD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Intesa Sanpaolo SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/51


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-833/14)

(2015/C 138/68)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Søndagsavisen A/S (Søborg, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Honoré, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2014, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa għal ċertu reklamar (SA.35683);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, li hija kompetitur tal-benefiċjarju tal-għajnuna, sostniet li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li kienu jeżistu dubji dwar jekk l-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq materjal ta’ reklamar mhux indirizzat lil persuna partikolari u gazzetti b’abbonament imqassma fid-djar kinux jikkostitwixxu għajnuna.

Ir-rikorrenti ssostni li konsegwentement il-Kummissjoni kellha tiddeċiedi li tagħti bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 (1). Billi naqset milli tagħmel dan, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 108(2) TFUE.

Insostenn tal-argument tagħha li kien hemm dubji raġonevoli, ir-rikorrenti tinvoka l-argumenti li ġejjin:

iż-żmien li l-Kummissjoni ħadet sabiex tittratta l-każ kien straordinarjament twil u fih innifsu juri li kien hemm dubju raġonevoli – speċifikament minħabba li dan kien jinvolvi skema ta’ għajnuna nnotifikata skont l-Artikolu 108(3) TFUE;

id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija vvizzjata minn nuqqas ta’ dikjarazzzjoni tal-motivazzjoni għall-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq materjal ta’ reklamar mhux indirizzat lil persuna partikolari u gazzetti b’abbonament imqassma fid-djar; u

il-Kummissjoni wettqet eżami inkomplet u mhux korrett tal-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-taxxi fuq ir-reklamar fid-determinazzjoni ta’ jekk l-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq materjal ta’ reklamar mhux indirizzat lil persuna partikolari u gazzetti b’abbonament imqassma fid-djar jammontawx għal għajnuna mill-Istat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/52


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Forbruger-Kontakt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-834/14)

(2015/C 138/69)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Forbruger-Kontakt A/S (Taastrup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Honoré, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra eżenzjonijiet fiskali li jirrigwardaw ċertu reklamar (SA.35683);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-833/14, Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/52


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill

(Kawża T-52/15)

(2015/C 138/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sharif University of Technology (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: M. Happold, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, l-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, u l-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tagħti kumpens għad-danni għar-reputazzjoni tagħha kkawżati minħabba l-aġir tal-Kummissjoni; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK (1), tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014 (3), u tal-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (4), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kunsill, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrenti;

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni min-naħa tiegħu ta’ miżuri restrittivi kontra r-rikorrenti;

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kunsill, tad-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrenti u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-Kunsill meta adotta miżuri restrittivi kontra r-rikorrenti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 325, p. 19)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39)

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, tas-7 ta’ Novembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 325, p. 3)

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1 )


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/53


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Amitié vs EACEA

(Kawża T-59/15)

(2015/C 138/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Amitié Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: D. Bogaert, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Talbiet

tiddikjara r-rikors ippreżentat kontra l-EACEA bħala ammissibbli;

tiddikjara li d-deċiżjoni tal-EACEA tas-26 ta’ Novembru 2014 ma hijiex fondata fid-dritt u, konsegwentement, tordna l-annullament immedjat tal-miżuri kollha adottati mill-EACEA kontra r-rikorrenti;

tiddikjara li n-nota ta’ debitu Nru 3241415195 għal ammont ta’ EUR 9 41  310,38 tat-12 ta’ Diċembru 2014 indirizzata lir-rikorrenti mill-EACEA ma hijiex dovuta;

tikkundanna lill-EACEA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 256 u 272 TFUE, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tiddikjara li d-deċiżjoni tal-EACEA tas-26 ta’ Novembru 2014 li tinkludi l-miżuri adottati kontra l-AMITIÉ sussegwentement għall-investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ma hijiex fondata fid-dritt.

Ir-rikorrenti tibbaża r-rikors tagħha fuq żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-miżuri adottati mill-EACEA kontra r-rikorrenti ma humiex iġġustifikati;

Il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-miżuri ma humiex issodisfatti: ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2988/1995 (1) kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

Ksur tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali kif ukoll applikazzjoni żbaljata tar-Regolamenti Nru 966/2012 (2) u Nru 1268/2012 (3). Ebda waħda mill-miżuri (li jinsabu fid-deċiżjoni tal-EACEA tas-26 ta’ Novembru 2014) implementati kontra r-rikorrenti ma hija fondata fid-dritt. Sussidjarjament, l-irkupru tal-ammonti kollha mħallsa lir-rikorrenti jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt u arrikkiment indebitu tal-EACEA.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-investigazzjonijiet tal-OLAF u l-konklużjonijiet tiegħu ma humiex validi (ksur tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali u tar-regolamenti applikabbli)

L-investigazzjonijiet magħmula mill-OLAF kisru r-Regolament Nru 883/2013 (4) u/jew il-prinċipji ġenerali applikabbli f’dan il-każ;

Sa fejn id-deċiżjoni tal-EACEA hija bbażata fuq il-konklużjonijiet tal-OLAF sussegwentement għall-investigazzjonijiet tiegħu, l-assenza ta’ legalità li taffettwa l-investigazzjonijiet tal-OLAF u r-rapport neċessarjament taffettwa d-deċiżjoni tal-EACEA.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).

(2)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1.)

(4)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Settembru 2013, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, p. 1).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/55


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 – Talanton vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-65/15)

(2015/C 138/72)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Talanton Anonymi Emporiki – Symvouleftiki – Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna perizja sabiex tivverifika l-allegati riżultati tar-rapport ta’ awditu estern, li l-Kummissjoni aċċettat b’mod żbaljat, u li jsemmi “nuqqas ta’ provi alternattivi li jagħmluha possibbli li jiġu kkonfermati l-ispejjeż għall-persunal ikklejmjati”. Dan l-element huwa kruċjali għall-eżitu tal-każ safejn l-ispejjeż tal-persunal jirrappreżentaw il-parti l-kbira tan-nefqa eliġibbli u li fuqu jiddependu l-ispejjeż indiretti kollha;

tikkonstata, minn naħa, li n-nota ta’ debitu Nru 3241414916, tat-12 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet lir-rikorrenti tħallas EUR 2 73  535,38 skont il-kuntratt dwar il-proġett FP-7216088 POCEMON, billi bbażat ruħha fuq ir-rapport ta’ awditu mhux komplut u ineżatt Nru 11-BA135-006, tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, li n-nefqa ddikjarata skont il-kuntratt kontenjzuż hija eliġibbli, b’tali mod li l-Kummissjoni għandha tiġi kkundannata tippreżenta nota ta’ kreditu ta’ EUR 1 29  764,38.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-klawżola ta’ arbitraġġ:

ir-rikorrenti tqis li l-analiżi dettaljata tagħha li tinsab f’dan ir-rikors turi li ma teżisti l-ebda rabta kawżali bejn il-fatti li jirreferi għalihom ir-rapport ta’ awditu u l-konklużjonijiet tal-awditur estern li l-Kummissjoni aċċettat mingħajr ebda ġustifikazzjoni u minkejja l-oġġezzjonijiet motivati (tar-rikorrenti) li ma ġewx eżaminati. L-ebda waħda mill-konklużjonijiet li wasal għalihom l-awditur estern ma tirreżisti tali analiżi, b’mod li l-Kummissjoni kellha tasal għal konklużjonijiet ġodda u tivvalida n-nefqa tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-bona fide waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt u l-projbizzjoni tal-applikazzjoni abbużiva tal-klawżoli kuntrattwali:

l-ewwel nett, ir-rikorrenti tqis li hija ġiet imċaħħda mid-dritt legali li toġġezzjona direttament mal-awditur innominat mill-Kummissjoni u li twieġeb għall-allegazzjonijiet infondati tal-awtur tal-abbozz tar-rapport ta’ awditu. Dan huwa aspett partikolarment importanti fid-dawl tal-irregolaritajiet imwettqa mill-awditur estern u tal-fatt li l-imparzjalità tiegħu fir-rigward tar-rikorrenti hija dubjuża.

it-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li l-abbozz tar-rapport ta’ awditu estern ġie aċċettat mill-Kummissjoni mingħajr ma l-ilmenti legali u dettaljati mqajma mir-rikorrenti, kif ukoll l-elementi alternattivi li hija ppreżentat, ma ġew eżaminati u miċħuda b’argumenti. Fir-rigward tal-abbozz tar-rapport ta’ awditu, dan ġie rriprodott fir-rapport ta’ awditu Nru 11-BA135-006, tat-22 ta’ Jannar 2013, tal-kuntratt numru FP7-216088 POCEMON, li jirreferi, b’mod żbaljat, għal nuqqas ta’ provi supplimentari fir-rigward tan-nefqa fuq il-persunal iddikjarat. L-evalwazzjoni tal-awditur estern hija arbitrarja u ma hijiex iġġustifikata, peress li numru kbir ta’ dokumenti alternattivi ta’ sostenn u ta’ dikjarazzjonijiet taħt ġurament tal-membri kollha tal-persunal affettwati b’dan l-abbozz ġew prodotti bħala evidenza, b’tali mod li d-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni, li aċċettat l-evalwazzjoni tal-awditur estern mingħajr motivazzjoni, hija wkoll kollha żbaljata.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/56


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Scandlines Øresund et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-68/15)

(2015/C 138/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Øresund I/S (Helsingør, id-Danimarka), HH Ferries Helsingor ApS (Helsingør, id-Danimarka), HH-Ferries Helsingborg AB (Helsingborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Johansson, R. Azelius u P. Remnelid, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din it-talba qed titressaq skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Ottubru 2014 taħt l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (fil-Każijiet SA.36558 u SA.38371 – Id-Danimarka, u SA.36662 – L-Isvezja, Għajnuna mogħtija lil Øresundsbro Konsortiet).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji ta’ evalwazzjoni.

Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-finanzjament tal-Faċilitajiet Hinterland ma kienx jinvolvi għajnuna mill-Istat peress li l-miżuri kkonċernati ma kinux suġġetti għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas ma jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri.

Permezz tat-tieni parti, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tan-natura inkondizzjonata ta’ garanziji tal-Istat u d-dritt tal-Konsorzju li jista’ jiġi legalment implementat, sabiex jinkiseb finanzjament iggarantit mill-Istat kif ukoll rigward l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tan-numru ta’ garanziji mill-Istat.

Permezz tat-tielet u tar-raba’ partijiet, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-miżuri ta’ garanzija Svediżi jikkostitwixxu skema ta’ għajnuna kif ukoll għajnuna eżistenti.

Permezz tal-ħames parti, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-garanziji mill-Istat huma limitati għall-finanzjament tal-Kollegament Fiss.

Permezz tas-sitt parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jallegaw ksur tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, peress li l-Kummissjoni ma kellhiex raġunijiet suffiċjenti sabiex tikkonstata l-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni bħala kompatibbli mas-suq intern.

Taħt is-sitt parti, ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi ma evalwatx l-effett kumulattiv tal-miżuri ta’ għajnuna differenti kollha direttament u indirettament mogħtija lill-Konsorzju.

Permezz tas-seba’ parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jallegaw applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu li tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali.

It-tieni motiv huwa maqsum f’dsatax-il parti, li permezz tagħhom ir-rikorrenti jsostnu li l-eżami mwettaq mill-Kummissjoni kien insuffiċjenti u inkomplet, u li l-Kummissjoni fir-rigward ta’ diversi punti naqset milli ssegwi l-linji gwida u l-komunikazzjonijiet tagħha stess. Dawn in-nuqqasijiet jistabbilixxu l-eżistenza ta’ sensiela konsistenti ta’ indizji li turi li l-Kummissjoni ma kinitx kapaċi, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, tirriżolvi d-diffikultajiet serji kollha identifikati fil-każ inkwistjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni bi żball naqset milli tiżgura d-drittijiet proċedurali li r-rikorrenti jibbenefikaw minnhom skont l-Artikolu 108(2) TFEU.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Permezz tat-tielet u l-aħħar motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni naqset milli taċċerta li l-indikazzjonijiet u r-raġunijiet fid-deċiżjoni kkontestata kienu preċiżi biżżejjed għar-rikorrenti li jiddefendu d-drittijiet tagħhom u għall-Qorti tal-Ġustizzja li teżerċita s-setgħa ta’ stħarriġ tagħha. In-nuqqasijiet allegati fir-raġunament jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Faċilitajiet Hinterland, il-garanziji tal-Istat, il-vantaġġi ta’ taxxa Daniżi, is–self mill-Istat Daniż u, fl-aħħar nett, il-fatt li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward kompatibbiltà mas-suq intern u aspettattivi leġittimi huma bbażati fuq raġunament ċirkolari.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/57


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Hippler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-72/15)

(2015/C 138/74)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Hippler (Dorsten, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Richter, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tipprojbixxi lill-konvenuta, taħt piena ta’ multa li għandha tiġi ffissata mill-Qorti Ġenerali għal kull ksur, li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-mapep tan-netwerks tat-trasport ta’ “Bochum”, ta’ “Dortmund”, ta’ “Düsseldorf/Meerbusch”, ta’ “Duisburg” u ta’ “Essen” tar-rikorrent mingħajr il-kunsens tiegħu, kif sar fil-links segwenti:

http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Dortmund.pdf

http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Bochum.pdf

http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Essen.pdf

http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Duesseldorf.pdf kif ukoll

http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Duisburg.pdf

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 10  100 bħala danni;

tikkundanna lill-konvenuta tirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż prekontenzjużi tal-avukati li jammontaw għal EUR 2  743,43;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tal-avukati.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1), kif ukoll ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 15 u 19 a tal-Liġi dwar id-drittijiet tal-awtur (Urheberrechtsgesetz) u tal-Artikolu 97(2) tal-istess liġi (2).

Ir-rikorrent jallega li l-mapep tan-netwerks tat-trasport huma protetti mid-drittijiet tal-awtur bħala rappreżentazzjonijiet ta’ natura xjentika jew teknika. Ir-rikorrent fl-ebda mument ma awtorizza lill-konvenuta twettaq l-atti ta’ użu li hija għamlet u, b’mod partikolari, huwa ma taha ebda dritt ta’ użu. Il-konvenuta lanqas ma kisbet debitament id-drittijiet ta’ użu mingħajr terz. Billi użat il-mapep, il-konvenuta għamlithom aċċessibbli għall-pubbliku jew ikkomunikathom lill-pubbliku.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jallega li sabiex jiġi evalwat id-dannu pekunarju li huwa ġarrab, għandu jsir użu minn kalkolu analogu għal dak tal-liċenzji. Ir-rikorrent huwa intitolat għall-ħlas ta’ liċenzja adegwata. Fis-suq Ġermaniż, kif ukoll mill-qrati Ġermaniżi, liċenzji li jammontaw għal EUR 2  020 għal kull mappa huma rrikonoxxuti li huma normali u adegwati. Għaldaqstant, id-danni jammontaw għal ammont ta’ EUR 10  100.

Ir-rikorrent isostni, barra minn hekk, li l-konvenuta ġarrbitlu dannu morali li kien ikkawżat lid-drittijiet tal-awtur esklużivi tiegħu u li għaldaqstant hija għandha tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu morali kif ukoll twaqqaf l-atti ta’ użu kontenzjużi.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li gustament huwa bagħat ittra ta’ intimazzjoni lill-konvenuta permezz ta’ avukat u li għaldaqstant il-konvenuta għandha tikkumpensah l-ispejjeż neċessarji tal-avukati li jirriżultaw minn dan, li jammontaw għal EUR 2  743,43.


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230, tat-22 ta’ Ġunju 2011).

(2)  Urheberrechtsgesetz tad-9 ta’ Settembru 1965 (BGBl. I S. 1273), li kienet emendata l-aħħar bl-Artikolu 1 tal-Liġi tal-5 ta’ Diċembru 2014 (BGBl. I S. 1974).


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/58


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Aston Martin Lagonda vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur)

(Kawża T-86/15)

(2015/C 138/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aston Martin Lagonda Ltd (Gaydon, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja indikata bħala “oħrajn” (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 2 2 18  418

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1795/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet il-konklużjonijiet tal-eżaminatur li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni prima facie kienet nieqsa minn karattru distintiv għall-prodotti u servizzi inkwistjoni;

tippermetti l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 2 18  418;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/59


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Aston Martin Lagonda vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur)

(Kawża T-87/15)

(2015/C 138/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aston Martin Lagonda Ltd (Gaydon, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja indikata bħala “oħrajn” (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 867 215

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1797/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet il-konklużjonijiet tal-eżaminatur li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni prima facie kienet nieqsa minn karattru distintiv għall-prodotti u servizzi inkwistjoni;

tippermetti l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 867 215;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/59


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Aston Martin Lagonda vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja ta’ radjatur)

(Kawża T-88/15)

(2015/C 138/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aston Martin Lagonda (Gaydon, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja indikata bħala “oħrajn” (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja ta’ radjatur) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 8 67  173

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1798/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet il-konklużjonijiet tal-eżaminatur li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni prima facie kienet nieqsa minn karattru distintiv għall-prodotti u servizzi inkwistjoni;

tippermetti l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 8 67  173;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/60


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 – Tubes Radiatori vs UASI – Antrax It (Radiatori per riscaldamento)

(Kawża T-98/15)

(2015/C 138/78)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero, P. Menapace, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Antrax It Srl (Resana, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrenti

Disinn ikkontestat ikkonċernat: id-disinn Komunitarju għal prodotti “radjaturi tat-tisħin” – Disinn Komunitarju Nru 000169 370-0002

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1643/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tikkonstata u tiddikjara l-validità tad-disinn Komunitarju Nru 000169370-0002, proprjetà ta’ TUBES RADIATORI s.r.l., peress li huwa ġdid u għandu karattru individwali;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, fis-sens tal-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Mejju 1991.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 1d tar-Regolament (KE) Nru 216/96, tal-prinċipju ta’ kontradittorju, kif ukoll tad-dmir ta’ motivazzjoni.

Qed tiġi sostnuta wkoll eċċezzjoni ta’ res judicata.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/61


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Red Bull vs UASI – Optimum Mark (Rappreżentazzjoni tal-kuluri blu u fidda)

(Kawża T-101/15)

(2015/C 138/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, Awstrija) (rappreżentant: A. Renck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Optimum Mark (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata:Rappreżentazzjoni tal-kuluri blu u fidda – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2 5 34  774

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 2037/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li din tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 4, 7(1)(a) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fi ħdan id-dritt Komunitarju


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/61


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Red Bull vs UASI – Optimum Mark (Rappreżentazzjoni tal-kuluri blu u fidda)

(Kawża T-102/15)

(2015/C 138/80)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, Awstrija) (rappreżentant: A. Renck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Optimum Mark (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata: Rappreżentazzjoni tal-kuluri blu u fidda – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 4 17  668

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 2036/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li din tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 4, 7(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fi ħdan id-dritt Komunitarju.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/62


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2015 – Flabeg Deutschland vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-103/15)

(2015/C 138/81)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Flabeg Deutschland GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Küper u E.-M. Schwind, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-proċedura “Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – C (2014) 8786 finali”, b’mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 3(1) u (2), 4 u 5 tagħha (attribuzzjoni tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat u konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-EEG 2012, inkluża l-iskema speċjali ta’ kumpens tagħha, mas-suq komuni) kif ukoll id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 6 u 7 tagħha (ordni ta’ rkupru parzjali immedjat mingħand il-benefiċjarji);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107 TFUE ma humiex issodisfati.

Ir-rikorrenti ssostni li l-mekkaniżmu tat-taxxa EEG u l-iskema speċjali ta’ kumpens tal-EEG 2012 ma jikkostitwixxux għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Fil-każ li jeħtieġ li l-iskema speċjali ta’ kumpens tal-EEG 2012 titqies li hija għajnuna, din hija ġġustifikata skont l-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE (promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġett fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew jew l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi mingħajr tfixkil tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ fi grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni) u għalhekk ma hijiex kuntrarja għad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat.

2.

It-tieni motiv: inapplikabbiltà tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija (the Environmental and Energy State Aide Guidelines – Lijni Gwida), li huma determinanti għal pjan ta’ adattament.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Linji Gwida, li huma determinanti għall-iffissar tal-ammont li għandu jiġi rkuprat konformement mal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni inkwistjoni tal-konvenuta, u li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2014 ma humiex applikabbli għaliha, fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità tal-azzjoni amministrattiva, li japplika wkoll fil-livell tal-UE, u minħabba l-fatt li l-istrumenti kkunsidrati, jiġifieri l-mekkaniżmu tat-taxxa EEG u l-iskema speċjali ta’ kumpens tal-EEG 2012, ma humiex għajnuna.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/63


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2015 – Bundesverband Glasindustrie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-108/15)

(2015/C 138/82)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband Glasindustrie (Düsseldorf, il-Ġermanja), Gerresheimer Lohr GmbH (Lohr, il-Ġermanja), Gerresheimer Tettau GmbH (Tettau, il-Ġermanja), Noelle + von Campe Glashütte GmbH (Boffzen, il-Ġermanja), Odenwald Faserplattenwerk GmbH (Amorbach, il-Ġermanja), O-I Glasspack GmbH & Co. KG (Düsseldorf), Pilkington Deutschland AG (Gelsenkirchen, il-Ġermanja), Schott AG (Mainz, il-Ġermanja), SGD Kipfenberg GmbH (Kipfenberg, il-Ġermanja), Thüringer Behälterglas GmbH Schleusingen (Schleusingen, il-Ġermanja), Neue Glaswerke Großbreitenbach GmbH & Co. KG (Großbreitenbach, il-Ġermanja), HNG Global GmbH (Gardelegen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész u C. von Köckritz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikoli 1 u 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 ta’ Novembru 2014, Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex NN 2013/NN), C(2014) 8786 finali, dwar is-sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, sa fejn dawn id-dispożżizzjonijiet jikkonstataw

(i)

li l-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu fuq il-bażi tal-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità mogħtija lill-enerġiji li jiġġeddu (Erneuerbare-Energien-Gesetz tal-25 ta’ Ottubru 2008, fil-verżjoni emendata fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2012 – EEG 2012), bil-mekkaniżmu ta’ finanzjament tagħha, u

(ii)

is-sostenn għat-tnaqqis tat-taxxa EEG għall-impriżi b’konsum għoli ta’ enerġija (skema speċjali ta’ kumpens) previst fl-Artikoli 40 et seq tal-EEG 2012 għall-2013 u għall-2014, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE li ġiet eżegwita bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE;

tannulla l-Artikoli 2, 3(2), 6, 7 u 8 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jikkonstataw l-inkompatibbiltà tal-iskema speċjali ta’ kumpens mas-suq intern u jordnaw ir-rimbors tal-għajnuna;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-iskema speċjali ta’ kumpens ma tinvolvi ebda għajnuna statali fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li din ma tintroduċi ebda vantaġġ. Il-Kummissjoni tippreżumi b’mod żbaljat li l-iskema speċjali ta’ kumpens tiffavorixxi lill-impriżi b’konsum għoli ta’ enerġija b’mod li tikkostitwixxi għajnuna skont il-liġi.

2.

Il-mekkaniżmu tat-taxxa EEG u l-iskema speċjali ta’ kumpens ma tinkludix għajnuna mill-Istat, peress li dawn ma jirrikorrux għar-riżorsi statali. Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni taffettwa biss riżorsi ta’ natura privata. Id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex kompatibbli mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mas-sentenza PreussenElektra.

3.

Fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħhha, il-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat li l-iskema speċjali ta’ kumpens kienet ta’ natura selettiva. Madankollu, din ma tintroduċi ebda deroga mis-sistema ta’ referenza. Fi kwalunkwe każ, l-iskema speċjali ta’ kumpens hija ġġustifikata min-natura tal-istruttura tal-EEG 2012.

4.

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta evalwat il-possibbiltà ta’ awtorizzazzjoni tal-iskema speċjali ta’ kumpens biss fuq il-bażi tal-Linji Gwida l-ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija għall-perijodu 2014-2020.

5.

Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema speċjali ta’ kumpens tikkostitwixxi għajnuna li ma tistax tiġi awtorizzata, azzjoni għal irkupru tkun madankollu inammissibbli, peress li din hija “għajnuna eżistenti”.

6.

Barra minn hekk, l-azzjoni għal irkupru hija eskluża mill-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonstatat f’deċiżjoni preċedenti li l-iskema stabbilita mill-EEG ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Finalment, ma huwiex possibbli li jiġi implementat ordni ta’ rkupru għall-iskema speċjali ta’ kumpens.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/64


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – Saint-Gobain Isover G+H et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-109/15)

(2015/C 138/83)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Saint-Gobain Isover G+H AG (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanija), Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (Stolberg, il-Ġermanija), Saint-Gobain Oberland AG (Bad Wurzach, il-Ġermanija) u Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG (Herzogenrath, il-Ġermanija) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u H. Janssen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C(2014) 8786 finali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi:

1.

L-ewwel motiv: Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE

Ir-rikorrenti jsostnu li t-tnaqqis tat-taxxa EEG ma hijiex għajnuna peress li ma hemm ebda għoti ta’ riżorsi tal-Istat u lanqas rinunzja għalihom. It-tnaqqis tat-taxxa EEG ma ssirx b’mod selettiv. Barra minn hekk, dan it-tnaqqis ma joħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas ma jaffettwa l-kummerċ fis-suq intern.

2.

It-tieni motiv: Ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE

Fil-każ li, b’mod kuntrarju għall-pożizzjoni tar-rikorrenti, jirriżulta li hemm għajnuna, fil-fehma tar-rikorrenti, il-konvenuta, fi kwalunkwe każ, ma setgħetx teżiġi rkupru skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Dan minħabba li t-tnaqqis tat-taxxa EEG ma jikkostitwixxix għajnuna ġdida, peress li l-leġiżlazzjoni preċedenti f’dan ir-rigward, li kienet identika fil-kontenut f’aspetti fundamentali, kienet diġà ġiet approvata mill-konvenuta fl-2002.

3.

It-tielet motiv: Ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li d-deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(3) TFUE u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. F’dan ir-rigward, il-konvenuta ma kellhiex tevalwa l-fatti eżaminati minnha fuq il-bażi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija 2014-2020, li ġew ippubblikati biss fit-28 ta’ Ġunju 2014. Minflok, hija kellha tapplika l-linji gwida ppubblikati fl-2008. Fuq il-bażi tal-istandard tal-2008, il-konvenuta setgħet biss tasal għall-konklużjoni li l-allegata għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern.

4.

Ir-raba’ motiv: Ksur tal-Artikolu 108(1) TFUE

Finalment, ir-rikorrenti jsostnu li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fi proċedura li tirrigwarda għajnuna ġdida, il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-Artikolu 108(1) TFUE. Peress li l-konvenuta kienet approvat il-leġiżlazzjoni li ppreċediet il-Liġi dwar l-EEG tal-2012, hija kellha tieħu deċiżjoni fi proċedura li tirrigwarda għajnuna eżistenti u mhux proċedura li tirrigwarda għajnuna ġdida.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/65


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – International Management Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/15)

(2015/C 138/84)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: International Management Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Burgstaller, Solicitor, u E. Wright, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni THOR/C4/LL/el/(S)(2015)4287 tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tas-6 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta rrifjutat li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba, billi bbażat ruħha fuq preżunzjoni ġenerali ta’ applikabbiltà tal-protezzjoni tal-għanijiet tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li jeżisti interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli tispjega għalfejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwi tipprekludi aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenuta kisret id-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/66


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Proforec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/15)

(2015/C 138/85)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Proforec Srl (Recco, l-Italja) (rappreżentanti: G. Durazzo, M. Mencoboni u G. Pescatore, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/39, tat-13 ta’ Jannar 2015, ikkontestat għall-motiv espost fil-premessi ta’ dan ir-rikors, li qed jiġu miktuba mill-ġdid u ripetuti hawnhekk;

b’konsegwenza tal-annullament, timplementa l-atti u l-miżuri ta’ implementazzjoni kollha neċessarji għall-annullament tal-iskrizzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Focaccia di Recco col formaggio” mir-Reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali ta’ din il-kawża. Fil-każ li dan ir-rikors jiġi miċħud, quod non, qed jintalab kumpens għall-ispejjeż legali.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont ir-rikorrenti, ir-Regolament ta’ implementazzjoni kkontestat jipprekludiha milli tkompli tikkumerċjalizza l-prodott tagħha minkejja li hija hija l-proprjetarju ta’ trade marks irreġistrati ħafna qabel id-data tal-preżentazzjoni quddiem il-Kummissjoni tat-talba għal protezzjoni u minkejja li huwa paċifiku u mhux ikkontestat li sa mill-2006, jiġifieri għal iktar minn ħames snin, hija kienet legalment ikkumerċjalizzat il-prodott tagħha fl-Unjoni Ewropea.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ikkontestat ma kienx jipprevedi u lanqas ma jipprevedi xi perijodu tranżitorju li jippermetti l-eżawriment tal-istokkijiet u tal-ippakkjar.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-kontradizzjoni bejn il-premessi 5, 6 u 7 tar-Regolament ikkontestat.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni l-kontradizzjoni bejn il-premessi 5 u 6, u l-premessa 7 u l-protezzjoni surrettizja anki ta’ denominazjoni li ma ntalbitx fil-livell tar-reġistrazzjoni u li tista’ toħloq konfużjoni fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika tal-ingredjent prinċipali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata u abbużiva li l-Kummissjoni għamlet tal-fatti.

Fir-rigward ta’ dan il-punt ir-rikorrenti ssostni li l-premessa 9 tagħmel riferiment għal allegat dannu għall-prodotti eżistenti u tiċħad l-eżistenza tiegħu. Madankollu dan id-dannu ma huwiex fittizzju iżda reali u t-talbiet tal-konsorzju li qed jagħmel it-talba taw lok għal aġir antikompetittiv, li jista’ jikkawża dannu illegali lill-kompetituri eżistenti fis-suq, billi jikkawża leżjoni għad-drittijiet kweżiti tagħhom permezz tal-abbuż ta’ poter tal-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq id-dekadenza tal-protezzjoni provviżorja.

Fir-rigward ta’ dan il-punt ir-rikorrenti ssostni li l-premessa 10 tar-Regolament ikkontestat fiha espożizzjoni żbaljata tal-fatti, sa fejn il-protezzjoni tranżitorja nazzjonali fl-Italja ddekadiet minħabba l-assenza ta’ adozzjoni ta’ pjan ta’ awtokontroll tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ produzzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(e) tar-Regolament Nru 1151/2012.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li r-Regolament ikkontestat, billi jipprojbixxi l-iffriżar u prattiki ta’ konservazzjoni, jagħmel leġittimi aġiri illeġittimi min-naħa tal-konsorzju li qed jagħmel it-talba li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni u kontra l-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi, bil-konsegwenza li l-Kummissjoni tiżnatura l-portata effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-premessi 11 u 12, bi ksur manifest tar-Regolament Nru 1151/2012.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/67


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2015 – Watch TV vs Il-Kunsill

(Kawża T-639/13) (1)

(2015/C 138/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/67


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Messi Cuccittini vs UASI – Pires Freitas Campos (LEO)

(Kawża T-459/14) (1)

(2015/C 138/87)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.