ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 127

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
20 ta' April 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 127/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 127/02

Kawża C-651/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato) – l-Italja – Lb Group Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS), Galassia Game Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi — Sejħa għall-offerti ġdida — Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

2

2015/C 127/03

Kawża C-652/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Cagliari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Mirko Saba (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi — Sejħa għall-offerti ġdida — Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

3

2015/C 127/04

Kawża C-86/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Granada – Spanja) – Marta León Medialdea vs Ayuntamiento de Huetor Vega (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku — Klawżola 3(1) — Kunċett ta’ ħaddiem għal żmien determinat — Klawżola 5(1) — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv mill-kuntratti jew mir-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Sanzjonijiet — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti — Dritt għal kumpens)

3

2015/C 127/05

Kawża C-457/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Calgiari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Claudia Concu, Isabella Melis (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi — Sejħa għall-offerti ġdida — Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

4

2015/C 127/06

Kawża C-478/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Cagliari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Roberto Siddu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi — Sejħa għall-offerti ġdida — Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

5

2015/C 127/07

Kawża C-480/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Società Sogno di Tolosa Ltd et. vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi — Sejħa għall-offerti ġdida — Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

5

2015/C 127/08

Kawża C-57/14 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 minn Recaro Holding GmbH, li qabel kienet Recaro Beteiligungs-GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-524/12: Recaro Holding GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

6

2015/C 127/09

Kawża C-320/14 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2014 minn Asos plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-29 ta’ April 2014 fil-Kawża T-647/11: Asos plc vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

6

2015/C 127/10

Kawża C-370/14 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 minn Argo Group International Holdings Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-247/12, Argo Group International Holdings Ltd vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

7

2015/C 127/11

Kawża C-594/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Simona Kornhaas vs Thomas Dithmar bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd

7

2015/C 127/12

Kawża C-2/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Jannar 2015 – DHL Express (Austria) GmbH

8

2015/C 127/13

Kawża C-7/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Proċeduri kriminali kontra Kanapathippilai Kanageswaran

9

2015/C 127/14

Kawża C-19/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2015 – Verband Sozialer Wettbewerb e.V. vs Innova Vital GmbH

9

2015/C 127/15

Kawża C-25/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Törvényszék (l-Ungerija) fil-21 ta’ Jannar 2015 – Proċeduri kriminali kontra István Balogh

10

2015/C 127/16

Kawża C-38/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

10

2015/C 127/17

Kawża C-44/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Frar 2015 – Hauptzollamt Frankfurt am Main vs Duval GmbH & Co. KG

11

2015/C 127/18

Kawża C-82/15 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 minn PP Nature-Balance Lizenz GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-189/13, PP Nature-Balance Lizenz GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

11

2015/C 127/19

Kawża C-93/15 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 minn Banco Privado Português, SA – fi stralċ, u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA – fi stralċ, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-487/11, Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni

13

2015/C 127/20

Kawża C-94/15 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 minn Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-550/08, Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2015/C 127/21

Kawża C-100/15 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 minn Netherlands Maritime Technology Association, li kienet Scheepsbouw Nederland mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-140/13 – Netherlands Maritime Technology Association vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2015/C 127/22

Kawża C-124/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

16

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 127/23

Kawża T-366/11 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Bial-Portela vs UASI – Isdin (ZEBEXIR) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEBINIX — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

17

2015/C 127/24

Kawża T-496/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Ir-Renju Unit vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja — BĊE — Rikors għal annullament — Qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlas u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli — Rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi Stat Membru tal-Eurosistema applikat għas-sistemi ta’ clearing minn kontroparti ċentrali — Kompetenza tal-BĊE)

18

2015/C 127/25

Kawża T-41/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – LS Fashion vs UASI – Gestión de Activos Isorana (L’Wren Scott) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali L’Wren Scott — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LOREN SCOTT — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

19

2015/C 127/26

Kawża T-188/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Breyer vs Il-Kummisjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja — Rifjut ta’ aċċess)

19

2015/C 127/27

Kawża T-377/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Spa Monopole vs UASI – Olivar Del Desierto (OLEOSPA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLEOSPA — Trade marks tal-Benelux verbali preċedenti SPA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

20

2015/C 127/28

Kawża T-572/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Nissan Jidosha vs UASI (CVTC) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja figurattiva CVTC — Tiġdid parzjali — Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

21

2015/C 127/29

Kawża T-45/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) — Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM u sISI — Rikors għal annullament u għal kumpens — Kwalifika mill-ġdid tar-rikors — Ammissibbiltà — Sospensjoni tal-ħlasijiet — Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport tal-awditjar — Xandir ta’ informazzjoni lil terzi)

22

2015/C 127/30

Kawża T-227/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Bayer Intellectual Property vs UASI – Interhygiene (INTERFACE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INTERFACE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Interfog — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identità tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009]

22

2015/C 127/31

Kawża T-430/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – KESE vs Achab [Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Naturalizzazzjoni — Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Anness VII Regolamenti tal-Persunal — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal]

23

2015/C 127/32

Kawżi magħquda T-492/13 u T-493/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Schmidt Spiele vs UASI (Rappresentazzjoni ta’ mwejjed tal-board games) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji figurattivi li jirrappreżentaw imwejjed għal board games — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

24

2015/C 127/33

Kawża T-543/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Three-N-Products vs UASI – Munindra (PRANAYUR) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRANAYUR — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti AYUR u trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Ayur, Ayur Naturals Herbals u Aanb — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

24

2015/C 127/34

Kawża T-558/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – FSA vs UASI – Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali FSA K-FORCE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FORCE-X — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

25

2015/C 127/35

Kawża T-106/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Universal Utility International vs UASI (Greenworld) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Greenworld — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

26

2015/C 127/36

Kawża T-505/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2015 – Seven for all mankind vs UASI – Seven (SEVEN FOR ALL MANKIND) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND — Trade Mark Komunitarja u internazzjonali figurativa preċedenti Seven — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

26

2015/C 127/37

Kawża T-812/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2015 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Settur finanzjarju — Għajnuna mogħtija fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ falliment bankarju — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

27

2015/C 127/38

Kawża T-826/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Sistema ta’ taxxa fuq il-kumpanniji li tippermetti lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma indiretti f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza)

28

2015/C 127/39

Kawża T-633/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Monster Energy vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu tal-paċi)

28

2015/C 127/40

Kawża T-666/14: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2014 – Monster Energy vs UASI (GREEN BEANS)

29

2015/C 127/41

Kawża T-789/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2014 – Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen vs UASI – Meissen Keramik (MEISSEN)

29

2015/C 127/42

Kawża T-851/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2014 – Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni

30

2015/C 127/43

Kawża T-47/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

31

2015/C 127/44

Kawża T-78/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – Mudhook Marketing vs UASI (IPVanish)

32

2015/C 127/45

Kawża T-80/15 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2015 minn Luigi Macchia mid-digriet mogħti fit-12 ta Diċembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-63/11 RENV, Macchia vs Il-Kummissjoni

33

2015/C 127/46

Kawża T-83/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Swatch vs UASI – L’atelier Wysiwyg (wysiwatch WhatYouSeeIsTheWatchYouGet)

34

2015/C 127/47

Kawża T-91/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2015 – AEDEC vs Il-Kummissjoni

34

2015/C 127/48

Kawża T-93/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Navitar vs UASI – Elukuva (NaviTar)

35

2015/C 127/49

Kawża T-95/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Printeos et vs Il-Kummissjoni

36

2015/C 127/50

Kawża T-96/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Mozzetti vs UASI – di Lelio (Alfredo alla Scrofa)

37

2015/C 127/51

Kawża T-97/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Mozzetti vs UASI – di Lelio (ALFREDO’S GALLERY alla Scrofa Roma)

38

2015/C 127/52

Kawża T-582/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2015 – Acron u Dorogobuzh vs Il-Kunsill

39

2015/C 127/53

Kawża T-207/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2015 – Aluwerk Hettstedt vs ECHA

39

2015/C 127/54

Kawża T-208/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2015 – Richard Anton vs ECHA

39

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 127/55

Kawża F-15/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

40

2015/C 127/56

Kawża F-17/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

40

2015/C 127/57

Kawża F-20/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

41

2015/C 127/58

Kawża F-21/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

41

2015/C 127/59

Kawża F-22/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Parlament

42

2015/C 127/60

Kawża F-23/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

42

2015/C 127/61

Kawża F-24/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

43

2015/C 127/62

Kawża F-26/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Parlament

44

2015/C 127/63

Kawża F-27/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – ZZ et vs Il-Kunsill

44


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 127/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 118, 13.4.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 107, 30.3.2015

ĠU C 96, 23.3.2015

ĠU C 89, 16.3.2015

ĠU C 81, 9.3.2015

ĠU C 73, 2.3.2015

ĠU C 65, 23.2.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato) – l-Italja – Lb Group Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS), Galassia Game Srl

(Kawża C-651/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2015/C 127/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lb Group Ltd

Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS), Galassia Game Srl

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.


(1)  ĠU C 112, 14.04.2014.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Cagliari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Mirko Saba

(Kawża C-652/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2015/C 127/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Cagliari

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Mirko Saba

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.


(1)  ĠU C 112, 14.04.2014.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Granada – Spanja) – Marta León Medialdea vs Ayuntamiento de Huetor Vega

(Kawża C-86/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku - Klawżola 3(1) - Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” - Klawżola 5(1) - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv mill-kuntratti jew mir-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Sanzjonijiet - Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti - Dritt għal kumpens))

(2015/C 127/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Granada

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marta León Medialdea

Konvenut: Ayuntamiento de Huetor Vega

Dispożittiv

1)

Il-Klawżoli 2 u 3(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ħaddiem bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas sa fejn dan il-ħaddiem ikun marbut mal-persuna li timpjegah b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-sens ta’ dawn il-klawżoli.

2)

Il-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkludi l-ebda miżura effettiva sabiex jiġu ssanzjonati l-abbużi, fis-sens tal-Klawżola 5(1) ta’ dan il-ftehim qafas, li jirriżultaw mill-użu minn kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku, meta ma tkun teżisti l-ebda miżura effettiva fl-ordinament ġuridiku nazzjonali sabiex jiġu ssanzjonati tali abbużi.

3)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, konformement mal-leġiżlazzjoni, mal-ftehimiet kollettivi u/jew mal-prattiki nazzjonali, liema għandha tkun in-natura tal-kumpens mogħti lil ħaddiem bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali sabiex dan il-kumpens ikun jikkostitwixxi miżura suffiċjentement effettiva sabiex jiġu ssanzjonati l-abbużi fis-sens tal-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat.

Hija wkoll il-qorti tar-rinviju li għandha, fejn xieraq, tagħti lid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, sa fejn ikun possibbli, interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Calgiari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Claudia Concu, Isabella Melis

(Kawża C-457/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2015/C 127/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Calgiari

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

Claudia Concu, Isabella Melis

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Cagliari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Roberto Siddu

(Kawża C-478/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2015/C 127/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Cagliari

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Roberto Siddu

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Società Sogno di Tolosa Ltd et. vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato

(Kawża C-480/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2015/C 127/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Società Sogno di Tolosa Limited, Ds di Dimarco Enzo & C. Sas, Centro Servizi di Barillà Marco, Assok di Rambaldi Stefano e Casbarra Luca Snc, Dg Comunicazioni di Di Giorno Giancarlo, Tamara Maraboli, Andrea Cappiello, Depa di Delberba C. Sas, Luca Campioni, Danio Milazzo, Andrea Menna, Emilio Schiavone, Sandro Casalboni, Lorena Bertora, Andromeda di Novellis Alessandro u Stellini Roberto Snc

Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato

Fil-preżenza ta’: Carmelo Sisino, Gianni Viano, Vincenzo Brancati, Marco Decortes, Filippo Sangineto, Luca Piccolo, Salvatore Rosolia, Giada Aricò, Giuseppe Parrelli, Wett-Pads Vermittlungs, Galassio Game Srl

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/6


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 minn Recaro Holding GmbH, li qabel kienet Recaro Beteiligungs-GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-524/12: Recaro Holding GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-57/14 P)

(2015/C 127/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Recaro Holding GmbH, li qabel kienet Recaro Beteiligungs-GmbH (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

B’digriet tal-14 ta’ Jannar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Recaro Holding GmbH tbati l-ispejjeż tagħha stess.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/6


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2014 minn Asos plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-29 ta’ April 2014 fil-Kawża T-647/11: Asos plc vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-320/14 P)

(2015/C 127/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Asos plc (rappreżentanti: P. Kavanagh, Solicitor, A. Lykiardopoulos QC, A. Edwards-Stuart, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Roger Maier

B’digriet tat-13 ta’ Jannar, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Asos plc tbati l-ispejjeż tagħha.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/7


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 minn Argo Group International Holdings Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-247/12, Argo Group International Holdings Ltd vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

(Kawża C-370/14 P)

(2015/C 127/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Argo Group International Holdings Ltd (rappreżentanti: F. Petillion, avukat, J. Janssen, barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Arisa Assurances SA

B’digriet tat-12 ta’ Frar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Argo Group International Holdings Ltd tbati l-ispejjeż tagħha.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Simona Kornhaas vs Thomas Dithmar bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd

(Kawża C-594/14)

(2015/C 127/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Simona Kornhaas

Konvenut: Thomas Dithmar bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd

Domandi preliminari

a)

Kawża quddiem qorti Ġermaniża kontra d-direttur ta’ “private company limited by shares” irregolata mid-dritt Ingliż jew ta’ Wales, li hija s-suġġett ta’ proċeduri ta’ insolvenza mibdija fil-Ġermanja skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 1346/2000 (1), mill-amministratur (“Insolvenzverwalter”) għar-rimbors tal-ħlasijiet li saru mid-direttur qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza iżda wara l-okkorrenza tal-insolvenza tal-kumpannija, tikkonċerna il-liġi Ġermaniża applikabbli fil-qasam tal-insolvenza fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1346/2000?

b)

Tali kawża tikser il-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikoli 49, 54 TFUE?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Jannar 2015 – DHL Express (Austria) GmbH

(Kawża C-2/15)

(2015/C 127/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Express (Austria) GmbH

Konvenuta: Post-Control-Kommission

Partijiet oħra fil-kawża: Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie (Ministeru Federali għat-Trasport, għall-Innovazzjoni u għat-Teknoloġija)

Domandi preliminari

1.

Id-Direttiva 97/67/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-fornituri ta’ servizzi postali huma marbuta jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-funzjonament tal-awtorità regolatorja nazzjonali indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn jipprovdux servizzi li jagħmlu parti mis-servizzi universali?

2.

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

a)

Huwa suffiċjenti, sabiex jinħoloq obbligu ta’ finanzjament, li l-fornitur ikkonċernat jipprovdi servizzi postali li għandhom jiġu kklassifikati bħala servizzi li jagħmlu parti mis-servizz universali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda li jmorru lil hinn mit-total minimu ta’ tali servizzi impost mid-Direttiva?

b)

Hemm lok, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ impriża partikolari fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji, li wieħed jipproċedi bl-istess mod bħal fil-każ tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fond ta’ kumpens previst fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva?

c)

L-obbligu tal-osservanza tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità previsti fl-Artikolu 7(5) tal-imsemmija direttiva u t-teħid inkunsiderazzjoni tal-“interskambju [...] mas-servizz universali” previst fil-premessa 27 tad-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, jeżiġu li l-partijiet mid-dħul mill-bejgħ marbuta ma’ dawn is-servizzi b’valur miżjud, jiġifieri ma’ servizzi postali li ma jaqgħux taħt is-servizz universali iżda huma marbuta miegħu, għandhom jitnaqqsu u ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni ta’ din il-parteċipazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71.

(2)  Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3).


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Proċeduri kriminali kontra Kanapathippilai Kanageswaran

(Kawża C-7/15)

(2015/C 127/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Essen

Parti fil-kawża prinċipali

Kanapathippilai Kanageswaran

Domanda preliminari

L-inklużjoni tal-Liberation Tigers of Tamil Eelam fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), mid-9 ta’ Settembru 2007 sal-24 ta’ Mejju 2009, b’mod partikolari permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/379/KE tad-29 ta’ Mejju 2006 (2), 2007/445/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 (3), 2007/868/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 (4), 2008/583/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 (5) u 2009/62/KE tas-26 ta’ Jannar 2009 (6), hija invalida?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207.

(2)  ĠU L 294M, p. 169.

(3)  ĠU L 169, p. 58.

(4)  ĠU L 340, p. 100.

(5)  ĠU L 188, p. 21.

(6)  ĠU L 23, p. 25.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2015 – Verband Sozialer Wettbewerb e.V. vs Innova Vital GmbH

(Kawża C-19/15)

(2015/C 127/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb e.V.

Konvenuta: Innova Vital GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom japplikaw ukoll għall-istqarrijiet dwar nutrizzjoni u saħħa redatti f’komunikazzjonijiet kummerċjali fir-reklamar ta’ ikel li għandu jkun imwassal bħala tali lill-konsumatur finali meta din il-komunikazzjoni kummerċjali jew dan ir-reklamar ikun indirizzat esklużivament lil professjonisti fil-qasam tas-saħħa?


(1)  Regolament (KE) Nr 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Törvényszék (l-Ungerija) fil-21 ta’ Jannar 2015 – Proċeduri kriminali kontra István Balogh

(Kawża C-25/15)

(2015/C 127/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Törvényszék

Parti fil-kawża prinċipali

Akkużat: István Balogh

Domanda preliminari

Il-formulazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/64/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (1), li tgħid li “[d]in id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew”, għandha tinftiehem fis-sens li l-qorti Ungeriża għandha l-obbligu li tapplika din id-direttiva fil-kuntest, ukoll, ta’ proċedura speċjali [Kapitolu XXIX tal-Liġi Nru XIX tal-1998, li tistitwixxi l-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (büntetőeljárásról szóló 1998 évi XIX. törvény)]; fi kliem ieħor, għandu jitqies li l-“proċedimenti kriminali” msemmija minn din id-dispożizzjoni jinkludu l-proċeduri speċjali, bħal dawk previsti mid-dritt Ungeriż, jew li huma jirreferu esklużivament għal proċeduri li jintemmu b’deċiżjoni definittiva dwar ir-responsabilità kriminali tal-akkużat?


(1)  ĠU L 280, p. 1.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/10


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-38/15)

(2015/C 127/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u D. Loma-Osorio Lerena, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt

l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (1), tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, fir-rigward tal-agglomerazzjoni Pontevedra-Marín-Poio-Bueu (Galicia) u

l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Bollulos Par del Condado; Abrera; Berga; Capellades; Figueres; El Terri (Banyoles) u Pontevedra-Marín-Poio-Bueu.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Wara investigazzjoni fil-proċedura ta’ ksur Nru 2002/2123, il-Kummissjoni Ewropea, permezz ta’ ittra ta’ intimazzjoni tad-19 ta’ Diċembru 2003, ġibdet l-attenzjoni tar-Renju ta’ Spanja fir-rigward tat-twettiq tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 5, 6 u 14 tad-Direttiva 91/271 u b’mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-ilma urban mormi fiż-“żoni sensittivi”.

Is-suġġett tal-proċedura naqas skont ir-ritmu li bih Spanja kienet qegħda tirregolarizza l-installazzjonijiet ta’ tindif, ta’ trattamenti u ta’ rimi ta’ ċerti agglomerazzjonijiet. Madankollu l-ksur tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva għadu għaddej fil-mument tal-preżentata tar-rikors fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-agglomerazzjonijiet ta’ Bollulos Par del Condado (fil-Comunidad Autónoma de Andalucía); ta’ Abrera, ta’ Berga, ta’ Capellades, ta’ Figueres u ta’ El Terri-Banyoles (fil-Comunidad Autónoma de Cataluña) u ta’ Pontevedra-Marín-Poio-Bueu (fil-Comunidad Autónoma de Galicia).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Frar 2015 – Hauptzollamt Frankfurt am Main vs Duval GmbH & Co. KG

(Kawża C-44/15)

(2015/C 127/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt Frankfurt am Main

Konvenuta: Duval GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

1)

Fl-assenza ta’ kwalunkwe definizzjoni astratta tal-kunċett ta’ termometru fis-sens tal-intestatura 9025 tan-NM, għandhom jiġu eċċezzjonalment ikklassifikati taħt l-intestatura 9025 tan-NM (“termometri”) biss l-apparati li huma elenkati fin-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata dwar l-intestatura 9025, Taqsima B (termometri u pirometri, li jirrekordjaw jew le – punti 08.0 sa 28.0)?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: L-elenkar tal-apparati inklużi fin-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata dwar l-intestatura 9025 tan-NM jimplika li l-apparati li ma jiffunzjonawx bil-metodi inkorporati f’dawn l-apparati (indikazzjoni tat-temperatura, pereżempju, permezz tal-espansjoni mekkanika ta’ likwidi jew ta’ metalli, ta’ bidliet fiżiċi jew ta’ impulsi elettriċi) ma jistgħux jiġu kklassifikati fl-intestatura 9025 tan-NM?

3)

Fil-każ li t-tieni domanda wkoll tingħata risposta fin-negattiv: Apparat li jindika li t-temperatura ta’ oġġett li ser jitkejjel laħqet valur li ġie ddeterminat (valur limitu) huwa termometru fis-sens tal-intestatura 9025 tan-NM, minkejja li ma jkunx jissodisfa kriterji bħall-kapaċità li jirriproduċi r-riżultat tal-kejl, l-indikazzjoni kontinwa ta’ bidliet fit-temperatura u l-possibbiltà li l-apparat jintuża diversi drabi?


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/11


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 minn PP Nature-Balance Lizenz GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-189/13, PP Nature-Balance Lizenz GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-82/15 P)

(2015/C 127/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: PP Nature-Balance Lizenz GmbH (rappreżentant: M. Ambrosius, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-189/13;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni C(2013)369 ikkontestata sa fejn din tobbliga lill-Istati Membri jemendaw l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq billi titneħħa l-indikazzjoni lokomotriċi;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq ħames aggravji.

L-ewwel aggravju: ksur tal-Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83 (1), flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni

Il-Qorti Ġenerali tibbaża ruħha fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni sabiex taċċetta dubji serji fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-benefiċċji. Madankollu, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jipprevedi l-evalwazzjoni tar-riskju, u mhux l-evalwazzjoni tal-effikaċja ta’ prodott mediċinali.

It-tieni aggravju: ksur tal-Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83, sa fejn il-Qorti Ġenrali kklassifikat erba’ studji bħala informazzjoni ġdida

L-informazzjoni ġdida, li tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83, hija biss dik li tidher wara l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew l-ewwel tiġdid tagħha. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali tafferma li l-evalwazzjoni mill-Kumitat dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem hija indipendenti mill-evalwazzjoni li ssir mill-awtoritajiet nazzjonali. Konsegwentement, informazzjoni tkun diġà ġdida jekk il-Kumitat dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem ma jkunx għadu eżamina l-kwistjoni.

It-tielet aggravju: ksur tal-Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83 fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kriterju tal-assenza tal-prova tal-effikaċità

Il-Qorti Ġenerali tiddefendi l-opinjoni li l-eżistenza ta’ studji li ma humiex f’pożizzjoni li juru l-effikaċità hija diġà suffiċjenti sabiex jiġi preżunt li prodott mediċinali ma jippreżentax benefiċċji, jew jippreżenta benefiċċji inqas minn dawk preżunti preċedentement. Il-Qorti Ġenerali kellha tirrikonoxxi li, f’dan il-kuntest, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet li wasslu għall-falliment ta’ studju.

Ir-raba’ aggravju: żnaturament tal-provi

Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi sa fejn ikkonstatat li ma kienx hemm kontradizzjoni bejn l-evalwazzjoni tar-riskju ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li saret mir-Rapporteur, mill-Co-Rapporteur u mis-SAG-N fil-proċedura ta’ eżami mill-ġdid u l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.

Il-ħames aggravju: ksur tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2001/83 kif ukoll tal-Anness I tad-Direttiva

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2001/83 kif ukoll l-Anness I tagħha, sa fejn hija ppreżumiet li din id-dispożizzjoni kienet applikabbli biss fl-ambitu tal-proċeduri tal-ewwel talba ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq. Barra minn hekk, jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2001/83 il-fatt li l-Qorti Ġenerali tapprova l-fatt li l-Kumitat dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem ikkonċentra ruħu fuq l-evalwazzjoni ta’ erba’ studji biss, meta hemm total ta’ 80 studju marbuta mat-tolperison.


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/13


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 minn Banco Privado Português, SA – fi stralċ, u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA – fi stralċ, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-487/11, Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-93/15 P)

(2015/C 127/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Banco Privado Português, SA – fi stralċ, Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA – fi stralċ (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, F. Pereira Coutinho, M. Esperança Pina, M. Ferreira Santos, R. Leandro Vasconcelos, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata, billi tissostitwixxiha b’sentenza li tistabbilixxi l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (1), kollha kemm hi;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata billi tissostitwixxiha b’sentenza li tiddetermina l-annullament tad-Deċiżjoni fil-parti fejn din iddikjarat l-għajnuna mill-Istat inerenti fil-Garanzija bħala illegali u inkompatibbli matul il-perijodu inkluż bejn il-5 ta’ Diċembru 2008 u l-5 ta’ Ġunju 2009;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata billi tissostitwixxiha b’sentenza li tiddetermina l-annullament tad-Deċiżjoni fil-parti fejn din ordnat l-irkupru tal-(allegata) għajnuna, skont l-Artikoli 2 sa 4;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata billi tissostitwixxiha b’sentenza li tiddetermina l-annullament tad-Deċiżjoni fil-parti fejn din ordnat l-irkupru bejn il-5 ta’ Diċembru 2008 u l-5 ta’ Ġunju 2009, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jinvokaw sitt aggravji insostenn tal-appell tagħhom:

1.

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali ipprovat ittaffi n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni billi pprovdiet il-motivazzjoni tagħha u wettqet żball ta’ liġi billi eżaminat il-motivi tal-Kummissjoni u qieset li dawn ma kinux suffiċjenti;

2.

It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, kif ukoll applikazzjoni żbaljata tal-fatti għal-liġi billi qieset li l-BPP kienet ingħatat vantaġġ, fejn ikkonvertiet il-garanzija f’għajnuna inkompatibbli mas-suq intern;

3.

It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet ta’ eċċezzjoni previsti fl-Artikolu 107(3)(b) TFUE;

4.

Ir-raba’ aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi laqgħet id-deċiżjoni ta’ rkupru, inkwantu laqgħet id-deċiżjoni li jiġi ordnat l-irkupru ta’ (allegata) għajnuna li ma kinitx kompatibbli mas-suq intern, ġaladarba l-BPP ma kisbet ebda vantaġġ, ma kkonstatatx li d-deċiżjoni appellata ordnat l-irkupru ta’ għajnuna għal raġunijiet proċedurali u żbaljat billi ma kkonstatatx li l-Kummissjoni ma kinitx tbiegħdet mill-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida tagħha meta ġiet biex tikkalkola l-ammont tal-għajnuna;

5.

Il-ħames aggravju: Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi billi laqgħet id-deċiżjoni appellata fil-parti fejn din tordna l-irkupru tal-(allegata) għajnuna;

6.

Is-sitt aggravju: Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ksur ta’ dritt għal ugwaljanza fit-trattament tal-BPP mill-Kummissjoni, sa fejn il-każ inkwistjoni ġie ttrattat b’mod differenti fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet simili.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/346/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, CP 191/09) implimentata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil Banco Privado Português, SA (ĠU 2011, L 159, p. 95).


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/14


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 minn Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-550/08, Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-94/15 P)

(2015/C 127/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG (rappreżentanti: Dr. U. Itzen u J. Ziebarth LLM, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza kollha kemm hi tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fit-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-550/08 sa fejn tikkonċerna l-appellanti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod adegwat il-multa ta’ EUR 12-il miljun imposta fuq l-appellanti skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata tal-1 ta’ Ottubru 2008;

b’mod iktar sussidjarju, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-appellata tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell ġie ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fit-12 ta’ Diċembru 2014, Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors li permezz tiegħu l-appellanti talbitha tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, Każ COMP/39181 – Xema’ tax-xemgħa, sa fejn tikkonċernaha u, b’mod sussidjarju, tnaqqas il-multa imposta fuqha.

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq l-aggravji li ġejjin:

L-ewwel aggravju huwa dedott minn ksur tal-Artikoli 101 u 296 TFUE u minn ksur ta’ garanziji proċedurali essenzjali kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża tagħha sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonstatat ir-responsabbiltà tal-appellanti bi ksur tal-prinċipji ta’ imputazzjoni tal-kunċett ta’ impriża taħt id-dritt tal-kompetizzjoni. Din il-kontradizzjoni tinsab fil-fatt li l-Qorti Ġenerali qieset bħala impriżi distinti, fir-rigward tad-dritt tal-akkordji, l-appellanti, minn naħa, u l-kumpannija H&R KG, li kienet ġiet imposta multa distinta, kif ukoll lis-sussidjarja tagħha, min-naħa l-oħra, meta ġiet biex timponi l-multa. Fl-istess waqt, il-Qorti Ġenerali, bħalma kienet għamlet il-Kummissjoni qabilha, ittrattat dawn l-impriżi bħala entità unika, “H&R/Tudapetrol”, meta hija imputat l-aġir ta’ waħda u tal-oħra, u tikkonstata l-allegat ksur. Dawn l-istess kumpanniji ma jistgħux, madankollu, ikunu kisru dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni bħala impriża unika u fl-istess waqt jitqiesu bħala żewġ kumpanniji għall-iskopijiet tal-impożizzjoni ta’ multa. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kkonfermat b’mod żbaljat, għal ċerti perijodi, sanzjoni doppja għall-istess aġir b’riferiment għall-istess impriża li kieku allegatament jikkostitwixxu l-istess entità.

It-tieni aggravju huwa dedott minn ksur tal-Artikolu 296 TFUE sa fejn is-sentenza ma ġietx debitament immotivata. Dan huwa, l-ewwel nett, minħabba l-fatt li s-sentenza appellata ma kinitx tinkludi motivazzjoni suffiċjentemnt individwalizzata fir-rigward tal-akkużi magħmula kontra l-appellanti. L-aġir imputati lill-appellanti ma jirriżultaw b’mod ċar la mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni u lanqas ma huma speċifikati fis-sentenza peress li l-Qorti Ġenerali aċċettat il-motivi kontradittorji li fuqhom il-Kummissjoni bbażat il-ksur li kienet wettqet l-entità komuni “H&R/Tudapetrol”, li hija ma kkwalifikatx iktar ’il quddiem. It-tieni parti tat-tieni aggravju hija dedotta mill-fatt li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx kompletament fuq l-ilmenti individwali li hija kienet ifformulat fir-rigward tal-konstatazzjoni tal-fatti. Hija eżaminathom biss parzjalment u s-sentenza tagħha tirrigwarda biss parti minnhom. Il-motivi li hija esponiet kontra dawn l-ilmenti li hija analizzat huma kuntrarji għad-dritt peress li hija żnaturat il-fatti li ġiet informata bihom.

It-tielet aggravju huwa dedott minn ksur tad-drittijiet tad-difiża li kellu effett fuq is-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali. Bħalma kienet għamlet il-Kummissjoni qabilha, il-Qorti Ġenerali ma individwalizzatx suffiċjentement, b’mod partikolari, in-nuqqasijiet ikkonstatati, iżda sempliċement targumenta b’mod ġenerali billi tagħmel riferiment għad-denominazzjoni komuni u impreċiża “H&R/Tudapetrol”. In-nuqqas ta’ preċiżjoni tagħha jimpedixxi lill-appellanti milli tkun tista’ tiddetermina liema huma l-ilmenti li sarulha b’mod individwali u fuq il-bażi ta’ liema prova. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ in dubio pro reo u b’mod inammissibbli kkomplikat id-difiża tal-appellanti.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/15


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 minn Netherlands Maritime Technology Association, li kienet Scheepsbouw Nederland mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-140/13 – Netherlands Maritime Technology Association vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-100/15 P)

(2015/C 127/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Netherlands Maritime Technology Association, li kienet Scheepsbouw Nederland (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, G. Forwood, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tal-appellanti

Tannulla s-sentenza taħt appell sa fejn ċaħdet ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-deċiżjoni;

tannulla d-deċiżjoni appellata, jew alternattivament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għad-determinazzjoni skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti ta’ liġi; u,

fi kwalunkwe każ, tagħti lura l-ispejjeż lill-appellanti, inklużi l-ispejjeż fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta kkunsidrat is-suffiċjenza u l-kompletezza tal-eżami preliminari tal-Kummissjoni, b’mod speċifiku:

Fin-nuqqas li tikkunsidra b’mod xieraq l-argumenti kollha li fuqhom tibbaża ruħha l-appellanti fl-ewwel istanzi;

fit-twettiq ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni; u

fl-għoti ta’ raġunament insuffiċjenti u kontradittorju.

L-argumenti prinċipali jistgħu jiġu sunti kif ġej:

Rigward l-ewwel kriterju, il-Qorti Ġenerali qrat b’mod żbaljat l-argumenti tal-Appellanti fir-rigward tal-istruttura kumplessa tal-Iskema l-ġdida tas-STL, l-implimentazzjoni tagħha stess u s-selettività tagħha u għalhekk ma kkunsidratx jekk id-deċiżjoni analizzat b’mod xieraq il-funzjonament tal-Iskema fl-intier tagħha, u flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ liġi fiskali u korporattiva.

rigward it-tieni kriterju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest fil-qari tagħha tad-deċiżjoni, li wasslitha li tikkonkludi, b’mod żbaljat, li d-deċiżjoni evalwat b’mod suffiċjenti l-iskop tal-benefiċjarji tal-Iskema l-ġdida tas-STL.

rigward it-tielet kriterju, il-Qorti Ġenerali naqqset milli tipprovdi raġunament suffiċjenti u koerenti għaliex id-deċiżjoni kkontestata kienet korretta li ma tikkunsidrax l-EIGs bħala benefiċjarji potenzjali tal-Iskema l-ġdida tas-STL, jew biex tiddefinixxi qafas ta’ riferiment biex jevalwa l-effetti tal-miżura. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi raġunament suffiċjenti li tispjega għaliex id-deċiżjoni appellata spjegat b’mod suffiċjenti kif l-Iskema l-ġdida tas-STL kienet parti inerenti tas-sistema ġenerali.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-124/14) (1)

(2015/C 127/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 175, 10.06.2014.


Il-Qorti Ġenerali

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Bial-Portela vs UASI – Isdin (ZEBEXIR)

(Kawża T-366/11 RENV) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEBINIX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 127/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bial-Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Isdin, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macias Bonilla u G. Marín Raigal, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1212/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bial-Portela & Ca, SA u Isdin, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1212/2009-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Bial-Portela & Ca, SA.

3)

Isdin, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Ir-Renju Unit vs BĊE

(Kawża T-496/11) (1)

((“Politika ekonomika u monetarja - BĊE - Rikors għal annullament - Qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlas u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli - Rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi Stat Membru tal-Eurosistema applikat għas-sistemi ta’ clearing minn kontroparti ċentrali - Kompetenza tal-BĊE”))

(2015/C 127/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Ossowski, S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, sussegwentement S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, u finalment V. Kaye, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Saini, QC)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment A. Sáinz de Vicuña Barroso u K. Laurinavičius, sussegwentement A. Sáinz de Vicuña Barroso u P. Papapaschalis u finalment M. Papapaschalis u P. Senkovic, aġenti, assistiti minn R. Subiotto, QC, F.-C. Laprévote, avukat, u P. Stuart, barrister)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, C. Stege, S. Johannesson, U. Persson u H. Karlsson, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, abogado del Estado); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti G. de Bergues, D. Colas u E. Ranaivoson, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema ppubblikat mill-BĊE fil-5 ta’ Lulju 2011, sa fejn dan jistabbilixxi rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni applikabbli għall-kontropartijiet ċentrali stabbiliti fi Stati Membri li ma jifformawx parti mill-Eurosistema.

Dispożittiv

1)

Il-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema, ippubblikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-5 ta’ Lulju 2011, huwa annullat sa fejn dan jistabbilixxi rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi ħdan Stat Membru tal-Eurosistema għall-kontropartijiet ċentrali li jintervjenu fil-clearing ta’ titoli finanzjarji.

2)

Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – LS Fashion vs UASI – Gestión de Activos Isorana (L’Wren Scott)

(Kawża T-41/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali L’Wren Scott - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LOREN SCOTT - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 127/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LS Fashion LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u S. Davies, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gestión de Activos Isorana, SL (La Orotava, Spanja) (rappreżentanti: F. Brandolini Kujman, J.-B. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1584/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Activos Isorana, SL u LS Fashion, LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LS Fashion, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Breyer vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-188/12) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja - Rifjut ta’ aċċess”))

(2015/C 127/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Patrick Breyer (Wald-Michelbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Starostik, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Costa de Oliveira u H. Krämer, sussegwentement minn H. Krämer u M. Konstantinidis, aġenti, assistiti inizjalment minn A. Krämer u R. Van der Hout, sussegwentement minn R. Van der Hout, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u S. Hartikainen, aġenti); u Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk, C. Meyer-Seitz, C. Stege, S. Johannesson, U. Persson, K. Ahlstrand-Oxhamre u H. Karlsson, sussegwentment minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, L. Swedenborg, N. Otte Widgren, E. Karlsson et F. Sjövall, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2012 li tiċħad talba mressqa mir-rikorrent intiża sabiex jikseb l-aċċess għall-parir legali tagħha relatat mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2012 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess sħiħ għad-dokumenti relatati mat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/24 mir-Repubblika tal-Awstrija u għad-dokumenti relatati mal-kawża li tat lok għas-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-189/09, EU C:2010:455), sa fejn, fir-rigward ta’ din l-aħħar deċiżjoni, l-aċċess għan-noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest ta’ din il-kawża kien ġie rrifjutat.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ April 2012 li tirrifjuta li tagħti lil Patrick Breyer l-aċċess sħiħ għad-dokumenti relatati mat-traspożizzjoni mir-Repubblika tal-Awstrija tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, u għad-dokumenti relatati mal-kawża li tat lok għas-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-189/09), hija annullata sa fejn tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess għan-noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest ta’ din il-kawża.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2012 li tiċħad talba mressqa minn P. Breyer intiża sabiex jikseb l-aċċess għall-parir legali tagħha relatat mad-Direttiva 2006/24.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż sostnuti minn P. Breyer.

4)

Ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 194, 30.06.2012.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Spa Monopole vs UASI – Olivar Del Desierto (OLEOSPA)

(Kawża T-377/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLEOSPA - Trade marks tal-Benelux verbali preċedenti SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 127/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u E. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizzjalment V. Melgar, sussegwentement V. Melgar u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Olivar Del Desierto, SL (Almería, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 135/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u Olivar Del Desierto, SL.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 135/2011-4) hija annullata, sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti kosmetiċi, li jaqgħu fil-klassi 3, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Nissan Jidosha vs UASI (CVTC)

(Kawża T-572/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja figurattiva CVTC - Tiġdid parzjali - Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 127/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nissan Jidosha KK (Yokohama, il-Ġappun) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister, u D. Cañadas Arcas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina sussegwentement minn P. Bullock, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2469/2011-1), dwar applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CVTC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nissan Jidosha KK hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/13) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM u sISI - Rikors għal annullament u għal kumpens - Kwalifika mill-ġdid tar-rikors - Ammissibbiltà - Sospensjoni tal-ħlasijiet - Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport tal-awditjar - Xandir ta’ informazzjoni lil terzi”))

(2015/C 127/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Rose Vision, SL (Seseña, Spanja); u Julián Seseña (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentanti: M. Muñiz Bernuy u A. Alonso Villa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Sauka, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés u X. M. García García, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni li biha din ipproċediet għas-sospensjoni tal-ħlasijiet fil-kuntest tal-Ftehim ta’ sussidju Nru 246910, relattiv għall-proġett FutureNEM, kif ukoll tar-rapport tal-awditjar finanzjarju 11-INFS-025, li din ibbażat ruħha fuqu biex tadotta l-att imsemmi, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Kummissjoni, fl-ammont ta’ EUR 5 8 54  264, mingħajr preġudizzju għad-danni li jistgħu jiġu evalwati matul din il-proċedura kif ukoll l-interessi akkumulati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rose Vision, SL u Julián Seseña huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Bayer Intellectual Property vs UASI – Interhygiene (INTERFACE)

(Kawża T-227/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INTERFACE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Interfog - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009”])

(2015/C 127/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer Intellectual Property GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Sanz Cerralbo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Schifko, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASIi: Interhygiene GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 1688/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Interhygiene GmbH u Bayer Intellectual Property GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bayer Intellectual Property GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 22.6.2013.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – KESE vs Achab

(Kawża T-430/13 P) (1)

([“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Naturalizzazzjoni - Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Anness VII Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal”])

(2015/C 127/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Arsène, sussegwentement minn M. Pascua Mateo u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Appellat: Mohammed Achab (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013, Achab vs KESE (F-21/12, ĠabraSP, EU:F:2013:95), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Mohammed Achab fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Schmidt Spiele vs UASI (Rappresentazzjoni ta’ mwejjed tal-board games)

(Kawżi magħquda T-492/13 u T-493/13) (1)

((Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji figurattivi li jirrappreżentaw imwejjed għal board games - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

(2015/C 127/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmidt Spiele GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każijiet R 1767/2012-1 u R 1768/2012-1), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ sinjali figurattivi li jirrappreżentaw imwejjed għal board games bħala Trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każijiet R 1767/2012 u R 1768/2012 1) huma annullati, sa fejn huma ċaħdu l-appelli ta’ Schmidt Spiele GmbH għal prodotti u servizzi oħra bl-eċċezzjoni tal-“kompjuters”, il-“(Programmi) tal-logħob tal-kompjuter; programmi tal-logħob tal-video rreġistrati fuq cartridges, floppy disks, CD-ROMs, cassettes, tejps u diski mini”, is-“softwer [programmi rreġistrati]; programmi tal-kompjuter (PHP Portal)”, li jaqgħu fil-Klassi 9, il-“karta u kartun prodotti (inklużi fil-klassi 16); stampati bil-kulur”, li jaqgħu fil-klassi 16, il-“logħob [inkluż logħob elettroniku u logħob video] ħlief bħala apparati, apparat għal skrins esterni jew monitors”, il-“karti tal-logħob”, il-“board games”, u l-“apparat li jinġarr sabiex isir logħob elettroniku”, li jaqgħu fil-klassi 28, u d-“divertiment”, l-“organizzazzjoni u [t-tmexxija ta’ manifestazzjonijiet] ta’ divertiment” u s-“servizzi relatati mal-rikreazzjoni”, li jaqgħu fil-klassi 41.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Schmidt Spiele hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tal-UASI, kif ukoll nofs l-ispejjeż tagħha. L-UASI huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż ta’ Schmidt Spiele, kif ukoll nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Three-N-Products vs UASI – Munindra (PRANAYUR)

(Kawża T-543/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRANAYUR - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti AYUR u trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Ayur, Ayur Naturals Herbals u Aanb - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 127/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: N. Colombo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjizi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 638/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Three-N-Products Private Ltd u Munindra Holding BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Three-N-Products Private Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – FSA vs UASI – Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE)

(Kawża T-558/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FSA K-FORCE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FORCE-X - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 127/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FSA Srl (Busnago, l-Italja) (rappreżentanti: M. Locatelli u M. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Motokit Veículos e Acessórios, SA (Vagos, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 436/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Motokit Veículos e Acessórios, SA u FSA Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 436/2012-2) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Universal Utility International vs UASI (Greenworld)

(Kawża T-106/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Greenworld - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 127/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Utility International GmbH & Co.KG (Kaarst, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Mietzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1658/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Greenworld bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Universal Utility International GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2015 – Seven for all mankind vs UASI – Seven (SEVEN FOR ALL MANKIND)

(Kawża T-505/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND - Trade Mark Komunitarja u internazzjonali figurativa preċedenti Seven - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 127/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven for all mankind LLC (Vernon, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Gautier-Sauvagnac, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ April 2014 (Każ Nru R 1277/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Seven for all mankind LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Seven for all mankind ikkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2015 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-812/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Settur finanzjarju - Għajnuna mogħtija fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ falliment bankarju - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 127/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BPC Lux 2 Sàrl (Senningerberg, il-Lussemburgu); BPC UKI LP (George Town, il-Gżejjer Kajman, ir-Renju Unit); Bennett Offshore Restructuring Fund, Inc. (George Town); Bennett Restructuring Fund LP (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); Queen Street Fund Ltd (George Town); BTG Pactual Global Emerging Markets and Macro Master Fund LP (George Town); BTG Pactual Absolute Return II Master Fund LP (George Town); CSS LLC (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti); Beltway Strategic Opportunities Fund LP (George Town); EJF Debt Opportunities Master Fund LP (George Town); EJF DO Fund (Cayman) LP (George Town); TP Lux HoldCo (Lussemburgu, il-Lussemburgu); VR Global Partners LP (George Town); Absalon II Ltd (Dublin, l-Irlanda); CenturyLink, Inc. Defined Benefit Master Trust (Denver, Colorado, l-Istati Uniti); City of New York Group Trust (New York, New York, l-Istati Uniti); Dignity Health (San Francisco, California, l-Istati Uniti); GoldenTree Asset Management Lux Sàrl (il-Lussemburgu); GoldenTree High Yield Value Fund Offshore 110 Two Ltd (Dublin); u San Bernardino County Employees Retirement Association (San Bernardino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Webber, M. Stenson, solicitors, u P. Fajardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat SA.39250 (2014/N), innotifikata mill-Portugall, intiża għar-riżoluzzjoni tal-Banco Espírito Santo SA.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/28


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-826/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ taxxa fuq il-kumpanniji li tippermetti lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma indiretti f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 127/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 7280, tal-15 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35550 (2013/C) (ex 2013/NN), implimentata minn Spanja u marbuta mas-sistema relatata mal-amortizzament fiskali tal-avvjament finanzjarju f’każ ta’ akkwist ta’ ishma barranin.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-8 ta’ Jannar 2015 mogħti fil-Kawża T-826/14 R huwa mħassar.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/28


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Monster Energy vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu tal-paċi)

(Kawża T-633/14)

(2015/C 127/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu tal-paċi) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 3 63  611

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Diċembru 2014, fil-Każ R 1285/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/29


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2014 – Monster Energy vs UASI (GREEN BEANS)

(Kawża T-666/14)

(2015/C 127/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company(Corona, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark kkonċernata: Trade mark Komunitarja verbali “GREEN BEANS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 4 10  801

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 1530/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/29


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2014 – Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen vs UASI – Meissen Keramik (MEISSEN)

(Kawża T-789/14)

(2015/C 127/41)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH (Meißen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meissen Keramik GmbH (Meißen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “MEISSEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 4 13  527

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Settembru 2014 fil-Każijiet R 1182/2013-4 u R 1245/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/30


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2014 – Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-851/14)

(2015/C 127/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Slovak Telekom a.s. (Bratislava, ir-Repubblika Slovakka) (rappreżentanti: D. Geradin, avukat, u R. O’Donoghue, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni kkontestata safejn din taffettwa lir-rikorrenti;

alternattivament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri;

f’każ li l-Qorti tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli jew tiċħdu fis-sustanza, tikkundanna lill-partijiet għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2014 (AT.39523 – Slovak Telekom) li timmulta lir-rikorrenti u l-kumpannija parent tagħha għal aġir illegali fis-suq tal-broadband skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li r-rikorrenti wettqet rifjut illegali ta’ provvista.

2.

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha tal-kompressjoni tal-marġni. Ir-rikorrenti ssostni li:

il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi l-oġġezzjonijiet motivati tagħha għal ċerti prinċipji rilevanti dwar l-ispiża, il-metodoloġija u d-data ppreżentata mir-rikorrenti sad-deċiżjoni kkontestata; u

il-Kummissjoni ppreżentat għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kkontestata approċċ ġdid “b’varji perijodi” sabiex tbiddel dak li preċedentement marġni pożittiv għall-2005 f’wieħed negattiv.

3.

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ fatt u/jew liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-aġir tar-rikorrenti kien jikkostitwixxi kompressjoni tal-marġni. Ir-rikorrenti ssostni li:

il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-prinċipji, metodoloġija u data tal-ispiża bil-metodu tal-ispejjeż marġinali medji fuq bażi twila ta’ żmien (“LRAIC”) u injorat l-ispejjeż LRAIC effiċjenti tar-rikorrenti; u

il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni taħt l-approċċ “b’varji perijodi”.

4.

Ir-raba’ motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li r-rikorrenti u Deutsche Telekom jifformaw impriża waħda u li huma t-tnejn responsabbli għall-ksur allegat tar-rikorrenti.

5.

Ir-raba’ motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/31


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-47/15)

(2015/C 127/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, K. Petersen u T. Lübbig, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-proċedura “Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) Il-Ġermanja — Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C (2014) 8786 finali”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi:

1.

L-ewwel motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti

Il-Kummissjoni Ewropea interpretat b’mod skorret il-fatti rilevanti, jiġifieri l-mod ta’ funzjonament tal-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità mogħtija lill-enerġija rinnovabbli (Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien – EEG) u b’mod partikolari s-sistema ta’ flussi finanzjarji previsti minn din il-liġi. Barra minn hekk, hija interpretat ħażin ir-rwol tal-“Istat” bħala leġiżlatur u bħala istituzzjoni responsabbli mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza, u minn dan ddeduċiet b’mod żbaljat sitwazzjoni ta’ kontroll.

2.

It-tieni motiv: assenza ta’ “vantaġġ” ikkonferit mill-iskema ta’ kumpens speċjali

Il-Kummissjoni Ewropea wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE billi qieset, minkejja l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-impriżi li jikkonsmaw livell għoli ta’ enerġija kienu ffavoriti.

3.

It-tielet motiv: l-allegat vantaġġ la ngħata mill-Istat u lanqas permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

Il-Kummissjoni Ewropea applikat ukoll b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE billi qieset li l-korpi tal-Istat jeżerċitaw kontroll fuq il-patrimonju ta’ diversi impriżi privati li jipparteċipaw fis-sistema tal-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità mogħtija lill-enerġija rinnovabbli.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/32


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – Mudhook Marketing vs UASI (IPVanish)

(Kawża T-78/15)

(2015/C 127/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mudhook Marketing, Inc. (Winter Park, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Dellmeier u H. Eckermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “IPVanish” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2 3 30  271

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1417/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/33


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2015 minn Luigi Macchia mid-digriet mogħti fit-12 ta Diċembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-63/11 RENV, Macchia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-80/15 P)

(2015/C 127/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Luigi Macchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża F-63/11 RENV;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellant imressqa fl-ewwel istanza u, għalhekk,

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

prinċipalment:

tannulla d-deċiżjoni impliċita, adottata fit-12 ta’ Awwissu 2010, mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, li ma jġeddidx il-kuntratt tiegħu, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-assenza ta’ risposta għat-talba li dan tal-aħħar indirizza lilu fit-12 ta’ April 2010;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni, adottata fit-22 ta’ Frar 2011, mill-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, li biha ċaħdet l-ilment imressaq mill-appellant taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

konsegwentement, tintegra mill-ġdid lil-appellant fil-funzjonijiet li kellu fi ħdan l-OLAF, fil-kuntest tat-tiġdid tal-kuntratt tiegħu skont l-eżiġenzi statutorji;

sussidjarjament, u fil-każ li ma tintlaqax it-talba għal integrazzjoni mill-ġdid magħmula hawn fuq, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali subit mill-appellant, stmat provviżorjament ex aequo et bono fid-differenza tar-remunerazzjoni li kien jirċievi bħala membru tal-persunal temporanju fi ħdan l-OLAF u l-pożizzjoni li jokkupa attwalment (jiġifieri madwar EUR 3  000 fix-xahar), għal kull xahar li għadda matul l-istess perijodu tal-kuntratt tal-bidu tiegħu (4 snin), u dan lil hinn mill-ipoteżi li fiha l-imsemmi kuntratt setgħa jiġġedded għat-tielet darba, li kien jagħtih id-dritt għal kuntratt permanenti;

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 5  000, bħala kumpens għad-dannu morali, bl-interessi moratorji bir-rata legali li jibdew jiddekorru mid-data tas-sentenza li tingħata;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellanti jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ksur tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, żnaturament tal-fatti tal-kawża u ineżattezza materjali tal-konstazzjonijiet mill-atti tal-proċess mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/34


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Swatch vs UASI – L’atelier Wysiwyg (wysiwatch WhatYouSeeIsTheWatchYouGet)

(Kawża T-83/15)

(2015/C 127/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Swatch AG (Biel, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’atelier Wysiwyg (Besançon, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figugrattiva Komunitarja li tinkludi l-elementi verbali “wysiwatch” u “WhatYouSeeIsTheWatchYouGet” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 0 41  597

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tar-4 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1873/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-L’atelier Wysiwyg għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2015 – AEDEC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/15)

(2015/C 127/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación Española para el Desarrollo de la Epidemiología Clínica (AEDEC) (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. López López, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-finanzjament mitlub, adottata mid-Direttorat Ġenerali għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat E (saħħa), fil-kuntest tal-Avviż H2020-HCO-2014, riċevut fl-4 ta’ Settembru 2014, li jitlob eżami mill-ġdid tal-merti tal-proġett innifsu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament; u dan abbażi tas-segwenti kunsiderazzjonijiet:

Il-konsorzju LATIN PLAN, ikkoordinat mill-AEDEC jistħoqqlu jikseb is-sussidju offrut fl-Avviż H2020-HCO-2014, u għaldaqstant id-deċiżjoni ta’ ċħid u dik li tikkonferma tali ċħid huma manifestament inġusti, fid-dawl tal-fatt li:

a).-

Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-proġett kienu jidentifikaw b’mod żbaljat il-koordinatur tal-proġett, u kienu indirizzati lil persuna li ma kinitx ir-rappreżentant legali, il-persuna ta’ kuntatt u l-koordinatur tal-proġett inkwistjoni. Dan il-fatt huwa importanti ħafna f’dan il-każ, peress li jirriżulta li l-imsemmija persuna ma għandha l-ebda konnessjoni mal-AEDEC u tifforma parti minn LATIN PLAN bħala membru tat-team Finlandiż.

Huwa evidenti li l-Kummissjoni Ewropea qieset li l-imsemmija persuna ma kienx jistħoqqilha s-sussidju, peress li ħasbet li din kienet tikkoordina l-proġett LATIN PLAN bħala parti mill-AEDEC u li fl-istess ħin kienet tifforma parti mit-team Finlandiż, abbażi tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ kumulu applikabbli fil-qasam tas-sussidji skont id-dritt Komunitarju, u li jistabbilixxi li l-ebda azzjoni ma tista’ tati lok għall-għoti ta’ iktar minn sussidju wieħed mill-baġit, favur l-istess benefiċjarju. Kull partner fit-team LATIN PLAN jitlob finanzjament. Għalhekk, li kieku kellu finalment jingħat s-sussidju lit-team, skont il-perċezzjoni żbaljata tal-Kummissjoni, il-persuna kkonċernata kienet tirċievi dħul bħala parti mill-AEDEC u bħala parti mit-team Finlandiż.

b).-

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-proġetti, jistabbilixxi li ma ġiex spjegat u ġġustifikat b’mod xieraq in-nuqqas ta’ simetrija li teżisti bejn il-finanzjamenti mitluba minn kull team membru tal-konsorzju LATIN PLAN, u li għal din ir-raġuni l-punti motija lilu ġew imnaqqsa. Din il-parti ma tiċħadx li hemm nuqqas ta’ simentrija fir-rigward tal-finanzjament mitlub mid-diversi teams/partners, iżda ma huwiex minnu li hija ma spjegatux. Speċifikatament, fit-taqsima tal-ġustifikazzjonijiet tal-finanzjament hemm spjegati perfettament u fid-dettall ir-raġunijiet għalfejn l-AEDEC hija l-partner li qed titlob l-iktar flus.

c).-

Barra minn hekk għandu jitqies li l-proġett huwa validu mill-perspettiva xjentifika. It-team kiseb 11-il punt mill-massimu possibbli ta’ 15, u qabeż il-punteġġ minimu ta’ 10 punti li jistabbilixxi l-avviż. Il-proġett inkwistjoni kiseb punteġġ ogħla minn oħrajn li ngħataw finanzjament, b’tali mod li d-deċiżjoni li tagħha qed jintalab l-annullament hija inġusta.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/35


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Navitar vs UASI – Elukuva (NaviTar)

(Kawża T-93/15)

(2015/C 127/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Navitar, Inc. (Rochester, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Mattes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MTÜ Elukuva (Tallinn, l-Estonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “NaviTar” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 147 246

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Diċembru 2014, fil-Każ R 401/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lil MTÜ Elukuva għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li MTÜ Elukuva ssir intervenjenti f’din il-kawża.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 41(1) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/36


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Printeos et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/15)

(2015/C 127/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja), Tompla Sobre Exprés, SL (Alcalá de Henares, Spanja), Tompla Scandinavia AB (Stokkolma, l-Isvezja), Tompla France SARL (Fleury Mérogis, Franza), Tompla Druckererzeugnisse Vertriebs GmbH (Leonberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann, avukat, P. Martínez-Lage Sobredo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9295 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops) minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi (b’mod partikolari l-adegwament applikat skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi); u

sussidjarjament, li, skont il-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lilha mill-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 skont l-Artikolu 261 TFUE, temenda l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9295, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops), (i) tistabbilixxi s-sanzjoni imposta fuq TOMPLA għal minn tal-inqas 55 % inqas mil-limitu legali massimu tagħha (Artikolu 23.2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003) – jew, alternattivament, il-perċentwali li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq – sabiex jerġa’ jiġi stabbilit b’hekk il-bilanċ tagħha meta mqabbla mal-multi imposti fuq Bong u Hamelin, u (ii) tnaqqas is-sanzjoni imposta addizjonalment b’mill-inqas 33 % jew, alternattivament, fil-perċentwali li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq – sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-multa imposta mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Kompetizzjoni (KNK) fid-deċiżjoni tagħha tal-25 ta’ Marzu 2013 fil-Każ 5/0316/10, Sobres de Papel, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża tistabbilixxi li r-rikorrenti kisru l-Artikoli 101 TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE billi pparteċipaw, mit-8 ta’ Ottubru 2003 sat-22 ta’ April 2008, fi ksur uniku u kontinwat li jkopri d-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, in-Norveġja, l-Isvezja u r-Renju Unit fil-qasam tal-envelops tal-katalgi u tal-envelops speċjali, li jikkonsisti fil-koordinazzjoni tal-prezzijiet, it-tqassim tal-klijenti u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn ma hijiex iġġustifikata l-ħtieġa għal adattament tal-ammont bażiku tal-multi skont l-Artikolu 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi, lanqas il-perċentwali preċiża tat-tnaqqis applikat għal kull impriża.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u d-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, billi applikat adattament tal-ammont bażiku tal-multi skont l-Artikolu 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, sa fejn ma ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-multa imposta qabel mill-Awtorità Spanjola tal-Kompetizzjoni.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/37


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Mozzetti vs UASI – di Lelio (Alfredo alla Scrofa)

(Kawża T-96/15)

(2015/C 127/50)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Mario Mozzetti (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ines di Lelio (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Alfredo alla Scrofa” -Trade mark Komunitarja Nru 6 7 79  151

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 655/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 50(1)(e) u tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/38


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Mozzetti vs UASI – di Lelio (ALFREDO’S GALLERY alla Scrofa Roma)

(Kawża T-97/15)

(2015/C 127/51)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Mario Mozzetti (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ines di Lelio (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ALFREDO’S GALLERY alla Scrofa Roma” – Trade mark Komunitarja Nru 3 1 08  289

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 656/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi invokati

Ksur tar-Regola 50(1) kif ukoll b’riferiment għar-Regola 20(2) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2015 – Acron u Dorogobuzh vs Il-Kunsill

(Kawża T-582/10) (1)

(2015/C 127/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 19.2.2011.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2015 – Aluwerk Hettstedt vs ECHA

(Kawża T-207/14) (1)

(2015/C 127/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 202, 30.06.2014.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2015 – Richard Anton vs ECHA

(Kawża T-208/14) (1)

(2015/C 127/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 202, 30.6.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/40


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-15/15)

(2015/C 127/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Mock, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jiffissaw il-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tat-22 ta’ Ottubru 2013.

Talbiet

jannulla r-rendikonti tar-remunerazzjoni Nri 6/2014 u 7/2014 kif ikkonfermati bid-deċiżjoni tal-konvenuta tal-15 ta’ Ottubru 2014, innotifikata fis-17 ta’ Ottubru, sa fejn din id-deċiżjoni tal-aħħar tirrigwarda l-iffissar tal-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni sal-post ta’ oriġini;

fil-każ ta’ annullament, jimponi lill-konvenuta tiffissa ħlas b’rata fissa ġdid filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-motivi li fuqhom ikun ibbażat l-annullament;

jiddeċiedi fuq l-ispejjeż konformement mar-regoli applikabbli.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/40


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/15)

(2015/C 127/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: D. Fouquet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma temendax ir-rapport ta’ evalwazzjoni 2013 tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni adottata fil-31 ta’ Ottubru 2014 mill-Awtorità tal-Ħatra (HR.D.2/AS/ca/Ares82014) bi tweġiba għall-ilment imressaq minn ZZ (Nru R/781/14);

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tadotta deċiżjoni ġdida għal dan il-każ, billi tosserva l-konklużjonijiet tat-Tribunal, u partikolarment billi tneħħi s-sentenza kkontestata mir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-20/15)

(2015/C 127/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014.

Talbiet tar-rikorrent

jikkonstata l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Diċembru 2013, dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 u tal-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni suċċessiva tat-18 ta’ Diċembru 2013 li timmodifika r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-cabinet tal-Membri tal-Kummissjoni u lill-kelliema;

jannulla d-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra, innotifikata fl-24 ta’ Ġunju 2014, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fuq il-lista ta’ uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 previst fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni ma tikkunsidrax lir-rikorrent bħala li jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu f’impjieg tip ta’ “kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti” jew “kunsulent jew ekwivalenti” permezz ta’ assimilazzjoni għall-klassifikazzjoni magħmulha għall-uffiċjali li jkunu kkollokati fil-cabinets skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/41


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-21/15)

(2015/C 127/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata li r-rikorrent ma setax iktar, wara l-promozzjoni tiegħu fil-grad AST 5, jippretendi kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għas-sigħat żejda u talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni Nru 0112/2014 li tneħħi l-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa tar-rikorrent għas-sigħat żejda b’effett mill-1/7/2014, adottata fit-3/6/2014 mill-Aġent Direttur tal-Amministrazzjoni u tal-Finanzi;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni jħallas mill-ġdid dan il-kumpens lir-rikorrent b’effett mill-istess data, kif ukoll l-interessi bir-rata tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tal-BĊE fuq l-ammont li jikkorrispondi għall-kumpensi li ma humiex ser jingħatawlu, mid-data minn meta dawn kellhom jingħatawlu u sa meta jitħallsu kollha;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni jħallas lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu materjali li jista’ jirriżulta għalih mid-deċiżjoni inkwistjoni, somma provviżorjament stabbilita għal EUR 1  000 u b’kumpens għad-dannu morali subit minnu, somma li l-ammont tagħha għandu jiġi stabbilit mit-Tribunal;

tikkundanna lil Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/42


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-22/15)

(2015/C 127/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrent għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni li tneħħi kull rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti sa mis-sena 2014;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/42


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/15)

(2015/C 127/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari li tikkonsisti f’ċanfira.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ April 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra li tapplika għar-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira.

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza, b’applikazzjoni tal-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura ta’ dan it-Tribunal.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/43


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-24/15)

(2015/C 127/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiż għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt grupp ta’ funzjonijiet I f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt grupp ta’ funzjonijiet III, kif ukoll talba għad-danni għad-dannu morali u materjali allegatament mġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-11 ta’ April 2014, li tirrifjuta lir-rikorrent il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt grupp III if ukoll id-deċiżjoni konfermattiva u impliċita ta’ ċaħda tal-ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-dani kif ukoll interessi moratorji u kompensatorji b’rata ta’ 6,75 % għad-dannu morali u materjali mġarrab;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-26/15)

(2015/C 127/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tingħatalu l-allowance tal-installazzjoni, wara li ċċaqlaq mill-Jemen għal Brussell, fejn toqgħod il-mara tiegħu, li minnha ssepara, kif ukoll talba sabiex tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent din l-allowance tal-installazzjoni flimkien mal-interessi.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-15 ta’ April 2014;

sa fejn hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Novembru 2014;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex iħallas lir-rikorrent l-allowance tal-installazzjoni li hija ekwivalenti għal salarju bażiku ta’ xahar flimkien mal-interessi kkalkolati minn meta dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.


20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – ZZ et vs Il-Kunsill

(Kawża F-27/15)

(2015/C 127/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali b’applikazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati mir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjonijiet li jwaqqfu r-rimbors kollu tal-ispejjeż tal-ivjaġġar annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.