ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 120A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
15 ta' April 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

2015/C 120A/01

Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

15.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 120/1


REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)

(2015/C 120 A/01)

 

L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f’Jannar tal-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, it-28 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-websajt tagħna huwa http://www.ema.europa.eu/ema/

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri ta’ selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta’ riżerva għal:

EMA/CA/S/053: Persunal Kuntrattwali (perjodu qasir), Uffiċċju tal-Ġestjoni tal-Programm (FG IV)

Il-kandidati magħżula ser jiġu inklużi fuq lista ta’ riżerva u, skont is-sitwazzjoni baġitarja, jistgħu jiġu offruti kuntratt ta’ Persunal Kuntrattwali ta’ sentejn, li jista’ jiġġedded skont il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (2). It-tiġdid ser ikun għal terminu fiss ta’ massimu ta’ sena sa 3 snin.

Il-post tal-impjieg ikun Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżlanda, tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, bil-kundizzjoni li jkunu jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.

Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-websajt tal-Aġenzija:

http://www.ema.europa.eu/ema/ taħt “Careers at the Agency”.

L-applikazzjonijiet iridu jsiru b’mod elettroniku permezz tal-formoli disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-formoli ta’ applikazzjoni hija l-15 ta’ Mejju 2015 f’nofsillejl.

Jekk jogħġbok żomm f’moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta’ applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista’ jinqalgħalha problemi biex tipproċessa ammonti kbar ta’ data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li l-applikanti jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom ferm aktar qabel mid-data perentorja.

Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta’ impjiegi battala b’mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra onlajn għal RSS feed fuq http://www.ema.europa.eu/ema/ taħt “RSS news feeds”.


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.