ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 120

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
15 ta' April 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 120/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2015/C 120/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta’ provvisti tal-elettriku esterni (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)  ( 1 )

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 120/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7552 — Mitsui Chemicals / SK Holdings / JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2015/C 120/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7577 — Fairfax Financial Holdings/Brit) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 120/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ April 2015

(2015/C 120/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0564

JPY

Yen Ġappuniż

126,67

DKK

Krona Daniża

7,4691

GBP

Lira Sterlina

0,72170

SEK

Krona Żvediża

9,3235

CHF

Frank Żvizzeru

1,0344

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4820

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,345

HUF

Forint Ungeriż

296,64

PLN

Zloty Pollakk

4,0105

RON

Leu Rumen

4,4118

TRY

Lira Turka

2,8284

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3936

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3292

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,1872

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4169

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4400

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 156,94

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,8100

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,5633

HRK

Kuna Kroata

7,5830

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 710,09

MYR

Ringgit Malażjan

3,9092

PHP

Peso Filippin

47,117

RUB

Rouble Russu

54,9350

THB

Baht Tajlandiż

34,291

BRL

Real Brażiljan

3,2857

MXN

Peso Messikan

16,2263

INR

Rupi Indjan

65,9050


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/2


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta’ provvisti tal-elettriku esterni

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 120/02)

ESO (1)

Ir-referenza u t-titlu tal-istandard

(u d-dokument ta’ referenza)

Referenza ta’ l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta’ l-istandard li ġie sostitwit Nota 1

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Cenelec

EN 50563:2011

Fornituri ta’ enerġija esterni a.c. - d.c. u a.c. - a.c.– Determinazzjoni ta’ enerġija elettrika kkunsmata minn ċarġer ipplaggjat ma’ sokit bla ebda konnessjoni oħra u tal-effiċjenza medja ta’ modi attivi ta’ enerġija

 

 

7.5.2013

 

EN 50563:2011/A1:2013

Nota 3

30.9.2016

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

Nota 1:

Ġeneralment id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għal dawk il-prodotti jew dawk is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tal-istandard ġdid. Ma tiġix effettwata preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għall-prodotti jew is-servizzi li xorta jaqgħu fil-ambitu tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fl-ambitu tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit jikkonsisti f’EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (2).

L-istandards jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-CENELEC jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ir-referenzi għall-Corrigenda “…/AC:YYYY” jiġu ppubblikati biss għall-informazzjoni. Corrigendum ineħħi l-iżbalji tal-istampar, dawk lingwistiċi jew żbalji simili mit-test ta' standard u jista' jkun jirreferi għal verżjoni ta' lingwa waħda jew iktar (bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż) ta' standard kif adottat minn xi organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati u standards oħra Ewropej tinsab fl-internet fuq

http://ec.europa.eu/growth/single-market/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni:

CEN: Avenue Marnix 17, 1000, Brussels, Belgium, tel. +32 25500811; faks +32 25500819 (http://www.cen.eu)

CENELEC: Avenue Marnix 17, 1000, Brussels, Belgium, tel. +32 25196871; faks +32 25196919 (http://www.cenelec.eu)

ETSI: 650, route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, France, tel. +33 492944200; faks +33 493654716 (http://www.etsi.eu)

(2)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7552 — Mitsui Chemicals / SK Holdings / JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 120/03)

1.

Fl-1 ta' April 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) Mitsui Chemicals, Inc (“MCI”, il-Ġappun) u SKC Co., Ltd (“SKC”, il-Korea t'Isfel) li tappartjeni lill-grupp SK Holdings Co., Ltd (il-Korea t'Isfel) takkwista (jakkwistaw) fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f'joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal MCI: MCI hija kumpanija Ġappuniża tal-kimiċi organizzata f’sitt setturi tan-negozju: (i) Kimiċi Funzjonali, li jinkludi materjali mediċi u tessuti mhix minsuġa; (ii) Materjali Polimeriċi Funzjonali, li jinkludi elastomeri u prodotti polimer; (iii) Polyurethane; (iv) Kimiċi Bażiċi, li jinkludi toluene, fenoli, aċidu tereftaliku purifikat, resin tal-PET u kimiċi industrijali; (v) Petrokimiċi u (vi) Films u Folji għall-finijiet ta' ppakkeġġar, dawk protettivi u dawk adeżivi.

—   għal SKC: SKC hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ ċerti sustanzi kimiċi (pereżempju, ossidu tal-propilen, glikoli tal-propilen, toluwen u polioli) u films (film ottiku użat f’LCD u lentijiet, film tal-poliester li jinxtorob bis-sħana kif ukoll film tal-PET u l-PVDF u folji tal-EVA għal applikazzjonijiet tad-dawl solari).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7552 — Mitsui Chemicals / SK Holdings / JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Brussels / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


15.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7577 — Fairfax Financial Holdings/Brit)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 120/04)

1.

Fit-8 ta’ April 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Fairfax Financial Holdings Limited (“Fairfax”, il-Kanada) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Brit plc kollha kemm hi (“Brit”, ir-Renju Unit) permezz ta’ sejħa pubblika mħabbra fis-16 ta’ Marzu 2015.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Fairfax: l-assigurazzjoni tal-proprjetà u għad-diżgrazzji u riassikurazzjoni u ġestjoni tal-investiment;

—   għal Brit: assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u riassikurazzjoni, inkluża kategorija wiesgħa ta’ speċjalità tal-assigurazzjoni kummerċjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7577 — Fairfax Financial Holdings/Brit, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

15.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/6


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 120/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI PROTETTA TA’ ORIĠINI JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA SKONT L-EWWEL SOTTOPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 53(2) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1151/2012

“POMME DU LIMOUSIN”

Nru tal-UE: FR-PDO-0105-01285 – 21.11.2014

DPO ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Syndicat de défense de l’AOC Pomme du Limousin

Le Bois Redon 19230 Pompadour

Numru tat-telefown: +33 555733151

Faks: +33 981383423

Posta elettronika: info@pomme-limousin.org

Is-Sindikat tad-difiża tad-denominazzjoni garantita u kkontrollata tal-oriġini “Pomme du Limousin” huwa magħmul mill-operaturi tad-DPO “Pomme du Limousin” (li huma produtturi u maħżniera-imballaturi) u għandu interess leġittmu biex iressaq l-applikazzjoni

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

    Isem il-prodott

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Żona ġeografika

    Prova tal-oriġini

    Metodu ta’ produzzjoni

    Rabta

    Tikkettar

    Oħrajn: aġġornament tal-informazzjoni ta’ kuntatt tal-grupp u tal-awtoritajiet kompetenti, id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika, ir-rabta maż-żona ġeografika

4.   Tip ta’ emenda/i

    Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

    Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

—   Deskrizzjoni tal-prodott

Id-dijametru minimu ta’ 65 mm irid ikun ikkomplementat b’piż ta’ mill-inqas 115 g, li huwa ekwivalenti għalih skont ftehim intersettorjali nazzjonali ta’ April 2011. L-indikazzjoni tal-piż hija wkoll element li l-konsumaturi jistgħu jiċċekkjaw faċilment.

Ir-referenza preċiża għar-Regolament (KE) Nru 85/2004 (2) li jistabbilixxi l-kriterji ta’ klassifika tas-suq għat-tuffieħ hija mħassra. Huwa indikat li l-kategoriji kummerċjali Extra u 1 huma dawk li qegħdin iddefiniti bir-regolazzjoni Ewropea mingħajr ma ssir referenza preċiża għar-Regolament ikkonċernat, li biż-żmien tista’ tinbidel.

Is-sentenza “Kull prodott li joħroġ minn dan it-tip ta’ tuffieħ (meraq, frott ippreżervat fix-xropp, eċċ.) ma jistax igawdi d-DPO Pomme du Limousin” titħassar biex il-prodotti koperti mill-Ispeċifikazzjoni ta’ Denominazzjoni biss jistgħu jgawdu minnha.

Il-kulur tat-tuffieħ irid ikun dan li ġej: il-kulur 2 (C3 u C4), il-kulur 3 (C5 u C6), u l-kulur 4 (C7 u C8) skont il-kodiċi nazzjonali tat-tuffieħ Golden stabbilit miċ-Ċentru Tekniku intersettorjali tal-frott u tal-ħaxix. Din id-definizzjoni tikkumplementa d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut taz-zokkor, is-sodezza u l-aċidità li jiddeskrivu l-livelli ta’ maturità tat-tuffieħ.

—   Dikjarazzjoni tar-raggruppament ġdid tal-Unità tal-Produzzjoni Omoġenja

Il-possibbiltà li l-UPO (l-Unità tal-Produzzjoni Omoġenja) tiġi raggruppata mill-ġdid ingħatat biex tissimplifika l-ġestjoni fil-livell tal-operatur u tal-maħżen tal-lottijiet ippakkjati. Is-separazzjoni tal-Unitajiet tal-Produzzjoni Omoġenja tul il-ħajja tal-masġar tal-frott kif deskritt fl-Ispeċifikazzjoni attwali, tinvolvi:

—   għall-produttur: xogħol żejjed, u allura spejjeż żejda. Fil-fatt, il-produttur jista’ jsib li jkollu bosta UPO diversi sempliċiment minħabba s-sena tat-tħawwil. Dawn l-Unitajiet ta’ Produzzjoni Omoġenja, malli jkollhom ir-raba’ werqa, u jkollhom inqas minn tliet snin bejn waħda u l-oħra, isirulhom b’mod preċiż l-istess trattamenti fil-masġar. Fi ħdan dawn l-Unitajiet ta’ Produzzjoni Omoġenja, it-tuffieħ ikun omoġenju u jinħasad fl-istess data.

—   għall-maħżen: xogħol żejjed, u fuq kollox spejjeż żejda marbutin mas-separazzjoni b’reqqa intensiva tal-lottijiet fil-maħżen.

Raggruppament ġdid tal-Unitajiet ta’ Produzzjoni Omoġenja jrid jiġi ddikjarat bil-miktub qabel l-1 ta’ Jannar ta’ qabel il-ħsad.

—   Il-ħsad tal-frott

Id-data tad-dikjarazzjoni annwali ġenerali dwar ir-raggruppar tal-ħsad ġiet avvanzata għat-30 ta’ Novembru tas-sena tal-ħsad (minflok il-15 ta’ Diċembru) biex tkun żgurata sorveljanza aħjar.

—   Is-sorveljanza mill-operaturi involuti fil-ħżin u/jew fl-ippakkjar tal-frott

Fil-livell tar-reġistru tal-produzzjoni, qed jiġi propost li minflok tingħata “l-informazzjoni tat-tikketta tal-identifikazzjoni” tissemma “l-informazzjoni għall-identifikazzjoni tat-tuffieħ”.

Skont il-maħżen, l-informazzjoni mogħtija fuq kull lott ippakkjat tkun:

jew l-informazzjoni mogħtija direttament fuq it-tikketta ta’ identifikazzjoni (il-produttur, in-numru tal-Unità ta’ Produzzjoni Omoġenja) u d-data (tal-ippakkjar)

jew numru tal-lott li jkun jirreferi għall-istess informazzjoni ta’ identifikazzjoni, bħall-isem tal-produttur, in-numru tal-Unità ta’ Produzzjoni Omoġenja u d-data tal-ippakkjar.

Ikun xi jkun il-każ, din l-emenda ma taffettwax it-traċċabbiltà tat-tuffieħ. Il-produttur u l-Unità ta’ Produzzjoni Omoġenja tat-tuffieħ dejjem jibqgħu identifikabbli.

—   It-teknika tal-kultivazzjoni

Il-mira tal-produzzjoni agronomika ta’ 58 t/ha, li kienet ġiet iddefinita meta saret l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tad-denominazzjoni garantita u kkontrollata tal-oriġini, inbidlet. Qed tiġi proposta d-definizzjoni li ġejja: “Il-produzzjoni medja tal-azjenda, ikkalkulata fuq it-total tal-UPO identifikati fid-DPO u fil-produzzjoni, ma għandhiex taqbeż is-70 tunnellata ta’ tuffieħ għal kull ettaru.”

L-istennija ta’ produzzjoni li sseħħ fil-preżent ma għadhiex addattata għat-tekniki u l-prattiki tal-produzzjoni tal-lum, li b’mod ġenerali tjiebu. Fil-fatt, il-konfigurazzjoni tal-imsaġar u d-densità massima awtorizzata jippermettu li din il-mira tal-produzzjoni tintlaħaq u tinqabeż mingħajr ma taffettwa b’mod ħażin il-karatteristiki tal-frott protett minn din id-denominazzjoni.

—   It-tisqija

Għall-faċilitazzjoni tal-kontrolli, ġew iddefiniti dawn id-dettalji ta’ kif għandha ssir it-tisqija: mill-ewwel jum tat-tisqija, il-kwantità tal-ilma li tintuża għandha tkun inqas mit-total tal-evaporazzjoni bit-traspirazzjoni, mingħajr ma tingħadd il-kwantità kumulattiva tax-xita li tkun niżlet tul il-perjodu tat-tisqija.

Id-dejta rreġistrata fl-iskeda individwali tal-ġestjoni tal-ilma hija ddefinita biex ikun iggarantit il-kontenut li għandu jkun issorveljat bil-kontrolli tad-dokumentazzjoni.

Permezz ta’ dawn id-definizzjonijiet tkun iggarantita tisqija ppjanata, u b’mod partikolari, li din it-tisqija tkun limitata għall-kwantità li tagħmel tajjeb għall-evaporazzjoni mit-traspirazzjoni reali, mingħajr ma tingħadd il-kwantità tax-xita li tkun niżlet, kif previst fl-Ispeċifikazzjoni.

—   It-tikkettar

L-għan ta’ dawn l-emendi huwa li dan il-paragrafu jkun jikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Tiddaħħal eċċezzjoni għat-tikkettar individwali tat-tuffieħ fil-każ tal-frott preimballaġġat billi dan ma jistax jitħallat ma’ tuffieħ ieħor. Anki mingħajr tikkettar individwali, m’hemmx riskju li l-konsumatur se jitfixkel. Din l-emenda sservi wkoll biex tissimplifika l-ġestjoni tat-tuffieħ fl-impjant tal-ippakkjar.

—   Emendi oħra

L-informazzjoni ta’ kuntatt tinsab taħt l-intestaturi “Servizz kompetenti tal-Istat Membru” u “Grupp applikant u interess leġittimu”.

Taħt l-intestatura “Tip ta’ prodott” tinsab definizzjoni tad-denominazzjoni tal-klassi tal-prodott li jidħol fiha t-tuffieħ, biex din tikkonforma mal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Taħt l-intestatura “Delimitazzjoni taż-żona ġeografika”, is-sentenza fejn huma elenkati l-istadji li jridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ġiet emendata biex tkun evitata kull ambigwità. Huwa indikat li l-istadji kollha mill-produzzjoni sal-ippakkjar iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita. Taħt l-istess intestatura, il-kelma “kkultivati” tinbidel bil-kelma aktar xierqa “prodotti” fis-sentenza li ġejja: “Fl-imsaġar, it-tuffieħ jiġi kkultivat prodott f’Unitajiet ta’ Produzzjoni Omoġenja (UPO) …”.

L-intestatura “Elementi li jiġġustifikaw ir-rabta maż-żona ġeografika - Karatteristiki speċifiċi tal-prodott” tranġat biex tikkonforma għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

DOKUMENT UNIKU

“POMME DU LIMOUSIN”

Nru tal-UE: FR-PDO-0105-01285 – 21.11.2014

DPO ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Pomme du Limousin”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

It-tuffieħ “Pomme du Limousin” huwa tuffieħ frisk ikkaratterizzat minn:

forma kemxejn imtawla li fiha l-għajn u t-toqba tal-għajn jidhru ċari,

dijametru minimu ta’ 65 mm jew piż ta’ mill-inqas 115 g,

laħam sod ta’ lewn abjad, immerraq, b’konsistenza tqarmeċ u mhix imrammla,

togħma bbilanċjata, la ħelwa ħafna u lanqas aċiduża żżejjed.

It-tuffieħ huwa dderivat mil-varjetà “Golden Delicious” jew waħda mill-mutazzjonijiet awtorizzati fid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Pomme du Limousin” (karatteristiki standard u li jqarrbu għat-tip Golden Delicious), minbarra l-“Cala Golden”.

Il-“Pomme du Limousin” għandu indiċi refrattiv ta’ mill-inqas 12,5 % Brix, sodezza ta’ mill-inqas 5 kg/cm2 u aċidità ta’ mill-inqas 3,7 g/l aċidu tat-tuffieħ.

Dan it-tuffieħ huwa tal-klassijiet kummerċjali Extra u 1 fit-tifsira tar-Regolament tal-UE, jew fil-kategorija kummerċjali 2, rigward biss il-grad ta’ ħmura tiegħu.

Il-kulur tal-“Pomme du Limousin” huwa bejn aħdar bajdani u isfar, u jista’ jkollu leħħa ħamra.

3.3.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess kollu tal-produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Huwa imperattiv li t-tuffieħ jinżamm imkessaħ wara l-ħsad, biex jiġu ppreżervati l-karatteristiki ta’ sodezza, konsistenza u meraq.

Hemm metodu lokali tal-ħżin fl-imħażen ta’ din iż-żona ġeografika, billi l-istabbilimenti tal-ħżin:

jiġġestixxu l-pjan ta’ ħżin skont l-analizijiet li jsiru fuq il-frott fil-ħin tal-ħsad, u jikkoordinaw il-kwantità ta’ frott maħsuda mill-produtturi,

jużaw il-metodu u l-ħin ideali biex jimlew il-kmamar tal-ħżin,

jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-livelli ta’ ossiġenu malli l-frott jitkessaħ, b’tali mod li t-temperatura u l-livelli ta’ ossiġenu u tad-diossidu tal-karbonju jinżammu stabbli tul il-proċess kollu tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-ippjakkjar tal-frott bilfors irid isir fiż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini tal-“Pomme du Limousin” minħabba:

l-għarfien tal-istabbilimenti tal-ħżin fejn għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tal-frott maħżun (is-sorveljanza tal-kmamar tal-ħżin, il-kontrolli li jsiru fuq il-frott tul il-perjodu tal-ħżin),

id-delikatezza tal-frott u s-sensittività tiegħu fil-konfront ta’ tisbit u manipulazzjoni goffa,

tagħmir tal-ħżin speċifiku, li kemm jista’ jkun jillimita l-impatt tad-daqqiet u li jippreżerva l-kwalità tal-frott,

it-traċċabbiltà meħtieġa tal-frott: il-frott ma jiġix ittrasportat fi kwantitajiet kbar, u jrid jiġi ttikkettat b’mod individwali biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikawh faċilment u ma jitħallatx ma’ frott ta’ provenjenza oħra.

Il-ħżin tat-tuffieħ isir f’imballaġġ apposta li jippreżerva l-karatteristiki u l-kwalità tiegħu.

Għaldaqstant, il-ħżin f’lottijiet ta’ iżjed minn 20 kg, kif ukoll l-ippakkjar f’boroż tal-plastik jew tal-karta, huma pprojbiti.

It-tuffieħ ma jistax jibqa’ jinħareġ fis-suq taħt id-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Pomme du Limousin” wara data speċifika li tiġi ffissata skont il-kulur tiegħu, u li tista’ tvarja mill-1 ta’ Ġunju sal-1 ta’ Awwissu tas-sena wara d-data tal-ħsad.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Kull tuffieħa trid tkun identifikata billi titwaħħlilha tikketta awtoaderenti li fuqha jkun hemm:

il-logo tad-DPO tal-Unjoni Ewropea u/jew it-taqsira “AOP”, fejn id-daqs tal-ittri “AOP” irid ikun mill-inqas l-istess bħal dak tal-ikbar ittri li jidhru fuq it-tikketta awtoadeżiva;

l-isem “Pomme du Limousin”, bid-daqs tal-ittri tiegħu almenu daqs nofs dak tal-ittri tat-taqsira “AOP”, jew akbar minn 1,5 mm jekk ma jkunx hemm l-indikazzjoni “AOP”.

Madankollu, dan l-obbligu tat-tikkettar individwali tat-tuffieħ ma japplikax fil-każ tal-frott li jkun preimballaġġat.

Fuq il-faċċata tat-tikketta tal-imballaġġi individwali fejn huma miġburin in-noti dwar l-istandardizzazzjoni:

l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Pomme du Limousin” miktub bl-ikbar daqs ta’ ittri li jidhru fuq it-tikketti minbarra l-marka “AOP” jew “Appellation d’origine protégée”;

il-logo tad-DPO tal-Unjoni Ewropea.

Ma għandu jkun hemm xejn miktub bejn il-marka “AOP” jew “Appellation d’origine protégée” u l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Minbarra t-tikkettar, fid-dokumenti ta’ akkumpanjament u fuq il-fatturi kollha jrid ikun hemm l-isem tad-Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini “Pomme du Limousin” u l-kliem “Appellation d’origine protégée” jew “AOP”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-muniċipji tad-dipartiment ta’ Corrèze:

Allassac, Arnac-Pompadour, Beyssac, Beyssenac, Chabrignac, Chameyrat, Concèze, Condat-sur-Ganaveix, Donzenac, Espartignac, Estivaux, Juillac, Lagraulière, Lascaux, Lubersac, Montgibaud, Objat, Orgnac-sur-Vézère, Perpezac-le-Noir, Sadroc, Saint-Aulaire, Saint-Bonnet-l’Enfantier, Sainte-Féréole, Saint-Germain-les-Vergnes, Saint-Julien-le-Vendômois, Saint-Martin-Sepert, Saint-Pardoux-Corbier, Saint-Pardoux-l’Ortigier, Saint-Solve, Saint-Sornin-Lavolps, Saint-Ybard, Salon-la-Tour, Ségur-le-Château, Seilhac, Troche, Uzerche, Vigeois, Vignols, Voutezac.

Il-muniċipji tad-dipartiment ta’ Creuse:

Bénévent-l’Abbaye, Chauchet (Le), Grand-Bourg (Le), Marsac, Montboucher, Nouzerolles, Sardent, Saint-Agnant-de-Versillat, Sainte-Feyre, Saint-Germain-Beaupré, Saint-Julien-le-Châtel, Saint-Pierre-Chérignat.

Il-muniċipji tad-dipartiment ta’ Dordogne:

Angoisse, Anlhiac, Clermont-d’Excideuil, Dussac, Excideuil, Firbeix, Genis, Jumilhac-le-Grand, Lanouaille, Payzac, Saint-Cyr-les-Champagnes, Saint-Médard-d’Excideuil, Saint-Mesmin, Saint-Paul-la-Roche, Saint-Pierre-de-Frugie, Saint-Priest-les-Fougères, Salagnac, Sarlande, Sarrazac, Savignac-Ledrier.

Il-muniċipji tad-dipartiment ta’ Haute-Vienne:

Boisseuil, Bussière-Galant, Chalard (Le), Champnétery, Château-Chervix, Cognac-la-Forêt, Coussac-Bonneval, Geneytouse (La), Glandon, Glanges, Janailhac, Ladignac-le-Long, Linards, Meyze (La), Nieul, Oradour-sur-Vayres, Pensol, Roche-l’Abeille (La), Roziers-Saint-Georges, Sainte-Anne-Saint-Priest, Saint-Hilaire-la-Treille, Saint-Jean-Ligoure, Saint-Laurent-les-Eglises, Saint-Léonard-de-Noblat, Saint-Mathieu, Saint-Méard, Saint-Paul-d’Eyjeaux, Saint-Yrieix-la-Perche, Vicq-sur-Breuilh.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija magħmula fuq saff kristallin li ffurmat il-ħamrija minn blat metamorfiku jew granitiku magħmul minn frak tal-blat u depożiti tagħhom li inġemgħu fil-qiegħ, jew permezz tal-gravità jew permezz tal-ilma.

Il-ħamrija hija ħafifa u fonda, u żżomm l-ilma sew.

Il-klima f’din iż-żona ġeografika hija umda oċeanika, b’xita abbundanti iżda mhux eżaġerata (xita annwali inqas minn 1 300 mm) u temperaturi moderati (temperatura medja ogħla minn 9 °C).

Barra dawn l-elementi hija ta’ effett ukoll l-altitudni: l-imsaġar huma mħawlin fuq meded ta’ art ċatta fuq għoljiet arjużi b’altitudni medja ta’ bejn it-350 u l-450 metru.

Iż-żona ta’ Limousin hija addattata sew għat-tkabbir tal-frott. Is-siġar tat-tuffieħ “Golden Delicious”, li ilhom jitkabbru hemm mid-deċennju tal-1950, baqgħu dejjem jiżviluppaw. Il-koltivazzjoni tat-tuffieħ f’din iż-żona hija attività agrikola li tikkomplementa t-trobbija tal-bhejjem, u hija mibnija fuq prattiki tradizzjonali ta’ koltivazzjoni bħalma huma t-tisqija ppjanata u l-ħsad bl-idejn.

Barra minn hekk, jeżisti għarfien lokali ta’ kif għandu jinħażen it-tuffieħ. Wara l-ħsad, it-tuffieħ jinħażen fi kmamar apposta b’temperatura kkontrollata, magħżulin kull sena skont parametri speċifiċi tekniċi u ta’ ħżin (li ma jidħolx l-ilma, il-volum, l-għadd ta’ sigħat ta’ ħżin…). Issir sorveljanza regolari tat-tuffieħ, fejn jiġi vverifikat li l-lottijiet ta’ frott ikunu fi stat tajjeb sal-aħħar tal-ħżin.

Speċifiċità tal-prodott

It-tuffieħ “Pomme du Limousin” huwa kkaratterizzat minn togħma u deħra eċċellenti: il-forma tiegħu daqsxejn imtawla, il-kulur, is-sodezza tal-frotta, il-kwalità mmerrqa, it-togħma bbilanċjata, la ħelwa wisq u l-anqas aċiduża żżejjed, u l-fatt li hu addattat ħafna biex jinħażen, jippermettu li jitqiegħed għall-bejgħ sal-1 ta’ Awwissu.

Rabta kawżali

L-ambjent naturali flimkien mal-prattiki tradizzjonali tal-koltivazzjoni tas-siġar huma addattati għat-tkabbir tas-siġar tat-tuffieħ tal-varjetà “Golden Delicious”, u wasslu biex jinżammu l-karatteristiki oriġinali tal-“Pomme du Limousin”.

Minħabba l-għoli taż-żona, ix-xemx għandha iżjed effett qawwi milli jkollha fuq artijiet ta’ altitudni aktar baxxa, iżda b’danakollu anki l-ogħla temperaturi huma moderati. L-alternazzjoni bejn l-iljieli kesħin u l-ġranet sħan u xemxin fuq l-altipjani taż-żona ġeografika tiffavorixxi l-iżvilupp tat-togħma bilanċjata bejn ħelwa u aċiduża, kif ukoll il-lewn roża tal-qoxra, minħabba l-karatteristiki antoċjaniniċi tal-“Pomme du Limousin”.

Fejn it-tuffieħ “Pomme du Limousin” ikun ikkultivat f’altitudni għolja fejn hemm kuntrast sinifikanti bejn it-temperaturi ta’ billejl u binhar, ikun itwal fil-forma tiegħu u jkun iktar sod u mmerraq.

Il-koltivazzjoni tat-tuffieħ fiż-żona ta’ Limousin hija bbażata fuq prattiki speċifiċi. Għaldaqstant, it-tisqija ppjanata tippriżerva u ttejjeb l-aħjar karatteristiki tal-frott u żżid il-kwantità ta’ żahar li joħroġ fis-sena ta’ wara. Barra minn hekk, il-ħsad isir bl-idejn biex jinżammu l-karatteristiki tajbin kollha tal-frott.

Flimkien ma’ dan, jeżisti għarfien lokali dwar il-ħżin li hu addattat għall-kapaċità tal-“Pomme du Limousin” li jżomm tajjeb fuq żmien twil. Malli jinħasad, il-frott jitkessaħ sal-qalba kemm jista’ jkun malajr. Il-kmamar tal-ħżin jimtlew kemm jista’ jkun malajr u tiġi kkontrollata mill-ewwel it-temperatura biex tinżamm tajba l-kwalità tal-frott.

Il-“Pomme du Limousin” huwa settur ekonomikament dinamiku, billi jimpjiega madwar 1 500 ruħ fuq bażi permanenti u 2 500 ħaddiema staġjonali (statistika tal-2011).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-ef0066e6-042a-4314-b995-0860cb54033a/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 13, 20.1.2004, p. 3.

(3)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36.