ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
2 ta' April 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 112/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7109 — Deutsche Telekom/GTS) ( 1 )

1

2015/C 112/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7539 — GIP II/ACS/DevCo) ( 1 )

1

2015/C 112/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7501 — China Shipbuilding Power Engineering Institute/Wärtsilä Technology/CSSC Wärtsilä Engine) ( 1 )

2

2015/C 112/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7553 — PAI/Lion Adventure) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 112/05

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,05 % fl-1 ta’ April 2015 — Rata tal-kambju tal-euro

3

2015/C 112/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2015 li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 112/07

Sejħa għall-applikazzjonijiet għall-għażla ta’ esperti tal-grupp ta’ esperti dwar l-akkwist pubbliku magħmul minn partijiet konċernati tal-Kummissjoni

18

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 112/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7444 — Constellation Hotels Holding Limited S.C.A./InterContinental Hotels Group/InterContinental Paris Le Grand Hotel) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7109 — Deutsche Telekom/GTS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 112/01)

Fl-14 ta’ April 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7109. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7539 — GIP II/ACS/DevCo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 112/02)

Fis-27 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7539. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7501 — China Shipbuilding Power Engineering Institute/Wärtsilä Technology/CSSC Wärtsilä Engine)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 112/03)

Fil-25 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7501. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7553 — PAI/Lion Adventure)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 112/04)

Fil-25 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7553. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,05 % fl-1 ta’ April 2015

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ April 2015

(2015/C 112/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0755

JPY

Yen Ġappuniż

129,29

DKK

Krona Daniża

7,4708

GBP

Lira Sterlina

0,72850

SEK

Krona Żvediża

9,2541

CHF

Frank Żvizzeru

1,0426

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6695

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,543

HUF

Forint Ungeriż

298,52

PLN

Zloty Pollakk

4,0608

RON

Leu Rumen

4,4130

TRY

Lira Turka

2,8064

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4153

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3632

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3382

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4472

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4696

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 187,67

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0011

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,6662

HRK

Kuna Kroata

7,6483

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 021,81

MYR

Ringgit Malażjan

3,9785

PHP

Peso Filippin

47,917

RUB

Rouble Russu

62,4363

THB

Baht Tajlandiż

34,965

BRL

Real Brażiljan

3,3994

MXN

Peso Messikan

16,3847

INR

Rupi Indjan

67,2161


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


2.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Marzu 2015

li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino

(2015/C 112/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-27 ta’ Marzu 2012 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Monetarju”) jobbliga lir-Repubblika ta' San Marino biex timplimenta l-atti tal-Unjoni dwar ir-regoli dwar karti tal-flus u muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u l-falsifikazzjoni tal-flus u ta' mezzi ta’ ħlas mhux bi flus, midalji u tokens u rekwiżiti ta' rrapurtar tal-istatistika. Dawk l-atti huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju.

(2)

L-Anness jeħtieġ li jiġi emendat kull sena mill-Kummissjoni biex jikkunsidra l-atti u r-regoli ġuridiċi ġodda rilevanti tal-Unjoni u l-emendi għal dawk li diġà jeżistu.

(3)

Xi atti u regoli ġuridiċi tal-Unjoni ma għadhomx rilevanti u għalhekk għandhom jitneħħew mill-Anness, filwaqt li xi atti u regoli ġuridiċi rilevanti ġodda tal-UE u xi emendi għal xi atti ġuridiċi eżistenti kienu adottati u għandhom jiġu miżjuda mal-Anness.

(4)

L-Anness tal-Ftehim Monetarju għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness ta' mal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


ANNESS

 

Dispożizzjonijiet Legali li għandhom jiġu implimentati

Skadenza għall-implementazzjoni

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI tas-17 ta’ Ottubru 2000 li tikkonċerna l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4)

L-1 ta' Settembru 2013

2

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar il-Konfiska ta' Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (ĠU L 68, 15.3.2005, p. 49)

L-1 ta' Ottubru 2014 (1)

3

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15)

L-1 ta' Settembru 2013

 

Emendat minn:

 

4

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)

 

5

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46)

 

6

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7)

 

7

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

 

 

Issupplimentata bi:

 

8

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1).

 

9

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9)

 

10

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29)

 

11

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1)

 

12

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103)

 

13

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39)

L-1 ta' Nov 2015 (2)

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

14

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2013

15

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

L-1 ta' Settembru 2013

 

Emendat minn:

 

16

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

 

17

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2013

18

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/861/KE tat-8 ta’ Diċembru 2003 li tikkonċerna l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigward ta' muniti foloz tal-euro (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 44)

L-1 ta' Settembru 2013

19

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2013

 

Emendat minn:

 

20

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 L jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

 

21

Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1)

L-1 ta’ Lulju 2016 (2)

Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro

22

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4)

L-1 ta' Settembru 2013

23

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1998 u tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-muniti għall-kollezzjonisti

L-1 ta' Settembru 2013

24

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro

L-1 ta' Settembru 2013

25

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C 318/03 tat-22 ta’ Ottubru 2001 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro (C(2001) 600 finali) (ĠU C 318, 13.11.2001, p. 3)

L-1 ta' Settembru 2013

26

Il-Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2003/5 tal-20 ta' Marzu 2003 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20).

L-1 ta' Settembru 2013

 

Emendat minn:

 

27

Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43)

L-1 ta' Ottubru 2013 (1)

28

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/23/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, (C(2008) 8625) (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52)

L-1 ta' Settembru 2013

29

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2010/14 tas-16 ta' Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2013

 

Emendat minn:

 

30

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2012/19 tas-7 ta' Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (2012/507/UE) (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19)

L-1 ta' Ottubru 2013 (1)

31

Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta' muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2013

32

Ir-Regolament (UE) Nru 1214/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro (ĠU L 316, 29.11.2011, p. 1)

L-1 ta' Ottubru 2014 (1)

33

Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135)

L-1 ta' Ottubru 2013 (1)

34

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37)

L-1 ta' Ottubru 2013 (1)

35

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1)

L-1 ta' Ottubru 2013

Leġiżlazzjoni Bankarja u Finanzjarja

36

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2016

 

Emendat minn:

 

37

Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta' valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

 

38

Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta' kontijiet annwali u konsolidati ta' ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16)

 

39

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

 

40

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/117/KEE tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-obbligi ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40)

L-1 ta' Settembru 2018

41

Id-Direttiva Nru 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22)

L-1 ta' Settembru 2018

42

Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE tat-30 ta' Lulju 1997 dwar it-tranżazzjonijiet permezz ta' strumenti elettroniċi ta' ħlas u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn min joħroġ u l-pussessur (ĠU L 208, 2.8.1997, p. 52)

L-1 ta' Settembru 2018

43

Id-Direttiva Nru 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45)

L-1 ta' Settembru 2018

 

Emendat minn:

 

44

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37)

 

45

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

 

46

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1)

 

47

Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15)

L-1 ta' Settembru 2018

 

Emendat minn:

 

48

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

 

49

Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43)

L-1 ta' Settembru 2018

 

Emendat minn:

 

50

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37)

 

51

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

 

52

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2018

 

Emendat minn:

 

53

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

 

54

Id-Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 40)

 

55

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

 

56

Id-Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 113)

 

57

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

 

58

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2018

 

Emendat minn:

 

59

Id-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti limiti ta' żmien (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60)

 

60

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1)

 

61

Id-Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 33)

 

62

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

 

63

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2018

64

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26)

L-1 ta' Settembru 2018

65

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2016

 

Emendat minn:

 

66

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97)

 

67

Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11)

L-1 ta' Settembru 2018

 

Emendat minn:

 

68

Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22)

L-1 ta' Settembru 2018 (1)

69

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7)

L-1 ta' Settembru 2016

70

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162)

L-1 ta' Settembru 2016

71

Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2016

72

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtori tà Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)

L-1 ta' Settembru 2016

 

Emendat minn:

 

73

Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-konferiment ta' kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5)

 

74

Id-Direttiva 2014/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34)

 

75

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

 

76

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84)

L-1 ta' Settembru 2016

 

Emendat minn:

 

77

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1)

 

78

Ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2009 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2014/KE (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 1)

 

79

Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, 1094/2010 u (UE) 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1)

 

80

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

L-1 ta' Settembru 2016

81

Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22)

L-1 ta’ April 2018 (2)

 

Emendat minn:

 

82

Ir-Regolament (UE) Nru 248/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollha (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 1)

 

83

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1)

L-1 ta' Ottubru 2017 (1)

 

Emendat minn:

 

84

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

 

85

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2013 tad-12 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 2)

 

86

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

 

 

Issupplimentata bi:

 

87

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20)

 

88

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 30)

 

89

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu minn kontropartijiet ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 32)

 

90

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 1)

 

91

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11)

 

92

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 25)

 

93

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 33)

 

94

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 37)

 

95

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41)

L-1 ta' Ottubru 2017 (2)

96

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 tat-28 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 19)

L-1 ta' Ottubru 2017 (2)

97

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013 tat-12 ta' Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 4)

L-1 ta' Ottubru 2017 (2)

98

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2014 tat-13 ta' Frar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni, u biex ma kunx hemm l-evażjoni ta' regoli jew ta' obbligi (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 1)

L-1 ta' Ottubru 2017 (2)

99

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar penali imposti fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 31)

L-1 ta' Ottubru 2017 (2)

100

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kapital ipotetiku ta' kontroparti ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 57)

L-1 ta' Ottubru 2017 (2)

101

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2017 (1)

 

Issupplimentata bi

 

102

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1423/2013 tal-20 ta' Diċembru 2013 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 355, 31.12.2013, p. 60)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

103

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2014 tal-20 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-kalkolu tal-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu speċifiċi u ġenerali (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 3)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

104

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

105

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 tal-21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji (ĠU L 100, 3.4.2014, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

106

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' x'jikkostitwixxi l-korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds koperti ta' istituzzjoni u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 4)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

107

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 525/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-definizzjoni tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 15)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

108

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 526/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' firxa ta' approssimazzjoni indiretta u portafolli iżgħar limitati għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 17)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

109

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 29)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

110

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 529/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 36)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

111

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 16)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

112

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rapurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

113

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 602/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi implimentattivi għall-iffaċilitar tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' piżijiet ta' riskju addizzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 166, 5.6.2014, p. 22)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

114

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

L-1 ta' Settembru 2017 (1)

 

Emendat minn:

 

115

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

 

 

Issupplimentata bi:

 

116

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

117

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jagħtu lil xulxin (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 6)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

118

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2013/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-klassijiet ta' strumenti li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 21)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

119

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 530/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu ulterjorment l-iskoperturi materjali u l-livelli limitu għ all- approċċi interni għar-riskju speċifiku fil-portafoll tan-negozjar (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 50)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

120

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 620/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istituzzjonijiet skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 172, 12.6.2014, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

121

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 650/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi implimentattivi fir-rigward tal-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 185, 25.6.2014, p. 1)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

122

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-proċess ta' deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjonijiet skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 19)

L-1 ta' Settembru 2017 (2)

123

Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)

L-1 ta' Settembru 2016 (2)

124

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

L-1 ta' Settembru 2018 (2)

Leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika

125

Il-Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2013/24) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34)

L-1 ta' Settembru 2016 (2)

126

Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51)

L-1 ta' Settembru 2016 (2)


(1)  Il-Kumitat Konġunt tal-2013 qabel dwar dawn l-iskadenzi skont l-Artikolu 8(5) tal-Ftehim Monetarju tas-27 ta’ Marzu 2012 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino.

(2)  Il-Kumitat Konġunt tal-2014 qabel dwar dawn l-iskadenzi skont l-Artikolu 8(5) tal-Ftehim Monetarju tas-27 ta’ Marzu 2012 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/18


Sejħa għall-applikazzjonijiet għall-għażla ta’ esperti tal-grupp ta’ esperti dwar l-akkwist pubbliku magħmul minn partijiet konċernati tal-Kummissjoni

(2015/C 112/07)

Bid-Deċiżjoni tat-3 ta’ Settembru 2011 (1) (id-Deċiżjoni), il-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ esperti magħmul minn partijiet konċernati dwar l-akkwist pubbliku. Il-kompitu tal-grupp huwa li jipprovdi lill-Kummissjoni b’fehim u b’għarfien espert legali, ekonomiku, tekniku u/jew prattiku ta’ kwalità għolja biex jgħinha tfassal il-politika tal-akkwist pubbliku tal-UE.

Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni, il-grupp tal-esperti jkun fih 20 membru. Il-membri jintgħażlu jew fil-kapaċità personali tagħhom u jaġixxu indipendentament u fl-interess pubbliku, jew jirrappreżentaw interess komuni li jkun rilevanti fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet f’sens wiesa’.

Fis-6 ta’ Lulju 2012, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Suq Intern u Servizzi ħatar 20 membru tal-grupp b’mandat ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded. Wara d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ GROW (ex DĠ MARKT) li jissostitwixxu membri tal-grupp, id-dipartimenti tal-Kummissjoni qed jagħmlu sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mandat il-ġdid bit-tir li jintgħażlu membri ġodda tal-grupp biex jirrappreżentaw interess komuni li jkun rilevanti fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet fis-sens wiesa’, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

Il-Kummissjoni qed tfittex esperti b’esperjenza diretta fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, jew minħabba l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, min-naħa tal-għoti, jew minħabba li jkollhom kuntatti regolari jew esperjenza fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Hu/hi j/tista’ j/tkun espert mid-dinja kummerċjali, inklużi l-SMEs, l-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti, il-qasam akkademiku, avukat, ekonomist, espert tal-statistika jew oħrajn.

Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni tqis il-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-applikazzjonijiet:

il-kompetenza u l-esperjenza ppruvati, inkluż fil-livell Ewropew u/jew internazzjonali, f’oqsma relevanti għall-akkwist pubbliku, speċjalment:

l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku,

il-ħolqien u l-konċessjonijiet ta’ Sħubijiet Pubbliċi Privati (PPP) u Sħubijiet Pubbliċi Privati Istituzzjonalizzati (IPPP) fit-tul u kumplessi ħafna,

il-kuntratti pubbliċi bejn awtoritajiet fis-settur pubbliku,

il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-offerti pubbliċi,

l-aspetti ambjentali u soċjali tal-akkwist pubbliku,

l-akkwist elettroniku, partikolarment fil-fażi ta’ qabel l-għoti,

l-analiżi ekonomika tas-swieq tal-akkwist pubbliku,

ir-relazzjonijiet bejn l-akkwist pubbliku u l-kompetizzjoni/l-għajnuna mill-Istat,

id-dimensjoni internazzjonali tal-akkwist pubbliku,

l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi,

l-aggregazzjoni tal-akkwist pubbliku,

il-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku,

il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku,

il-ġestjoni tal-prekwalifikazzjoni fl-akkwist pubbliku,

l-innovazzjoni u l-akkwist pubbliku,

l-akkwist fil-qasam tad-difiża u sensittiv għas-sigurtà,

u aktar ġeneralment:

il-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist nazzjonali, Ewropew u internazzjonali;

il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ fil-grupp f’termini ta’ rappreżentanza tal-interessi u l-għarfien espert relevanti fil-qasam tal-akkwist, u f’termini ta’ ġeneru u oriġini ġeografiċi (2).

Il-membri tal-grupp ta’ esperti jridu jkunu persuni ta’ nazzjonalità ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiż li se jissieħeb jew minn Żona Ekonomika Ewropea. L-applikazzjonijiet iffirmati jridu jintbagħtu sal-25 ta' April 2015 l-aktar tard. Id-data meta jintbagħtu tiġi stabbilita kif ġej:

(a)

Jekk l-applikazzjonijiet jintbagħtu bil-posta elettronika, id-data tal-ittra elettronika tkun id-data ta’ meta ntbagħtet. L-applikazzjonijiet bil-posta elettronika għandhom jintbagħtu lil GROW-COMMITTEES-PP@ec.europa.eu bis-suġġett “Applications for stakeholder expert group on PP” (Applikazzjonijiet għall-grupp ta’ esperti tal-partijiet interessati dwar l-akkwist pubbliku).

(b)

Jekk l-applikazzjonijiet jintbagħtu bil-posta, il-marka postali titqies bħala d-data ta’ meta ntbagħtet. L-indirizz postali għall-applikazzjonijiet huwa European Commission, DG for Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs, GROW E.2, Avenue des Nerviens, 105, 1040 Brussell, il-Belġju. Suġġett: “Application for Commission stakeholder expert group on public procurement” (applikazzjonijiet għall-grupp ta’ esperti tal-partijiet konċernati dwar l-akkwist pubbliku).

(c)

Jekk l-applikazzjonijiet jiġu kkonsenjati bl-idejn lill-indirizz indikat hawn fuq, id-data fuq l-irċevuta mogħtija mal-konsenja tiġi kunsidrata bħala d-data li fiha ntbagħtet l-applikazzjoni.

Il-laqgħat tal-grupp isiru bl-Ingliż. L-applikant irid/trid ikun/tkun kapaċi jesprimi/tesprimi ruħu/ha sew bl-Ingliż. L-għarfien tal-Franċiż jew tal-Ġermaniż ikun ta’ vantaġġ. L-applikazzjonijiet iridu jimtlew bl-Ingliż, jindikaw biċ-ċar in-nazzjonalità tal-applikant u jinkludu id-dokumentazzjoni meħtieġa.

L-applikanti kollha jridu jibagħtu kurrikulu li jindika l-isfond edukattiv tagħhom, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi (attiv u passiv). Għandha tingħata wkoll l-informazzjoni li ġejja:

l-awtorità/l-organizzazzjoni li għaliha l-applikant kien(et) jaħdem/taħdem u t-tul ta’ żmien hu/hi ħadem/ħadmet hemm.

il-proġetti speċifiċi jew il-kompiti li kien/kienet involut(a) fihom u li huma ta’ rilevanza speċjali fil-qasam tal-akkwist,

kull xogħol li hu/hi ppubblika(t) fil-qasam tal-akkwist,

kull esperjenza li hu/hi għandu/ha fil-livell tal-UE u internazzjonali, u

kull interess li hu/hi għandu/ha, li jista’ jippreġudika l-indipendenza tiegħu jew tagħha.

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jirriżervaw id-dritt tagħhom li jitolbu għal kull dokument ta’ sostenn fi stadju aktar tard, u li jissostitwixxu kwalunkwe membru li jkun ipprovda dikjarazzjonijiet mhux preċiżi jew foloz fir-rigward tal-informazzjoni ta’ hawn fuq.

Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni, il-membri kollha tal-grupp għandhom jipparteċipaw attivament fil-laqgħat u fil-preparazzjoni u s-segwitu tagħhom, kif ikun meħtieġ. Il-laqgħat tal-grupp huma mistennija li jseħħu mill-inqas darbtejn fis-sena.

Id-dettalji tal-kondotta tal-Grupp jkunu rregolati mir-Regoli ta’ Proċedura li għandhom jiġu stabbiliti fl-ewwel laqgħa.

Il-membri għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabilixxi dan il-grupp ta’ esperti (3). Il-membri maħtura fil-kapaċità personali tagħhom iridu jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

Il-Kummissjoni trodd lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-parteċipanti fil-ħidma tagħhom strettament marbuta mal-attivitajiet tal-grupp skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni, fi ħdan il-limiti tal-baġit disponibbli. Il-membri ma jirċevux rimunerazzjoni għall-attivitajiet tagħhom fil-grupp.

Il-lista tal-membri tal-grupp ta’ esperti tiġi ppubblikata fir-Reġistru tal-gruppi tal-esperti (4).

Id-dejta personali tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Għal kull informazzjoni oħra, ikkuntattja lil Marta Micietova, Csilla Szalai jew Irena — Alis Riviere-Osipov. Telefown: +32 22984107, posta elettronika: GROW-COMMITTEES-PP@ec.europa.eu

L-informazzjoni dwar ir-riżultati tas-sejħa tal-applikazzjonijiet tiġi ppubblikata fis-sit elettroniku tad-DĠ GROW u f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku magħmul minn partijiet interessati u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 87/305/KEE li tistabbilixxi kumitat konsultattiv dwar il-liberalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku (ĠU C 291, 4.10.2011, p. 2).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/407/KE tad-19 ta’ Ġunju 2000 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati u l-gruppi tal-esperti stabbiliti minnha (ĠU L 154, 27.6.2000, p. 34).

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.

(4)  Il-membri li ma jixtiqux li isimhom jiġi żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. Talbiet biex ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp espert jitqiesu ġustifikati jekk il-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tal-membru jew tippreġudika b’mod mhux xieraq il-privatezza tiegħu jew tagħha.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7444 — Constellation Hotels Holding Limited S.C.A./InterContinental Hotels Group/InterContinental Paris Le Grand Hotel)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 112/08)

1.

Fil-25 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Constellation Hotels Holdings Ltd S.C.A. (“Constellation”, il-Lussemburgu) u InterContinental Hotels Group (“IHG”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża InterContinental Paris Le Grand Hotel kollha kemm hi (“Le Grand Hotel”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt ta’ maniġment.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Constellation zzjoni takkwista u għandha lukandi u proprjetà immobbli.

IHG jopera, jiffrankiġja u għandu lukandi fuq bażi dinjija.

Le Grand Hotel hija lukanda ta’ erba’ stilel li tinsab f’Pariġi, Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7444 — Constellation Hotels Holding Limited S.C.A./InterContinental Hotels Group/InterContinental Paris Le Grand Hotel, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.