ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 89

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
16 ta' Marzu 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 089/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 089/02

Kawża C-559/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-5 ta’ Diċembru 2014 – Rūdolfs Meroni vs Recoletos Limited

2

2015/C 089/03

Kawża C-574/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-11 ta’ Diċembru 2014 – PGE Górnictwo i Energetyka Konwencjonalna vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

2

2015/C 089/04

Kawża C-577/14 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2014 minn Brandconcern BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-30 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-51/12 – Scooters India Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

3

2015/C 089/05

Kawża C-582/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Patrick Breyer vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

4

2015/C 089/06

Kawża C-597/14 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-543/12, Grau Ferrer vs UASI – Rubio Ferrer (Bugui Va)

5

2015/C 089/07

Kawża C-599/14 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11, Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

6

2015/C 089/08

Kawża C-601/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

7

2015/C 089/09

Kawża C-604/14 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2014 minn Alcoa Trasformazioni Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-77/10, Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni

8

2015/C 089/10

Kawża C-606/14 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 minn Portovesme Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-291/11, Portovesme vs Il-Kummissjoni

9

2015/C 089/11

Kawża C-608/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Elena Delia Pondiche vs Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

10

2015/C 089/12

Kawża C-612/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Diċembru 2014 – Stephan Naumann vs Austrian Airlines AG

11

2015/C 089/13

Kawża C-12/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Jannar 2015 – Universal Music International Holding BV vs Michael Tétreault Schilling et

12

2015/C 089/14

Kawża C-26/15 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2015 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-481/11, Spanja vs Il-Kummissjoni

13

2015/C 089/15

Kawża C-31/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2015 minn Photo USA Electronic Graphic, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-18 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-394/13, Photo USA Electronic Graphic, Inc. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

14

2015/C 089/16

Kawża C-32/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 minn Electrabel SA, Dunamenti Erőmű Zrt mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-13 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-40/14, Electrabel SA, Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 089/17

Kawża T-341/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunfidenzjalità — Sigriet professjonali — Aspettattivi leġittimi)

17

2015/C 089/18

Kawża T-345/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunfidenzjalità — Sigriet professjonali — Aspettattivi leġittimi)

17

2015/C 089/19

Kawża T-372/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 4 ta’ Frar 2015 – El Corte Inglés vs UASI – Apro Tech (APRO) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva APRO — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti B-PRO by Boomerang, trade mark Komunitarja verbali preċedenti PRO MOUNTAIN u Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi u verbali preċedenti B-PRO by Boomerang et PRO OUTDOOR — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

18

2015/C 089/20

Kawża T-278/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 30 ta’ Jannar 2015 – Now Wireless vs UASI – Starbucks (HK) (now) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva now — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

19

2015/C 089/21

Kawża T-374/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2015 – KSR vs UASI – Lampenwelt (Moon) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Moon — Raġuni assoluta ta’ invalidità — Natura deskrittiva — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

19

2015/C 089/22

Kawża T-593/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2015 – Siemag Techberg Group vs UASI (Winder Controls) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Winder Controls — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(c) u (b) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Talba għal smigħ ifformulata b’mod prematur fir-rikors]

20

2015/C 089/23

Kawża T-609/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY — Trade mark li hija kkostitiwita minn slogan ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tarRegolament (KE) Nru 207/2009]

21

2015/C 089/24

Kawża T-655/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Enercon vs UASI (Dégradé de cinq nuances de la couleur verte) (Trade mark Komunitarja — Talba għal Trade mark komunitarja li tikkonsisti fi gradjent ta’ ħames sfumaturi ta’ kulur aħdar — Raġjuni Assoluta għal rifjt — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Klassifikazzjoni mill-ġdid tat-trade mark mitluba — Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 207/2009

21

2015/C 089/25

Kawża T-665/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Zitro IP vs UASI – Gamepoint (SPIN BINGO) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SPIN BINGO — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZITRO SPIN BINGO — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009]

22

2015/C 089/26

Kawża T-41/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Argo Development and Manufacturing vs UASI – Clapbanner (Rappreżentazzjoni ta’ artikli pubbliċitarji) [Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta artiklu pubbliċitarju — Disinni Komunitarji preċedenti — Raġunijiet għal invalidità — Novità — Karattru individwali — Utent avżat — Grad ta’ libertà tal-awtur — Impressjoni globali differenti — Artikoli 4, 5, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002]

23

2015/C 089/27

Kawża T-59/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (INVESTING FOR A NEW WORLD) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INVESTING FOR A NEW WORLD — Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

23

2015/C 089/28

Kawża T-123/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Jannar 2015 – BSH vs UASI – Arçelik (AquaPerfect) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja AquaPerfect — Trade mark verbali Komunitarja preċedenti Perfect — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

24

2015/C 089/29

Kawża T-6/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – NICO vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Inammissibbiltà manifesta)

25

2015/C 089/30

Kawża T-418/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 – Richter + Frenzel vs UASI – Ferdinand Richter (Richter+Frenzel) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

25

2015/C 089/31

Kawża T-488/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – GEA Group vs UASI (engineering for a better world) (Trade mark Komunitarja — Terminu tar-rikors — Bidu tad-dekorrenza — Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell permezz ta’ faks — Riċezzjoni tal-faks — Tardività — Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu — Inammissibbiltà manifesta)

26

2015/C 089/32

Kawża T-492/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Jannar 2015 – La Perla vs UASI – Alva Management (LA PERLA) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

26

2015/C 089/33

Kawża T-779/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

27

2015/C 089/34

Kawża T-782/14 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 minn DF mis-sentenza mogħtija fl-1 ta’ Ottubru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-91/13, DF vs Il-Kummissjoni

28

2015/C 089/35

Kawża T-798/14: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2014 – DenizBank vs Il-Kunsill

29

2015/C 089/36

Kawża T-817/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Zoofachhandel Züpke et vs Il-Kummissjoni

30

2015/C 089/37

Kawża T-819/14: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2014 – Mezhdunaroden tsentar za izsledvane na maltsinstvata i kulturnite vzaimodeystvia vs Il-Kummissjoni

31

2015/C 089/38

Kawża T-845/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – August Brötje vs UASI (HydroComfort)

32

2015/C 089/39

Kawża T-9/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2015 – Ball Europe vs UASI – Crown Hellas Can

32

2015/C 089/40

Kawża T-19/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2015 – Gómez Echevarría vs UASI – M and M Direct (wax by Yuli’s)

33

2015/C 089/41

Kawża T-20/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2015 – Henkell & Co. Sektkellerei vs UASI – Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini (PICCOLOMINI)

34

2015/C 089/42

Kawża T-24/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 – NICO vs Il-Kunsill

35

2015/C 089/43

Kawża T-30/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2015 – Infinite Cycle Works vs UASI – Chance Good Ent. (INFINITY)

36

2015/C 089/44

Kawża T-32/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2015 – GRE vs UASI (Mark1)

37

2015/C 089/45

Kawża T-33/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (BIMBO)

37

2015/C 089/46

Kawża T-34/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2015 – Wolf Oil vs UASI – SCT Lubricants (CHEMPIOIL)

38

2015/C 089/47

Kawża T-35/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2015 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill

39

2015/C 089/48

Kawża T-36/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Hispasat vs Il-Kummissjoni

40

2015/C 089/49

Kawża T-37/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Abertis Telecom Terrestre vs Il-Kummissjoni

41

2015/C 089/50

Kawża T-38/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Telecom Castilla-La Mancha vs Il-Kummissjoni

41

2015/C 089/51

Kawża T-40/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2015 – ASPLA u Armando Álvarez vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

42

2015/C 089/52

Kawża T-43/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 – CRM vs Il-Kummissjoni

43

2015/C 089/53

Kawża T-702/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2015 – Hamas vs Il-Kunsill

44

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 089/54

Kawża magħquda F-1/14 u F-48/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 – Kakol vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 — Rekwiżiti ta’ eliġibbliltà — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Ammissjoni li tipparteċipa f’kompetizzjoni simili preċedenti — Dmir ta’ motivazzjoni speċifiku — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

45

2015/C 089/55

Kawża F-139/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament

46

2015/C 089/56

Kawża F-141/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

46

2015/C 089/57

Kawża F-7/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

47

2015/C 089/58

Kawża F-8/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

48

2015/C 089/59

Kawża F-10/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

48

2015/C 089/60

Kawża F-11/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

49

2015/C 089/61

Kawża F-12/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

49

2015/C 089/62

Kawża F-13/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

50

2015/C 089/63

Kawża F-14/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea

50


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 089/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 81, 9.3.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 73, 2.3.2015

ĠU C 65, 23.2.2015

ĠU C 56, 16.2.2015

ĠU C 46, 9.2.2015

ĠU C 34, 2.2.2015

ĠU C 26, 26.1.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-5 ta’ Diċembru 2014 – Rūdolfs Meroni vs Recoletos Limited

(Kawża C-559/14)

(2015/C 089/02)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rūdolfs Meroni

Konvenuta: Recoletos Limited

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 34(1) tar-Regolament Brussell I għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija minn qorti barranija, il-ksur tad-drittijiet ta’ persuni li ma humiex involuti fil-kawża prinċipali jista’ jkun raġuni għall-implementazzjoni tal-klawżola ta’ ordni pubbliku prevista fl-imsemmi Artikolu 34(1) u għar-rifjut ta’ rikonoxximent ta’ din id-deċiżjoni barranija sa fejn din taffettwa lil dawn il-persuni li ma humiex involuti fil-kawża prinċipali?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1, l-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipji ta’ ekwità fil-qasam ġudizzjarju stabbiliti fih jippermettu, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-miżuri kawtelatorji f’tilwima, li d-drittijiet ta’ proprjetà ta’ persuni li ma humiex involuti bħala partijiet fl-imsemmija tilwima jiġu limitati, anki jekk huwa previst li kull persuna li tkun affettwata minn deċiżjoni dwar miżuri kawtelatorji għandha d-dritt li f’kull mument tindirizza lill-qorti kkonċernata sabiex titlob li d-deċiżjoni tiġi emendata jew annullata, u li tħalli lir-rikorrenti l-kompitu li jinnotifikaw din id-deċiżjoni lill-persuni kkonċernati?


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-11 ta’ Diċembru 2014 – PGE Górnictwo i Energetyka Konwencjonalna vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-574/14)

(2015/C 089/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PGE Górnictwo i Energetyka Konwencjonalna S.A.

Konvenut: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 107 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE u mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Settembru 2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-Kummissjoni tqis għajnuna mill-Istat bħala kompatibbli mas-suq komuni, il-qorti nazzjonali ma tkunx awtorizzata tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali meqjusa bħala għajnuna mill-Istat awtorizzata jikkonformawx mal-prinċipji tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija ta’ analiżi tal-għajnuna mill-Istat marbuta ma’ spejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati (iktar ’il quddiem il-“metodoloġija tal-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati”)?

2)

L-Artikolu 107 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE u mal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta ‘Settembru 2007, interpretati fid-dawl tal-punti 3.3 u 4.2 tal-metodoloġija tal-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati, għandu jinftiehem fis-sens li, waqt l-implementazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna mill-Istat meqjusa mill-Kummissjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni, l-aġġustament annwali tal-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati għal produtturi li jagħmlu parti minn gruppi ta’ impriżi jitwettaq billi wieħed jippresupponi li l-unika kwistjoni rilevanti hija dik tal-appartenenza tal-produttur fi grupp ta’ impriżi konformement mal-preżentazzjoni fl-annessi tal-att legali evalwat mill-Kummissjoni, jew tabilħaqq fis-sens li għal kull sena li għaliha jitwettaq l-aġġustament tal-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-appartenenza effettiva, f’dak il-mument, tal-benefiċjarju tal-iskema ta’ għajnuna mill-Istat marbuta ma’ spejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati, fi grupp ta’ impriżi flimkien ma’ produtturi oħra li jaqgħu taħt din l-iskema?


(1)  Deċiżjoni 2009/287/KE dwar għajnuna mill-istat mogħtija mill-Polonja bħala parti mill-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija u dwar l-għajnuna mill-istat li l-Polonja qed tippjana li tagħti dwar il-kumpens għat-terminazzjoni volontaria tal-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija (notifikata bid-dokument numru C(2007) 4319, ĠU L 83, p. 1).


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/3


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2014 minn Brandconcern BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-30 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-51/12 – Scooters India Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-577/14 P)

(2015/C 089/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Brandconcern BV (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukati, G. Casucci, N. Ferretti, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Scooters India Ltd

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Settembru 2014 u tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Scooters India Ltd kontra d-deċiżjoni kontenzjuża mogħtija mill-Bord tal-Appell fl-1 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ R 2312/2010-1;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata sa fejn hija annullat id-deċiżjoni kkontestata peress li ċaħdet l-appell ippreżentat minn Scooters India Ltd dwar il-“vetturi; apparati għal-lokomozzjoni fuq l-art, fl-arja jew fuq l-ilma”,

tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq żewġ aggravji bbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1) u, it-tieni nett, fuq ksur tar-regoli proċedurali billi ma ċaħditx ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Scooters India Ltd sa fejn ġie iddikjarat infondat.

Scooters India Ltd hija l-proprjetarja tat-trade mark Komunitarja LAMBRETTA, irreġistrata b’mod partikolari għal “vetturi; apparati għal-lokomozzjoni fuq l-art, fl-arja jew fuq l-ilma” fil-klassi 12 tal-klassifikazzjoni internazzjonali. L-appellanti talbet ir-revoka tat-trade mark b’mod partikolari għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 12, abbażi tal-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark ma kinitx is-suġġett ta’ użu ġenwin. Din it-talba ġiet milqugħa mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI. L-appell ippreżentat minn Scooters India Ltd ġie miċħud mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI bħala infondat. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI. Il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-UASI kellu l-obbligu, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jieħu inkunsiderazzjoni prodotti fil-klassi 12 li fil-konfront tagħhom ġie invokat użu ġenwin, minkejja l-fatt li dawn il-prodotti ma kinux jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ prodotti li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball legali meta talbet lill-UASI jeżamina l-allegat użu ġenwin tat-trade mark LAMBRETTA għal ċerti prodotti, bħall-ispare parts, minkejja l-fatt li dawn il-prodotti ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tal-prodotti li għalihom it-trade mark LAMBRETTA hija rreġistrata fil-klassi 12. L-appellanti ssostni li interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 titlob li huwa biss l-użu ta’ prodotti li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-indikazzjonijiet fir-reġistrazzjoni li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni. L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kellha tapplika s-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2012, Chartered Institute of Patent Attorneys (C-307/10, Ġabra, EU:C:2012:361).

L-appellanti ssostni, għalhekk, li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata u li r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża tal-Bord tal-Appell għandu jiġi miċħud.

L-appellanti ssostni wkoll, permezz tat-tieni aggravju, li anki jekk jiġi aċċettat li l-UASI kien obbligat li jieħu inkunsiderazzjoni prodotti fil-klassi 12 li fil-konfront tagħhom ġie invokat użu ġenwin, il-Qorti Ġenerali wettqet żball proċedurali meta annullat id-deċiżjoni kontenzjuża mingħajr ebda restrizzjoni. Wara li kkonstatat, fis-sentenza appellata, li l-proprjetarju tat-trade mark LAMBRETTA ma tax prova ta’ użu ġenwin tat-trade mark għall-prodotti li għalihom hija ġiet irreġistrata (iżda billi talbet lill-UASI madankollu li jieħu inkunsiderazzjoni l-użu magħmul għal prodotti oħra li jaqgħu taħt l-istess klassi), il-Qorti Ġenerali kellha tikkonferma d-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn il-Bord tal-Appell ma kkonstata ebda użu ġenwin għall-prodotti li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Patrick Breyer vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-582/14)

(2015/C 089/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Patrick Breyer

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li indirizz ta’ Protokoll tal-Internet (indirizz IP), li huwa rreġistrat minn fornitur ta’ servizzi meta jsir aċċess għas-sit tal-internet tiegħu, jikkostitwixxi għal dan tal-aħħar data personali anki jekk huwa terz (f’dan il-każ, il-fornitur tal-aċċess) li għandu l-informazzjoni addizzjonali neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata?

2)

L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li fuq il-bażi tagħha l-fornitur ta’ servizzi ma jistax jiġbor u juża data personali ta’ utent mingħajr il-kunsens tiegħu ħlief sa fejn dan ikun neċessarju sabiex l-użu konkret tal-midja elettronika mill-utent inkwistjoni jkun jista’ jiġi ffaċilitat u ffatturat u li fuq il-bażi tagħha l-għan li l-kapaċità ġenerali tal-funzjonament tal-midja elettronika tiġi ggarantita ma jistax jiġġustifika l-użu tad-data wara t-tmiem tas-sessjoni partikolari tal-utent?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/5


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-543/12, Grau Ferrer vs UASI – Rubio Ferrer (Bugui Va)

(Kawża C-597/14 P)

(2015/C 089/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Xavier Grau Ferrer, Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata

tagħti deċiżjoni ġdida fuq il-mertu tal-kawża billi tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, jew tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 76(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni (2) billi kkunsidrathom applikabbli għal dan il-każ fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati.

2.

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 76(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni meta bbażat ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tal-portata tas-setgħa diskrezzjonali li tirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet. B’mod partikolari, meta qieset li l-Bord tal-Appell għandu din is-setgħa irrispettivament minn jekk id-dokumenti prodotti għall-ewwel darba quddiemu humiex addizzjonali jew le. Il-kwistjoni ta’ jekk is-setgħa diskrezzjonali rrikonoxxuta lill-Bordijiet mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u mit-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni teżistix f’kull każ, jiġifieri, anki meta d-dokumenti prodotti tard quddiem il-Bord huma ġodda, hija punt ta’ liġi li għandu jiġi ċċarat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

3.

Il-Qorti Ġenerali applikat ħażin l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja meta ddeċidiet li t-trade mark Komunitarja preċedenti ntużat f’forma b’elementi differenti li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark kif hija rreġistrata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), fil-verrżjoni tiegħu kif emendat [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)].

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/6


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11, Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-599/14 P)

(2015/C 089/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: B. Driessen, E. Finnegan, u G. Etienne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata;

li taghti sentenza finali dwar l-aggravji li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċhad ir-rikorsi; u

li tordna lir-rikorrent fil-Kawżi maghquda T-208/14 u T-508/14 iħallas l-ispejjeż tal-Kunsill ta’ dik il-kawża u ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali annullat l-iskrizzjoni tal-LTTE purament għal raġjunijiet marbuta mal-proċedura li ntużat ghall-adozzjoni taghħom. Il-Kunsill jissottometti li l-Qorti Ġenerali żbaljat fuq dawn il-punti:

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta sostniet li l-Kunsill għandu juri fil-motivi li huwa vverifika li l-attivitajiet tal-Listing Authority fl-Istat terz jitwettaq permezz ta’ salvagwardji suffiċjenti. Għalkemm il-Kunsill jaċċetta li l-attività tal-awtorità Kompetenti fi Stat terz ghandu jiġi inkwadrat f’qafas ta’ leġiżlazzjoni u prassi li jirrispetta d-drittijiet fundamentali ta’ dawk li qed jiġu affettwati biha, huwa jissottometti li l-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta titlob li din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fil-motivi.

It-Tieni Aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tal-użu mill-Kunsill ta’ informazzjoni ta’ dominju pubbliku. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ċaħdet lil Kunsill milli juża materjal disponibbli liberament. Il-Qorti Ġenerali kompliet tiżbalja bir-raġjunament tagħha li l-Kunsill kellu jitlob lil awtorità kompetenti tinvestiga l-artikli fl-istampa li saret riferenza għalihom fil-motivi. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li r-rifjut tagħha li tilqa’ d-dipendenza tal-Kunsill fuq materjal disponibbli liberament għandha twassal għall-annullament tad-deċiżjoni appellata.

It-Tielet Aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset li tikkonkludi li l-iskrizzjoni setgħet tistrieħ fuq il-UK Proscription order tal-2001. L-interpretazzjoni li għamlet il-Qorti Ġenerali, barra mill-fatt li mhux ġustifikata fil-liġi, għandha l-konsegwenza li entità tista’ tostakola l-iskrizzjoni taħt is-CP931 billi tirrifjuta li tikkontesta l-iskrizzjoni jew il-projbizzjoni fl-Istat Membru minn fejn tkun ħarġet id-deċizjoni taħt l-Artikolu 1(4) tas-CP931. Barra minn hekk, ir-raġjunament tal-Qorti Ġenerali mhux konformi mas-sentenza Kadi II.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/7


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-601/14)

(2015/C 089/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa, F. Moro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-eżistenza ta’ skema ta’ kumpens għall-vittmi tad-delitti vjolenti u intenzjonali kollha mwettqa fuq it-territorju tagħha, naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 KE (1);

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva 2004/80/KE tistabbilixxi sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiffaċilita l-aċċess tal-vittmi ta’ delitti fl-Unjoni Ewropea kollha għal kumpens xieraq fis-sitwazzjonijiet transkonfinali. Is-sistema topera abbażi tal-iskemi tal-Istati Membri fil-qasam tal-kumpens tal-vittmi ta’ delitti vjolenti u intenzjonali mwettqa fit-territorji rispettivi tagħhom. Sabiex jiġi ggarantit it-tħaddim ta’ tali sistema ta’ kooperazzjoni, l-Artikolu 12(2) tad-direttiva jimponi lill-Istati Membri li jkollhom jew li jipprovdu għall-eżistenza ta’ skema ta’ kumpens għal vittmi ta’ delitti vjolenti intenzjonali mwettqa fit-territorji rispettivi tagħhom, li tiggarantixxi kumpens ekwu u xieraq għall-vittmi. Dan l-obbligu għandu jinftiehem fis-sens li jirreferi għad-delitti vjolenti u intenzjonali kollha u ma jirrigwardax biss uħud minnhom.

L-ordinament ġuridiku Taljan jipprovdi skema nazzjonali ta’ kumpens għall-vittmi ta’ delitt li hija magħmula minn serje ta’ liġijiet speċjali relatati mal-kumpens ta’ delitti vjolenti u intenzjonali partikolari, iżda ma jipprevedix skema ġenerali ta’ kumpens li tkun tirrigwarda l-vittmi tad-delitti kollha li l-Kodiċi Kriminali Taljan jindividwa u jikkwalifika bħala vjolenti u intenzjonali. B’mod partikolari, l-ordinament Taljan ma jipprovdix għal sistema ta’ kumpens għad-delitti vjolenti u intenzjonali tal-imsejħa “kriminalità komuni” li ma humiex koperti mil-liġijiet speċjali.

Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80/KE.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta' April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kupens għal vittmi ta’ delitti (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65).


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/8


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2014 minn Alcoa Trasformazioni Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-77/10, Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-604/14 P)

(2015/C 089/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Alcoa Trasformazioni Srl (rappreżentanti: O. W. Brouwer, T. Salonico u M. Siragusa, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-punti 50, 81 sa 90 u 92 tas-sentenza appellata u, għaldaqstant, is-sentenza appellata kollha kemm hi;

tiddeċiedi definittivament it-tilwima u tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqis li s-sentenza appellata hija żbaljata u li għalhekk għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

1.

Żnaturament gravi tal-atti tal-proċess fir-rigward tal-konklużjoni żbaljata tad-deċiżjoni, ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali, li l-miżura inkwistjoni bidlet sostanzjalment it-tariffa Alumix kif stabbilita mid-Digriet tal-1995 u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Fil-punti 81 sa 83 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet applikabbli għal dan il-każ u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni tal-Autorità per l’energia elettrica e il gas Nru 204/99, li juri b’mod ċar u univokali li – anki wara l-introduzzjoni tal-komponenti kumpensatorja – it-tariffa Alumix ma nbidlitx sostanzjalment la fir-rigward tal-prezz nett tal-elettriku mħallas minn Alcoa u lanqas fir-rigward tal-finanzjament tal-mekkaniżmu li kien jigarantixxi dan il-prezz lill-Alcoa.

2.

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, kuntradizzjoni mas-sentenzi mogħtija fil-Kawżi T-332/06 u C-149/09 P u żnaturament gravi tal-punt (b) tal-ewwel motiv imressqa minn Alcoa, dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tgħid li ma kienx meħtieġ li titwettaq analiżi ekonomika sabiex jintwera li l-miżura kienet tagħti vantaġġ ekonomiku lill-appellanti. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija żbaljata sa fejn i) tikkontradixxi deċiżjonijiet preċedenti mogħtija dwar l-istess kwistjoni (T-332/06 u C-194/09 P); ii) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE hija tfixkel żewġ kriterji li t-tnejn li huma huma neċessarji sabiex ikun hemm għajnuna, billi tikkonkludi l-eżistenza ta’ vantaġġ għal Alcoa mis-sempliċi konstatazzjoni tan-natura Statali tar-riżorsi użati; iii) hija nieqsa minn motivazzjoni xierqa peress li ma nstabx li l-Kummissjoni kienet żbaljatament ippreżumiet li l-miżura tagħti vantaġġ lil Alcoa u għalhekk ma kinitx wettqet analiżi ekonomika xierqa biex tevalwa, jekk ikun il-każ, il-valur ta’ dan il-vantaġġ.

3.

Żball proċedurali minħabba d-deformazzjoni u l-iżnaturament mill-Qorti Ġenerali tat-tieni motiv ta’ Alcoa u, konsegwentement, nuqqas ta’ deċiżjoni u motivazzjoni żbaljata. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat fuq punt li Alcoa ma kinitx qajjmet fir-rikors tagħha fl-ewwel istanza, filwaqt li naqset kompletament milli tiddeċiedi fuq il-punt essenzjali mqajjem minnha, jiġifieri li, anki jekk jitqies li kien ġie stabbilit vantaġġ ekonomiku, il-metodu użat mill-Kummissjoni biex tevalwa l-valur ta’ dan il-vantaġġ kien żbaljat u wassal għas-sopravalutazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/9


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 minn Portovesme Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-291/11, Portovesme vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-606/14 P)

(2015/C 089/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Portovesme Srl (rappreżentanti: G. Dore, M. Liberati, A. Vinci, F. Ciulli, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza kkontestata u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi tilqa’ t-talbiet redatti fir-rikors tal-ewwel istanza (waqt li teskludi l-parti segwenti mis-sentenza: “jew parzjali sa fejn jitqies raġjonevoli” mill-ewwel punt tat-talbiet tagħha);

sussidjarjament, tilqa’ dan l-appell u tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex issir evalwazzjoni ġdida tar-rikors tal-ewwel istanza, waqt li żżomm il-motivi li ser jiġu invokati f’din l-istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti quddiem iż-żewġ istanzi tal-qorti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka seba’ aggravji għall-annullament tas-sentenza kkontestata:

1.

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti tikkritika s-sentenza kkontestata abbażi ta’ evalwazzjoni żbaljata tal-prinċipju tat-tul raġonevoli tal-proċedura amministrattiva u tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, fir-rigward tal-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tipprovdi għall-irkupru tal-għajnuna mħallsa.

2.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata hija illegali u għandha tiġi annullata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali, safejn din iddeċidiet li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx tikser il-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità tal-azzjoni tal-amministrazzjoni.

3.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti ssostni l-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 19 TUE, fil-parti tas-sentenza kkontestata li fiha hija tat l-interpretazzjoni tagħha tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li kienet tmur kontra il-kontenut litterali tagħha, bi ksur evidenti tal-limiti tal-prerogattivi tagħha.

4.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti tikkontesta l-evalwazzjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali, l-inugwaljanza fit-trattament invokata fil-konfront ta’ operatur ieħor (Alcoa-Alumix) fir-rigward ta’ miżura ta’ għajnuna analoga, kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 108 TFUE, sa fejn l-għajnuna mill-Istat kellha tiġi eżaminata bħala għanjnuna eżistenti.

5.

Permezz tal-ħames aggravju, l-appellanti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, safejn, għall-kuntrarju ta’ dak li tqis il-Qorti Ġenerali, il-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix vantaġġ indebitu, u lanqas ma taffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri.

6.

Permezz tas-sitt aggravju, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa, jew evalwat b’mod insuffiċjenti jew żbaljat, l-ilment ibbażat fuq in-natura selettiva tal-miżura.

7.

Permezz tas-seba’ u l-aħħar aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 174 TFUE u l-Artikolu 107(3) TFUE, sa fejn il-miżura kompensatorja, minn naħa, hija koerenti mal-linji politiċi tal-koeżjoni soċjali għar-reġjuni insulari u nieqsa mill-infrastruttura u, min-naħa l-oħra, hija konformi mad-derogi previsti mill-Artikolu 107 TFUE.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Elena Delia Pondiche vs Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

(Kawża C-608/14)

(2015/C 089/11)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Delia Pondiche

Konvenuti: Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

Domandi preliminari

1)

Il-protezzjoni soċjali, id-drittijiet tal-tfal u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-tratttament u ta’ nondiskriminazzjoni ggarantiti mid-dritt Komunitarju taħt l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 20, l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 24(1) u (2), l-Artikolu 34, l-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jillimitaw, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva u raġonevoli, l-ammont tal-allowance għal wild dipendenti skont id-data tat-twelid tal-wild u mhux skont id-data tal-konċepiment, minkejja li l-wild ikkonċepit jitqies li jeżisti, jekk jitwieled ħaj u vijabbli?

2)

Id-Digriet Liġi Nru 111/2010 jistabbilixxi miżura diskriminatorja bejn persuni li jinsabu f’sitwazzjoni identika, jiġifieri bejn l-ulied ikkonċepiti u mwielda sal-31 ta’ Diċembru 2010 u l-ulied ikkonċepiti sal-13 ta’ Diċembru 2010 u mwielda wara din id-data?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Diċembru 2014 – Stephan Naumann vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-612/14)

(2015/C 089/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stephan Naumann

Konvenuta: Austrian Airlines AG

Domandi preliminari

1)

Id-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 (Dritt għall-kumpens) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan huwa dritt għal kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa, piena kuntrattwali, dritt għal danni punittivi (“punitive damage”), dritt li jippreżenta natura ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt u garanzija jew dritt sui generis?

2)

It-tnaqqis tal-kumpens previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1) (Kumpens ulterjuri) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan għandu jirrigwarda biss id-dritt għal kumpens komplementari tal-passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajur effettiv jew ukoll dritt għal kumpens komplementari tal-passiġġier kontra l-operatur tat-tour?

3)

Id-dritt għal kumpens komplementari tal-passiġġier previst fl-Artikolu 12(1) (Kumpens ulterjuri) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi anki dritt għal tnaqqis tal-prezz (garanzija) previst mid-dritt nazzjonali f’każ ta’ dewmien ta’ titjira?

4)

Tnaqqis fil-prezz mogħti lill-passiġġier mill-operatur tat-tour skont id-dritt nazzjonali (garanzija) u/jew danni bħala kumpens għad-dewmien ta’ titjira jistgħu jitnaqqsu mill-kumpens dovut mit-trasportatur tal-ajru effettiv skont l-Artikolu 7 (Dritt għall-kumpens) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, sabiex jiġi kkumpensat l-istess dewmien (Artikolu 12)?

5)

Sa fejn it-tnaqqis huwa possibbli: it-trasportatur tal-ajru jista’ dejjem iwettaq tali tnaqqis jew dan jiddependi mill-kwistjoni dwar sa fejn id-dritt nazzjonali jawtorizzah jew sa fejn il-qorti tqis dan bħala xieraq?

6)

Sa fejn id-dritt nazzjonali huwa rilevanti jew sa fejn il-qorti għandha tagħti deċiżjoni diskrezzjonali: għandhom jiġu kkumpensati permezz tal-kumpens fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament unikament l-inkonvenjenzi u t-telf ta’ ħin subit mill-passiġġier minħabba d-dewmien jew ukoll id-danni materjali?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Jannar 2015 – Universal Music International Holding BV vs Michael Tétreault Schilling et

(Kawża C-12/15)

(2015/C 089/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Universal Music International Holding BV

Konvenuti: Michael Tétreault Schilling, Irwin Schwartz, Josef Brož

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq” jista’ jitqies li huwa l-post fi Stat Membru fejn seħħ id-dannu, meta tali dannu jkun jikkonsisti esklużivament f’dannu patrimonjali, li huwa l-konsegwenza diretta ta’ att illegali li seħħ fi Stat Membru ieħor?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

a)

Fuq il-bażi ta’ liema kriterju jew ta’ liema fattur għandha l-qorti nazzjonali, fl-evalwazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, tiddetermina jekk, f’dan il-każ, hemmx inkwistjoni dannu patrimonjali li jirriżulta direttament minn aġir illegali (“dannu patrimonjali inizjali” jew “dannu patrimonjali dirett”), jew inkella dannu patrimonjali li jirriżulta minn dannu inizjali li seħħ f’post ieħor jew dannu li huwa l-konsegwenza ta’ dannu li seħħ f’post ieħor (“dannu konsekuttiv” jew “dannu indirett”)?

b)

Fuq il-bażi ta’ liema kriterju jew ta’ liema fattur, il-qorti nazzjonali għandha, fl-evalwazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, tiddetermina l-post fejn seħħ jew għandu jitqies li seħħ f’dan il-każ id-dannu patrimonjali, kemm dirett kif ukoll indirett?

3)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, ir-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali, li għandha tiddetermina jekk għandhiex ġurisdizzjoni f’dan il-każ fis-sens ta’ dan ir-regolament, għandha tibbaża ruħha, fl-evalwazzjoni tagħha, fuq l-argumenti rilevanti tar-rikorrent jew tal-applikant, jew għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-provi li l-konvenut ipproduċa sabiex jikkontesta dawn l-argumenti?


(1)  Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2015 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-481/11, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-26/15 P)

(2015/C 089/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2014, fil-Kawża T-481/11, Spanja vs Il-Kummissjoni;

tannulla l-ħames inċiż tal-punt VI D tal-parti 2 tal-Anness I, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (1), tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat;

li l-intimata tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni. L-argumenti li fuqhom ibbażat ruħha l-Qorti Ġenerali ma humiex kompatibbli mal-ħtieġa ta’ ċarezza u ta’ nuqqas ta’ ambigwità li għandu jkollha l-motivazzjoni ta’ regolament sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali mliet lakuni fil-motivazzjoni tar-regolament ikkontestat u ssotitwixxiet l-motivazzjoni tal-att ikkontestat b’dik tagħha stess.

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. L-argumenti magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq din il-kwistjoni ma humiex ibbażati fuq kriterji xierqa sabiex isir paragun. Il-Qorti Ġenerali bbażat ir-raġunament tagħha fuq fatt allegatament magħruf, li ma għandu l-ebda bażi fattwali u xjentifika, bħad-distinzjoni bejn il-frott tal-ġilda ħoxna u dak tal-ġilda rqiqa u l-inklużjoni tal-frott taċ-ċitru fl-ewwel kategorija.

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali li jikkonċerna l-proporzjonalità ta’ restrizzjoni fuq il-kummerċ ta’ oġġetti imposta minn istituzzjoni għandu jsir fid-dawl tad-diskrezzjoni wiesgħa tal-Kummissjoni. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha skont il-ġurisprudenza Tetra Laval (2). Minn naħa, ma stħarrġitx adegwatament ir-rilevanza u l-adegwatezza tal-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni meħuda dwar il-motivi li jiġġustifikaw raġunijiet għar-restrizzjoni. Min-naħa l-oħra, ma eżaminatx korrettement il-konklużjonijiet li jinsiltu minn tali data, b’tali mod li r-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jitlaħaq l-għan segwit.


(1)  ĠU L 157, p. 1.

(2)  Sentenza tal-15 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Tetra Laval, (C-12/03 P, EU:C:2005:87), punt 39.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/14


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2015 minn Photo USA Electronic Graphic, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-18 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-394/13, Photo USA Electronic Graphic, Inc. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-31/15 P)

(2015/C 089/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Photo USA Electronic Graphic, Inc. (rappreżentant: K. Adamantopoulos, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ancàp SpA, Cerame-Unie AISBL, Confindustria Ceramica, Verband der Keramischen Industrie eV

Talbiet tal-appellant

li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Novembru 2014, fil-kawża T-394/13 Photo USA Electronic Graphic, Inc. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li bih imponiet dritt definittiv antidumping u ordnat il-ġbir definittiv ta’ dazju provvizorju impost fuq importazzjonijiet ta’ reċipjenti u oġġetti tat-tisjir taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1);

tlesti l-analiżi u tannulla r-Regolament (KE) Nru 412/2013; u

tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż tal-appellanti f’dan l-appell kif ukoll l-ispejjeż sostnuti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-394/13

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tissottometti li l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar l-ewwel, it-tielet u r-raba’ motivi tal-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali huma vvizzjati b’diversi żbalji ta’ liġi kif ukoll żnaturazzjoni tal-provi prodotti. Għaldaqstant l-appellanti qed tissottometti li s-sentenza appellata ghandha tiġi annullata. Barra minn hekk, l-appellanti tjssottometti li l-fatti li jifformaw il-bażi tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet motivi huma pprovati biżżejjed sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq l-istess motivi.

Fir-rigward tal-ewwel motiv, l-appellanti ssostni żewg aggravji. L-ewwel nett, fil-qosor, billi l-Qorti Ġenerali imponiet l-oneru tal-prova fuq l-appellanti sabiex turi li l-istituzzjonijiet wettqu żball fl-evalwazzjoni ta’ liema fatturi kienu l-iktar rilevanti għall-każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. Kif stabbilit fil-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti Ġenerali, huwa biżżejjed li l-appellanti turi jew li (1) l-istituzzjonijiet żbaljaw fl-evalwazzjoni taghhom tal-fatturi rilevanti għall-każ jew li (2) l-applikazzjoni ta’ fatturi oħra iktar rilevanti għamlet l-esklużjoni tagħhom neċessarja. F’dan il-kuntest, id-determinazzjoni tal-fatt li l-istituzzjonijiet wettqu żball ta’ evalwazzjoni f’żewġ fatturi mit-tlieta li l-istituzzjonijiet qiesu li kienu relevanti huwa biżżejjed sabiex teżonera lill-appellanti mill-oneru tal-prova. Barra minn hekk, biex waslet għall-konkluzjonijiet tagħha, is-sentenza appellata żnaturat il-provi u l-fatti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Fir-rigward tat-tielet u r-raba’ motivi, l-appellanti tressaq erba’ aggravji ta’ appell. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2) u 3(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri fil-Komunità Ewropea (2) (ir-“Regolament bażiku”) billi waslet għall-konklużjoni li l-istituzzjonijiet huma obbligati janalizzaw l-impatt ta’ prattiki antikompetittivi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija fl-Unjoni biss wara li l-eżistenza ta’ tali prattiki antikompetittivi tiġi definittivament stabbilita b’deċiżjoni finali ta’ awtorità tal-kompetizzjoni rilevanti. It-tieni nett, wara li ċaħdet it-talba tal-appellanti sabiex jiġu żvelati l-identitajiet tal-produtturi Komunitarji li servew bħala kampjun, il-Qorti Ġenerali żnaturat l-evidenza prodotta u wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li setgħet teżamina l-konformità tal-istituzzjonijiet mal-Artikoli 3(2) u 3(4) tar-Regolament bażiku mingħajr ma tkun taf l-identitajiet tal-produtturi Komunitarji li servew bħala kampjun. It-tielet nett, billi imponiet fuq l-appellanti l-obbligu li tressaq prova pożittiva tal-impatt tal-prattiki antikompetittivi fuq il-produtturi Komunitarji li servew bħala kampjun f’sitwazzjoni fejn l-identità ta’ dawn il-produtturi Komunitarji nżammet sigrieta, is-sentenza appellata interpretat ħażin l-Artikoli 3(2) u 3(7) tar-Regolament bażiku u imponiet oneru ta’ prova mhux raġjonevoli fuq l-appellanti. Ir-raba’ nett, is-sentenza appellata interpretat ħażin ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2) u 3(7) tar-Regolament bażiku billi kkonkludiet li l-obbligi rilevanti jistgħu jitwettqu sempliċiment billi wieħed joqghod fuq suppożizzjonijiet bla spjegazzjoni minflok issir analiżi reali.


(1)  ĠU L 131, p. 1.

(2)  ĠU L 343, p. 51.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/15


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 minn Electrabel SA, Dunamenti Erőmű Zrt mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-13 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-40/14, Electrabel SA, Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-32/15 P)

(2015/C 089/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Electrabel SA, Dunamenti Erőmű Zrt (rappreżentant: J. Philippe, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant(i)

tħassar id-Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2014 fil-kawża T-40/14 f’dik il-parti fejn tiċħad l-kawża tal-Appellanti bħala inammissibbli;

tiddikjara li l-kawża tal-Appellanti hija ammissibbli, jew inkella li hija ammissibbli għal perjodu li jibda mill-10 ta’ Jannar 2009;

tordnal lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jistrieħu fuq erba’ aggravji legali. Fid-digriet li qed jiġi appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-Appellanti għall-kumpens tad-danni li sofrew li jirriżultaw mit-terminazzjoni illegali tal-Power Purchase Agreement (PPA) bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE tal-4 ta’ Ġunju 2008 fuq Għajnuna Statali C 41/05 (1), liema deċiżjoni hija illegali.

Fl-ewwel aggravju tagħhom, l-Appellanti bir-rispett jissottomettu li n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li telenka r-raġunijiet għaliex l-Artikolu 102(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali ( ir-Regoli ta’ Proċedura ) li jipprovdu għal estensjoni tal-limiti taż-żmien għal ragunijiet ta’ distanza ma japplikax għar-rikors tal-Appellanti għalkemm meta wieħed jaqra t-Trattati, l-Istatut tal-Qorti tal-Ġistizzja (L- Istatut ) u r-Regoli ta’ Proċedura dawn kollha juru li l-Artikolu 102(2) japplika ghall-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 46 tal-Istatut.

Fit-tieni aggravju tagħhom, l-Appellanti jinnotaw bir-rispett li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikoli 268 u 340(2) tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ( TFEU ) meta talbet lill-Appellanti jinvokaw in-natura rikorrenti tad-dannu tagħhom fit-talba inizjali tagħhom.

Fit-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jissottomettu bir-rispett li l-Qorti Ġenerali naqset li tagħti raġunijiet għaliex il-ġurisprudenza imsemmija mir-rikorrenti insostenn tan-natura rikorrenti tad-dannu tagħhom ma tistax tiġi mqabbla mas-sitwazzjoni tagħhom, għalkemm l-applikanti taw dimostrazzjoni estensiva ta’ dan.

Fir-raba’ aggravju tagħhom, l-Appellanti jinnutaw bir-rispett li Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-argument tal-Appellanti li d-dannu tagħhom huwa wieħed kontinwu a bażi tal-fatt li id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għadha qed tiġi kunsidrata.


(1)  ĠU L 225, p. 53.


Il-Qorti Ġenerali

16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Aspettattivi leġittimi”))

(2015/C 089/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Degussa GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Steinle, M. Holm-Hadulla u C. von Köckritz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3534 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tirrigwarda ċ-ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Evonik Degussa, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evonik Degussa GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż inkluż għal dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Aspettattivi leġittimi”))

(2015/C 089/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Chemicals Holding AB (Nacka, l-Isvezja); u Eka Chemicals AB (Bohus, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Funke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3533 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tirrigwarda ċ-ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel, Akzo Chemicals Holding u Eka Chemicals, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Akzo Nobel NV, Akzo Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 295, 29.9.2012.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 4 ta’ Frar 2015 – El Corte Inglés vs UASI – Apro Tech (APRO)

(Kawża T-372/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva APRO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti B-PRO by Boomerang, trade mark Komunitarja verbali preċedenti PRO MOUNTAIN u Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi u verbali preċedenti B-PRO by Boomerang et PRO OUTDOOR - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 089/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos,)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apro Tech Co., Ltd (Tachia, it-Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Mejju 2012 (Każ R 196/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Apro Tech Co. Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 30 ta’ Jannar 2015 – Now Wireless vs UASI – Starbucks (HK) (now)

(Kawża T-278/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva now - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 089/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Now Wireless (Guildford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Starbucks (HK) Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. Kavanagh, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 234/2012-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Now Wireless Ltd u Starbucks (HK) Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Now Wireless Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2015 – KSR vs UASI – Lampenwelt (Moon)

(Kawża T-374/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Moon - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Natura deskrittiva - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 089/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KSR Kunststoff Rotation GmbH (Wehr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u M. Nielen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn D. Walicka u finalment minn A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lampenwelt GmbH & Co. KG (Schlitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother, P. Mes, C. Graf von der Groeben, J. Künzel, J. Bühling, D. Jestaedt, M. Bergermann, A. Kramer, J. Vogtmeier u A. Verhauwen, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2013 (Każ R 676/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Lampenwelt GmbH & Co. KG u KSR Kunststoff Rotation GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KSR Kunststoff Rotation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2015 – Siemag Techberg Group vs UASI (Winder Controls)

(Kawża T-593/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Winder Controls - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) u (b) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Talba għal smigħ ifformulata b’mod prematur fir-rikors”])

(2015/C 089/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Siemag Tecberg Group GmbH (Haiger, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1261/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Winder Controls bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Siemag Tecberg Group GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 31, 1.2.2014.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY)

(Kawża T-609/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY - Trade mark li hija kkostitiwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tarRegolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 089/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Blackrock, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u M. Blair, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment I. Harrington, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 572/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbal SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Blackrock, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Enercon vs UASI (Dégradé de cinq nuances de la couleur verte)

(Kawża T-655/13) (1)

((Trade mark Komunitarja - Talba għal Trade mark komunitarja li tikkonsisti fi gradjent ta’ ħames sfumaturi ta’ kulur aħdar - Raġjuni Assoluta għal rifjt - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Klassifikazzjoni mill-ġdid tat-trade mark mitluba - Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 207/2009)

(2015/C 089/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Böhm u S. Overhage, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Settembru 2013 (kawża R 247/2013-1) dwara talba għal reġistrazzjoni ta’ gradjent ta’ ħames sfumaturi ta’ kulur aħdar bħala Trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enercon GmbH hija kkundnnata tbati l-ispejjeż tal-kawża.


(1)  ĠU C 39, ta’ 08.02.2014


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Zitro IP vs UASI – Gamepoint (SPIN BINGO)

(Kawża T-665/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SPIN BINGO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZITRO SPIN BINGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2015/C 089/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gamepoint BV (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1388/2012-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zitro IP Sàrl u Gamepoint BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ta’ Zitro IP Sàrl huwa miċħud.

2)

Zitro IP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 1.3.2014.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Argo Development and Manufacturing vs UASI – Clapbanner (Rappreżentazzjoni ta’ artikli pubbliċitarji)

(Kawża T-41/14) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta artiklu pubbliċitarju - Disinni Komunitarji preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Novità - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tal-awtur - Impressjoni globali differenti - Artikoli 4, 5, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])

(2015/C 089/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Argo Development and Manufacturing Ltd (Ra’anana, l-Iżrael) (rappreżentant: B. Brisset, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Clapbanner Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 981/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Argo Development and Manufacturing Ltd u Clapbanner Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Argo Development and Manufacturing Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (INVESTING FOR A NEW WORLD)

(Kawża T-59/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INVESTING FOR A NEW WORLD - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 089/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Blackrock, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u M. Blair, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 573/2013-1), fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INVESTING FOR A NEW WORLD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Blackrock, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Jannar 2015 – BSH vs UASI – Arçelik (AquaPerfect)

(Kawża T-123/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja AquaPerfect - Trade mark verbali Komunitarja preċedenti Perfect - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 089/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arçelik AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 314/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Arçelik A.Ş.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 314/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Arçelik A.Ş. hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte.

3)

Arçelik għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – NICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-6/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 089/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, G. Pandey, P. Gjørtler, D. Rovetta, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 71, 9.3.2013.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 – Richter + Frenzel vs UASI – Ferdinand Richter (Richter+Frenzel)

(Kawża T-418/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 089/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Richter + Frenzel GmbH + Co. KG (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Altenburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferdinand Richter GmbH (Pasching, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Grötschl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Marzu 2013 (Kawża R 2001/2011), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferdinand Richter GmbH u Richter + Frenzel GmbH + Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ma hemm l-ebda ħtieġa li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – GEA Group vs UASI (engineering for a better world)

(Kawża T-488/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Terminu tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell permezz ta’ faks - Riċezzjoni tal-faks - Tardività - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 089/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Marzu 2013 (Każ R 935/2012-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali engineering for a better world bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GEA Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Jannar 2015 – La Perla vs UASI – Alva Management (LA PERLA)

(Kawża T-492/14) (1)

((Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2015/C 089/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: La Perla sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alva Management GmbH (Icking, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Hanika, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2014 (Kawża Nru: R 626/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alva Management GmbH u La Perla sp.zo.o.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervjenenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 282, 25.9.2014.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/27


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-779/14)

(2015/C 089/33)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tal-24 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni tordna lir-Repubblika Slovakka li tagħmel disponibbli r-riżorsi finanzjarji li jikkorrispondu mat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni

Skont ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni ma hijiex kompetenti sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata. Ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ma tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li taġixxi hekk kif għamlet fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li wara l-kwantifikazzjoni tal-ammont tat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali fil-forma ta’ dazji fuq l-importazzjoni mhux miġbura, tordna lil Stat Membru, li ma kienx responsabbli mill-kalkolu u mill-ġbir ta’ dawn id-dazji, li jagħmel disponibbli lill-Kummissjoni riżorsi finanzjarji għall-ammont iffissat minnha, li fil-fehma tal-Kummissjoni, jikkorrispondi mat-telf allegat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżit ta’ ċertezza legali

Skont ir-Repubblika Slovakka, anki jekk il-Kummissjoni kienet kompetenti sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata (quod non), fil-każ ineżami hija kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali. L-obbligu impost permezz tad-deċiżjoni kkontestata fuq ir-Repubblika Slovakka ma kienx, fil-fehma tagħha, raġonevolment prevedibbli qabel l-adozzjoni tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq eżerċizzju inkorrett ta’ kompetenza min-naħa tal-Kummissjoni

Anki jekk il-Kummissjoni kienet kompetenti sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata u li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienet aġixxiet konformement mal-prinċipju ta’ ċertezza legali (quod non), ir-Repubblika Slovakka tikkunsidra li f’dan il-każ il-Kummissjoni ma eżerċitatx il-kompetenza tagħha b’mod korrett. Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li tirrikjedi mingħand ir-Repubblika Slovakka riżorsi finanzjarji minkejja li t-telf ta’ riżorsi proprji tradzzjonali jew ma seħħx bl-ebda mod jew, għall-kumplament, ma seħħx minħabba konsegwenza diretta tal-avvenimenti li l-Kummissjoni tattribwixxi lir-Repubblika Slovakka. Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Slovakka kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Slovakka ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata għandha diversi difetti li jiġġustifikaw li tiġi kkunsidrata bħala insuffiċjenti, li jirrappreżenta ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u li fl-istess ħin tmur kontra r-rekwiżit ta’ ċertezza legali. Skont ir-Repubblika Slovakka, fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni ma indikatx il-bażi legali tad-deċiżjoni tagħha. Minbarra dan, hija bl-ebda mod ma kkjarifikat l-oriġini u l-fondatezza ta’ wħud mill-konklużjonijiet tagħha. Fl-aħħar nett, skont ir-Repubblika Slovakka, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, taħt ċerti aspetti, ma hijiex ċara.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/28


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 minn DF mis-sentenza mogħtija fl-1 ta’ Ottubru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-91/13, DF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-782/14 P)

(2015/C 089/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: DF (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. von Zwehl, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) (iktar ’il quddiem, it-“TSP”) mogħtija fl-1 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża F-91/13, DF vs Il-Kummissjoni, sa fejn ma ntlaqax ir-rikors ta’ DF;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2012;

tikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tas-somom li diġà ġew irkuprati minnha, flimkien mal-interessi moratorji, ikkalkolati abbażi tar-rata ta’ referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn it-TSP, b’mod konformi mal-ġurisprudenza rilevanti, kellu jasal għall-konklużjoni li ma jistax jiġi sostnut b’mod raġonevoli li waħda jew l-oħra miż-żewġ interpretazzjonijiet possibbli tal-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri l-kwistjoni dwar jekk il-perijodu ta’ referenza ta’ għaxar snin jintemmx mad-dħul fil-kariga inizjali jew mad-dħul fil-kariga fl-entità ta’ kollokament, tant hija manifestament infondata li japplika l-Artikolu 85.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u tal-Artikolu 19 TUE, sa fejn, minħabba l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet diverġenti u inkompatibbli tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni dwar l-arrikkiment indebitu, DF huwa s-suġġett ta’ diskriminazzjoni meta s-sitwazzjoni tiegħu titqabbel ma’ sitwazzjoni fejn ikun biss l-ordinament ġuridiku nazzjonali li japplika, għaliex ma jitħalliex jinvoka kontra l-Kummissjoni l-fatt li l-arrikiment ma għadux jeżisti.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-deċiżjoni li tikkonstata li l-ħlas irregolari għandu jitqies li huwa illegali u li timponi fuq DF ir-rimbors tiegħu lill-Kummissjoni kkawżat dannu lil DF.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2014 – DenizBank vs Il-Kunsill

(Kawża T-798/14)

(2015/C 089/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DenizBank A.Ș. (Esentepe, it-Turkija) (rappreżentanti: M. Lester u O. Jones, Barristers, R. Mattick u S. Utku, Solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK, tat-8 ta’ Settembru 2014 (1) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014, tat-8 ta’ Settembru 2014 (2) (flimkien mal-miżuri kkontestati) sa fejn japplikaw fir-rigward tar-rikorrenti;

tiddikjara l-inapplikabbiltà, skont l-Artikolu 277 TFUE, tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru u tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tat-8 ta’ Settembru; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser id-dmir tiegħu li jagħti raġunijiet għall-impożizzjoni tal-miżuri kkontestati fuq ir-rikorrenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill ma taha l-ebda raġuni għall-impożizzjoni tal-miżuri kkontestati fuqha u lanqas ma għarrafha dwar l-inklużjoni tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill naqas milli jissalvagwardja d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għal smigħ xieraq u għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill ma ta l-ebda raġunijiet lir-rikorrenti jew prova għall-impożizzjoni tal-miżuri kkontestati fuqha, ma taha l-ebda opportunità li tikkummenta dwar il-kawża kontriha, u għalhekk fixkel lill-Qorti tal-Ġustizzja milli “teżerċita stħarriġ ġudizzjarju effettiv”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li sa fejn impona l-miżuri kkontestati fuq ir-rikorrenti, il-Kunsill kiser l-Ftehim ta’ Ankara bejn it-Turkija u l-UE (u l-Protokoll Addizzjonali tiegħu) f’numru ta’ aspetti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità, u impona restrizzjoni mhux ġustifikata kif ukoll sproporzjonata fuq id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK, tat-8 ta’ Settembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 271, p. 54).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014, tat-8 ta’ Settembru 2014, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/30


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Zoofachhandel Züpke et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-817/14)

(2015/C 089/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zoofachhandel Züpke GmbH (Wesel, il-Ġermanja), Zoohaus Bürstadt, Helmut Ofenloch GmbH & Co. KG (Bürstadt, il-Ġermanja), Zoofachgeschäft – Vogelgroßhandel Import-Export Heinz Marche (Heinsberg, il-Ġermanja), Rita Bürgel (Uthleben, il-Ġermanja), Norbert Kass (Altenbeken, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Correll, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu li ġarrbu r-rikorrenti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010 sa llum minħabba l-adozzjoni tal-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ għasafar selvaġġi maqbuda fl-UE, li kważi tapplika fuq skala dinjija, stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 318/2007 (ĠU 2008, L 56M, p. 165) u/jew fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 139/2013 (ĠU L 47, p. 1) tas-7 ta’ Jannar 2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ġudizzjarji u għall-ispejjeż extraġudizzjarji.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jsostnu, l-ewwel nett, li permezz taż-żamma, mingħajr sens ta’ kritika, tal-projbizzjoni tal-importazzjoni b’portata ġeografika straordinarjament kbira, il-Kummissjoni kisret il-libertà tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika kif ukoll, parzjalment, id-dritt għal proprjetà li kienu jgawdu r-rikorrenti. Fid-dawl tal-konoxxenzi xjentifiċi, fi kwalunkwe każ, disponibbli mill-2010, din il-projbizzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata b’raġunijiet imperattivi bħal dawk tal-protezzjoni tas-saħħa.

It-tieni nett, fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni, billi żammet fis-seħħ il-probizzjoni tal-importazzjoni, kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll il-prinċipji ta’ xogħol diliġenti peress li la ħadet suffiċjentement inkunsiderazzjoni d-data disponibbli u lanqas l-istat attwali rilevanti tal-konoxxenzi xjentifiċi. Il-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ għasafar selvaġġi b’portata dinjija għadha bbażata fuq konoxxenzi u preżunzjonijiet tal-2005, meta għall-ewwel darba, l-influwenza tat-tjur, mill-Asja infirxet fl-Ewropa u kellha tittieħed azzjoni immedjata. Skont ir-rikorrenti, id-data li nġabret matul is-snin li segwew lanqas ma tiġġustifika, fi kwalunkwe każ, mill-2010, din il-projbizzjoni ta’ importazzjoni daqstant ġeografikament estiża. Barra minn hekk, fil-frattemp neċessarjament kien hemm hemm bżonn li jiġu previsti metodi iktar effikaċji u inqas kontraenti għar-rikorrenti bħas-sorveljanza koerenti tal-għasafar migranti.

It-tielet nett, ir-rikorrenti jsostnu li huma ġarrbu dannu reali u ċert u li hemm rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-aġir illegali tal-Kummissjoni.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/31


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2014 – Mezhdunaroden tsentar za izsledvane na maltsinstvata i kulturnite vzaimodeystvia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-819/14)

(2015/C 089/37)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: il-fondazzjoni “Mezhdunaroden tsentar za izsledvane na maltsinstvata i kulturnite vzaimodeystvia” (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: Hristo Hristev, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-att tal-Kummissjoni Ewropea li jinsab fl-ittra tagħha bin-numru ta’ referenza ARES (2014) 2848632-01/09/2014 u fin-nota ta’ debitu annessa ma’ din l-ittra, bin-numru 3241409948 u bin-numru ta’ referenza tal-Kummissjoni ARES (2014) 2848632-01/09/2014;

tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż sostnuti minnha matul il-proċedura;

sussidjarjament, fil-każ li t-talba għal annullament tiġi miċħuda, tikkundanna lill-konvenuta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż sostnuti minn dan tal-aħħar sa fejn il-konvenuta kkawżat intenzjonalment dawn l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-argument li r-rikors tar-rikorrenti huwa ammissibbli sa fejn l-att ikkontestat għandu jitqies bħala att adottat, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa pubblika, fir-rigward ta’ terz li b’hekk jikseb interess leġittimu li jikkontestata l-konstatazzjoni magħmula f’dan l-att ta’ ksur imwettaq minn dan it-terz, konstatazzjoni li tikkostitwixxi kundizzjoni preliminari meħtieġa għall-adozzjoni ta’ miżuri li jolqtuh b’mod negattiv.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn, minn naħa, ma wettqitx eżami tal-fatti inkwistjoni li jkopri l-aspetti kollha u li huwa ta’ natura oġġettiva u koerenti minn perspettiva loġika, bħalma lanqas ma wettqet eżami tal-argumenti legali mressqa mill-persuna kkonċernata u sa fejn, min-naħa l-oħra, ma mmotivatx l-att tagħha.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn id-dispożittiv tal-att ma huwiex ċar, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura ta’ dan l-att.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi sa fejn, fl-assenza ta’ kummenti min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proġetti preċedenti, kemm fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-proġetti u kemm fir-rigward tal-preżenza tad-dokumentazzjoni finanzjarja, ir-rikorrenti bniet l-aspettattiva leġittima li kienet qiegħda żżomm id-dokumentazzjoni finanzjarja tagħha kif suppost u li ma kellhiex bżonn twettaq korrezzjonijiet, la fir-rigward tal-proġetti pendenti u lanqas fir-rigward tal-proġetti futuri, u dan fid-dawl tal-fatt ukoll li din l-aspettattiva leġittima nħolqot minn sors affidabbli, jiġifieri mill-Kummissjoni Ewropea.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/32


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – August Brötje vs UASI (HydroComfort)

(Kawża T-845/14)

(2015/C 089/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: August Brötje GmbH (Rastede, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Pietzcker u C. Spintig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “HydroComfort” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 233 763

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1302/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/32


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2015 – Ball Europe vs UASI – Crown Hellas Can

(Kawża T-9/15)

(2015/C 089/39)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ball Europe GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Renck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Crown Hellas Can SA (Ateni, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tad-disinn inkwistjoni: ir-rikorrenti

Disinn inkwistjoni: disinn Komunitarju Nru 230 990-0006

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1408/2012-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut, u fil-każ ta’ intervent, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002 u

ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/33


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2015 – Gómez Echevarría vs UASI – M and M Direct (wax by Yuli’s)

(Kawża T-19/15)

(2015/C 089/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Yuleidy Caridad Gómez Echevarría (Benalmádena, Spanja) (rappreżentanti: E. López-Chicheri y Selma, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: M and M Direct Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “wax by Yuli’s” – Trade mark Komunitarja Nru 9 099 367

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 0951/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Novembru 2014, u tikkundanna lill-persuna li talbet id-dikjarazzjoni ta’ invalidità kemm għall-ispejjeż tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kif ukoll għall-ispejjeż ta’ din il-kawża;

sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti tiġi miċħuda, temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2014 u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 9 099 367 “wax by Yuli’s”, filwaqt li tikkundanna lill-persuna li talbet id-dikjarazzjoni ta’ invalidità kemm għall-ispejjeż tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kif ukoll għall-ispejjeż ta’ din il-kawża;

sussidjarjament, fil-każ li t-talbiet preċedenti jiġu miċħuda, temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2014 f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż u tirrendi ineffettivi l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni sostnuti fil-kuntest tal-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba li t-tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark sar b’abbuż ta’ poter.

Applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.

Applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tar-Regola 94(1) u (7) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 flimkien mal-Artikolu 85(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/34


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2015 – Henkell & Co. Sektkellerei vs UASI – Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini (PICCOLOMINI)

(Kawża T-20/15)

(2015/C 089/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henkell & Co. Sektkellerei KG (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Flick, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini Società Agricola (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “PICCOLOMINI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 564 573

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31/10/2014 fil-Każ R 2265/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedura inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 – NICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-24/15)

(2015/C 089/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl (Pully, l-Isvezja) (rappreżentant: J. Grayston, Solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey u D. Rovetta, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, tas-7 ta’ Novembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2), sa fejn dawn l-atti jinkludu lir-rikorrenti fil-kategorija ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi: ksur tad-dritt għal smigh, insuffiċjenza fil-motivi, ksur tad-dritt tad-difiża, żball manifest ta’ evalwazzjoni, u ksur tad-dritt fundamentali għall-proprjetà.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas milli jisma’ lir-rikorrenti, u li ebda indikazzjonijiet kuntrarji ma jiġġustifikaw dan, speċjalment fir-rigward tal-interferenza fuq ftehimiet kuntrattwali kurrenti. Barra minn hekk, il-Kunsill naqas milli jipprovdi dikjarazzjoni ta’ motivi suffiċjenti. B’dawn l-ommissjonijiet, il-Kunsill kiser id-dritt tad-difiża tar-rikorrenti, inkluż id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, ir-rikorrenti ma hijiex sussidjarja ta’ NICO Ltd kif speċifikat mill-Kunsill, peress li l-kumpannija ma għadhiex teżisti f’Jersey u ma teżistix fl-Iran; u f’kull każ, il-Kunsill ma sostniex li anki kieku din kienet sussidjarja, dan ikun jinvolvi benefiċċju ekonomiku għall-Istat Iranjan li jkun kuntrarju għall-iskop tal-atti kkontestati. Finalment, billi interferixxa fuq id-drittijiet ta’ proprjetà u fuq il-ftehimiet kuntrattwali kurrenti amministrati mir-rikorrenti, il-Kunsill kiser id-dritt bażiku tal-proprjetà billi adotta miżuri li għalihom ma tistax tiġi stabbilita l-proporzjonalità.


(1)  ĠU L 325, p. 19.

(2)  ĠU L 325, p. 3.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/36


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2015 – Infinite Cycle Works vs UASI – Chance Good Ent. (INFINITY)

(Kawża T-30/15)

(2015/C 089/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Infinite Cycle Works Ltd (Delta, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chance Good Ent. Co., Ltd (Changhua, it-Tajwan)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja “INFINITY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 835 478

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2308/2013-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirreġistra t-trademark li saret applikazzjoni għaliha;

tikkundanna lill-UASI u lill-konvenut/i għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8.1.b) u 8.5 tar-Regolament Nru 40/94.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2015 – GRE vs UASI (Mark1)

(Kawża T-32/15)

(2015/C 089/44)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja verbali “Mark1” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 052 437

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 647/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/37


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (BIMBO)

(Kawża T-33/15)

(2015/C 089/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja verbali “BIMBO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 616 414

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 251/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi sussegwentement tagħti deċiżjoni li tiddikjara l-karattru distintiv suffiċjenti, li huwa diġà intrinsiku jew miksub permezz tal-użu, tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, billi tilqa’ dan ir-rikors u tistabbilixxi li jseħħ id-dħul fir-reġistru tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 616 414 “BIMBO” fil-klassi 30 tal-klassifikazzjoni internazzjonali; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għar-rimbors tat-taxxi tal-appell imħallsa lill-UASI.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2015 – Wolf Oil vs UASI – SCT Lubricants (CHEMPIOIL)

(Kawża T-34/15)

(2015/C 089/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Wolf Oil Corp. (Hemiksem, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u J. Muyldermans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: UAB SCT Lubricants (Klaipeda, il-Litwanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant:il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea‘CHEMPIOIL’ – reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 076 327

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1596/2013-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Wolf Oil.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 75 u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/39


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2015 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill

(Kawża T-35/15)

(2015/C 089/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alkarim for Trade and Industry (Tal Kurdi, is-Sirja) (rappreżentanti: J.-P. Buule u L-Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq, sa fejn ir-rikorrenti qatt ma nstemgħet qabel ma ġew adottati s-sanzjonijiet ikkontestati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur sproporzjonat tad-dritt għall-proprjetà u ta’ eżerċizzju ta’ attività professjonali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq illegalità tad-deċiżjonijiet ikkritikati, sa fejn il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1) u tal-Artikoli 14 u 26 tar-Regolament Nru 36/2012 (2) ma humiex issodisfatti, billli r-rikorrenti qatt ma pparteċipat b’mod konxju u b’mod volontarju f’operazzjonijiet intiżi li jevitaw sanzjonijiet Ewropej jew internazzjonali.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, sa fejn kien hemm lok li wieħed jemmen, abbażi ta’ indizji oġġettivi, rilevanti u konkordanti, li l-miżuri kkontestati ittieħdu bl-għan prinċipali li jintlaħqu oġġettivi oħra li ma humiex dawk imniżżla (esklużjoni tas-suq – favoritiżmu ta’ atturi oħra).

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1).


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/40


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Hispasat vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/15)

(2015/C 089/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hispasat, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u A. Balcells Cartagena, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, sa fejn tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq intern fir-rigward ta’ HISPASAT;

konsegwentement, tannulla l-ordnijiet ta’ rkupru kif stabbilit fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

Ir-rikorrenti tikkunsidra li, billi indikat lil HISPASAT S.A. bħala benefiċjarja diretta tal-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ fatt li għandu jwassal għall-annullament tad-Deċiżjoni, peress li din l-impriża ma pparteċipatx fil-miżuri u lanqas ma rriżulta li bbenefikat minnhom. Minbarra dan qed jiġi invokat il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba mill-Kummissjoni Ewropea, billi identifikat lil HISPASAT S.A. bħala benefiċjarja tal-miżuri, sussegwentement għall-ftuħ tal-investigazzjoni, mingħajr ma analizzat is-sitwazzjoni ta’ fatt li kienet preżenti u mingħajr ma tat il-possibbiltà li r-rikorrenti tkun tista’ tinstema’ matul il-proċedura amministrattiva.

2.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 106 u 107 TFUE, kif ukoll il-Protokoll Nru 26 tat-TFUE, peress li l-miżuri kkontestati mid-Deċiżjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat minħabba li ma teżistix attività ekonomika, iżda din hija attività proprja tal-awtoritajiet pubbliċi fil-kwalità tagħhom bħala Amministrazzjoni. Sussidjarjament għal dak li ntqal, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żball meta tikkonkludi li l-miżuri inkwistjoni ma kellhomx relazzjoni mal-provvista ta’ servizz pubbliku ta’ interess ġenerali (SIEG) u, konsegwentement, li ma evalwatx korrettament la l-applikabbliltà tal-ġurisprudenza Altmark u lanqas dik tad-Deċiżjoni SIEG 2005/842/KE (deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE), li setgħet tistabbilixxi li ma kinitx teżisti għajnuna jew tassew il-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe għajnuna eventwali.

3.

Minbarra dan ir-rikorrenti tikkunsidra li l-miżuri inkwistjoni ma jistgħux joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas tal-kummerċ bejn Stati Membri.

4.

Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà tal-għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE: (i) l-ewwel nett, meta kkunsidrat il-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika bħala prinċipju assolut u, (ii) it-tieni nett, meta kkunsidrat li l-miżuri inkwistjoni jiksru n-newtralità teknoloġika minkejja l-konklużjonijiet kuntrarji li jinsabu fir-rapporti tekniċi pprovduti mill-gvern reġjonali, mill-awtoritajiet ċentrali Spanjoli u minn operatur privat; (iii) it-tielet nett, meta kkonkludiet li l-miżuri kkontestati ma kinux xierqa u proporzjonali, u (iv) ir-raba’ nett, meta affermat li l-miżura toħolq distorsjonijiet inutli tal-kompetizzjoni.

5.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti targumenta li d-Deċiżjoni tikser ir-Regolament Nru 659/1999 meta twettaq żball fl-analiżi tal-għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(v).


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/41


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Abertis Telecom Terrestre vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-37/15)

(2015/C 089/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abertis Telecom Terrestre, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo, A. Balcells Cartagena u M. Bolsa Ferruz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni sa fejn tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq intern;

konsegwentement, tannulla l-ordnijiet ta’ rkupru kif stabbilit fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-36/15, HISPASAT vs Il-Kummissjoni.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/41


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Telecom Castilla-La Mancha vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/15)

(2015/C 089/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telecom Castilla-La Mancha, SA (Toledo, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo, A. Balcells Cartagena u M. Bolsa Ferruz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni sa fejn tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq intern;

konsegwentement, tannulla l-ordnijiet ta’ rkupru kif stabbilit fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-36/15, HISPASAT vs Il-Kummissjoni.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/42


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2015 – ASPLA u Armando Álvarez vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-40/15)

(2015/C 089/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Plásticos Españoles, SA (ASPLA) (Torrelavega, Spanja) u Armando Álvarez, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer, avukat, u C. Ruixó Claramunt u S. Moya Izquierdo, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tikkumpensa d-dannu kkawżat mill-Qorti Ġenerali lir-rikorrenti bħala konsegwenza tal-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-ħlas ta’ EUR 3 4 95  038,66, ammont li miegħu għandhom jiżdiedu l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti, mid-data tal-preżentata tar-rikors;

konsegwentement, tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri;

sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tikkumpensa d-dannu kkawżat mill-Qorti Ġenerali lir-rikorrenti bħala konsegwenza tal-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-ħlas ta’ EUR 3 4 95  038,66, ammont li miegħu għandhom jiżdiedu l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, miżuda b’żewġ punti, mid-data tal-preżentata tar-rikors, u

konsegwentement tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li kien hemm dewmien sakemm ingħataw id-deċiżjonijiet dwar ir-rikorsi ppreżentati minnhom quddiem il-qorti Komunitarja, rikorsi deċiżi fil-Kawżi T-76/06, ASPLA vs Il-Kummissjoni, u T-78/06, Armando Álvarez vs Il-Kummissjoni, permezz tas-sentenzi tas-16 ta’ Diċembru 2011, u fl-appell permezz tas-sentenzi tat-22 ta’ Mejju 2014.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li fl-opinjoni tagħhom jkkostitwixxi affermazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Fl-opinjoni tagħhom, l-eżistenza ta’ aġir li jmur kontra d-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, u għalhekk il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jintwerew b’mod suffiċjenti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-58/12 P, Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni, u C-50/12 P, Kendrion NV vs Il-Kummissjoni. Huwa enfasizzat f’dan ir-rigward li t-tnejn li huma kienu ġew issanzjonati permezz tal-istess deċiżjoni li biha ġew issanzjonati Kendrion u Groupe Gascogne. Bħal fil-każ ta’ dawn iż-żewġ kumpanniji huma ppreżentaw rikors kontra din id-deċiżjoni u ġew ikkonfrontati, fi proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali simili ħafna, jekk mhux prattikament identika għal dik li żvolġiet ruħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fiż-żewġ kawżi msemmija iktar ’il fuq, għall-ksur tal-osservanza ta’ terminu ta’ ġudizzju raġonevoli.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/43


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 – CRM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/15)

(2015/C 089/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CRM Srl (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: G. Forte, C. Marinuzzi u A. Franchi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2014, tal-24 ta’ Ottubru 2014, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Piadina Romagnola/Piada Romagnola (IĠP)], ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 2014 (Volum L 316)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din ir-rikors huwa ppreżentat kontra r-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta ‘Piadina Romagnola/Piada Romagnola’ fir-rigward tal-fatt li r-reputazzjoni li minnha tgawdi l-Piadina artiġjanali ġiet estiża sabiex tkopri l-Piadina prodotta fuq skala industrijali.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur u applikazzjoni inkorretta tal-Artikolu 7(1)(f)(ii) u tal-Artikolu 8(1)(c)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, f’dan il-każ, ma hemmx evidenza li tiġġustifika r-rabta mal-oriġini ġeorgrafika, u

li r-reputazzjoni li minnha tgawdi l-Piadina artiġjanali ġiet estiża sabiex tkopri l-Piadina prodotta fuq skala industrijali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u struttorja vvizzjata.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti targumenta li kien hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fir-rigward tal-osservanza tar-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeokrafika b’rabta mal-Piadina Romagnola, u

l-istruttorja kienet ivvizzjata minħabba li kien hemm nuqqas ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni tal-annullament, mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru, tar-regoli nazzjonali li fuqhom huwa bbażat ir-regolament ikkontestat.

Ir-rikorrenti tallega wkoll ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE għall-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2015 – Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża T-702/14) (1)

(2015/C 089/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/45


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 – Kakol vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda F-1/14 u F-48/14) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 - Rekwiżiti ta’ eliġibbliltà - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Ammissjoni li tipparteċipa f’kompetizzjoni simili preċedenti - Dmir ta’ motivazzjoni speċifiku - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni))

(2015/C 089/54)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Danuta Kakol (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment F. Frabetti, avukat, sussegwentement R. Duta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

F-1/14: Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrenti ma tiġix aċċettata għall-fażi ta’ evalwazzjoni minħabba l-livell ta’ edukazzjoni tagħha li ma jikkorrispondix għal ċiklu komplet ta’ studji universitarji ekwivalenti għal mill-inqas tliet snin, iċċertifikat b’lawrea marbuta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ/kwalifika professjonali b’rabta man-natura tal-funzjonijiet u ta’ livell ekwivalenti.

F-48/14: Talba, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 li permezz tagħha l-bord tal-għażla kkostitwit f’din il-proċedura ta’ selezzjoni UE Karrieri EPSO/AD/177/10 – AUDIT2013 ikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013 li ma tippermettix lir-rikorrenti tgħaddi għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni minħabba l-livell tal-edukazzjoni tagħha li ma jikkorrispondix għal ċiklu komplet ta’ studji universitarji ekwivalenti għal tliet snin bħala minimu, sanzjonat b’diploma b’rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ/kwalifika professjonali b’rabta man-natura tal-funzjonijiet u ta’ livell ekwivalenti, u, min-naħa l-oħra, sa fejn meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Il-kawża F-1/14 għandha titħassar mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2)

Id-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 tal-bord tal-għażla EPSO/AD/177/10 li D. Kakol ma titħalliex tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10 hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikors fil-kawża F-48/14 huwa miċħud.

4)

Fil-kawża F-1/14, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż ta’ D. Kakol u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha.

5)

Fil-kawża F-48/14, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ D. Kakol.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014, p. 54ĠU C 235, 21.07.2015, p. 35.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-139/14)

(2015/C 089/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix irrappurtat fuq is-sena 2013 il-ġranet tal-leave mhux meħudin fl-2012 mir-rikorrrenti minħabba leave tal-mard u t-talba għad-danni għad-danni fiżiċi u morali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjonijiet tat-12 ta’ Frar 2014 u tal-15 ta’ Settembru 2014, u,

jannulla, sa fejn meħtieġ, ir-rendikont tal-pensjoni ta’ April 2013;

jikkundanna l-Parlament li jikkumpensa d-dannu tar-rikorrenti evalwat għal EUR 26  677,56;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/46


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-141/14)

(2015/C 089/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għad-danni mressqa mir-rikorrent, li kien vittma ta’ inċident gravi, minħabba n-nuqqas amministrattiv imwettaq mill-Kummissjoni li kienet responsabbli għall-ġestjoni tal-fajl mediku tiegħu u t-talba għall-kumpens tad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

Talbiet tar-rikorrent

jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali u morali tiegħu;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2014, li tiċħad it-talba għad-danni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2013;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Settembru 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2004, ikkompletat permezz tan-nota tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2014;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/47


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-7/15)

(2015/C 089/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: L. Levi, A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-deċiżjonijiet li ser jiġu adottati kull sena, mill-2015, u talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali reali lejn il-post ta’ oriġini tagħhom, ikkalkolati abbażi tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, kif applikata qabel id-dħul fis-seħħ tal-emenda tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrenti fil-qasam tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE kif fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, peress li din id-deċiżjoni ġiet żvelata għall-ewwel darba fir-rendikont tar-remunerazzjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014, u nnotifikata fit-12 ta’ Ġunju 2014.

tannulla kull deċiżjoni oħra li ser tiġi adottata kull sena, mill-2015, skont l-istess dispożizzjoni;

sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni, tal-15 ta’ Ottubru 2014, ta’ ċaħda tal-ilment tagħhom;

tikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti lejn il-post ta’ oriġini tagħhom li jkopru l-ispejjeż reali tagħhom u abbażi tad-dispożizzjoni ċċitata iktar’ il fuq, kif applikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda tal-2014, u l-imsemmija somma għandha tiżdied b’interessi moratorji mit-12 ta’ Ġunju 2014, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijet prinċipali ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu kkonċernat, miżjud bi tliet punti perċentwali, sal-jum tal-ħlas tas-somma hekk dovuta;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-8/15)

(2015/C 089/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċizjonijiet li jidditerminaw id-drittijiet tar-rikorrenti għal rimbors ta’ spejjeż tal-ivjaġġar annwali taħt l-Artikolu 8 tal-Annexe VII tar-Regolamenti tal-Persunal ghall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li ġie modifikat permezz tar-Regolament nru 1023/2013 tal-Parlament u l-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li mmodifika Regolamenti tal-Persunal ghall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-RAA.

Talbiet tar-rikorrent(i)

Tikkanċella il-folji ta’ remunerazzjoni għax-xhur ta’ Ġunju u Lulju 2014 tar-rikorrenti li qed japplikaw ghall-ewwel darba taħt l-Artikolu 8 tal-Annexe VII tar-Regolamenti tal-Persunal ghall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni fis-seħħ wara l-1 ta’ Jannar 2014, sabiex jiġi ffissat ir-rimbors tas-spejjeż tal-ivjaġġar tagħhom;

sa fejn hemm bżonn tikkanċella d-deċiżjonijiet datati 15 ta’ Ottubru 2014 li ċaħdu it-talbiet tagħhom;

tikkundanna lil Kummissjoni għall-ispejjeż.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-10/15)

(2015/C 089/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII, tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rendikonti tar-remunerazzjoni għax-xhur ta’ Ġunju 2014 tar-rikorrenti sa fejn dawn japplikaw għall-ewwel darba l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, sabiex jiġi stabbilit ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom;

sa fejn dan ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet informali, tal-15 ta’ Ottubru 2014, li jiċħdu l-ilment tagħhom;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/49


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-11/15)

(2015/C 089/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiffissa d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni li tħassar kull rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti b’effett mis-sena 2014;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/49


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/15)

(2015/C 089/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrent għar-rimbors tal-ispejjeż tal-vjaġġ annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII, tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat mir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-dikjarazzjoni ta’ remunerazzjoni tax-xahar ta’ Ġunju 2014 tar-rikorrent sa fejn din tapplika għall-ewwel darba l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, biex jistabbilixxi r-rimbors tal-ispejjeż tiegħu tal-vjaġġ;

sa fejn huwa meħtieġ, jannulla dan it-tip ta’ deċiżjoni, bid-data tal-15 ta’ Ottubru 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-13/15)

(2015/C 089/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u mhux applikabbli;

jannulla d-deċiżjonijiet li jħassru kull rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-14/15)

(2015/C 089/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1024/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u inapplikabbli;

tannulla d-deċiżjonijiet jistabbilixxu l-ammont għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar annwali mogħti lir-rikorrenti għas-sena 2004;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.