|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 086/01 |
||
|
2015/C 086/02 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2015/C 086/03 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2015/C 086/04 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2015/C 086/05 |
||
|
2015/C 086/06 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Telefónica Deutschland/E-Plus (M.7018) |
|
|
2015/C 086/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 086/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7422 — Riverstone/Barclays/Origo) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 086/09 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta’ Marzu 2015
(2015/C 86/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0613 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,29 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4575 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,70910 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,1141 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0636 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,5910 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,303 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
303,60 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1371 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4373 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,7517 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3771 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3432 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2439 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4329 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4623 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 188,78 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,9632 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,6458 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6450 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 941,23 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9061 |
|
PHP |
Peso Filippin |
46,976 |
|
RUB |
Rouble Russu |
64,2140 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
34,823 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3031 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,3260 |
|
INR |
Rupi Indjan |
66,2762 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/2 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2015/C 86/02)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika ta’ San Marino
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-500 anniversarju mill-mewt ta' Bramante Lazzari delle Penne di San Marino
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita turi r-ritratt ta' Bramante, u parti mit-Tempietto (bit-Taljan: “tempju żgħir”), li huwa qabar kommemorattiv żgħir mibni minn Donato Bramante, possibbilment sa mill-1502, fil-bitħa ta' San Pietro in Montorio u meqjus kapolavur tal-arkitettura Taljana tar-Rinaxximent Għoli. Il-kitba “BRAMANTE LAZZARI DELLE PENNE DI SAN MARINO” iddawwar id-disinn kważi għal kollox. Fuq ix-xellug u fuq il-lemin hemm is-snin “1514” u “2014”, rispettivament. Fil-qiegħ hemm l-inizjali tal-artist “MCC” (Maria Carmela Colaneri) u l-marka taz-zekka.
Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Ġunju 2015
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2015/C 86/03)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Lussemburgu
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : il-15-il anniversarju mill-inkoronament tal-Altezza Reali Tiegħu l-Gran Duka
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita turi x-xbihat tal-Altezza Reali Tiegħu l-Gran Duka Henri u l-Altezza Reali Tagħha l-Gran Dukessa, kif ukoll is-sena li fiha ħadu l-funzjonijiet tagħhom bħala Gran Duka u Gran Dukessa, jiġifieri s-sena “2000”, il-pajjiż ta' ħruġ “Il-Lussemburgu” u s-sena “2015”. Fil-parti inferjuri tad-disinn tidher l-iskrizzjoni “15e anniversaire de l’accession au trône de S.A.R. le Grand-Duc” (“il-15-il anniversarju mill-inkoronament tal-Altezza Reali Tiegħu l-Gran Duka”).
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta' muniti li għandhom jinħarġu : 1,4 miljun.
Data ta’ ħruġ : Marzu 2015
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/4 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2015/C 86/04)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika Taljana
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : EXPO Milano 2015
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri kompożizzjoni li tissimbolizza l-fertilità tad-dinja: fuq nofs ċirku li juri l-isfera terrestri, żerriegħa misqija bl-ilma tistenna li tinbet; ‘il fuq mid-dinja, dielja, rimja taż-żebbuġ u sbula ħerġin minn zokk ta’ siġra; madwar, l-iskrizzjoni “NUTRIRE IL PIANETA”; fuq ix-xellug l-inizjali tad-disinjatriċi, Maria Grazia Urbani, “MGU”; fuq il-lemin, il-monogramma tar-Repubblika Taljana “RI” u “R”, għaz-Zekka ta’ Ruma; fin-nofs, il-logo tal-EXPO MILANO 2015.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 3,5 miljun
Data tal-ħruġ : Marzu 2015
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/5 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat ma’ Il-Każ M.7018 — Telefónica Germany/E-Plus
Relatur: il-Portugall
(2015/C 86/05)
Konċentrazzjoni
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Definizzjoni tas-suq
|
3. |
Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-suq tal-prodott u s-suq ġeografiku rilevanti fl-abbozz tad-Deċiżjoni. |
|
4. |
B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li għandhom jiġu identifikati s-swieq li ġejjin:
|
Effetti Orizzontali
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta x’aktarx twassal għal effetti orizzontali mhux ikkoordinati, li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq Ġermaniż tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni bil-mowbajl lill-konsumaturi finali (is-suq tas-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut tat-telekomunikazzjoni bil-mowbajl) minħabba:
|
|
6. |
Rigward il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li ma hemmx ħtieġa li tasal għal deċiżjoni finali dwar jekk l-operazzjoni proposta aktarx twassal għal impediment sinifianti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa għal aċċess għan-netwerk tal-moowbajl u l-oriġini tas-sejħiet fil-Ġermanja billi l-impenji proposti mill-Kumitat Notifikanti fir-rigward is-suq bl-imnut se jittratta wkoll kull tħassib potenzjali dwar is-suq bl-ingrossa, pluralità ta’ Stati Membri taqbel, minoranza ta’ Stati Membri ma taqbilx u minoranza iżgħar ta’ Stati Membri tastjeni. |
Effetti vertikali
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta x’aktarx ma twassalx għal effetti vertikali li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva:
|
Rimedju
|
8. |
Fir-rigward tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fid-29 ta’ Mejju 2014 jittrattaw it-tħassib rigward il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fis-suq Ġermaniż tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni bil-mowbajl lill-konsumaturi finali, pluralità tal-Istati Membri ma taqbilx, pluralità ugwali ta’ Stati Membri tastjeni u minoranza ta’ Stati Membri taqbel. |
|
9. |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta’ konformità sħiħa mal-impenji finali, it-tranżazzjoni nnotifikata mhix probabbli li timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu, pluralità tal-Istati Membri ma taqbilx, pluralità ugwali ta’ Stati Membri tastjeni u minoranza ta’ Stati Membri taqbel. |
|
10. |
Rigward il-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għandha għalhekk tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE, pluralità ta’ Stati Membri ma taqbilx, pluralità ugwali ta’ Stati Membri tastjeni u minoranza ta’ Stati Membri taqbel. |
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/7 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Telefónica Deutschland/E-Plus
(M.7018)
(2015/C 86/06)
I. PROĊEDURA BIL-MIKTUB
A. Introduzzjoni
|
1. |
Fil-31 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha Telefónica Deutschland Holding AG (“Telefónica” jew il-“Parti Notifikanti”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ E-Plus Mobilfunk GmbH & Co. KG (“E-Plus”) (it-“Tranżazzjoni”). Telefónica u E-Plus huma kollettivament imsemmija bħala l-“Partijiet”. |
|
2. |
Matul l-ewwel fażi, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-operat mas-suq intern. Fl-20 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-Parti Notifikanti ssottomettiet kummenti bil-miktub fil-15 ta’ Jannar 2014. |
B. Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet
|
3. |
Fis-26 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”), fejn hija waslet għall-fehma preliminari li t-Tranżazzjoni Proposta tista’ timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern fit-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
4. |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-limitu taż-żmien tat-12 ta’ Marzu 2014 biex tkun imwieġba d-DO. Il-Partijiet kif ukoll Koninklijke KPN NV (“KPN”), il-kumpanija prinċipali aħħarija ta’ E-Plus, wieġbet f’din id-data. Fit-tweġiba tagħha, il-Parti Notifikanti talbet smigħ orali formali. |
C. Aċċess għall-fajl
|
5. |
Il-Parti Notifikanti rċeviet aċċess għall-fajl permezz ta’ CD-ROM fis-27 ta’ Frar 2014. Fit-3 ta’ Marzu 2014, il-Parti Notifikanti ppreżentat talba lid-DĠ għall-Kompetizzjoni għal aċċess ulterjuri għall-fajl. Id-DĠ għall-Kompetizzjoni ttratta din it-talba. |
|
6. |
Aċċess addizzjonali għall-fajl ingħata fl-10 ta’ Marzu, fl-4 ta’ April, fil-25 ta’ April, fit-8 ta’ Mejju u fis-16 ta’ Ġunju 2014. |
D. Persuni terzi interessati u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
(1) L-ammissjoni ta’ persuni terzi interessati
|
7. |
Wara li huma ppreżentaw it-talbiet motivati tagħhom, jiena tajt permess biex Deutsche Telekom AG (“Deutsche Telekom”), Vodafone Group plc (“Vodafone”), freenet AG (“freenet”), l&l Telekom GmbH (“1&1 Telekom”), Drillisch AG (“Drillisch”) u Airdata AG (“Airdata”) jinstemgħu bħala persuni terzi interessati. Jiena aċċettajt ukoll it-talbiet minn kull wieħed minn dawn biex jipparteċipa fis-smigħ orali formali. |
(2) Iċ-ċaħda ta’ rikors biex tinstema’ bħala terza persuna interessata
|
8. |
Ditta privata ta’ konsulenza applikat biex tinstema’ bħala terza persuna għall-finijiet tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Frar segwita bid-deċiżjoni tas-7 ta’ Marzu 2014, jien ma aċċettajtx din it-talba skont l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. |
|
9. |
Essenzjalment, din il-konsulenza ma wrietx “interess suffiċjenti” biex tinstema’ bħala terza persuna interessata (3). F’dan ir-rigward, jien ikkunsidrajt li l-għarfien espert fis-settur ikkonċernat u s-sempliċi espressjoni ta’ interess fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni mhumiex biżżejjed biex juru l-eżistenza ta’ “interess suffiċjenti” għall-finijiet tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Barra minn hekk: (i) il-fatt sempliċi li applikant li jkun mistenni jinstema’ bħala terza persuna jixtri s-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut tat-tip li jikkonċerna l-każ preżenti ma jistax, meta jitqies waħdu, ikun biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet; (ii) il-konsulenza ma kellhiex l-intenzjoni li taġixi bħala “assoċjazzjoni tal-konsumatur”; u (iii) l-għarfien espert superjuri sostnut tagħha għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-konċentrazzjoni proposta ma kellha ebda effett fuq jekk din kellhiex “interess suffiċjenti” għall-finijiet tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
(3) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
|
10. |
L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ta’ kull Stat Membru ġew mistiedna għas-seduta ta’ smigħ orali. Wara talba, fuq il-bażi tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, jiena stedint ukoll għas-smigħ orali formali lill-Awtorità Regolatorja Awstrijaka għax-Xandir u t-Telekomunikazzjonijiet u lilll-Bundesnetzagentur Ġermaniż. |
II. PROĊEDURA ORALI
A. Parteċipanti fis-seduta orali formali
|
11. |
Is-seduta ta’ smigħ orali formali saret fis-17 ta’ Marzu 2014 u attendew għaliha:
|
B. Sessjonijiet magħluqa
|
12. |
Il-Partijiet talbu u ngħataw sessjonijiet magħluqa għal partijiet mill-preżentazzjonijiet tagħhom. |
III. PROĊEDURA WARA S-SEDUTA ORALI FORMALI
A. Ittra bil-Fatti
|
13. |
Fl-4 ta’ April 2014, il-Kummissjoni ħarġet ittra tal-fatti lill-Parti Notifikanti. Il-Partijiet u KPN ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-ittra tal-fatti fl-10 ta’ April 2014. |
B. Rimedji
|
14. |
Il-Parti Notifikanti ppreżentat l-ewwel sett ta’ impenji fl-10 ta’ April 2014 u l-Kummissjoni għamlet test tas-suq ta’ dawn l-impenji fil-11 ta’ April 2014. Fit-28 ta’ April 2014, il-Parti Notifikanti ppreżentat it-tieni sett ta’ impenji li ġew ippruvati fis-suq mit-30 ta’ April 2014. Il-Parti Notifikanti ppreżentat sett finali ta’ impenji fid-29 ta’ Mejju 2014. |
C. Terza persuna interessata addizzjonali
|
15. |
Wara talba tagħha, jiena aċċettajt Mass Response Services GmbH fil-proċedimenti bħala terza persuna interessata. |
D. L-abbozz tad-deċiżjoni
|
16. |
Jiena rrivedejt l-abbozz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kkonkludejt li hija tittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħha l-Partijiet u KPN ingħataw l-opportunità li jgħarrfu l-fehmiet tagħhom. |
IV. KONKLUŻJONI
|
17. |
Globalment, jien nikkonkludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċeduralif’dan il-każ ġie rrispettat. |
Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2014.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(3) Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi, ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) u l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi għajr il-partijiet notifikanti jew partijiet oħra involuti għandhom jinstemgħu skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 16(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet, dawn għandhom juru “interess suffiċjenti” fit-tifsira tal-Artikolu 18(4), it-tieni sentenza, tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Jirriżulta mill-Artikoli 1(2) u 5(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE li, f’każijiet ta’ fużjoni, meta jevalwaw jekk applikant ma weriex interess suffiċjenti, l-uffiċjal tas-seduta jieħu kont ta’ jekk u sa liema punt ir-rikorrenti huwa affettwat mill-konċentrazzjoni proposta.
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/10 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-2 ta’ Lulju 2014
li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ M.7018 — Telefónica Deutschland/E-Plus)
(notifikat bid-dokument C(2014) 4443)
(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2015/C 86/07)
Fit-2 ta’ Lulju 2014 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet (1) , bejn impriżi, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html
I. IL-PARTIJIET
|
(1) |
Telefónica Deutschland Holding AG (“Telefónica” jew “il-Parti Notifikanti”) u E-Plus Mobilfunk GmbH & Co. KG (“E-Plus”, flimkien ma’ Telefónica, “il-Partijiet”) huma tnejn mill-erba’ operaturi tan-netwerk mobbli (“ONM”) preżenti fuq is-suq tal-konsumaturi tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli u s-suq bl-ingrossa għal aċċess u oriġini tat-telefonati fil-Ġermanja. It-tranżazzjoni twassal għal struttura tas-suq bi tliet ONM (Deutsche Telekom, Vodafone u l-entità fuża) b’ishma mis-suq simili f’termini ta’ dħul. Minbarra dawn l-ONM, hemm xi operaturi tan-netwerk mobbli virtwali (“ONMV”) u diversi fornituri tas-servizzi attivi fis-suq tal-konsumaturi. |
II. L-OPERAZZJONI
|
(2) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika formali skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha Telefónica takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll waħdieni fuq E-Plus minn Koninklijke KPN N.V. (“KPN”). |
|
(3) |
Il-Ġermanja talbet, permezz tal-Uffiċċju Federali dwar il-Kartelli (“Bundeskartellamt”), abbażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, riferiment tat-tranżazzjoni proposta mill-Kummissjoni lill-Ġermanja. Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tiċħad it-talba għal riferiment. |
III. SOMMARJU
|
(4) |
Telefónica u E-Plus huma tnejn mill-erba’ ONM preżenti fuq is-suq tal-konsumaturi tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli u s-suq bl-ingrossa għall-aċċess u l-oriġini tat-telefonati fil-Ġermanja. It-tranżazzjoni twassal għal struttura tas-suq bi tliet ONM (Deutsche Telekom, Vodafone u l-entità fuża) b’ishma mis-suq simili f’termini ta’ dħul. Minbarra dawn l-ONM, hemm xi operaturi tan-netwerk mobbli virtwali (“ONMV”) u diversi fornituri tas-servizzi attivi fis-suq tal-konsumaturi. |
|
(5) |
Filwaqt li l-fużjoni proposta ma twassalx għall-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti (unika) tal-entità fuża, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-fużjoni madankollu twassal għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fuq is-suq tal-konsumatur tat-telekomunikazzjoni mobbli u, potenzjalment, fuq is-suq bl-ingrossa għall-aċċess għan-netwerk u l-oriġini tat-telefonati fil-Ġermanja. |
|
(6) |
Biex twarrab dawn il-preokkupazzjonijiet, Telefónica ppreżentat impenji li, fil-verżjoni finali tagħhom, jikkonsistu minn tliet elementi:
|
|
(7) |
Fid-dawl ta’ dawn l-impenji, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta ma tibqax tqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni, billi d-deċiżjoni tiddependi fuq konformità sħiħa mal-impenji. |
IV. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
A. Il-prodott rilevanti u s-swieq ġeografiċi
|
(8) |
B’konformità ma’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw is-swieq għal servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli (2) u l-fehmiet tal-parti notifikanti, is-swieq rilevanti tal-prodotti ġew definiti kif ġej:
|
|
(9) |
Id-dettalji dwar id-definizzjoni tal-ewwel żewġt iswieq, li huma primarjament, u kemm orizzontalment kif ukoll vertikalment affettwati f’dan il-każ, huma stabbiliti hawn taħt. |
Is-suq tal-konsumaturi tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli
|
(10) |
Il-Kummissjoni tqis li, għall-finijiet ta’ dan il-każ, is-servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli u fissi, inklużi s-servizzi tad-dejta jikkostitwixxu swieq separati. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-prodott rilevanti f’dan il-każ huwa s-suq tas-servizzi tal-konsumaturi tat-telekomunikazzjoni mobbli. F’deċiżjonijiet preċedenti (3), il-Kummissjoni sabet li jeżisti suq wieħed ġenerali għas-servizzi tal-konsumaturi tat-telekomunikazzjoni mobbli. Dan huwa s-suq li fih l-ONM u tipi differenti ta’ kumpaniji li mhumiex ONM ibiegħu servizzi tal-vuċi u tad-dejta lill-konsumaturi finali permezz ta’ netwerk mobbli. F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni ma komplietx taqsam dan is-suq skont it-tip ta’ klijent (jekk hux kummerċjali jew privat), skont it-tip ta’ modalità ta’ pagament (imħallas wara jew minn qabel), jew skont it-tip ta’ teknoloġija tan-netwerk (jekk hux 2G/GSM jew 3G/UMTS). Il-Kummissjoni preċedentement qatt ma kienet sabet li jeżisti suq separat għal servizzi għad-dejta biss (4). |
|
(12) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk sottosegmenti differenti tas-suq jikkostitwixxux swieq separati. Il-Kummissjoni rrieżaminat is-segmenti ta’ ħlas wara u ta’ ħlas minn qabel, kif ukoll is-segmenti tal-Vuċi (inkluż il-vuċi/id-dejta), il-broadband mobbli (dejta biss) u s-segmenti tal-konsumaturi privati u dak tan-negozju. Wara r-riżultati tal-investigazzjoni tagħha f’dan il-każ, il-Kummissjoni kkonkludiet, b’konsistenza mad-deċiżjonijiet preċedenti tagħha, li s-suq relevanti tal-prodott huwa s-suq globali għas-servizzi tal-konsumatur tat-telekomunikazzjoni mobbli. |
|
(13) |
F’konformità ma’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u l-veduti tal-Partijiet, l-ambitu ġeografiku tas-suq imsemmi huwa nazzjonali, jiġifieri jikkorrispondi mat-territorju tal-Ġermanja. |
Suq bl-ingrossa għall-aċċess u l-orġini tas-sejħiet fuq in-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli
|
(14) |
Fuq dan is-suq, l-ONM jbiegħu l-aċċess għan-network tagħhom u l-kapaċità li jsiru t-telefonati (“oriġini tat-telefonati”) lejn operaturi tan-netwerks mobbli virtwali (“ONVM”) u l-fornituri tas-servizz. Iż-żewġ tipi ta’ atturi jużaw l-aċċess bl-ingrossa mogħti mill-ONM biex ibigħu telekomunikazzjonijiet mobbli taħt il-marki tagħhom stess u f’isimhom fis-suq tal-konsumaturi. Madankollu, filwaqt li l-ONMV jippossjedu u joperaw ċerti partijiet ta’ netwerk mobbli, bħan-netwerk ċentrali, il-fornituri tas-servizzi ma jippossjedu l-ebda infrastruttura tan-netwerk. Il-Kummissjoni tqis li hemm suq distint bl-ingrossa għall-aċċess u l-orġini tas-sejħiet fuq in-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli. |
|
(15) |
F’konformità ma’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tqis li ġeografikament, is-suq bl-ingrossa jikkorrispondi għad-dimensjoni tan-netwerks tal-ONM, li huma limitati għat-territorju Ġermaniż minħabba li l-liċenzji mobbli jingħataw fuq bażi nazzjonali. |
B. Il-valutazzjoni kompetittiva
1. Is-suq tal-konsumaturi għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli
|
(16) |
Il-fużjoni tnaqqas l-għadd ta’ ONM fil-Ġermanja minn erbgħa għal tlieta u tamalgama t-tielet attur mar-raba’ attur. Ir-riżultat ikun suq li jkun fih tliet ONM kbar li bejn wieħed u ieħor ikunu tal-istess daqs. Deutsche Telekom, Vodafone u l-entità fuża. |
|
(17) |
Id-deċiżjoni ssib li kemm Telefónica kif ukoll E-Plus huma forzi importanti kompetittivi fis-suq Ġermaniż tal-konsumaturi għal servizz tat-telekomunikazzjonijiet mobbli, b’mod partikolari fejn jidħlu l-prezzijiet kif ukoll in-natura innovattiva tal-offerti. Huma jibqgħu forza kompetittiva importanti mingħajr it-tranżazzjoni proposta. Il-partijiet ilhom kompetituri mill-qrib ta’ xulxin fejn jidħlu l-klijenti bi prezzijiet baxxi u ta’ ħlas minn qabel billi joffru anqas kwalità tan-netwerk għal tariffi orħos mid-Deutsche Telekom u l-Vodafone. |
|
(18) |
Barra minn hekk, id-deċiżjoni ssib li l-fużjoni se twassal biex, l-ewwel nett, tiġi eliminata l-kompetizzjoni bejn il-partijiet u t-tieni, l-entità fuża jkollha bażi ta’ klijentela ikbar bil-konsegwenza li jkollha anqas inċentivi biex tikber u tikkompeti. Bl-istess mod, huwa probabbli li jonqsu l-inċentivi tal-Vodafone u d-Deutsche Telekom biex jikkompetu wara l-fużjoni. Barra minn hekk, il-grad li fih l-ONMV, il-fornituri tas-servizzi u r-rivendituri tad-ditta bħalissa huma kapaċi jeżerċitaw pressjoni kompetittiva huwa limitat u se jkompli jitnaqqas wara t-tranżazzjoni. |
|
(19) |
Tabilħaqq, id-deċiżjoni tistabbilixxi li kemm id-Deutsche Telekom kif ukoll il-Vodafone għandhom għax jibbenefikaw mill-fatt li l-E-Plus, l-aktar kompetitur aggressiv fejn jidħlu prezzijiet, jiġi eliminat u huwa probabbli li l-inċentivi tad-Deutsche Telekom u tal-Vodafone biex jikkompetu b’mod aggressiv jonqsu wkoll. Skont id-deċiżjoni, il-ħila tal-ONMV u tal-fornituri tas-servizzi eżistenti biex ikunu jistgħu jeżerċitaw l-istess grad ta’ pressjoni kompetittiva daqs ONM hija aktar limitata u tkompli tonqos wara t-tranżazzjoni. Barra minn hekk, bħalissal-ONMV u l-fornituri tas-servizzi għandhom inċentivi limitati biex jikkompetu b’mod aggressiv għal klijenti ġodda mingħand l-ONM minħabba anqas spejjeż ta’ investiment fin-netwerk (fiss) li jkollhom jiġu rkuprati. L-ONMV u l-fornituri tas-servizzi jħallsu lill-ONM għall-użu tan-netwerk fuq bażi “pay-as-you-go”, skont kemm il-klijenti tiegħu attwalment jużaw in-netwerk. Il-kost inkrementali ta’ żieda fil-klijentela jew l-użu tan-netwerk huwa għalhekk l-istess għal kull unità addizzjonali użata u huwa determinat minn qabel fin-negozjati bejn l-ONMV u l-ONM. |
|
(20) |
Valutazzjoni kwantitattiva tal-effetti probabbli tal-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni orizzontali bħala riżultat tal-fużjoni tindika li l-fużjoni x’aktarx twassal għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet fis-segmenti residenzjali mħallsin qabel u dawk imħallsin wara. |
2. Suq bl-ingrossa għall-aċċess u l-orġini tas-sejħiet fuq in-netwerks mobbli
|
(21) |
Id-deċiżjoni sabet li, minkejja l-ishma kombinati fis-suq relattivament baxxi tal-Partijiet fejn jidħlu introjti u fejn jidħlu l-abbonati, it-tranżazzjoni proposta xorta jkollha impatt negattiv fuq l-inċentiv tal-entità fuża, u tal-ONM it-tnejn l-oħra, li jagħtu lill-ONMV u lill-fornituri tas-servizz aċċess għan-netwerks mobbli rispettivi tagħhom b’kundizzjonijiet kummerċjalment attraenti. Hija tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta tista’ tagħti lok għal effetti antikompetittivi orizzontali mhux koordinati fis-suq bl-ingrossa għall-aċċess u l-orġini tas-sejħiet fuq in-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli. |
|
(22) |
Id-deċiżjoni tħalli miftuħ jekk dawn l-effetti negattivi jikkostitwixxux impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva peress li l-impenji proposti minn Telefónica fir-rigward tas-suq bl-imnut se jindirizzaw ukoll kwalunkwe preokkupazzjoni potenzjali fis-suq bl-ingrossa. |
3. Effiċjenzi
|
(23) |
Id-deċiżjoni ssib li l-effiċjenzi li l-Parti Notifikanti ssostni li jeżistu rigward is-suq tal-konsumaturi għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli la jistgħu jiġu verifikati, la huma speċifiċi għall-fużjoni, u lanqas mhu probabbli li jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi. B’mod partikolari, it-titjib fil-kwalità u l-iffrankar inkrimentali tal-ispejjeż li huma jsostnu li se jkun hemm jista’, f’firxa wiesa’, jinkiseb b’mezzi alternattivi (notevolment permezz tal-kondiviżjoni tan-netwerk). Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-Parti Notifikanti ma rnexxilhiex tagħti prova li l-effiċjenzi x’aktarx iservu ta’ kontrapiż għal xi effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni. |
C. Impenji mressqin mill-parti notifikanti
1. Deskrizzjoni tal-impenji
|
(24) |
Sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni, il-Parti Notifikanti ppreżentat ġabra finali ta’ impenji fid-29 ta’ Mejju 2014 li kienu jinkludu t-tliet elementi li ġejjin: (i) l-impenn tal-ONM; (ii) l-impenn tal-MBA; kif ukoll (iii) l-impenn mhux tal-ONM. |
|
(25) |
L-element tal-ONM jikkonsisti minn offerta minn Telefónica biex ibiegħu lil ONM ġdid li jkun għadu kif daħal fis-suq għadd ta’ assi u servizzi li huma meħtieġa biex ikun jista’ jibda jopera bħala ONM fis-suq Ġermaniż. Dawn l-assi jinkludu (a) l-ispettru; (b) ir-roaming nazzjonali; (c) is-siti tan-netwerk; (d) il-kondiviżjoni passiva tan-netwerk u (e) ħwienet. |
|
(26) |
Bl-impenn tal-MBA, Telefónica timpenja ruħha li tbigħ minn qabel 20 % tal-kapaċità kombinata tan-netwerk tal-entità fuża lil massimu ta’ tliet operaturi mhux tan-netwerk. Telefónica timpenja ruħha wkoll li toffri għall-bejgħ 10 % addizzjonali ta’ tali kapaċità lil dawn l-atturi b’termini u kundizzjonijiet definiti minn qabel. Sal-punt li dawk li jixtru l-kapaċità diġà jospitaw abbonati fuq in-netwerks ta’ Telefónica u/jew ta’ E-Plus netwerks, il-kapaċità meħtieġa biex jiġu ospitati dawn l-abbonati tinbiegħ ukoll minn Telefónica (iżda mnaqqsa mill-kapaċità addizzjonali ta’ 10 % li għandha tiġi offruta). |
|
(27) |
Telefónica timpenja ruħha li bil-quddiem tidħol fi ftehim għall-bejgħ u l-offerta tal-kapaċità kollha koperta mill-impenn tal-MBA qabel il-konklużjoni tat-tranżazzjoni proposta. Fi kliem ieħor, Telefónica mhux se tkun tista’ tikkonkludi t-tranżazzjoni proposta qabel ma tkun daħlet fi ftehim legalment vinkolanti ma’ xerrej wieħed jew aktar u sakemm il-Kummissjoni ma tkunx approvat formalment ix-xerrej(ja). |
|
(28) |
Il-ftehim li għandu jiġi konkluż bejn Telefónica u x-xerrej(ja) ikollu perjodu ta’ validità inizjali ta’ ħames snin, iżda jkun jista’ jiġi estiż b’mod unilaterali għal ħames snin oħra fuq talba tax-xerrej(ja) skont termini u kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel. |
|
(29) |
Skont l-impenn mhux tal-ONM, Telefónica timpenja ruħha li toffri li testendi l-kuntratti bl-ingrossa kollha eżistenti mal-ONMV u l-fornituri tas-servizzi li bħalissa huma klijenti bl-ingrossa ta’ Telefónica jew ta’ E-Plus sa tmiem is-sena 2025. Barra minn hekk, Telefónica timpenja ruħha li tagħti aċċess bl-ingrossa għan-netwerk 4G tagħha lill-ONMV u l-fornituri kollha tas-servizzi ċertu perjodu ta’ żmien wara t-tnedija teknika tal-ONMV tal-MBA skont l-aħjar termini u kundizzjonijiet tas-suq possibbli. |
2. Evalwazzjoni tal-impenji
|
(30) |
Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-impenji jindirizzaw bis-sħiħ il-preokkupazzjonijiet fejn tidħol il-kompetizzjoni. |
|
(31) |
L-impenn tal-ONM, flimkien mal-fatt li r-regolatur tat-telekomunikazzjoni Ġermaniż qed jippjana biex jiftaħ proċedimenti lejn tmiem l-2014 biex jagħmel irkant għall-għoti ta’ ammont sinifikanti ta’ spettru, huwa ta’ kontribut biex jinżamm miftuħ il-bieb għad-dħul ta’ ONM ġdid fis-suq Ġermaniż jew għall-possibilità li x-xerrej(ja) tal-impenn tal-MBA jinbidel/lu f’ONM. |
|
(32) |
Fir-rigward tal-impenn tal-MBA, id-deċiżjoni ssib li dan l-impenn se jżid b’mod sinifikanti l-kapaċità u l-inċentiv tal-ONMV li jikkompetu fis-suq tal-konsumaturi għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli fil-Ġermanja u għalhekk jikkumpensa kwalunkwe żieda possibbli fil-prezzijiet li tirriżulta mit-tranżazzjoni proposta. |
|
(33) |
L-ammont totali ta’ kapaċità li għandha tinbiegħ u tiġi offruta minn Telefónica taħt l-impenn tal-MBA huwa sinifikanti kemm f’termini ta’ sehem mis-suq inkrementali meta mqabbel mas-sitwazzjoni ta’ qabel il-fużjoni, jekk wieħed jassumi li s-sehem fis-suq ta’ Telefónica jibqa’ kostanti, kif ukoll f’termini tas-somma tal-kapaċità li għandha tinbiegħ u tiġi offruta minn Telefónica, kif imkejla f’termini ta’ sehem totali mis-suq. |
|
(34) |
Tabilħaqq, Telefónica tkun obbligata tipprovdi lix-xerrej(ja) tal-impenn tal-MBA aċċess għal kull tip ta’ servizzi u teknoloġiji (inklużi l-4G u t-teknoloġiji futuri). Ix-xerrej(ja) għalhekk ikollu(hom) aċċess għall-istess kwalità ta’ netwerk bħal Telefónica u jkun jista’ bil-libertà kollha jfassal tariffi għall-konsumaturi f’indipendenza totali minn Telefónica. Dan jippermettu lix-xerrej(ja) tal-impenn tal-MBA li jikkompetu b’mod sħiħ mal-ONM, billi jagħmlu offerti attraenti ħafna għall-klijenti finali fejn jidħlu teknoloġiji tan-netwerk attwali u ġodda li llum huma offruti mill-ONM biss bi ħlas addizzjonali konsiderevoli. |
|
(35) |
Bl-aktar mod notevoli, ir-rimedju huwa ta’ natura kważi strutturali, peress li l-ONMV/il-fornituri tas-servizzi li jixtru l-kapaċità skont l-impenn tal-MBA jimpenjaw ruħhom bil-quddiem li jixtru ammont sinifikanti ta’ kapaċità mingħand l-entità fuża bi prezz fiss. B’hekk, l-ONMV/il-fornitur(i) tas-servizz ikollhom inċentiv qawwi biex jikkompetu b’mod effettiv peress li jkunu xtraw minn qabel ammont sinifikanti ta’ kapaċità li jkun jeħtieġu li tiġi monetizzata. Dan il-mudell ibbażat fuq il-kapaċità huwa aktar attraenti mil-lat ta’ kompetizzjoni mill-kuntratti standard tal-ONMV/il-fornituri(i) tas-servizzi, fejn dawn l-atturi jħallsu lill-ONM ospitanti abbażi tal-użu. Tabilħaqq, skont il-kuntratti standard “Pay as you go” tal-ONMV/il-fornitur tas-servizzi, żieda fil-klijenti u fit-traffiku jimplika pagamenti inkrimentali lill-ONM. Skont il-mudell ibbażat fuq il-kapaċità stabbilit fl-impenn tal-MBA, ma hemm l-ebda kosti inkrementali bħal dawn relatati man-netwerk meta jiġu akkwistati klijenti ġodda. F’dan ir-rigward, il-mudell ibbażat fuq il-kapaċità joqrob aktar lejn l-istruttura tal-kosti ta’ ONM u b’hekk jipprovdi inċentivi simili għall-akkwist ta’ klijenti addizzjonali fil-marġini. Dan jimplika li d-dħul fl-impenn tal-MBA mill-ONMV/il-fornitur(i) tas-servizz mal-entità fuża jista’ jservi bħala limitazzjoni effettiva fuq l-ONM. |
|
(36) |
Fir-rigward tal-impenn mhux tal-ONM, id-deċiżjoni ssib li dan l-impenn itejjeb il-pożizzjoni tal-ONMV u tal-fornituri tas-seervizzi li lilhom waħda mill-Partijiet bħalissa tagħti aċċess bl-ingrossa, peress li tagħtihom sigurtà fl-ippjanar għas-servizzi tat-2G u tat-3G. Barra minn hekk, l-ONMV u l-fornituri tas-servizzi kollha attivi fil-Ġermanja għandhom opportunità li jingħataw aċċess għas-servizzi tal-4G. |
V. KONKLUŻJONI
|
(37) |
Għar-raġunijiet imsemmijin hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni kif notifikata bl-impenji ppreżentati fid-29 ta’ Mejju 2014 mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern, jew f’xi parti sostanzjali minnu. |
|
(38) |
Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni hija ddikjarata bħala li hi kompatibbli mas-Suq Intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
(2) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2012 fil-Każ COMP/M.6497 — Hutchison 3G Austria/Orange Austria, paragrafi 58, 63, 67 u 70; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2010 fil-Każ COMP/M.5650 — T-mobile/Orange UK, l-1 ta’ Marzu 2010, paragrafi 27-30, 32-34, 36-37.
(3) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2012 fil-Każ COMP/M.6497 — Hutchison 3G Austria/Orange Austria, paragrafu 58; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2010 fil-Każ COMP/M.5650 — T-mobile/Orange UK, paragrafi 21, 24; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2007 fil-Każ COMP/M.4947 — Vodafone/Tele2 Italy/Tele2 Spain, paragrafu 14; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2006 fil-Każ COMP/M.3916 — T-Mobile Austria/Tele.ring, paragrafu 18 (iżda li tħalli miftuħa l-kwistjoni jekk jeżistix suq separat ta’ applikazzjonijiet speċfiċi għat-3G biss).
(4) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2012 fil-Każ COMP/M.6497 — H3G Austria/Orange Austria, paragrafu 52.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7422 — Riverstone/Barclays/Origo)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 86/08)
|
1. |
Fis-6 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Riverstone Holdings LLC (“Riverstone”, ir-Renju Unit) u Barclays Bank plc (“Barclays”, ir-Renju Unit) se jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi l-joint venture Origo Exploration AS (“Origo”, in-Norveġja). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Riverstone: kumpanija ta’ ekwità privata, b’attenzjoni partikolari lejn investimenti fis-setturi tal-enerġija u tal-elettriku, — Barclays: il-forniment ta’ servizzi finanzjarji bħal servizzi bankarji personali, karti ta’ kreditu, servizzi bankarji korporattivi u ta’ investiment u servizzi ta’ ġestjoni tal-ġid u l-investiment, — Origo: kumpanija li għadha kif twaqqfet, li se tkun involuta fl-attivitajiet tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass u ż-żejt fil-blajjet kontinentali tan-Norveġja u r-Renju Unit. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7422 — Riverstone/Barclays/Origo, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/16 |
Konferma tar-riċevuta tal-ilment Nru CHAP(2015) 227
(2015/C 86/09)
Il-Kummissjoni Ewropea waslitilha sensiela ta’ lmenti dwar l-infurzar tal-Att tal-Ġermanja dwar il-Paga Minima fis-settur tat-trasport internazzjonali.
Il-Kummissjoni rreġistrat dawn l-ilmenti fl-applikazzjoni ċentrali għar-reġistrazzjoni tal-ilmenti dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni minn Stat Membru bin-numru ta’ referenza CHAP(2015) 227.
Fid-dawl tal-għadd sinifikanti ta’ lmenti li waslulha dwar dan is-suġġett, il-Kummissjoni, bl-għan li tirrispondi rapidament u tinforma lil dawk ikkonċernati, waqt li tagħmel l-aktar użu ekonomiku tar-riżorsi amministrattivi tagħha, qed tippubblika din il-konferma tar-riċevuta f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq il-paġna tal-Internet:
http://ec.europa.eu/eu_law/complaints/receipt/index_en.htm
Bħalissal-Kummissjoni qiegħda tifli sew l-elementi kollha tal-miżura nazzjonali kkontestata, biex tiżgura li din hija konformi mal-liġi tal-UE. L-ilmentaturi se jiġu infurmati, permezz tal-istess mezzi ta’ informazzjoni, dwar ir-riżultati tal-eżami tal-Kummissjoni ta’ dawn l-ilmenti u dwar l-azzjoni ulterjuri li tista’ tiddeċiedi li tieħu l-Kummissjoni.