ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
7 ta' Marzu 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 080/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

1

2015/C 080/02

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 080/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

2015/C 080/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ C.39226 (1) — Lundbeck — Relatur: ir-Repubblika Ċeka

4

2015/C 080/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ C.39226 (2) — Lundbeck — Relatur: ir-Repubblika Ċeka

5

2015/C 080/06

Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Lundbeck (AT.39226)

6

2015/C 080/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 — Li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Kawża AT.39226 — Lundbeck) (notifikata bid-dokument numru C(2013) 3803 finali)

13

2015/C 080/08

Tneħħija ta’ proposti tal-Kummissjoni

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 080/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7545 — Blackstone/Koala/Acenden/AMS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

24

2015/C 080/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7529 — Mohawk / International Flooring Systems) ( 1 )

25

2015/C 080/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7553 — PAI / Lion Adventure) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

26

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 080/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2) punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

27


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2015/C 80/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ddeżinjati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IIa tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Marzu 2015, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 64, 7.3.2015, p. 41.

(3)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 7.3.2015, p. 10.


7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2015/C 80/02)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 (3).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat mill-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/375.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f’konformità mat-Taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew tkun skadiet il-validità tal-miżura, jew id-dewmien ta’ proċedimenti fil-qorti fil-każ li jkunu nbdew dawn.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2015, p. 10.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Marzu 2015

(2015/C 80/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0963

JPY

Yen Ġappuniż

131,48

DKK

Krona Daniża

7,4514

GBP

Lira Sterlina

0,72200

SEK

Krona Żvediża

9,1893

CHF

Frank Żvizzeru

1,0700

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,5420

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,297

HUF

Forint Ungeriż

303,78

PLN

Zloty Pollakk

4,1178

RON

Leu Rumen

4,4410

TRY

Lira Turka

2,8275

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3990

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3666

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5055

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4627

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5004

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 203,83

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,9134

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8651

HRK

Kuna Kroata

7,6205

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 182,39

MYR

Ringgit Malażjan

3,9923

PHP

Peso Filippin

48,282

RUB

Rouble Russu

65,2170

THB

Baht Tajlandiż

35,531

BRL

Real Brażiljan

3,2949

MXN

Peso Messikan

16,6451

INR

Rupi Indjan

68,4064


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ C.39226 (1) — Lundbeck

Relatur: ir-Repubblika Ċeka

(2015/C 80/04)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-partijiet rispettivi kkonkludew ftehimiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUW u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE bil-għan li tiġi limitata l-kompetizzjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehimiet li ġejjin u l-estensjonijiet għall-ftehimiet, kienu jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu għall-perjodu ta’ żmien relevanti:

Il-ftehimiet ta’ Merck ma’ Lundbeck,

Il-ftehimiet ta’ Arrow ma’ Lundbeck,

Il-ftehim ta’ Alpharma ma’ Lundbeck, u

Il-ftehim ta’ Ranbaxy ma’ Lundbeck.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn tikkonkludi li l-ftehimiet bejn l-indirizzati kienu kapaċi jkollhom effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn Stati Membri tal-UE u bejn Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) TFUE ma ġewx issodisfati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għar-rigward tal-indirizzati kollha tad-Deċżjoni, b’mod speċifiku fejn tidħol ir-responsabilita tal-ġenitur.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni għar-rigward tal-perjodu li fih dam sejjer il-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ C.39226 (2) — Lundbeck

Relatur: ir-Repubblika Ċeka

(2015/C 80/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq l-indirizzati tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi għal Lundbeck.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Lundbeck għandu jingħata tnaqqis ta’ 10 % tal-ammont bażiku minħabba li l-investigazzjoni ħadet fit-tul. Minoranza ma taqbilx.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi għal Lundbeck. Minoranza tastjeni.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-approċ tal-Kummissjoni li tibbaża l-kalkolu tal-multi għall-impriżi ġeneriċi fuq il-valur trasferit.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi ġeneriċi għandhom jingħataw tnaqqis ta’ 10 % peress li l-investigazzjoni ħadet fit-tul. Minoranza ma taqbilx.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi għall-impriżi ġeneriċi. Minoranza tastjeni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li tinċaħad it-talba dwar nuqqas ta’ kapaċità li tħallas li saret f’dan il-każ.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/6


Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Lundbeck (AT.39226)

(2015/C 80/06)

I.   TAGĦRIF EŻISTENTI

1.

Dan il-każ jirrigwarda ftehimiet li daħlu fihom il-kumpanija farmaċewtika oriġinatorja Lundbeck u erba’ kumpaniji farmaċewtiċi ġeneriċi fl-2002 dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-antidepressiv citalopram.

2.

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni bdiet abbażi ta’ informazzjoni li waslitilha mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Daniża f’Ottubru 2003. L-investigazzjoni kienet interrotta bl-inkjesta tal-kompetizzjoni fis-settur farmaċewtiku li damet minn Jannar 2008 sa Lulju 2009 (2).

3.

F’Jannar 2010, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti kontra Lundbeck, u f’Lulju 2012 kontra erba’ gruppi ta’ kumpaniji ġeneriċi li kienu involuti fi ksur, meta hija bagħtet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet.

II.   PROĊEDURA BIL-MIKTUB

1.   Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet

4.

Fl-24 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) kontra Lundbeck, Alpharma, A.L. Industrier, Arrow, Resolution Chemicals, GUK, Merck u Ranbaxy (3). Hija esprimiet il-fehma preliminari li l-ftehimiet ta’ riżoluzzjoni bejn il-kumpanija oriġinatriċi u l-kumpaniji ġeneriċi jirrappreżentaw l-hekk imsejħa ftehimiet ħlas għad-dewmien u jammontaw għalhekk għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan bi ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.   Aċċess għall-fajl

5.

Il-partijiet kollha ngħataw aċċess għall-fajl fil-forma ta’ DVD f’Awwissu tal-2012.

6.

F’Settembru tal-2012 Alpharma, aktar tard segwita minn partijiet oħra, għamlet talba dettaljata għal żvelar tal-partijiet redatti kollha tal-hekk imsejħa dokumenti Matrix fil-fajl tal-Kummissjoni. Sabiex jindirizza dawn it-talbiet, id-DĠ Kompetizzjoni talab lill-fornitur tad-dokumenti Matrix, Lundbeck, biex ifittex l-iżvelar. Il-proċess ta’ żvelar li mbagħad segwa dam għaddej bosta xhur.

3.   Il-limitu ta’ żmien għal tweġiba għad-DO

7.

Id-DĠ Kompetizzjoni inizjalment stabbilixxiet skadenza ta’ 10 ġimgħat għat-tweġibiet tal-partijiet għad-DO li ġie mtawwal b’madwar 3 ġimgħat. Meta Alpharma talbet estensjoni ulterjuri fuq il-bażi li xtaqet tara d-dokumenti Matrix qabel ma’ twieġeb għad-DO, id-DĠ Kompetizzjoni pprovdielha estensjoni limitata ulterjuri iżda kkunsidrata bħala finali. Huwa informa lill-partijiet li kienu se jingħataw l-opportunità li jissuplimentaw it-tweġibiet tagħhom jekk id-dokumenti Matrix isiru aċċessibbli biss wara l-iskadenza. Alpharma, Arrow, GUK u Merck sussegwentement insistew fuq estensjoni sakemm ikunu raw id-dokumenti pendenti.

8.

Wara li din it-talba ġiet irrifjutata mid-DĠ Kompetizzjoni, l-erba’ partijiet irreferew il-kwistjoni tal-estensjoni tal-iskadenza għat-tweġibiet tagħhom għad-DO lili. Huma ddikjaraw li d-drittijiet tagħhom tad-difiża kienu se jinkisru jekk kien se jkollhom jagħtu tweġiba qabel ma jingħataw aċċess sħiħ għall-fajl peress li d-dokumenti Matrix kien fihom informazzjoni kruċjali għad-difiża tagħhom.

Is-sospenzjoni tal-limitu ta’ żmien

9.

Fil-fatt, il-partijiet fil-prinċipju mhux mistennija jwieġbu għad-DO qabel ma jkunu ġew mogħtija aċċess sħiħ għall-fajl u qabel kull talba għal aċċess addizzjonali tiġi riżolta. Sabiex niddetermina l-importanza tad-dokumenti Matrix għad-difiża tal-partijiet u jekk l-approċċ tad-DĠ Kompetizzjoni li jimponi proċess gradwali għar-risposti għad-DO jistax fid-dawl tal-importanza tad-dokumenti Matrix għad-difiża tal-partijiet eċċezzjonalment hux aċċettabbli fl-interess tal-effiċjenza tal-proċediment, issospendejt il-limitu ta’ żmien stabbilit mid-DĠ Kompetizzjoni (4).

10.

It-talba addizzjonali għall-aċċess kienet tikkonċerna 29 dokument (IDs) li jammontaw għal madwar 4 000 paġni redatti. Id-dokumenti kienu parti mit-tilwima Lagap fir-Renju Unit u t-tilwima parallela f’pajjiżi Ewropej oħrajn. Dawn kienu jirrelataw mal-proċessi ta’ manifattura, miġbura matul l-ispezzjonijiet ta’ ksur tal-brevett fl-istabbilimenti ta’ kumpanija li ġġib l-isem ta’ Matrix. Ir-redazzjonijiet li saru bħala riżultat ta’ ordni tal-kunsens tar-Renju Unit u ordnijiet minn imħallfin nazzjonali tal-privattivi.

11.

Fuq inizjattiva tiegħi, id-DĠ Kompetizzjoni stabbilixxa skeda flimkien ma’ Lundbeck u Matrix li tistipula meta l-partijiet l-oħrajn kienu se jingħataw aċċess għad-dokumenti Matrix mitluba. Id-dokumenti kollha tar-Renju Unit imbagħad saru disponibbli ftit qabel it-tmiem tal-2012 u d-dokumenti li joriġinaw mill-proċedimenti tat-tilwima parallela segwew sal-31 ta’ Jannar 2013.

Estensjoni tal-limitu ta’ żmien

12.

Fit-18 ta’ Diċembru 2012, jiena ddeċidejt li nagħti lill-partijiet estensjoni oħra tal-limitu ta’ żmien għat-tweġibiet tagħhom għad-DO. Għaldaqstant, it-tweġibiet tagħhom kienu dovuti wara li kellhom iċ-ċans li jaraw id-dokumenti Matrix kollha marbuta mat-tilwima tar-Renju Unit iżda qabel ma d-dokumenti relatati ma’ tilwima parallela oħra kienu saru aċċessibbli, jiġifierifil-perjodu bejn id-9 u l-14 ta’ Jannar 2013.

13.

Ħadt id-deċiżjoni tiegħi filwaqt li kkunsidrajt kemm id-dritt tal-partijiet għal smigħ xieraq u l-interess pubbliku fi proċedimenti effiċjenti. Fil-fehma tiegħi, id-dokumenti Matrix marbuta mal-litigazzjoni tar-Renju Unit kienu potenzjalment siewja għad-difiża tal-partijiet iżda mhux “kruċjali” kif iddikjaraw xi wħud. B’kuntrast, id-dokumenti Matrix marbuta ma’ litigazzjoni parallela ftit żiedu informazzjoni ma’ dik li diġa’ pprovdew id-dokumenti li oriġinaw mil-litigazzjoni tar-Renju Unit. Għaldaqstant, jiena kkonkludejt li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet kienu se jkunu mħarsa, jekk dawn kienu se jingħataw iċ-ċans li jaraw il-karti tat-tilwima tar-Renju Unit, qabel ma jwieġbu għad-DO. Ikkunsidrajt ukoll li d-DĠ Kompetizzjoni kien offra lill-partijiet l-opportunità biex jissupplimentaw it-tweġibiet tagħhom jekk xtaqu jagħmlu dan wara li ngħataw aċċess sħiħ għad-dokumenti Matrix. L-erba’ partijiet kollha ppreżentaw it-tweġibiet tagħhom fil-ħin u l-ebda waħda minnhom ma użat id-dritt li jissupplimentawhom fid-dawl tad-dokumenti Matrix li saru aċċessibbli biss wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien.

14.

Peress li l-ebda parti ma reġgħet ikkuntattjatni b’rabta mad-dokumenti Matrix jien inqis li din il-kwistjoni hija solvuta.

4.   Pretensjonijiet proċedurali mqajma fit-tweġibiet għad-DO.

15.

Alpharma, Arrow, GUK, Lundbeck u Merck qajmu ċerti pretensjonijiet proċedurali fit-tweġibiet tagħhom għad-DO, iżda għamlu hekk biss vis-à-vis id-DĠ Kompetizzjoni. B’rabta mad-drittijiet tad-difiża, Alpharma, GUK u Merck iddikjaraw li t-tul eċċessiv tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni kiser id-drittijiet ta’ difiża tagħhom (5). Fi kwalunkwe każ, huma argumentaw, li t-tul tal-proċediment kien twil wisq u l-Kummissjoni għandha tiġbed konsegwenzi xierqa minn dan il-fatt. Jien se nanalizza iż-żewġ partijiet tat-talba hawn taħt.

16.

L-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jipprovdi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jaġixxu fi żmien raġonevoli meta jwettqu proċeduri amministrattivi. Ir-raġonevolezza tat-tul tal-proċedimenti amministrattivi se tiġi vvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi individwali ta’ kull każ. B’mod partikolari, iridu jiġu eżaminati l-kuntest, l-istadji proċedurali varji segwiti mill-Kummissjoni, il-kondotta tal-partijiet matul il-proċedura, u l-kumplessità tagħha (6).

17.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għalija, la l-kuntest tal-kawża, il-kumplessità tagħha, il-passi proċedurali varji kif deskritt fid-DO u lanqas ċertament l-imġiba tal-partijiet ma jidhru li jiġġustifikaw it-tul konsiderevoli tal-proċedura ta’ 8 snin u 9 xhur li jibdew jgħoddu mid-data meta l-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni sad-data meta ntbagħtet id-DO.

18.

Anki jekk jitqies li huwa stabbilit li l-proċedura amministrattiva kienet irraġonevolment twil, il-Kummissjoni tista’ tiġi pprojbita biss milli timponi multi, jekk il-partijiet juru li n-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq il-proċedura amministrattiva fi żmien raġonevoli setgħet attwalment tikkomprometti jew taffettwa ħażin id-drittijiet tad-difiża tagħhom (7). Il-piż tal-prova huwa f’idejn il-partijiet li jridu jippreżentaw evidenza konvinċenti.

19.

Wara li kkunsidrajt l-evidenza sottomessa, ikkonkludejt li l-partijiet ma wrewx suffiċjentement fid-dritt li t-tul straordinarju tal-investigazzjoni kiser id-drittijiet tad-difiża tagħhom. B’reazzjoni b’mod partikolari għall-pretensjoni dettaljata ta’ Alpharma, ninnota li hija r-responsabbiltà tal-parti fl-ewwel lok li tiżgura li la ż-żmien u l-anqas il-bejgħ tan-negozju involut fl-allegat ksur ma jikkawżaw l-allegat diffikultà jew impossibiltà biex tiġi prodotta kull evidenza eżistenti li tiskaġuna. L-impriżi għandhom dmir ta’ diliġenza, skont il-ġurisprudenza, li jorbothom biex jassiguraw il-manutenzjoni xierqa ta’ rekords fil-kotba tagħhom jew fajls li jippermettu s-sejba tad-dettalji tal-attivitajiet tagħhom, sabiex jippreżentaw l-evidenza meħtieġa disponibbli f’każ ta’ proċedimenti legali jew amministrattivi. Dan id-dmir jgħodd anke meta n-negozju involut ikun ġie mibjugħ tul konsiderevoli ta’ żmien qabel ma tkun inbdiet l-investigazzjoni (8). Jeżisti obbligu simili fir-rigward tal-aċċess għal eks impjegati Barra minn hekk, jidher li Alpharma ma indikax bil-preċiżjoni meħtieġa mill-ġurisprudenza (9), in-natura u l-ambitu ta’ informazzjoni li tiskaġuna li allegatament ġiet mitlufa minħabba l-mogħdija taż-żmien.

20.

Il-konklużjoni tiegħi li d-drittijiet tal-partijiet ta’ difiża ma nkisrux ma tfissirx li t-tul konsiderevoli tal-istadju tal-investigazzjoni ma ħalla l-ebda konsegwenza. Fid-dawl tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u skont il-ġurisprudenza (10), nikkunsidra li l-ewwel fażi tal-proċedura amministrattiva kien twil b’mod mhux raġonevoli. Dan għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tal-multa.

5.   Aċċess għat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra

21.

Id-DĠ Kompetizzjoni ta l-aċċess għal kopji tal-verżjoni mhux konfidenzjali tat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra għad-DO lill-partijiet kollha. Il-partijiet ngħataw l-opportunità li jippreżentaw kummenti bil-miktub qabel is-Seduta Verbali. Alpharma, Lundbeck u Ranbaxy għamlu sottomissjonijiet supplimentari qabel is-Seduta Orali, filwaqt li A.L. Industrier għamlet dan wara.

III.   PROĊEDURA VERBALI

22.

Il-partijiet fil-proċedimenti kollha, għajr għal Resolution Chemicals, eżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu f’Seduta Verbali, li seħħet fl-14 u l-15 ta’ Marzu 2013.

IV.   PROĊEDURA WARA S-SEDUTA VERBALI

1.   Ittra tal-Fatti

23.

Fit-12 ta’ April 2013 il-Kummissjoni bagħtet Ittra tal-Fatti (“IF”) lil Alpharma, Arrow, GUK, Lundbeck u Ranbaxy. Intbagħtet IF oħra lill-eks kumpanija prinċipali ta’ GUK, Merck u lill-eks kumpanija azzjonarja ta’ Alpharma, A.L. Industrier fis-6 ta’ Mejju 2013. Il-partijiet kollha ngħataw għaxart ijiem kalendarji biex iwieġbu.

2.   Estensjoni tal-limitu ta’ żmien

24.

Wara l-wasla tal-IF, Alpharma, Arrow, GUK u Lundbeck ressqu talba l-ewwel lid-DĠ tal-Kompetizzjoni u, wara li t-talba tagħhom ġiet irrifjutata, quddiemi biex inġedded il-limitu ta’ żmien għat-tweġiba tagħhom għall-IF.

25.

GUK talbet li nissospendi l-iskadenza għat-tweġiba tagħha għall-IF sakemm inkun ħadt deċiżjoni dwar it-talbiet tagħhom li l-Kummissjoni kien imissha ħarġet Dikjarazzjoni Supplimentari ta’ Oġġezzjonijiet (“DSO”) fir-rigward ta’ ċerti provi mressqa f’LF u LF ġdid li tiċċara l-użu maħsub ta’ ċerti provi (ara t-Taqsima IV. 4 ta’ hawn taħt).

26.

Nosserva li filwaqt li taħt it-Termini ta’ Referenza nista’ neżamina mill-ġdid it-talbiet sottomessi minn GUK tabilħaqq mill-partijiet l-oħra, ma hemmx bażi għalija biex nagħti deċiżjoni fuq il-kwistjoni. Dan jimplika wkoll li ma nistax nissospendi l-limitu ta’ żmien.

27.

L-erba’ partijiet kollha kisbu estensjonijiet ta’ tul li jvarja skont iċ-ċirkostanzi individwali tagħhom. Il-partijiet kollha ppreżentaw tweġibiet fl-iskadenzi rispettivi.

3.   Aċċess għat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra

28.

Id-DĠ Kompetizzjoni ta lill-partijiet kollha l-aċċess għal kopji tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra għall-IF u ppermettielhom ukoll li jikkummentaw fuqhom. Lundbeck biss ippreżentat xi kummenti.

4.   Pretensjonijiet proċedurali fir-rigward tal-Ittra tal-Fatti

29.

Arrow, GUK u Lundbeck qajmu żewġ pretensjonijiet proċedurali fir-rigward tal-IF. Wara li d-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta dawn l-ilmenti l-partijiet irreferew il-kwistjonijiet lili biex nirrevedihom.

Id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet supplimentari meħtieġa?

30.

L-ewwel nett, b’rabta ma’ total ta’ 10 punti minn 62 tal-IF, it-tliet partijiet argumentaw li l-evidenza l-ġdida u l-użu maħsub, kif indikat mill-Kummissjoni, marru lil hinn minn sempliċement jikkorroboraw l-oġġezzjonijiet tad-DO. Anzi, iddikjaraw li b’dawk il-punti l-Kummissjoni kienet qiegħda sostanzjalment tirriformula l-oġġezzjonijiet, tintroduċi oġġezzjonijiet addizzjonali jew timmodifika n-natura intrinsika tal-ksur. Il-partijiet għalhekk staqsew jekk tali evidenza tistax tkun ikkomunikata b’mod IF u jekk kinitx teħtieġ il-ħruġ tad-DSO, jekk il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tibbaża ruħha fuqha.

31.

DSO hija meħtieġa meta l-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet ulterjuri jew tbiddel in-natura intrinsika tal-oġġezzjonijiet (11), filwaqt li hija biżżejjed l-LF meta tintroduċi provi ġodda meqjusa meħtieġa biex jappoġġjaw l-oġġezzjonijiet li diġà qegħdin fl-DO (12). Il-format tal-aħħar huwa kompatibbli bis-sħiħ mad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari meta tkun applikata sabiex tiċħad l-argumenti miġjuba mill-partijiet matul il-proċedura amministrattiva (13).

32.

Wara li ġew analizzati l-10 punti tal-IF li għalihom il-partijiet argumentaw li l-DSO kienet meħtieġa, ma nistax insib li dawn il-punti jqajmu oġġezzjonijiet addizzjonali jew jimmodifikaw in-natura tal-oġġezzjonijiet eżistenti. Dawn il-punti, bħal punti oħra tal-IF, fil-parti l-kbira jiddaħħlu wara reazzjoni għall-osservazzjonijiet tal-partijiet għad-DO. Kunċettwalment, jista’ jkun li xi wħud mill-pretensjonijiet ġew imqanqla minħabba indikazzjoni fqira tal-użu intiż tal-evidenza l-ġdida (ara aktar ‘l isfel). Fi kwalunkwe każ, l-introduzzjoni ta’ provi ġodda inkriminanti, anki jekk parzjalment ta’ tip differenti mill-provi diġà introdotti, ma kinitx teħtieġ DSO. Għaldaqstant, jiena nikkonkludi li d-drittijiet ta’ difiża tal-partijiet ma nkisrux bl-introduzzjoni tal-10 punti li lmentaw dwarhom permezz ta’ IF.

L-Ittra tal-Fatti mhux ċara?

33.

It-tieni nett, b’rabta ma’ total ta’ 23 punt minn 62 tal-IF, it-tliet partijiet allegaw li l-IF mhijiex ċara, hija ambigwa u taqta’ wisq fil-qasir fir-rigward tal-użu li l-Kummissjoni beħsiebha tagħmel mill-evidenza l-ġdida. Tali punti jikkoinċidu parzjalment mal-10 punti li dwarhom il-partijiet jitolbu għal ħruġ ta’ DSO.

34.

B’mod partikolari, il-partijiet argumentaw li r-rabta bejn l-evidenza u l-oġġezzjonijiet stabbilita fid-DO mhix ċara. Huma sostnew li l-allegat nuqqas ta’ ċarezza seta’ jxekkel l-abbiltà tagħhom li jiddefendu lilhom infushom.

35.

Sabiex id-destinatarji tagħha jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv dwar evidenza ġdida, IF trid tinvoka l-paragrafu tad-DO li jikkonċernah u tispjega r-rilevanza tal-evidenza l-ġdida għall-oġġezzjonijiet diġà kkomunikati (14).

36.

Filwaqt li jien naqbel li fi ftit każijiet il-Kummissjoni setgħet spjegat aħjar l-użu li kienet beħsiebha tagħmel mill-evidenza l-ġdida, jien ma nikkunsidrax li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet ġew affettwati.

37.

L-ewwel nett, għal kull biċċa evidenza ġdida l-IF dejjem tirreferi għall-paragrafu jew it-taqsima tad-DO u tindika kif il-Kummissjoni beħsiebha tużaha, ħlief f’każ wieħed.

38.

It-tieni nett, f’każ wieħed fejn l-IF ma tirreferix għal paragrafu tad-DO kif ukoll f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn l-użu intiż tal-evidenza l-ġdida ġie allegat li ma kienx ċar, huwa possibbli li jiġi dedott raġonevolment mill-kontenut ta’ kemm IF u d-DO r-rilevanza ta’ evidenza ġdida għal oġġezzjoni partikolari (15).

39.

Din il-konklużjoni hija kkonfermata mit-tweġibiet tal-partijiet għall-IF. Dawn juru li l-partijiet kienu kapaċi jifhmu, jew almenu, jiddeduċu raġonevolment għal kull wieħed mit-23 punt is-sinifikanza tal-evidenza l-ġdida għall-oġġezzjonijiet miġjuba kontrihom. F’dan ir-rigward, jiena ninnota li fejn parti waħda ma tweġibx għal punt allegatament mhux ċar, dak l-istess punt ġie indirizzat minn tal-inqas parti oħra u dik il-parti identifikat sew ir-rabta bejn l-evidenza l-ġdida u l-oġġezzjonijiet li tirreferi għaliha.

40.

Fejn f’każ wieħed parti twieġeb billi tirreferi għal oġġezzjoni differenti minn dik ta’ parti oħra, dan probabbilment jinvolvi raġunijiet oħra għajr l-allegat nuqqas ta’ ċarezza tal-IF.

41.

Għaldaqstant, jiena nikkonludi li l-punti kkritikati fl-IF ma affettwawx l-abbiltà tal-partijiet li jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom ta’ difiża u li n-nuqqas allegat ma influwenzax ir-riżultat tal-proċedura.

5.   Pretensjonijet proċedurali fir-rigward tal-Ittra tal-Fatti

Lundbeck

42.

Fit-22 ta’ Mejju 2013, madwar xahar wara t-tweġiba tagħha għall-IF, Lundbeck indirizzatli sottomissjoni oħra li tiddikjara li l-IF kienet xekklet id-drittijiet ta’ difiża u proċess dovuti ta’ Lundbeck. Filwaqt li s-sottomissjoni kienet ittenni bosta mill-argumenti indirizzati diġà hawn fuq, Lundbeck qajmet ukoll żewġ pretensjonijiet ġodda (16).

43.

L-ewwel nett, Lundbeck sostniet li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li twettaq il-proċeduri b’mod imparzjali u oġġettiv. Il-Kummissjoni se tinjora l-evidenza li tikkonferma il-fehmiet ta’ Lundbeck u dawk ġeneriċi u tikkunsidra b’valur nominali l-evidenza li jidher li tgħin il-każ tagħha b’mod tanġenzjali. Allegatament, l-IF terġa’ turi b’mod ovvju li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa l-provi fil-fajl b’mod preċiż, oġġettiv u mhux imxekkel, li hija naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-korp sħiħ ta’ evidenza rilevanti, inklużi l-osservazzjonijiet Lundbeck, u li hija ma eskludietx evidenza ikkontestata jew insuffiċjenti.

44.

Wara reviżjoni bir-reqqa tal-argumenti mingħajr preġudizzju dwar il-mertu tal-punti sostantivi imressqa minn Lundbeck, jidhirli li l-pretensjoni tal-parti mhix fondata. Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi d-dover li teżamina bir-reqqa u b’imparzjalità l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali (17). Madankollu, meta l-Kummissjoni ma ssegwix l-argumenti miġjuba minn xi parti dan ma jkunx indikazzjoni ta’ preġudizzju. Lanqas ma l-interpretazzjoni persistentement differenti tal-evidenza rilevanti ssarraf fi preġudizzju. Barra minn hekk, l-IF sempliċement tippreżenta fatti ġodda. Ma tiddiskutix l-argumenti jew tevalwa l-evidenza miġjuba mill-partijiet bi tweġiba għad-DO. Dan irid isir fid-deċiżjoni finali motivata bis-sħiħ. Għaldaqstant, jidher li mhuwiex xieraq li wieħed jivvaluta l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċedimenti tal-Kummissjoni fuq din il-bażi. Barra minn hekk, anke li kieku d-DO u d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni fis-Seduta Verbali ġew ikkunsidrati, xorta waħda ma nqisx l-argument ta’ Lundbeck ġust.

45.

It-tieni nett, Lundbeck allegat li l-Artikolu 6(3)(d) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ġie miksur minħabba li IF kienet ibbażata fuq informazzjoni minn parti terza b’mod partikolari, li ma kinitx parti fil-proċedimenti, mingħajr ma’ ingħatat il-possibbiltà li tagħmel mistoqsijiet lil din il-parti terza u l-veraċità tad-dikjarazzjonijiet tagħha.

46.

Jiena wkoll inqis dan l-argument bħala bla bażi. Fil-proċedura amministrattiva l-Kummissjoni mhix obbligata li tipprovdi lill-partijiet bl-opportunità għal kontroeżami tad-dikjarazzjonijiet tal-partijiet terzi vis-à-vis il-Kummissjoni. Id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet huma rispettati jekk id-dikjarazzjonijiet użati mill-Kummissjoni jkunu rreġistrati fil-fajl, ikunu disponibbli għalihom u wara deċiżjoni finali jkunu jistgħu jiġu sfidati quddiem il-ġudikatura tal-Unjoni Ewropea (18). Dan qatt ma kien il-każ hawnhekk. Lundbeck ngħatat l-aċċess għad-dikjarazzjoni inkwistjoni qabel is-Seduta Verbali u setgħet tikkummenta dwarha.

47.

Ta’ min jinnota wkoll li Lundbeck qajmet din il-kwistjoni fi stadju tassew avvanzat tal-proċedimenti. Jekk Lundbeck ħasbet li kienet rilevanti għad-difiża tagħha li tisma’ lill-persuna terza matul il-proċediment amministrattiv hija setgħet issuġġeriet lill-Kummissjoni biex tistieden lill-parti terza għas-Seduta Orali jew li torganizza laqgħa trijangulari kif indikat fl-Aħjar Prattiki (19). Skont l-informazzjoni li għandi disponibbli, Lundbeck ma ssuġġeriet xejn minn dan.

48.

Abbażi ta’ dan, jiena nikkonkludi li d-drittijiet tad-difiża ta’ Lundbeck ma nkisrux.

Alpharma

49.

Fit-3 ta’ Ġunju 2013, ħames ġimgħat wara t-tweġiba tagħha għall-IF, irċevejt ittra minn Alpharma li qajmet tliet kwistjonijiet ewlenin (20).

50.

L-ewwel nett, il-parti argumentat li huwa probabbli li l-Kummissjoni se temenda sostanzjalment fid-deċiżjoni finali tagħha s-sejbiet dwar Alpharma f’mill-inqas tliet lati, jiġifieri, il-kompetizzjoni potenzjali, il-valur trasferit u l-kuntest ġuridiku u ekonomiku. Alpharma saqsiet lill-Kummissjoni biex tagħtiha l-opportunità tikkummenta fuq is-sejbiet riveduti qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni finali.

51.

Jiena analizzajt bir-reqqa l-abbozz tad-Deċiżjoni fid-dawl tal-pretensjoni ta’ Alpharma u t-tliet eżempji pprovduti. Ma rnexxilix insib li l-abbozz tad-Deċiżjoni jaltera l-oġġezzjonijiet jew jintroduċi evidenza ġdida li fuqha l-parti ma ngħatatx il-possibilità li tagħmel osservazzjonijiet sew jekk qabel il-komunikazzjoni tad-DO, jew sussegwentement, tal-IF. Għaldaqstant, ir-rifjut tad-DĠ Kompetizzjoni tat-talba ta’ Alpharma ma jiksirx id-dritt tal-parti li tinstema’.

52.

It-tieni nett, Alpharma sostniet illi d-DO m’għadiex korretta fir-rigward ta’ ħames sejbiet preliminari dwar Alpharma: il-kuntest ġuridiku u ekonomiku, ir-rabta bejn il-ħlas u r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess, l-ammont tal-valur trasferit, il-kompetizzjoni potenzjali u l-iskop tal-ftehim ta’ riżoluzzjoni. Id-DO hija allegatament ibbażata fuq suppożizzjonijiet fattwali fir-rigward ta’ dawn il-ħames sejbiet li sussegwentement kienu inkorretti. Skont Alpharma, dawn in-nuqqasijiet ma ġewx korretti mil-LF. Id-dokument pjuttost jintroduċi fatti ġodda li joħolqu kunflitt ma’ dawk stipulati fid-DO. Minħabba din is-sensiela ta’ fatti u allegazzjonijiet kontradittorji u konfondenti, Alpharma tiddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tispjega liema fatti hija temmen li huma korretti, u b’hekk għamlitha diffiċli għal Alpharma li tifhem fuq liema evidenza l-Kummissjoni kien beħsiebha sserraħ u x’allegazzjonijiet qiegħda tagħmel kontriha. F’tali ċirkostanza, hija tallega li huwa impossibbli għal Alpharma li tiddefendi lilha nnifisha sew. Fuq din il-bażi, Alpharma talbitni biex nirrakkomanda lill-Kummissjoni biex toħroġ DSO jew tipprovdi kjarifika li tistabbilixxi b’mod ċar l-oġġezzjonijiet kontriha u l-fatti li jappoġġjaw dawn l-oġġezzjonijiet qabel ma tadotta d-deċiżjoni finali.

53.

Jiena eżaminajt mill-ġdid u fil-fond din il-kwistjoni proċedurali, iżda ħallejt barra l-allegazzjonijiet sostantivi miġjuba minn Alpharma. Madankollu, ma nistax nqis li t-talba tagħha hija fundata.

54.

Il-parti diġà rċeviet risposta fuq il-kwistjoni dwar liema fatti l-Kummissjoni tqis korretti. Wara li qajmet l-istess kwistjoni mad-DĠ Kompetizzjoni, Alpharma rċeviet risposta li l-Kummissjoni temmen li l-fatti l-ġodda fl-IF huma korretti. Ta’ min jinnota wkoll li f’dan ir-rigward biċċa kbira sew tal-fatti l-ġodda introdotti fl-IF li jikkonċernaw lil Alpharma ġew provduti mill-parti stess wara l-ħruġ tad-DO, minkejja li d-DĠ Kompetizzjoni kien diġà bagħat talba għall-informazzjoni f’Marzu 2011.

55.

Barra minn hekk, l-IF riċevuta mill-parti tindika għal kull fatt ġdid għal liema parti tad-DO tirrigwarda u r-rilevanza tiegħu għall-oġġezzjoni. Għaldaqstant, Alpharma tpoġġiet f’pożizzjoni li tikkummenta fuq l-evidenza l-ġdida u s-sinifikanza tagħha għall-oġġezzjonijiet. Kuntrarjament għal dak li jidher li tissuġġerixxi Alpharma, m’hemm l-ebda obbligu fuq il-Kummissjoni li tindika f’nota LF jew DSO liema mill-fatti, inizjalment miġjuba fid-DO, hija temmen li m’għadhomx korretti fid-dawl tal-evidenza sussegwentement misjuba. Il-Kummissjoni lanqas m’għandha l-obbligu li tipprovdi valutazzjoni ġuridika tal-fatti l-ġodda. Kif diġà ġie indikat aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni hija biss obbligata li toħroġ l-DSO meta trid tbiddel l-oġġezzjonijiet eżistenti. Għaldaqstant, jien tal-fehma li ma kienx hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Alpharma.

56.

Fl-aħħar nett, it-Termini ta’ Referenza ma jagħtux is-setgħa lill-Uffiċjal tas-Smigħ biex formalment jirrakkomanda lill-Kummissjoni l-kjarifika ta’ ċerti oġġezzjonijiet, jew l-interpretazzjoni tagħha ta’ ċerti fatti li jappoġġjaw tali oġġezzjoni, għall-benefiċċju ta’ parti bħalma jidher li qed tassumi Alpharma.

57.

It-tielet nett, anki jekk biss fir-rigward ta’ punt wieħed, Alpharma iddikjarat ukoll li l-IF ma tispjegax sew l-użu li l-Kummissjoni beħsiebha tagħmel tal-fatti ġodda. Ma nistax insib li d-drittijiet tad-difiża ġew miksura u nirreferi għall-analiżi tiegħi ta’ pretensjonijiet simili magħmula minn partijiet oħra għal dan il-proċediment fit-Taqsima IV. 4 msemmi hawn fuq. Fi kwalunkwe każ, it-tweġiba ta’ Alpharma għall-IF tixhed li l-parti setgħet tifhem l-IF.

58.

Alpharma fl-aħħar nett semmiet it-tul eċċessiv tal-proċedura amministrattiva. F’din il-kwistjoni, jiena nirreferi għall-analiżi tiegħi ta’ pretensjonijiet simili fit-Taqsima II. 4. hawn fuq.

V.   L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI

59.

Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-Deċiżjoni jirrelata biss mal-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

60.

Kollox ma’ kollox, jiena nikkonkludi li l-parteċipanti kollha kienu kapaċi jeżerċitaw effettivament id-drittijiet proċedurali f’dan il-każ.

Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29). (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  http://ec.europa.eu/competition/sectors/pharmaceuticals/inquiry/

(3)  H. Lundbeck A/S u Lundbeck Limited, Xellia Pharmaceuticals ApS u Alpharma LLC (issa msejħa Zoetis Products LLC) (“Alpharma”), A.L. Industrier AS, Arrow Generics Limited u Arrow Group ApS (“Arrow”), Resolution Chemicals Limited, Generics [UK] Limited, Merck KGaA, u Ranbaxy (UK) Limited u Ranbaxy Laboratories Limited (“Ranbaxy”).

(4)  Fl-opinjoni tiegħi s-sitwazzjoni f’dan il-każ kienet simili għas-sitwazzjoni deskritta fil-Premessa 15 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kienet tiġġustifika deċiżjoni ta’ sospensjoni simili.

(5)  Alpharma qajmet dan il-punt għal darb’ oħra miegħi f’ittra sottomessa fit-3 ta’ Ġunju 2013.

(6)  Kawża T-228/97 Irish Sugar v Commission [1999] Ġabra II-02969, paragrafu 278.

(7)  Il-Kawża T-99/04 AC-Treuhand AG v Commission, [2008] Ġabra II-1501, paragrafu 58.

(8)  Il-Kawża T-587/08 Fresh del Monte Produce Inc. v Commission, [2013] li għadha mhux rappurtata, paragrafi 683 u 684.

(9)  Il-Kawża C-105/04 P Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied v Commission (FEG) [2006] Ġabra I-08725, paragrafi 56 sa 60.

(10)  Il-Kawża T-240/07 Heineken Nederland BV and Heineken NV v Commission, [2011] Ġabra II-03355, paragrafi 290 u 291.

(11)  Ara l-Kawża T-111/08 MasterCard Inc. and others v Commission [2012] li għadha mhux rappurtata, paragrafu 268.

(12)  Ara l-Kawża T-23/99, LR AF 1998 A/S, formerly Løgstør Rør A/S v Commission [2002] Ġabra II-1705, paragrafi 190 u 193; Ara wkoll il-Kawżi Konġunti T-236/01, T-239/01, T-244/01 sa T-246/01, T-251/01 u T-252/01, Tokai Carbon and Others v Commission [2004] Ġabra II-1181, paragrafu 45; u l-Kawża T-340/03 France Télécom SA v Commission [2007] Ġabra II-107, paragrafu 30.

(13)  MasterCard Inc. and others v Commission, ikkwotata aktar ‘il fuq, paragrafu 273.

(14)  LR AF 1998 A/S, imsemmija hawn fuq, paragrafu 191; Ara wkoll il-Kawża T-353/06 Vermeer Infrastructuur BV v Commission, [2012] li għadha mhux rappurtata, paragrafu 182.

(15)  Is-sitwazzjoni hawnhekk, fejn ir-rabta bejn IF u d-DO mhux faċli tiftiehem, fil-fehma tiegħi hija simili għas-sitwazzjoni li kienet ikkonfrontata biha l-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-11/89 Shell v Commission [1992] Ġabra 11-757, paragrafi 56 u 62; Ara wkoll il-Kawżi Konġunti T-191/98 u T-212/98 sa T-214/98, Atlantic Container Line AB and others v Commission, [2003] Ġabra II-03275, paragrafu 162; u l-Kawża T-13/89 ICI v Commission [1992] Ġabra II-1021, paragrafu 35. Għaldaqstant, it-test applikat għal din is-sitwazzjoni tal-aħħar għandu jgħodd ukoll hawnhekk.

(16)  Peress li Lundbeck ippreżentat l-ilment dettaljat fi stadju tassew avvanzat tal-proċediment, nista’ biss nittrattah fil-qosor.

(17)  Il-Kawża T-31/99 ABB Asea Brown Boveri v Commission [2002] Ġabra II-1881, paragrafu 99.

(18)  Il-Kawża T-439/07 Coats Holdings Ltd. v Commission, [2012] li għadha mhux rappurtata, paragrafi 174 u 175.

(19)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Aħjar Prattiki għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (ĠU C 308, 20.10.2011, p. 6), il-paragrafi 68 u 69.

(20)  Peress li Alpharma rreferietli għadd ta’ kwistjonijiet u ppreżentatli lment komprensiv u dettaljat ħafna fi stadju tassew avvanzat tal-proċediment, nista’ biss nittrattah fil-qosor.


7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/13


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Ġunju 2013

Li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Il-Kawża AT.39226 — Lundbeck)

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 3803 finali)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(2015/C 80/07)

Fid-19 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Din id-deċiżjoni ikkonċernat sitt ftehimiet li kienu qed jitħaddmu fis-snin 2002 u 2003 bejn l-impriża farmaċewtika oriġinatriċi Daniża Lundbeck fuq naħa waħda u kull waħda mill-erba’ impriżi farmaċewtiċi li jipproduċu mediċinali ġeneriċi fuq in-naħa l-oħra. L-impriżi farmaċewtiċi ġeneriċi kkonċernati minn din id-Deċiżjoni kienu:

—   Merck KGaA (Generics [UK]): żewġ ftehimiet ma’ Lundbeck, wieħed rigward ir-Renju Unit (mill-24 ta’ Jannar 2002 sal-1 ta’ Novembru 2003), wieħed rigward iż-ŻEE li jeskludi lir-Renju Unit (mit-22 ta’ Ottubru 2002 sat-22 ta’ Ottubru 2003),

—   Arrow: żewġ ftehimiet ma’ Lundbeck, wieħed rigward ir-Renju Unit (mill-24 ta’ Jannar 2002 sal-20 ta’ Ottubru 2003), wieħed rigward id-Danimarka (mit-3 ta’ Ġunju 2002 sal-1 ta’ April 2003),

—   Alpharma: ftehim wieħed ma’ Lundbeck rigward iż-ŻEE (mit-22 ta’ Frar 2002 sat-30 ta’ Ġunju 2003), kif ukoll

—   Ranbaxy: ftehim wieħed ma’ Lundbeck rigward iż-ŻEE (mis-16 ta’ Ġunju 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2003).

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-ftehimiet bejn Lundbeck u kull waħda mill-impriżi ġeneriċi kkonċernati kieu jikkostitwixxu erba’ każijiet ta’ ksur.

(2)

Il-prodott ikkonċernat bil-ksur kien l-antidepressiv citalopram, kemm jekk fil-forma ta’ ingredjent farmaċewtiku attiv (“active pharmaceutical ingredient” — API) jew fil-forma ta’ prodott mediċinali.

(3)

Fil-mument li l-ftehimiet ġew konklużi, il-privattivi ta’ Lundbeck kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta dwar il-kompost tas-citalopram kif ukoll iż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni kienu skadew. Lundbeck għad għandha numru ta’ privattivi ta’ pproċessar, li jagħtu lil Lundbeck drittijiet ta’ esklussività fuq ċerti metodi ġodda tal-produzzjoni tas-citalopram, iżda mhux kollha, sal-punt li fih jinstab li dawn il-privattivi jkunu validi u miksura. Iżda kull impriża li tuża jew il-proċessi ta’ produzzjoni oriġinali jew kwalunkwe proċess ta’ produzzjoni mhux kopert minn privattivi validi ta’ pproċessar ta’ Lundbeck tista’ fil-prinċipju tidħol liberament fis-swieq taż-ŻEE bis-citalopram ġeneriku, sakemm il-prodott u l-proċess tal-produzzjoni tiegħu jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolamentari li jkunu applikabbli fiż-ŻEE f’dak iż-żmien.

(4)

Il-ftehimiet ġew konklużi fil-kuntest ta’ mill-anqas tilwima potenzjali (2) dwar il-privattivi bejn Lundbeck u l-impriża ġenerika kkonċernata fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni (intenzjonata) mill-impriża ġenerika tal-API jew tal-prodott mediċinali tas-citalopram fiż-żona ġeografika kkonċernata mill-ftehim. Qabel il-ftehimiet ikkonċernati, Lundbeck kienet normalment tallega li jkun sar ksur ta’ waħda mill-privattivi tal-proċess tagħha, jew ta’ aktar minn waħda, u l-impriża ġenerika kkonċernata normalment kienet tallega li ma kinitx kisret il-privattiva jew li l-privattiva li Lundbeck kienet qed tinvoka kienet tkun invalida. Kull wieħed minn dawn il-ftehimiet ġie konkluż qabel ma ngħatat deċiżjoni tal-qorti bejn il-partijiet ikkonċernati, anke permezz ta’ miżuri temporanji, u kollha ħlief wieħed (il-ftehim ta’ Lundbeck ma’ Alpharma fir-rigward taż-ŻEE) kienu ġew konklużi qabel ma bdiet kwalunkwe litigazzjoni.

(5)

Ir-riżoluzzjonijiet dwar it-tilwim dwar privattivi, fil-prinċipju, huma mod leġittimu, aċċettat b’mod ġenerali, ta’ kif jinġieb fi tmiemu t-tilwim dwar privattivi. Dawn jistgħu wkoll jiffrankaw il-ħin u l-isforzi tal-qrati jew tal-korpi amministrattivi kompetenti, bħall-uffiċċji tal-privattivi u jistgħu għalhekk ikunu fl-interess pubbliku.

(6)

Dak li huwa importanti mill-perspettiva tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huwa li l-ftehimiet kienu kkaratterizzati mill-fatt li jkun fihom trasferiment tal-valur minn Lundbeck lejn kompetitur ġeneriku potenzjali jew reali, ħaġa li tkun marbuta mal-qbil ta’ dan l-aħħar li ma jikkummerċjalizzax is-citalopram ġeneriku fiż-żona ġeografika kkonċernata għat-tul ta’ żmien tal-ftehim. Il-valur li Lundbeck tkun ittrasferiet jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-fatturat jew tal-qligħ li l-impriża ġenerika kienet tistenna li jkollha li kieku daħlet fis-suq b’suċċess. Il-ftehimiet inkwistjoni ma rriżolvew l-ebda tilwim dwar il-privattivi; pjuttost ipposponew il-kwistjonijiet imqajma minn dħul potenzjali tal-ġeneriċi fis-suq. Ġie stabbilit ukoll li l-ftehimiet ma kien fihom l-ebda impenn minn Lundbeck biex joqogħdu lura minn proċedimenti ta’ ksur jekk l-impriża ġenerika tkun daħlet fis-suq bis-citalopram ġeneriku wara li jkun skada l-ftehim. Fl-aħħar nett, il-ftehimiet ikkonċernati kisbu riżultati għal Lundbeck li Lundbeck ma kinitx tikseb kieku kellha tinforza l-privattivi tal-proċessi tagħha quddiem il-qrati nazzjonali: Il-ftehimiet inkwistjoni żammew lill-kumpanija ġenerika kkonċernata milli tbigħ citalopram ġeneriku, irrispettivament minn jekk is-citalopram ikunx magħmul bi skur tal-privattivi tal-proċess ta’ Lundbeck jew le.

2.   PROĊEDURA

(7)

Il-Kummissjoni saret taf għall-ewwel darba bil-ftehimiet inkwistjoni f’Ottubru 2003 permezz ta’ informazzjoni mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Daniża. Bejn Diċembru 2003 u Ottubru 2005, il-Kummissjoni ġabret aktar informazzjoni. F’Ottubru 2005, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fil-bini ta’, fost oħrajn, H. Lundbeck A/S. Fl-2006 intbagħtu talbiet għall-informazzjoni lil għadd ta’ partijiet. It-tweġibiet għal dawn it-talbiet għal informazzjoni ġew eżaminati fl-2007.

(8)

F’Jannar 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi inkjesta wiesgħa fis-settur farmaċewtiku skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Ir-rapport finali tal-inkjesta settorjali ġie ppubblikat fit-8 ta’ Lulju 2009.

(9)

F’Diċembru 2009, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet oħra. Fis-7 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti formali kontra Lundbeck. Fl-2010 u l-ewwel nofs tal-2011, waqt it-tħejjija ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni bagħtet numru konsiderevoli ta’ talbiet għal informazzjoni lil Lundbeck, lill-kumpaniji ġeneriċi li magħhom kienu ġew konklużi l-ftehimiet ikkonċernati, il-kumpanniji prinċipali tagħhom u lil partijiet terzi. Fl-24 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti kontra l-kumpaniji ġeneriċi li kkonkludew il-ftehimiet ikkonċernati ma’ Lundbeck u ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet lil Lundbeck u lil dawk il-kumpaniji ġeneriċi.

(10)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjonijiet favorevoli dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni fil-5 ta’ Ġunju 2013 u s-17 ta’ Ġunju 2013. L-Uffiċjal tas-Seduta ppreżenta r-rapport finali tiegħu fis-17 ta’ Ġunju 2013.

3.   SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI LEGALI TAL-KUMMISSJONI

(11)

Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li ftehimiet dwar riżoluzzjonijiet tal-privattivi, bħal kwalunkwe ftehim ieħor, huma soġġetti għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

(12)

Anki jekk ir-restrizzjonijiet inklużi fi ftehim ta’ rizoluzzjoni ta’ privattiva jibqgħu fl-ambitu tal-privattiva, dak il-ftehim jista’, taħt ċerti ċirkostanzi, jkollu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra l-liġi tal-kompetizzjoni.

(13)

Sabiex tidentifika jekk kull ftehim kopert mid-deċiżjoni ikollux il-potenzjal li jirrestrinġi l-kompetizzjoni min-natura tiegħu stess, il-Kummissjoni analizzat il-fatti speċifiċi tal-każ relatat ma’ kull ftehim biex tiddetermina jekk:

l-impriża ġenerika u l-impriża oriġinatriċi kinux tal-inqas kompetituri potenzjali,

l-impriża ġenerika ikkomettietx lilha nfisha fil-ftehim biex tirrestrinġi, għat-tul ta’ żmien tal-ftehim, l-isforzi indipendenti tagħha biex tidħol f’suq taż-ŻEE wieħed jew f’aktar bi prodott ġeneriku, kif ukoll

il-ftehim kienx relatat ma’ trasferiment ta’ valur mill-impriża oriġinatriċi li jnaqqas b’mod sostanzjali l-inċentivi tal-impriża ġenerika li indipendentement tkompli bl-isforzi tagħha biex tidħol f’suq taż-ŻEE wieħed, jew aktar, bi prodott ġeneriku.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ħadet f’kunsiderazzjoni l-kuntest ekonomiku u ġuridiku li wassal biex jiġi konkluż il-ftehim, il-kontenut u l-objettivi reali tal-ftehim, u l-intenzjonijiet suġġettivi ta’ kull parti, kif jirriżulta mill-fatti tal-każ.

(14)

Fil-każ preżenti, ittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll fatturi importanti oħra, jiġifieri: l-fatt li l-valur li Lundbeck ittrasferiet jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-fatturat jew il-qligħ li l-impriża ġenerika kienet tistenna li jkollha kieku daħlet b’suċċess fis-suq; il-fatt li Lundbeck ma setgħetxtikseb ir-restrizzjonijiet fuq id-dħul permezz tal-infurzar tal-privattivi tal-proċess tagħhom, peress li l-obbligi tal-impriża ġenerika fil-ftehim imorru lil hinn mid-drittijiet mogħtija lid-detenturi tal-privattivi tal-proċess; kif ukoll il-fatt li l-ftehim ma kien fih l-ebda impenn minn Lundbeck biex joqogħdu lura minn proċedimenti ta’ ksur jekk l-impriża ġenerika tkun daħlet fis-suq b’citalopram ġeneriku wara li jkun skada l-ftehim.

(15)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-argumenti tal-partijiet dwar l-eżistenza ta’ ġustifikazzjonijiet għall-ftehimiet skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u sabet li l-kundizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni ma ġewx issodisfati. L-effiċjenzi allegati għall-partijiet kellhom x’jaqsmu, pereżempju, mal-evitar ta’ kosti tal-litigazzjonijiet u mat-titjib tad-distribuzzjoni tal-prodotti ta’ Lundbeck stess permezz ta’ ftehimiet ta’ distribuzzjoni ma’ tnejn mill-impriżi ġeneriċi. Il-partijiet madankollu ma ssostanzjawx biżżejjed il-gwadanji fl-effiċjenza allegati, b’mod partikolari, biex juru li r-restrizzjonijiet fuq l-impriżi ġeneriċi li kienu imposti mill-ftehim kienu meħtieġa għall-kisba ta’ xi żieda bħal din fl-effiċjenza. Il-partijiet lanqas ma taw prova li kwalunkwe kisbiet fl-effiċjenza bħal dawn jegħlbu l-iżvantaġġi għall-konsumaturi tar-restrizzjonijiet fil-ftehimiet.

(16)

Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li s-sitt ftehimiet koperti mid-deċiżjoni kienu jikkostitwixxu restrizzjonijiet intenzjonati għall-kompetizzjoni, li jammontaw għal erba’ każijiet separati ta’ ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

4.   DESTINATARJI

(17)

Il-kumpaniji li ġejjin kienu destinatarji tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni:

Lundbeck Limited

H. Lundbeck A/S

Generics (UK) Limited

Merck KGaA

Arrow Generics Limited

Arrow Group ApS

Resolution Chemicals Limited

Xellia Pharmaceuticals ApS

Zoetis Products LLC

A.L. Industrier AS

Ranbaxy (U.K) Limited

Ranbaxy Laboratories Limited.

5.   MULTI

(18)

Il-Kummissjoni imponiet fuq Lundbeck total ta’ multi ta’ EUR 93 766 000 għall-erba’ każijiet ta’ ksur inkwistjoni. Dawn il-multi ġew ikkalkulati skont il-metodoloġija ġenerali tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-multi (3). Fid-dawl tal-fatt li l-erba’ każijiet ta’ ksur ta’ Lundbeck kienu relatati mal-istess prodott, is-citalopram, u fil-biċċa l-kbira fl-istess żoni ġeografiċi u perjodi ta’ żmien, u sabiex jiġi evitat eżitu potenzjalment sproporzjonat li jirriżulta mill-impożizzjoni ta’ diversi multi b’mod parallel, il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, iddeċidiet li tapplika fattur ta’ korrezzjoni li jkun xieraq biex jintlaħaq livell dissważiv fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ.

(19)

Il-Kummissjoni imponiet ammont totali ta’ multi ta’ EUR 52 239 000 fuq erba’ kumpaniji ġeneriċi (jew fuq is-suċċessuri legali tagħhom) inkwistjoni. Minħabba li dawn l-impriżi kienu qablu li ma jbigħux citalopram ġeneriku fiż-żona ġeografika kkonċernata permezz ta’ kull ftehim u għaldaqstant ma kellhomx bejgħ fiż-żona ġeografika kkonċernata, jew kellhom bejgħ limitat ħafna, il-Kummissjoni applikat il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ikkunsidrat il-valur trasferit lil kull impriża ġenerika fil-ftehim/iet għall-ammonti bażiċi tal-multa ta’ dik l-impriża ġenerika partikolari.

(20)

Il-fatt li l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni ħadu fit-tul ittieħed f’kunsiderazzjoni fl-ammonti tal-multi. Il-partijiet kollha rċevew tnaqqis minħabba dan l-aspett.

(21)

Il-multi speċifiċi imposti għall-erba’ każijiet speċifiċi ta’ ksur kienu kif ġej:

Għall-ksur bejn Lundbeck u Merck:

H. Lundbeck A/S: EUR 19 893 000

li minnhom in solidum ma’ Lundbeck Limited: EUR 5 306 000;

Merck KGaA: EUR 21 411 000

li minnhom in solidum ma’ Generics (UK) Limited: EUR 7 766 843.

Għall-ksur bejn Lundbeck u Arrow:

H. Lundbeck A/S: EUR 12 951 000;

Arrow Group ApS: EUR 9 975 000

li minnhom in solidum ma’ Arrow Generics Limited: EUR 9 360 000

mill-ammont tal-aħħar li minnu in solidum ma’ Resolution Chemicals Limited: EUR 823 735.

Għall-ksur bejn Lundbeck u Alpharma:

H. Lundbeck A/S: EUR 31 968 000;

Zoetis Products LLC u Xellia Pharmaceuticals ApS in solidum: EUR 10 530 000

li minnhom in solidum ma’ A.L. Industrier AS. EUR 43 216.

Għall-ksur bejn Lundbeck u Ranbaxy:

H. Lundbeck A/S: EUR 28 954 000;

Ranbaxy Laboratories Limited u Ranbaxy (UK) in solidum: EUR 10 323 000.

(22)

Il-Kummissjoni ordnat lill-impriżi kkonċernati biex ma jirrepetu l-ebda att jew imġiba li jkollhom l-istess għan jew effett, jew simili.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  It-terminu “tilwima dwar privattiva” kif użat fid-deċiżjoni jirreferi għal nuqqas ta’ qbil bejn żewġ partijiet jew aktar fuq privattiva u jinkludi l-kunċett ta’ litigazzjoni dwar il-privattivi bħala stadju wieħed possibbli ta’ tali tilwim.

(3)  Il-Linji Gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).


7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


TNEĦĦIJA TA’ PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI

(2015/C 80/08)

Lista ta’ proposti mneħħija

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titolu

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

COM(2010) 537

2010/0266/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

COM(2010) 539

2010/0267/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

COM(2010) 745

2010/0365/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru …/ta’ … li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 78/2008

COM(2010) 738

2010/0354/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

COM(2010) 759

2010/0364/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

COM(2010) 761

2010/0366/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija

COM(2010) 799

2010/0385/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS unika)

COM(2011) 193

2011/0075/NLE

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli

COM(2011) 663

2011/0290/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi.

COM(2013) 159

2013/0087/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013

COM(2013) 521

2013/0247/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

COM(2014) 175

2014/0097/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għas-sena kalendarja tal-2014

Baġit u Riżorsi Umani

COM(2004) 509

2004/0172/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar assistenza amministrattiva reċiproka għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra

COM(2010) 71

2010/0047/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

COM(2010) 72

2010/0048/APP

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2007-2013

COM(2012) 754

2012/0350/NLE

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012 ir-remunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

COM(2011) 518

2011/0225/NLE

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi

L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Tassazzjoni u Dwana

COM(1998) 30

1998/0025/CNS

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-trattament fiskali ta’ vetturi bil-mutur privati ttrasferiti definittivament fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ residenza jew użati temporanjament fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn ikunu rreġistrati

COM(2002) 456

2002/0246/CNS

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 77/270/Euratom li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex toħroġ self tal-Euratom għall-iskop li jkun ta’ kontribut għall-iffinanzjar ta’ power station nukleari

COM(2002) 457

2002/0246 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 77/271/Euratom dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 77/270/Euratom li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex toħroġ self tal-Euratom għall-iskop li jkun ta’ kontribut għall-iffinanzjar ta’ power station nukleari

COM(2005) 261

2005/0130/CNS

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri

COM(2006) 486

2006/0165/CNS

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

COM(2010) 32

2010/0018/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fir-rigward tal-emenda tal-Anness II tal-Protokoll 1 ta’ dak il-Ftehim, skont id-dħul fis-seħħ tas-Sistema Armonizzata 2007

COM(2010) 34

2010/0019/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar l-emenda tal-Anness II tal-Protokoll 3 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tal-KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 rigward ir-reġim kummerċjali għal prodotti agrikoli, dwar il-lista ta’ xogħol jew tal-ipproċessar li meħtieġ isir fuq materjali li mhumiex ta’ oriġini sabiex il-prodott manifatturat jista’ jikseb status ta’ oriġini, skont id-dħul fis-seħħ tas-Sistema Armonizzata 2007

COM(2010) 778

2010/0378/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni maħluq permezz tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Kroata, fuq in-naħa l-oħra, dwar l-emendi għall-Protokoll 4 ta’ dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

COM(2011) 169

2011/0092/CNS

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

Impjiegi, Affarijiet Soċjali, Ħiliet u Mobilità tax-Xogħol

COM(2014) 239

2014/0131/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-103 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fir-rigward ta’ Rakkomandazzjoni li tissupplimenta l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat Nru 29, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol

L-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

COM(2009) 189

2009/0057/COD

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta’ Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk

COM(2009) 399

2009/0112/COD

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk

COM(2010) 572

2010/0290/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikronesja

COM(2012) 155

2012/0077/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

COM(2012) 471

2012/0232/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri tekniċi u ta’ kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 u r-Regolament (KE) Nru 1342/2008

COM(2012) 591

2012/0285/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

COM(2013) 300

2013/0153/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-HELCOM u fl-OMI dwar id-deżinjazzjoni tal-Baħar Baltiku bħala Zona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidu tan-Nitroġenu (NECA)

COM(2014) 397

2014/0201/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir

COM(2008) 308

2008/0095/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija

COM(2012) 92

2012/0041/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Turkija

COM(2012) 133

2012/0063/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Protokoll 4 (Regoli ta’ oriġini) għall-Ftehim taż-ŻEE

COM(2012) 329

2012/0159/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)

L-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

COM(2005) 281

2005/0121/CNS

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ Protokoll għall-Qafas ta’ Ftehim għall-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, bħala parti, u r-Repubblika tal-Korea, bħala l-parti l-oħra, biex tiġi meħuda inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Unjoni Ewropea

COM(2013) 289

2013/0155/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra

COM(2013) 653

 

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra

Is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel

COM(2007) 90

2007/0037/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward l-abolizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel

COM(2013) 262

2013/0137/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti (il-liġi tal-materjal riproduttiv tal-pjanti)

Is-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs

COM(2010) 371

2010/0199/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur

COM(2012) 84

2012/0035/COD

Proposta għal Direttiva dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sistemi pubbliċi tal-assigurazzjoni tas-saħħa

COM(2012) 241

2012/0124/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri jinnegozjaw dawk il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi (New York, 2-27 ta’ Lulju 2012)

COM(2014) 85

2014/0043/NLE

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Prinċipji tal-Kwalità tat-Turiżmu Ewropew

Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

COM(2008) 244

2008/0270/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè tal-2007

Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali

COM(2013) 451

2013/0218/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

COM(2013) 452

2013/0220/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

COM(2013) 751

2013/0365/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Ġustizzja, Konsumaturi u Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

COM(2010) 82

2010/0050/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali

COM(2012) 35

2012/0022/APP

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea

Migrazzjoni, Affarijiet Interni u Ċittadinanza

COM(2009) 102

2009/0033/CNS

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni

COM(2011) 931

2011/0460/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018)

Kummerċ

COM(2011) 380

2011/0167/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Istati Uniti tal-Messiku, ir-Renju tal-Marokk, New Zealand, ir-Repubblika ta’ Singapor, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika

Trasport

COM(2000) 802

2000/0326/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ fond għall-kumpens għall-ħsara mit-tniġġis miż-żejt fl-ilmijiet Ewropej u miżuri relatati

COM(2005) 353

2005/0141/APP

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u s-Serbja u Montenegro dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

COM(2008) 700

 

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll Emendatorju għall-Konvenzjoni fir-rigward tas-Sistema ta’ Navigazzjoni fid-Danubju tat-18 ta’ Awwissu 1948 (Il-Konvenzjoni ta’ Belgrad)

COM(2009) 217

2009/0063/COD

Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni

COM(2009) 229

2009/0066/APP

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Islanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti

COM(2010) 653

2010/0320/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twettiq mir-Repubblika tal-Kroazja tal-kundizzjonijiet għall-kompletar tal-ewwel perjodu tranżizzjonali skont il-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni Temporanja ta’ Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni

COM(2011) 824

2011/0397/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE

Kodifikazzjonijiet

COM(2008) 761

2008/0225/COD

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viżi fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa

COM(2009) 446

2009/0123/COD

Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (verżjoni kkodifikata)

COM(2009) 535

2009/0151/COD

Proposta għal Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar l-istatistika tal-iskart (Verżjoni kkodifikata)

COM(2009) 634

2009/0176/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slotts f’ajruporti tal-Komunità (Verżjoni kkodifikata)

COM(2010) 179

2010/0095/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (Kodifikazzjoni)

COM(2010) 184

2010/0098/CNS

Proposta għal Regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (Riformulazzjoni)

COM(2010) 507

2010/0260/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (Kodifikazzjoni)

COM(2010) 691

2010/0338/NLE

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Kodifikazzjoni)

COM(2012) 8

2012/0007/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ preparazzjonjijiet perikolużi (Riformulazzjoni)


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/24


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7545 — Blackstone/Koala/Acenden/AMS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 80/09)

1.

Fis-26 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha The Blackstone Group L.P. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Koala HoldCo, LLC (affiljata ma’ TPG Global, LLC u TPG Special Situations Partners, LLC (kollettivament riferuti bħala “TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerika)) jakkwistaw il-kontroll konġunt ta’ Acenden Ltd (“Acenden”, ir-Renju Unit) u AMS Decisions Advisers LLP (“AMS”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Blackstone: ġestjoni globali alternattiva tal-assi u l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja;

—   TPG: ditta privata ta’ investiment globali. Il-fondi ta’ investiment privat ta’ TPG jinvestu f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv;

—   Acenden: fornitur ta’ servizzi ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ self b’ipoteka għas-selliefa ta’ ipoteki fir-Renju Unit u l-Irlanda;

—   AMS: fornitur ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ self b’ipoteka għas-selliefa ta’ ipoteki fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7545 — Blackstone/Koala/Acenden/AMS, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7529 — Mohawk / International Flooring Systems)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 80/10)

1.

Fit-2 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Mohawk Industries, Inc. (“Mohawk”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża International Flooring Systems S.A. (“IFS”, il-Lussemburgu) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Mohawk Industries: Mohawk, bi kwartieri fl-Istati Uniti tal-Amerika, hija produttur u fornitur globali ta’ pannelli b’bażi tal-injam, materjal ta’ insulazzjoni u firxa wiesgħa ta’ prodotti għall-art, inklużi twapet, rugs, injam iebes, fuljetti, madum taċ-ċeramika u kisi tal-art tal-vinil u l-ġebel. Fiż-ŻEE, Mohawk hija attiva prinċipalment permezz tas-sussidjarja tagħha li hija totalment proprjetà ta' Unilin,

—   għal IFS: IFS, ibbażata fil-Lussemburgu, hija grupp ta’ kumpaniji attivi fil-produzzjoni u l-provvista ta’ art laminata u kisi tal-art tal-vinil, pannelli b’bażi tal-injam, b’mod partikolari MDF materja prima u miksija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7529 — Mohawk / International Flooring Systems, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7553 — PAI / Lion Adventure)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 80/11)

1.

Fit-2 ta’ Marzu 2015 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża PAI Partners SAS (“PAI”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Lion Adventure Coöperatief U.A. (“Lion Adventure”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

PAI hija impriża privata ta’ ekwità privata u tiġġestixxi u tagħti konsulenza lil numru ta’ fondi li huma sidien ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ setturi tan-negozju;

Lion Adventure hija attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ tagħmir għall-isport ta’ barra, u żraben, u ħwejjeġ tal-moda permezz tal-istores tagħha “AS Adventure”, “Bever”, “Cotswold Outdoor”, u “North Face” fil-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, u r-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7553 — PAI / Lion Adventure, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/27


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2) punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 80/12)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ STG

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006

dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti  (2)

“TRADITIONAL BRAMLEY APPLE PIE FILLING”

Nru tal-KE: UK-TSG-007-0057-5.11.2008

1.   Isem u indirizz tal-grupp applikanti

Isem:

UK Apples & Pears Ltd

Indirizz:

Forest Lodge

Bulls Hill

Walford

Ross-on-Wye

Herefordshire HR9 5RH

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 1732529781

Faks

+44 1732529781

posta elettronika:

info@englishapplesandpears.co.uk

UK Apples & Pears Ltd hija organizzazzjoni li hija proprjetà tal-produtturi, li ġiet stabbilita fl-1987. Bħalissa tirrappreżenta 73 % tal-produtturi kummerċjali tat-tuffieħ u tal-lanġas fir-Renju Unit u pparteċipat b’mod attiv fil-programmi ffinanzjati mill-UE għall-promozzjoni ta’ konsum akbar ta’ tuffieħ frisk u pproċessat fis-suq tal-oġġetti friski, u fl-industriji tal-manifattura, tal-forniment tal-ikel u tas-servizzi alimentari.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Speċifikazzjoni tal-Prodott

3.1.   Isem għar-reġistrazzjoni (l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti  (3) )

“Traditional Bramley Apple Pie Filling”

3.2.   Indika jekk l-isem

huwiex speċifiku minnu nnifsu

jesprimix in-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

L-isem jindika l-kompożizzjoni tradizzjonali tal-prodott: tuffieħ Bramley biss, miżjud bl-ilma u z-zokkor u forsi b’xi ftit meraq tal-lumi u bi ftit lamtu tal-qamħirrum biex jgħaqqad it-taħlita.

Il-varjetà tat-tuffieħ Bramley, li tintuża għal għan kulinarju waħdieni, għandha taħlita unika ta’ livelli baxxi ta’ materjal niexef, livelli għoljin ta’ aċidu maliku u livelli baxx ta’ zokkor, filwaqt li n-nuqqas ta’ kull addittiv jagħti t-togħma qawwija tradizzjonali lit-Traditional Bramley Apple Pie Filling.

3.3.   Jekk ir-riżervazzjoni tal-isem hijiex skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006

Reġistrazzjoni b’riżervazzjoni tal-isem

Reġistrazzjoni mingħajr riżervazzjoni tal-isem

3.4.   Tip ta’ prodott

Grupp 1.6: Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

3.5.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel li għalih japplika l-isem taħt il-punt 3.1. (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) 1216/2007)

It-Traditional Bramley Apple Pie Filling hija taħlita omoġenja ta’ biċċiet ta’ tuffieħ Bramley, zokkor u ilma. It-tuffieħ użat għat-Traditional Bramley Apple Pie Filling għandu jkun ta’ daqs ta’ bejn 65 mm u 115 mm, u għandu jkun tuffieħ sħiħ misjur u li jrid ikun ħieles minn tbajja’, grif u kontużjonijiet severi fil-qoxra. It-tuffieħ Bramley għandu jitqatta’ għall-inqas daqs meħtieġ ta’ 15 mm, iżda l-forom tal-biċċiet tat-tuffieħ jistgħu jvarjaw. It-taħlita tal-ingredjenti jrid ikollha biċċiet definiti tal-frott b’konsistenza tajba. Il-biċċiet tat-tuffieħ ivarjaw fil-kulur u jinsabu f’diversi sfumaturi ta’ aħdar li huwa tipiku tal-varjetajiet Bramley’s Seedling.

Iż-żieda ta’ puré tat-tuffieħ Bramley u ta’ lamtu tal-qamħirrum mhijiex obbligatorja u, meta tintuża, din għandu jkun fiha minimu ta’ 97 % tuffieħ Bramley filwaqt li l-% li jifdal għandu jikkonsisti minn ilma miżjud matul il-proċess tat-tisjir. Il-puré jiġi pproċessat billi jittieħdu l-qoxra, il-qalba u l-laħma tat-tuffieħ Bramley, u billi l-prodott jiġi espost għas-sħana u l-fwar. Il-puré imbagħad jiġi mgħarbel sabiex jiġi eliminat kwalunkwe materjal fibruż u għandu jkun likwidu magħqud ta’ kulur aħdar/kannella ċar tipiku tat-tuffieħ Bramley.

Jista’ jiġi miżjud ukoll ammont ta’ meraq tal-lumi.

Il-prodott aħħari fih it-togħma qawwija karatteristika tat-tuffieħ Bramley. It-Traditional Bramley Apple Pie Filling jitqassam lill-bejjiegħa bl-ingrossa, lill-fornituri tas-servizzi tal-ikel, lill-fran tal-ħobż, lill-manifatturi u lill-bejjiegħa tal-ikel bl-imnut f’kontenituri differenti.

L-ingredjenti tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling huma:

 

Biċċiet tat-tuffieħ Bramley — ta’ daqs minimu ta’ 15 mm

 

Zokkor

 

Ilma

 

Puré tat-tuffieħ Bramley — mhux obbligatorju

 

Lamtu tal-qamħirrun — mhux obbligatorju

 

Meraq tal-lumi — mhux obbligatorju

Il-kwantitajiet tal-ingredjenti użati jvarjaw skont il-manufattur, iżda madankollu għandhom jiġu rrispettati dawn il-karatteristiki tekniċi li ġejjin:

 

Biċċiet tat-tuffieħ Bramley — minimu ta’ 40 %

 

Zokkor — massimu ta’ 20 %

 

Kontenut ta’ ilma — L-attività massima tal-ilma għandha tkun ta’ 0,97 aw.

 

pH — inqas minn 4

 

solidi — minimu 2o Bx —

 

Viskożità — ir-rata tal-fluss massima ta’ 8 meta tintuża t-ttazza Ford tal-viskożità.

3.6.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt (3.1) (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)

It-tuffieħ Bramley huwa miksub bħala l-materja prima tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling. It-tuffieħ jitkabbar b’konformità mal-protokoll li ġej:

Rekords kompleti tat-tkabbir, il-ħsad u l-ħażna ta’ frott jinżammu għal kull konsenja mwassla fl-impjant tal-fabbrikazzjoni. Wara l-ispezzjoni inizjali biex jiġi żgurat li l-konsenja hija tajba għat-Traditional Bramley Apple Pie Filling, it-tuffieħ jgħaddi minn proċess fejn jinżamm f’wiċċ l-ilma. Wara jiġi klassifikat permezz tal-magni u jiġi spezzjonat b’mod manwali fuq il-linja qabel il-proċess tal-manifattura.

Id-daqs tat-tuffieħ li jintuża fil-produzzjoni tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling ivarja bejn minimu ta’ 65 mm u massimu ta’ 115 mm. Minħabba l-forma unika tal-Bramley, għandhom jintużaw sistemi speċjalizzati u adegwati għall-kategorizzazzjoni skont id-daqsijiet u għall-proċeduri tal-immaniġġar, u dan sabiex jiġi żgurat li l-materja prima tiġi ppreparata bir-reqqa.

It-tuffieħ ma jridx ikun mħassar, irid ikun nadif, ħieles minn tbajja’ severi tal-qoxra, sħiħ u misjur, u ħieles minn qtugħ u daqqiet ta’ fond ta’ >0,5 mm, u ma għandux ikollhom simtomi ta’ żerriegħa morra, taħsir jew skorċa disfigurattiva. Minħabba n-natura ratba tal-frott, il-linji fejn il-frott iżomm f’wiċċ l-ilma u dawk mekkaniċi għandhom jiġu adattati biex inaqqsu l-impatt ta’ enerġija baxxa matul il-proċeduri tat-tħejjija u tal-ipproċessar.

It-togħma tal-Bramley Seedling Apple hija qawwija u qarsa. Il-kulur huwa tipiku tal-Bramley Seedling Apple; dan ivarja minn aħdar skur ħafna għal sfumatura iktar ċara ta’ kulur aħdar li jkopri l-qoxra kollha tat-tuffieħa. Il-konsistenza tat-tuffieħa għandha tkun soda u tqarmeċ u b’mod ġenerali għandha taqa’ fil-kategoriji ta’ frott li jqarmeċ, u li hu mmeraq u sod.

Tqaxxir u tħaffir tal-qalba permezz tal-makkinarju: Il-forma tat-tuffieħ Bramley hija irregolari u huwa meħtieġ tagħmir speċjalizzat għall-kategorizzazzjoni skont id-daqs, għat-tqaxxir, għat-tħaffir tal-qalba u għall-immaniġġar sabiex jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet eżiġenti tal-manifattura kummerċjali tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling, li tinvolvi wkoll tirqim bl-idejn.

Il-Preparazzjoni: It-tuffieħ Bramley imqatta’ f’kubi għandu karatteristiki uniċi tal-ossidazzjoni u jeħtieġ it-tekniki speċjalizzati mniżżla hawn taħt:

It-tuffieħ Bramley jitqatta’ fid-daqsijiet meħtieġa. Il-biċċiet huma ġeneralment ta’ daqs irregolari, u jvarjaw minn “kubu” mqatta’ ta’ 15 mm għal “strixxi” twal ta’ 70 mm, filwaqt li s-sezzjoni transversali m’għandiex tkun ta’ tul ta’ inqas minn 15 mm. L-irregolarità tal-biċċiet hija parti mill-karattru tradizzjonali tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling u hija riżultat tad-daqs u l-forma tat-tuffieħ innifsu, il-metodu tat-tqattigħ u l-preferenza tal-klijent jew tal-konsumatur.

Dawn il-biċċiet tat-tuffieħ Bramley jistgħu imbagħad jiġu mgħaddsa f’likwidu antiossidant, li jħares il-laħam tat-tuffieħ milli jsir kannella. L-użu tal-meraq tal-lumi, l-aċidu ċitriku jew l-aċidu askorbiku bħala likwidu antiossidant mhijiex obbligatorja, u hija fażi speċifika tal-ipproċessar. Dan la huwa ingredjent u lanqas addittiv u għalhekk ma għandu l-ebda impatt fuq il-kompożizzjoni tal-prodott finali.

It-tuffieħ imbagħad jiġi ttrasferit direttament lejn iż-żona fejn jimtlew it-torti tat-tuffieħ jew lejn sezzjoni ta’ ħżin imkessaħ, u wara jiġi pproċessat fi Traditional Bramley Apple Pie Filling, sħun jew bħala parti minn taħlita kiesħa.

Mal-biċċiet tat-tuffieħ tiġi miżjuda taħlita ta’ ilma u zokkor sakemm din tiġi mifruxa b’mod indaqs. F’dak il-punt, jekk mixtieq, jistgħu jiġu miżjuda l-lamtu tal-qamħirrum u/jew puré tat-tuffieħ Bramley u/jew meraq tal-lumi. Il-puré tat-tuffieħ għandu jiġi pproċessat esklussivament minn tuffieħ Bramley u għandu jkun ħieles minn kwalunkwe aġent ta’ preservazzjoni.

3.7.   Karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew prodott tal-ikel (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)

It-Traditional Bramley Apple Pie Filling huwa taħlita omoġenja ta’ biċċiet tat-tuffieħ Bramley friski, zokkor u ilma, bl-għażla ta’ żieda ta’ puré tat-tuffieħ Bramley, lamtu tal-qamħirrum u meraq tal-lumi.

Il-karatteristiki uniċi tat-togħma tat-tuffieħ Bramley u n-nuqqas ta’ kwalunkwe addittiv huma responsabbli għat-togħma qarsa tat-tuffieħ Traditional Bramley Apple Pie Filling. It-togħmiet tat-tuffieħ huma kkaratterizzati mill-bilanċ bejn iz-zokkor u l-aċidu maliku. Ħafna mill-varjetajiet l-oħra ta’ tuffieħ għandhom livelli aktar baxxi ta’ aċidu u kontenut ogħla ta’ zokkor, li jagħtuhom togħma ħelwa li tagħmilhom tajbin għall-ikel — iżda din it-togħma tintilef meta t-tuffieħ jiġi msajjar. Madankollu t-tuffieħ Bramley għandu kontenut ogħla ta’ aċidu maliku u livelli ta’ zokkor aktar baxxi, li jagħtu togħma aktar qawwija u qarsa li ma tintilifx waqt it-tisjir.

Il-konsistenza soda tat-tuffieħ Bramley hija kwalità essenzjali li tikkontribwixxi lejn il-ksib ta’ taħlita b’konsistenza umda li “ddub fil-ħalq” meta t-tuffieħ jissajjar. It-tuffieħ użat għad-deżerta jista’ jipproduċi konsistenza elastika u mhux sodisfaċenti minħabba li jkun fih sa 20 % aktar materjal xott minn tuffieħ Bramley.

Il-Good Housekeeping Institute tar-Renju Unit wettaq riċerka li tikkonferma s-superjorità tat-tuffieħ Bramley fuq il-varjetajiet tat-tuffieħ użati għad-deżerta meta dan jissajjar bħala parti minn riċetti popolari. It-tuffieħ Bramley ġie ttestjat kontra t-tuffieħ Granny Smith, Braeburn u Golden Delicious. It-tuffieħ kollu ġie trattat b’mod identiku bl-użu ta’ riċetti meħuda mill-ktieb tar-riċetti Good Housekeeping, inkluż it-torta tat-tuffieħ tradizzjonali, u ġie ttestjat għat-togħma, il-konsistenza u l-kwalità ġenerali tiegħu meta jissajjar. Ir-riċerka wriet li t-tuffieħ Bramley għandu prestazzjoni aqwa minn dik ta’ kwalunkwe varjetà ta’ tuffieħ użata għad-deżerta f’torti tat-tuffieħ tradizzjonali Brittaniċi.

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-punteġġi medji (minn 9) irreġistrati mill-bord ta’ dewwieqa konsumaturi tal-Good Housekeeping Institute, li kien magħmul minn 12-il adult, kemm irġiel kif ukoll nisa, tal-gruppi tal-etajiet kollha, inkluż membri tat-tim tat-tisjir:

 

Golden Delicious

Braeburn

Bramley

Granny Smith

Dehra

5,2

5,8

6,9

6,2

Togħma

6,0

5,2

7,0

5,0

Konsistenza

5,5

4,9

6,5

5,5

Kwalità Ġenerali

5,2

5,4

6,7

5,0

Lista tal-karatteristiki uniċi tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling:

Magħmul biss bl-użu tal-ingredjenti “tradizzjonali”, jiġifieri tuffieħ Bramley, ilma u zokkor, puré tat-tuffieħ Bramley — magħmul esklussivament minn tuffieħ Bramley, minn lamtu tal-qamħirrum u meraq tal-lumi jekk mixtieq. Ma ġie użat l-ebda addittiv,

Togħma unika minħabba l-proporzjon għoli ta’ aċidu maliku meta mqabbel maz-zokkor fit-tuffieħ Bramley,

Tuffieħ ta’ daqs ta’ bejn 65 mm u 115 mm.

3.8.   Karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)

Bramley’s Seedling (nebbieta li tikber fin-natura f’rispons għat-temperatura moderata tal-klima ta’ gżira) ġiet skoperta bejn wieħed u ieħor fl-1809, mis-Sinjorina Mary Anne Brailsford. Din ġiet imħawla fi ġnien ġewwa Southwell, Nottinghamshire.

Il-frott tas-siġra tat-tuffieħ Bramley imlaqqma ġew esibiti għall-ewwel darba quddiem il-Kumitat tal-Frott tar-Royal Horticultural Society fis-6 ta’ Diċembru 1876. Dawn ġew imfaħħra ħafna.

Matul l-Era Vittorjana kien sar sforz biex jiġu żviluppati varjetajiet ta’ tuffieħ b’għan kulinarju wieħed għall-aqwa riċetta tat-torta tat-tuffieħ. Fin-National Apple Congress tal-1883 it-tuffieħ Bramley ġie mfaħħar bħala l-varjetà l-aktar adattata għat-torti tat-tuffieħ. B’hekk inħolqot din it-tradizzjoni popolari.

F’Ottubru 1887, Bramley Seedlings irċieviet Ċertifikat tal-Ewwel Klassi mill-Kumitat tar-Royal Jubilee Exhibition of Apples, li saret f’Manchester.

Il-Bramley’s Seedling hija tuffieħa unika b’għan kulinarju wieħed (normalment ma tittiekilx nejja peress li l-biċċa l-kbira tan-nies isibuha wisq aċiduża). Din tipproduċi kemm togħma partikolari kif ukoll konsistenza individwali, u huma dawn il-kwalitajiet li rawmu t-tradizzjoni tat-torta tat-tuffieħ.

Il-Brittaniċi ma għoġbithomx l-idea Amerikana li t-tuffieħ jinżamm u jittiekel b’furketta, jew li, kif jagħmlu t-torta tat-tuffieħ il-Franċiżi, jitqiegħed saff flieli tat-tuffieħ fuq il-wiċċ. Dan minħabba li ż-żewġ metodi jeħtieġu li t-tuffieħ iżomm il-forma tiegħu meta jissajjar, u għaldaqstant huwa inqas aċiduż minn “tuffieħ għat-tisjir” proprja. Jekk humiex il-preferenzi jew it-tuffieħ li għandhom jiġu l-ewwel huwa dibatibbli, iżda l-“Bramley’s Seedlings”, li għandhom l-ogħla livelli ta’ aċidità minn fost kull “tuffieħ għat-tisjir” ieħor, għaddew mit-testijiet Ingliżi bl-unuri. L-aċidità qawwija u t-togħma qarsa u ta’ frott li jirriżultaw minn dan żguraw ukoll l-użu kontinwu tagħhom.

It-tradizzjoni bikrija li l-biċċiet imfella ta’ Bramley jiġu midluka bil-meraq tal-lumi (jew b’xi meraq aċiduż ieħor) sabiex ma jsirux kannella ma nbidlitx u hija l-istess bħal fir-riċetta tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling użata llum b’mod kummerċjali.

Għadd ta’ kokijiet ewlenin tar-Renju Unit taw it-testimonjanzi tagħhom direttament lill-UK Apples & Pears, biex jiddikjaraw li r-riċetta tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling ma nbidlitx minn mindu kienet ġiet popolarizzata wara n-National Apple Congress tal-1883:

“Jiena ħdimt fl-industrija tal-ikel għal ħamsin sena u sa fejn naf jien il-mili tradizzjonali tat-torta tat-tuffieħ Ingliża mhi xejn għajr tuffieħ Bramley u zokkor, forsi bi ftit meraq tal-lumi u lamtu tal-qamħirrum biex jgħaqqad.” — Prue Leith, OBE

“It-tuffieħ tat-tip Bramley iċċelebra l-biċentenarju fl-2009, u ilu jintuża għall-mili tat-torta tat-tuffieħ minn meta beda jiġi kkultivat b’mod kummerċjali f’nofs is-seklu 19. F’dak iż-żmien kollu, ir-riċetta għall-mili tat-torta tat-tuffieħ Bramley baqgħet l-istess. Ir-riċetta kienet tikkonsisti biss minn tuffieħ Bramley, zokkor, lamtu bħal-lamtu tal-qamħirrum, preservattiv bħall-meraq tal-lumi, u ilma”. — Phil Vickery

“Sa fejn naf jien ir-riċetta tal-mili tat-torta tradizzjonali tat-tuffieħ Bramley ma nbidlitx; Tuffieħ Bramley, zokkor, lamtu tal-qamħirrum, preservattiv bħal meraq tal-lumi, u ilma. It-tuffieħ Bramley huwa ġustament rikonoxxut bħala l-aħjar tuffieħ għat-tisjir. Il-kwalitajiet uniċi ta’ dan it-tuffieħ, li huwa indiġenu għall-Brittanja, bħal livelli ogħla ta’ aċidu u livelli aktar baxxi ta’ zokkor, jipproduċu togħma qawwija ta’ tuffieħ anki meta dan jissajjar, u konsistenza eċċellenti wara t-tisjir.” — Antony Worrall Thompson, MOBG

Xi mili tat-torti tat-tuffieħ inkluż mili tat-torti tat-tuffieħ Bramley oħrajn jista’ jkun fihom taħlita ta’ varjetajiet ta’ tuffieħ, u dawn ma humiex parti mid-definizzjoni tagħna tat-“Traditional Bramley Apple Pie Filling”, li hija magħmula bl-użu esklussiv ta’ tuffieħ Bramley. Bl-istess mod, l-użu ta’ preservattivi artifiċjali ma jsibx post fid-definizzjoni tagħna tal-Bramley Apple Pie Filling “tradizzjonali”.

3.9.   Ir-rekwiżiti u l-proċeduri minimi sabiex wieħed jeżamina l-karattru speċifiku (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)

Dawn huma mniżżla hawn taħt u jirreferu b’mod speċifiku għall-manifattura kummerċjali tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling:

Id-Deskrizzjoni tal-Prodott mhux ipproċessat;

Bramley’s Seedling Apple. L-ebda varjetà oħra tat-tuffieħ ma hija permissibbli.

Il-Kwalità tal-Frott

Mal-konsenja lill-proċessur, il-frott ma jridx ikun imħassar, u għandu jkun nadif, sħiħ u matur. It-tuffieħ għandu jkun ħieles minn tbajja’ severi tal-qoxra u ħieles minn qtugħ u daqqiet ta’ fond ta’ >0,5 mm.

Il-kulur għandu jkun aħdar u tipiku tal-varjetà tat-tuffieħ Bramley, li jvarja minn aħdar skur ħafna għal sfumatura aktar ħafifa tal-aħdar li jkopri l-qoxra kollha tat-tuffieħa; mhux isfar/aħdar, isfar.

Ħsara

Ħsarat speċifiċi li għandhom jiġu minimizzati huma: daqqiet severi (ta’ fond ta’ >0,5 mm); frotta tan-nofs; taħsir tal-qalba; żerriegħa morra; frott li jitlef l-għamla tiegħu; degradazzjoni kkawżata minn temperaturi baxxi; ħsara eċċessiva tal-qoxra; skurar tal-qalba; tuffieħ imħassar. Il-Lepidosaphes ulmi ma għandiex tkun preżenti fuq il-parti l-kbira tal-qoxra.

Daqs tal-frotta

Firxa ta’ qisien għall-frott hija aċċettabbli, u din tvarja minn bejn 65 mm u 115 mm.

Konsistenza

Il-konsistenza tat-tuffieħa għandha tkun tajba, soda u tqarmeċ.

Proċessar

Minħabba n-natura ratba tal-frotta, il-kundizzjonijiet tal-ipproċessar għandhom ikunu ta’ tip li jnaqqsu l-impatt mekkaniku matul it-tħejjija u l-ipproċessar.

Il-forma tat-tuffieħ Bramley hija irregolari u huwa meħtieġ tagħmir speċjalizzat għall-kategorizzazzjoni skont id-daqs, għat-tqaxxir, għat-tħaffir tal-qalba u għall-immaniġġar sabiex jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet.

Ladarba jitqaxxar u titħaffirlu l-qalba, it-tuffieħ għandu jiġi spezzjonat u mqatta’ bl-idejn.

It-tuffieħ jista’ jiġi mgħaddas f’likwidu antiossidant, u jiġi mfarfar qabel jitħalla joqtor sabiex jitneħħa l-likwidu żejjed.

It-tuffieħ għandu jiġi maħżun f’kondizzjonijiet imkessħa < 5 °C qabel l-użu.

Manifatturar

Minbarra l-ingredjenti li ġew imsemmija, it-Traditional Bramley Apple Filling għandu jkun fih biss l-ilma u z-zokkor, bl-għażla tal-puré tat-tuffieħ Bramley u l-lamtu tal-qamħirrum. Varjazzjonijiet fir-riċetta huma permessi, iżda l-ingredjenti ma jistgħux jiġu mibdula.

Il-proċess tat-taħlit u tal-ippompjar irid ikun b’tali li jipproduċi taħlita omoġenja b’definizzjoni tajba tal-frott.

Kull lott tal-mili tat-torta li għandu jiġi ttestjat għall-pH, għat-total tas-solidi solubbli, viskożità, kulur, u togħma sabiex jiġu verifikati l-paramteri ta’ speċifikazzjoni huma ssodisfati. Il-livelli jistgħu jvarjaw bejn il-manifatturi, fejn jiddependu fuq l-ispeċifikazzjoni tal-klijent aħħari. Il-prodotti għandhom ikunu ttikkettati biex tkun żgurata traċċabbiltà sħiħa u miżmuma f’ħażna/distribuzzjoni mkessħa.

4.   Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

4.1.   Isem u indirizz

Isem:

The National Britannia Group

Indirizz:

Caerphilly Business Park

Caerphilly CF83 3GG

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 2920852852

Faks

+44 2920867738

Indirizz tal-posta elettronika:

client_support@natbrit.com

Isem:

LawLabs Limited

Indirizz:

Law Labs House

121 Shady Lane

Great Barr

Birmingham B44 9ET

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 1212514000

Faks

+44 1212514040

Indirizz tal-posta elettronika:

market.lawlabs@bodycote.com

Dawn iż-żewġ Korpi ta’ Spezzjoni huma akkreditati skont EN45011. Auditing to the requirements of the BRC Global Standards — Food (l-aħħar Ħarġa 4, Jannar 2005)

http://www.brc.org.uk/standards/default.asp

☒ Pubbliċi

☐ Privati

4.2.   Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-korp

Il-Korp ta’ Spezzjoni huwa responsabbli għall-verifikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni kollha.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.