ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 78

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
6 ta' Marzu 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 078/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7393 — Albemarle/Rockwood) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 078/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

2

2015/C 078/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 078/04

Rata tal-kambju tal-euro

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 078/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7503 — Talanx/Mota Engil/Indaqua) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2015/C 078/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7419 — TeliaSonera / Telenor / JV) ( 1 )

6

2015/C 078/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7557 — Apax Partners / Azelis) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2015/C 078/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7521 — Steinhoff International Holdings/Pepkor Holdings) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 078/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

9

2015/C 078/10

Notifika li jikkonċerna talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba minn Entità Kontraenti

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7393 — Albemarle/Rockwood)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 78/01)

Fit-13 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7393. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(2015/C 78/02)

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (3), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 (4), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 208/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta’ Diċembru 2015 fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.

(2)  ĠU L 62, 6.3.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.

(4)  ĠU L 62, 6.3.2015, p. 1.


6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(2015/C 78/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (2), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 (3).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi skont ir-Regolament (UE) Nru 208/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/357.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Id-data personali se tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 62, 6.3.2015, p. 1.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ Marzu 2015

(2015/C 78/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1069

JPY

Yen Ġappuniż

133,10

DKK

Krona Daniża

7,4542

GBP

Lira Sterlina

0,72510

SEK

Krona Żvediża

9,2140

CHF

Frank Żvizzeru

1,0697

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,5460

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,422

HUF

Forint Ungeriż

305,36

PLN

Zloty Pollakk

4,1397

RON

Leu Rumen

4,4453

TRY

Lira Turka

2,8663

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4205

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3770

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5847

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4777

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5156

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 218,84

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0163

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9382

HRK

Kuna Kroata

7,6585

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 363,07

MYR

Ringgit Malażjan

4,0416

PHP

Peso Filippin

48,848

RUB

Rouble Russu

67,6095

THB

Baht Tajlandiż

35,885

BRL

Real Brażiljan

3,3009

MXN

Peso Messikan

16,6566

INR

Rupi Indjan

68,9098


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7503 — Talanx/Mota Engil/Indaqua)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 78/05)

1.

Fis-26 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mota Engil Ambiente e Serviços, SGPS S.A. (“Mota Engil”, il-Portugall) li tappartjeni lil Mota Engil SGPS (“Mota Engil Group”, il-Portugall) u Talanx Infrastructure Portugal GmbH (“Talanx”, il-Ġermanja), li hija ultimament ikkontrollata minn HDI Haftpflichtverband der Deutschen Industrie V.a.G. (“HDI Group”, il-Ġermanja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Indaqua Industry and Water Management, S.A. (“Indaqua”, il-Portugall) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Talanx AG tappartjeni lil HDI Group, li huwa attiv fin-negozju tal-assigurazzjoni fuq livell globali.

Mota Engil hija attiva fl-inġinerija u l-kostruzzjoni, l-ambjent u s-servizzi, it-tħaffir, l-operazzjonijiet tal-port u fis-setturi tal-ġestjoni tal-iskart.

Indaqua hija attiva fil-forniment ta’ servizzi bl-imnut tal-provvista tal-ilma, inkluża l-provvista ta’ ilma għall-konsum tal-bniedem u l-industrija u t-trattament tal-ilma mormi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7503 — Talanx/Mota Engil/Indaqua, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7419 — TeliaSonera / Telenor / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 78/06)

1.

Fis-27 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi TeliaSonera AB (“TeliaSonera”, l-Isvezja) u Telenor Danmark Holding A/S (id-Danimarka), ikkontrollata minn Telenor ASA (“Telenor”, in-Norveġja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ joint venture ġdida (il-“JV”, id-Danimarka) permezz ta’ kontribuzzjoni lill-JV tal-attivitajiet kummerċjali rispettivi tagħhom fid-Danimarka.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

TeliaSonera hija attiva fid-Danimarka bħala operatur ta’ netwerk tal-mowbajls li joffri servizzi tat-telekomunikazzjoni tal-mowbajls, inklużi servizzi tal-mowbajl bl-imnut lil klijenti finali, servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa u servizzi tar-roaming internazzjonali. TeliaSonera tipprovdi wkoll fid-Danimarka servizzi tat-telekomunikazzjoni fissa, servizzi ta' l-internet broadband u servizzi tat-televiżjoni;

Telenor hija attiva wkoll fid-Danimarka bħala operatur ta’ netwerk tal-mowbajls li joffri servizzi tat-telekomunikazzjoni tal-mowbajls, inklużi servizzi tal-mobajl bl-imnut lil klijenti finali, servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa u servizzi tar-roaming internazzjonali. Telenor tipprovdi wkoll fid-Danimarka servizzi tat-telekomunikazzjoni fissa, servizzi tal-internet broadband u servizzi tat-televiżjoni;

Il-JV se tipprovdi fid-Danimarka servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fissi u bil-mowbajl, servizzi tal-internet broadband u, sa ċertu punt, servizzi tat-televiżjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permez tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7419 — TeliaSonera / Telenor / JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7557 — Apax Partners / Azelis)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 78/07)

1.

Fis-26 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' Azelis S.A. kollha kemm hi (“Azelis”, il-Lussemburgu) permezz ta’ xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal AP: servizzi ta’ pariri dwar l-investiment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’firxa ta’ setturi industrijali;

—   għal Azelis: distribuzzjoni ta' kimiċi ta’ speċjalità u ta' komodità.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7557 — Apax Partners / Azelis, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7521 — Steinhoff International Holdings/Pepkor Holdings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 78/08)

1.

Fis-26 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Steinhoff Intenrational Holdings Limited (“Steinhoff”, ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel) tikseb fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Pepkor Holdings Proprietary Limited kolla kemm hi (“Pepkor”, ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Steinhoff hija attiva fl-Ewropa fil-bejgħ bl-imnut ta’ għamara, oġġetti tad-dar, prodotti għat-tiżjin tad-dar, tagħmir tal-elettriku, prodotti elettroniċi tal-konsumatur, oġġetti do-it-yourself biex ittejjeb id-dar u kisi tal-art, kif ukoll fil-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ għamara;

Pepkor tmexxi grupp ta’ katini ta’ bejgħ bl-imnut. Fl-Ewropa, Pepkor hija attiva permezz ta’ Pepco, bejjiegħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ u żraben, prodotti tad-dar u prodotti għat-tiżjin tad-dar, kif ukoll kożmetiċi u ħin għall-użu tal-mowbajls.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7521 — Steinhoff International Holdings/Pepkor Holdings, f’ dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 78/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“PANCETTA DI CALABRIA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0217-1567-19.10.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

    Isem il-prodott

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Żona ġeografika

    Prova tal-oriġini

    Metodu ta’ produzzjoni

    Rabta

    Tikkettar

    Rekwiżiti nazzjonali

    Oħrajn

2.   Tip ta’ emenda

    Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju

    Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sommarju

    Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppublikat (Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

jiżdied il-limitu massimu tal-ħxuna tal-“Pancetta di Calabria” immaturata biex jittieħed kont, b’mod aktar preċiż, tal-ipproċessar karatteristiku tradizzjonali u tad-daqsijiet tal-qatgħat ta’ laħam fl-oriġini.

Provi tal-oriġini

ġie previst li jiġi aġġornat it-test tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni fir-rigward tal-proċeduri li l-produtturi jridu jwettqu biex jipprovdu l-elementi marbuta mal-prova tal-oriġini, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Metodu ta’ Produzzjoni

tingħata indikazzjoni aktar ċara u distinta tar-rekwiżiti tar-razza, tal-età tat-tbiċċir u l-piż; fost it-tipi ġenetiċi aċċettati tiġi inkluża r-razza nattiva “Apulo-Calabrese” li hija kkaratterizzata mill-pil iswed. Ġie stabbilit ir-reġistru tal-popolazzjoni ta’ din ir-razza abbażi tal-karatterizzazzjoni tal-popolazzjoni nattiva li minn dejjem ilha teżisti fir-reġjun tal-Puglia (Apulo) u fir-reġjun tal-Calabria. Fost it-tipi ġenetiċi aċċettati tiġi inkluża r-razza “Duroc” minħabba li hija komuni ħafna fiż-żona tal-oriġini tal-ħnieżer; Jiġu wkoll speċifikati r-razez li huma esklużi b’mod assolut minħabba li mhumiex kompatibbli mal-produzzjoni tal-ħanżir tqil adattat għall-produzzjoni tal-laħmijiet imnixxfa.

għall-identifikazzjoni tal-ħnieżer tiġi introdotta l-possibbiltà li jinbidel l-isem tad-ditta fl-ispeċifikazzjoni attwali u minflok ikun hemm timbru stampat fuq il-koxox tal-ħnieżer bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impriża fejn ikun twieled il-ħanżir.

jiġi speċifikat b’mod ċar ir-rekwiżit marbut mal-preżenza ta’ proteini fl-għalf tal-annimal.

jiġi ċċarat is-sinifikat ta’ “ikel taħt forma likwida”.

jiġu ċċarati l-ingredjenti li għandhom jiġu użati, bil-korrezzjoni tal-iżball ċar tat-test attwali, fejn jingħad li ġej: “bżar aħmar stipulat bid-dispożizzjonijiet attwali tal-liġi”. Jidher ċar li, minħabba żball klerikali, wara l-kliem “bżar aħmar” tħalla barra l-kliem ulterjuri marbut mal-ingredjenti u l-addittivi “stipulati bid-dispożizzjonijiet attwali tal-liġi”. Bl-emenda jiġi ddefinit aħjar x’irid jiġi mfisser bil-kliem “bżar aħmar”, jew “chili/bżar aħmar ħelu”, li t-tnejn ġejjin mill-ispeċi Capsicum L. L-ispjegazzjoni tal-ingredjenti naturali mhux elenkati fit-test attwali tikkorrispondi għall-prattiki storiċi li kienu jintużaw fiż-żona ta’oriġini.

jingħataw fid-dettall f’lista pożittiva l-addittivi aċċettati. L-użu tal-addittivi jippermetti li jiġi evitat li jiżdiedu l-proċessi mikrobiċi li jagħmlu ħsara lill-prodott, jikkontribwixxi għall-iżvilupp li jieħu ż-żmien tal-proċess ta’ maturazzjoni, li huwa karatteristiku tal-prodott, u li l-karatteristiċi tal-“Pancetta di Calabria” ma jinbidlux minħabba fermentazzjoni mhux mixtieqa.

jiżdied il-limitu massimu tal-ħxuna u tal-piż tal-panċetta friska biex jittieħed kont, b’mod aktar preċiż, tal-ipproċessar karatteristiku tradizzjonali.

jiżdied il-limitu massimu tat-tmellieħ minn tmint ijiem sa erbatax-il jum biex jittieħed kont, b’mod aktar preċiż, tal-ipproċessar karatteristiku tradizzjonali.

jiġi speċifikat li l-perjodu ta’ 30 jum għall-maturazzjoni huwa valur minimu applikat fil-produzzjoni tradizzjonali.

Tikkettar

ġie introdott l-logo ta’ identifikazzjoni tal-“Pancetta di Calabria” DPO

ġiet prevista l-possibbiltà li l-prodott jinbiegħ ippakkjat f’vakwu jew f’arja protettiva, sħiħ, f’biċċiet jew imqatta’ fin. Dawn il-possibilitajiet ma jinsabux fl-ispeċifikazzjoni attwali iżda huma meħtieġa biex jiġu rikonċiljati l-protezzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott u l-kambjamenti fit-tipi differenti ta’ xiri u konsum tal-prodott.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“PANCETTA DI CALABRIA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0217-1567-19.10.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Pancetta di Calabria”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, iffumigati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Pancetta di Calabria” tinkiseb mill-ipproċessar tal-laħam ta’ taħt il-kustiljital-ġenb tal-ħnieżer. Il-panċetta friska bil-ġilda, ta’ piż li jvarja minn tliet sa sitt kili, trid tinqata’ f’forma rettangolari u jrid ikollha ħxuna ta’ bejn tliet u sitt ċentimetri. Wara li tiġi ppreparata titqiegħed fil-melħ għal perjodu ta’ bejn erba’ u erbatax-il jum. Il-parti ta’ fuq tista’ titgħatta bit-trab tal-bżar u ingredjenti naturali oħra. Il-maturazzjoni ma tistax tkun inqas minn 30 jum. Il-“Pancetta di Calabria” fil-mument li titqiegħed fis-suq għandha forma rettangolari bi ħxuna li tvarja bejn tliet u ħames ċentimetri, b’dehra li tagħti fl-aħmar mal-qtugħ, bi strixxi rqaq li jalternaw bejn dgħejf u xaħam, u togħma tajba.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-“Pancetta di Calabria” trid tinkiseb mill-ipproċessar tal-laħmijiet ta’ ħnieżer imrobbijin fit-territorju tar-reġjun tal-Calabria.

Fl-ipproċesar ma jistgħux jintużaw laħmijiet ta’ ħnieżer selvaġġi u ħnieżer nisa.

Ir-rekwiżiti ġenetiċi tal-ħnieżer iridu jikkorrispondu għall-karatteristiċi proprji tal-ħanżir tqil Taljan, li jinkiseb bl-użu ta’ razez tradizzjonali ta’ daqs kbir bħal:

“Apulo-Calabrese”;

“Large White” u “Landrace Italiana” kif imtejba skont il-“Libro Genealogico Italiano” jew wild ta’ ħnieżer selvaġġi ta’ dawk ir-razez;

Ħnieżer wild ta’ ħnieżer selvaġġi tar-razza Duroc, kif imtejba skont il-“Libro Genealogico Italiano”;

Ħnieżer wild ta’ ħnieżer selvaġġi ta’ razez oħra jew ta’ ħnieżer ibridi sakemm jissejjħu ħnieżer selvaġġi - imwielda l-Italja jew barra mill-Italja - sakemm ikunu ġejjin minn programmi ta’ selezzjoni jew inkroċju tar-razez li l-għanijiet tagħhom ma jkunux inkompatibbli ma’ dawk tal-“Libro Genealogico Italiano”, għall-produzzjoni tal-ħanżir tqil.

Għall-kuntrarju, huma espressament esklużi:

Ħnieżer li jkollhom kwalitajiet ġenetiċi mhux favorevoli, speċjalment dawk li huma suxxettibbli għall-istress (PSS);

Bhejjem ta’ razza pura ta’ dawn li ġejjin: “Landrace Belga”, “Hampshire”, “Pietrain” u “Spot”.

Il-piż medju tal-lott ta’ ħnieżer għat-tbiċċir ma għandux ikun inqas minn 140 kg.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

L-għalf tal-ħnieżer irid ikun għalf kompost li fih xgħir, fażola, qamħirrum, ġandar u ċiċri f’mhux inqas minn 50 % tal-kontenut.

Fl-għalf mhux permess l-użu tal-kassava u l-patata u ta’ prodotti li ġejjin minnhom li jistgħu jħallu fil-laħmijiet u fix-xaħam togħmiet u rwejjaħ mhux mixtieqa.

Mhux permess l-ikel taħt forma likwida biex jinkiseb laħam iktar magħqud għas-simna. B’ikel taħt forma likwida wieħed jifhem l-użu ta’ prodotti mill-ipproċessar tal-ħalib.

Talinqas xahrejn qabel it-tbiċċir, l-għalf għandu jkun fih aktar proteini, b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 12 %.

Sakemm ikun jinsab fis-suq, l-oriġini tal-għalf trid tkun miż-żona ġeografika ta’ produzzjoni.

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-fażijiet ta’ produzzjoni tat-trobbija u tat-tbiċċir tal-ħnieżer iridu jsiru fit-territorju tar-reġjun tal-Calabria; il-fażi ta’ selezzjoni tal-laħmijiet; il-fażi tal-mili, l-irbit, u l-maturazzjoni tal-prodott.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tismija tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Pancetta di Calabria” trid isseħħ b’ittri ċari u li ma jitħassrux, trid tispikka fuq kull kitba oħra li tidher fuq it-tikketta jew kartonċina mehmuża mal-prodott jew xi indikazzjoni fuq l-ippakkjar tal-porzjonijiet tal-prodott, u trid tkun minnufih segwita bil-kliem “Denominazione d’Origine Protetta”.

Il-logo “Pancetta di Calabria DOP” li ġej irid jitwaħħal fuq it-tikketta.

Image

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-produzzjoni tal-“Pancetta di Calabria” issir fiż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni li hija magħmula mit-territorju tar-reġjun tal-Calabria.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tinsab fin-Nofsinhar tal-Italja u hija kkaratterizzata minn klima sħuna mhux iż-żejjed bi ftit xita li tagħmel l-aktar fix-xitwa. It-territorju huwa magħmul l-aktar minn għoljiet u muntanji iżda minħabba li jinsab f’peniżola għandu aktar minn 800 km ta’ kosta li tagħti fuq il-Baħar Tirren u l-Baħar Jonju. It-taħlita ta’ baħar, għoljiet u muntanji ġġib kundizzjonijiet ta’ klima speċifiċi fil-limiti taż-żona tal-Mediterran.

Flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli hemm ukoll l-abbiltà tal-produtturi lokali – li ssaħħet tul iż-żmienijiet – li fil-produzzjoni tal-“Pancetta di Calabria” jwettqu proċessi speċifiċi bħall-għażla tal-qatgħat tal-laħam u t-tħejjija tiegħu għat-tmellieħ. Barra minn hekk, l-użu tal-ħwawar, fosthom it-trab tal-bżar aħmar, jifforma parti minn teknika tradizzjonali ta’ produzzjoni.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Pancetta di Calabria” huwa prodott tipiku tal-produzzjoni tal-laħam tal-Calabria. Il-“Pancetta di Calabria” tinħadem mil-laħam ta’ taħt il-kustilji tal-ġenb tal-ħnieżer u tgħaddi minn proċess ikkumplikat ta’ produzzjoni tal-qatgħa tal-laħam. Il-“Pancetta di Calabria” għandha forma karatteristika ta’ rettangolu u l-wiċċ tagħha huwa mgħotti bil-ħwawar. Mal-qtugħ għandha dehra li tagħti fl-aħmar bi strixxi rqaq li jalternaw bejn dgħejf u xaħam u togħma tajba.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Biex issir il-“Pancetta di Calabria” jinħtieġu kundizzjonijiet ambjentali u fatturi naturali u oħrajn li ġejjin mill-bniedem.

Iż-żona kkonċernata mill-produzzjoni u l-ipproċessar tal-“Pancetta di Calabria” hija kkaratterizzata minn rabta mal-ambjent li huwa affettwat mill-klima tipika tan-Nofsinhar tal-Italja, bi ftit xita, ġeneralment ikkonċentrata fil-perjodu tax-xitwa, u tal-pożizzjoni ġeografika tat-territorji kkonċernati li jgawdu minn żiffa partikolari u differenzi fit-temperatura li jiffavorixxu ż-żamma tal-aqwa kundizzjonijiet fil-bini fejn issir il-maturazzjoni.

Fil-preparazzjoni tal-“Pancetta di Calabria” hija importanti ħafna l-esperjenza tal-produtturi fl-għażla tal-qatgħat tal-laħam. Il-qatgħat li jintużaw ġejjin mill-parti ta’ taħt tal-kustilji tal-ħnieżer li jiġu pproċessati bir-reqqa mill-produtturi. Qabel il-proċess tal-melħ il-qatgħa bil-ġilda b’kollox tiġi ttrimmjata bir-reqqa u maqtugħa b’mod li tieħu forma stirata ta’ rettangolu. Barra minn hekk fl-ipproċessar tal-laħmijiet jinżammu l-essenzi aromatiċi naturali li jaffettwaw il-kwalitajiet organolettiċi tal-prodott. It-taħlita “materja prima - prodott - isem” għandha rabta fil-fond mal-evoluzzjoni soċjoekonomika taż-żona ġeografika llimitata, li minnha joħorġu tradizzjonijiet u użanzi lokali partikolari. B’mod partikolari, l-użu ta’ materja prima li tiġi minn azjendi tat-trobbija tal-ħnieżer tqal li għandhom il-karatteristiċi tat-tnissil ġenealoġiku Taljan, mitmugħa prodotti veġetali tipiċi miż-żona kkonċernata. Il-“Pancetta di Calabria” għandha għalhekk rabta sħiħa maż-żona ġeografika minħabba l-klima tar-reġjun, it-tmigħ tal-ħnieżer u l-fattur uman.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

L-Amministrazzjoni attwali nediet il-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DPO “Pancetta di Calabria”fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru. 171 tal-25 ta’ Lulju 2011.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-Internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, dwar l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jagħfas fuq “Prodotti DOP IGP” (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq ix-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.


6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/14


Notifika li jikkonċerna talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba minn Entità Kontraenti

(2015/C 78/10)

Fit-2 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum ta’ xogħol wara li waslet it-talba kien it-3 ta’ Frar 2015.

Sakemm titħassar (2), id-Direttiva 2004/17/KE tapplika meta jingħataw il-kuntratti, fost l-oħrajn dawk għall-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass, sakemm din l-attività ma tkunx eżentata skont l-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva. Mil-lat proċedurali, madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE (3) japplikaw meta tintalab xi eżenzjoni, billi l-kundizzjonijiet materjali għall-għoti ta’ eżenzjoni jibqgħu ma jinbidlux fis-sustanza.

Din it-talba, li saret minn Hellenic Petroleum SA, tikkonċerna l-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass fil-Greċja. L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jistipula li l-aħħar Direttiva ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet issir biss għall-fini tad-Direttiva 2004/17/KE u ma taffettwax l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni.

F’każ li tingħata eżenzjoni, l-effett tagħha jkun jiskadi fid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew, l-aktar tard, meta titħassar id-Direttiva 2004/17/KE, sakemm l-attività ta’ esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass ma tibqax koperta mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE; u għaldaqstant ma tkun meħtieġa l-ebda eżenzjoni.

Skont l-ittra (a) tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni hija permessa perjodu ta’ 105 ijiem ta’ xogħol biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba, perjodu li jibda jgħodd mill-jum ta’ xogħol li hemm referenza għaliha hawn fuq. Għaldaqstant, il-perjodu jiskadi fit-8 ta’ Lulju 2015.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(2)  B’effett mit-18 ta’ April 2016.

(3)  Daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ April 2014.