|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 077/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7252 — Holcim/Lafarge) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 077/02 |
||
|
2015/C 077/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2015/C 077/04 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2015/C 077/05 |
Informazzjoni kkomunikata mill-istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 077/06 |
Sejħa speċifika għall-proposti — EACEA 10/2015 — Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja 2014–2020 |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 077/07 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping |
|
|
2015/C 077/08 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 077/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7499 — Altice/PT Portugal) ( 1 ) |
|
|
2015/C 077/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7544 — Centerbridge/Senvion) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 077/11 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7252 — Holcim/Lafarge)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 77/01)
Fil-15 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7252. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Marzu 2015
(2015/C 77/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1124 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
133,15 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4575 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,72590 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2379 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0694 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,6145 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,464 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
306,47 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1727 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4555 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8317 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4191 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3922 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6266 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4650 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5207 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 222,39 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,1071 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9734 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6600 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 455,64 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0629 |
|
PHP |
Peso Filippin |
49,082 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,6340 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,036 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,2999 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,7283 |
|
INR |
Rupi Indjan |
69,2626 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/3 |
KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI
Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72
(2015/C 77/03)
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Jannar 2015
Perjodu ta' applikazzjoni: April, Mejju, Ġunju 2015
|
01-2015 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
HRK |
HUF |
PLN |
|
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
27,8949 |
7,44060 |
7,68827 |
316,500 |
4,27833 |
|
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
14,2626 |
3,80437 |
3,93101 |
161,827 |
2,18751 |
|
1 CZK = |
0,0358489 |
0,0701133 |
1 |
0,266737 |
0,275616 |
11,3462 |
0,153373 |
|
1 DKK = |
0,134398 |
0,262855 |
3,74901 |
1 |
1,03329 |
42,5370 |
0,574998 |
|
1 HRK = |
0,130068 |
0,254387 |
3,62824 |
0,967785 |
1 |
41,1667 |
0,556475 |
|
1 HUF = |
0,00315955 |
0,00617945 |
0,0881353 |
0,0235090 |
0,0242915 |
1 |
0,0135176 |
|
1 PLN = |
0,233736 |
0,457141 |
6,52004 |
1,73914 |
1,79703 |
73,9776 |
1 |
|
1 RON = |
0,222845 |
0,435841 |
6,21624 |
1,65810 |
1,71329 |
70,5306 |
0,953405 |
|
1 SEK = |
0,106195 |
0,207696 |
2,96229 |
0,790153 |
0,816455 |
33,6107 |
0,454336 |
|
1 GBP = |
1,30413 |
2,55061 |
36,3784 |
9,70347 |
10,02650 |
412,756 |
5,57948 |
|
1 NOK = |
0,111956 |
0,218964 |
3,12301 |
0,833022 |
0,860751 |
35,4343 |
0,478986 |
|
1 ISK = |
0,00654018 |
0,0127913 |
0,182437 |
0,0486628 |
0,0502827 |
2,06997 |
0,0279810 |
|
1 CHF = |
0,914037 |
1,78767 |
25,4969 |
6,80098 |
7,02736 |
289,293 |
3,91055 |
|
01-2015 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
|
1 EUR = |
4,48742 |
9,41665 |
0,766798 |
8,93205 |
152,901 |
1,09405 |
|
1 BGN = |
2,29442 |
4,81473 |
0,392063 |
4,56695 |
78,1782 |
0,559386 |
|
1 CZK = |
0,160869 |
0,337577 |
0,0274889 |
0,320204 |
5,48133 |
0,0392204 |
|
1 DKK = |
0,603099 |
1,26558 |
0,103056 |
1,20045 |
20,5496 |
0,147038 |
|
1 HRK = |
0,583671 |
1,22481 |
0,099736 |
1,16178 |
19,8876 |
0,142301 |
|
1 HUF = |
0,0141782 |
0,0297524 |
0,00242274 |
0,0282213 |
0,483099 |
0,00345670 |
|
1 PLN = |
1,04887 |
2,20101 |
0,179228 |
2,08774 |
35,7385 |
0,255718 |
|
1 RON = |
1 |
2,09846 |
0,170877 |
1,99046 |
34,0733 |
0,243803 |
|
1 SEK = |
0,476541 |
1 |
0,0814300 |
0,948537 |
16,2373 |
0,116182 |
|
1 GBP = |
5,85216 |
12,2805 |
1 |
11,64850 |
199,402 |
1,42677 |
|
1 NOK = |
0,502395 |
1,05425 |
0,0858479 |
1 |
17,1182 |
0,122486 |
|
1 ISK = |
0,0293485 |
0,0615866 |
0,00501500 |
0,0584172 |
1 |
0,00715527 |
|
1 CHF = |
4,10167 |
8,60717 |
0,700881 |
8,16422 |
139,757 |
1 |
Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
|
referenza: Jannar-15 |
1 EUR fil-munita nazzjonali |
Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR |
|
BGN |
1,95580 |
0,511300 |
|
CZK |
27,8949 |
0,0358489 |
|
DKK |
7,44060 |
0,134398 |
|
HRK |
7,68827 |
0,130068 |
|
HUF |
316,500 |
0,00315955 |
|
PLN |
4,27833 |
0,233736 |
|
RON |
4,48742 |
0,222845 |
|
SEK |
9,41665 |
0,106195 |
|
GBP |
0,766798 |
1,30413 |
|
NOK |
8,93205 |
0,111956 |
|
ISK |
152,901 |
0,00654018 |
|
CHF |
1,09405 |
0,914037 |
Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
|
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
2. |
Il-perjodu ta' referenza jkun:
Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru. |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/5 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2015/C 77/04)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
16.1.2015 |
|
Tul ta’ żmien |
Mis-16.1.2015 – 31.12.2015 |
|
Stat Membru |
Franza |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
ANF/8C3411 |
|
Speċi |
Petrika (Lophiidae) |
|
Żona |
VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1 |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
01/TQ104 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/5 |
Informazzjoni kkomunikata mill-istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2015/C 77/05)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
|
Data u ħin tal-għeluq |
6.2.2015 |
|
Tul ta’ żmien |
Mis-6.2.2015 sat-30.6.2015 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (L-Istati Membri kollha) |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
RED/N3M |
|
Speċi |
Redfish (Sebastes spp.) |
|
Żona |
NAFO 3M |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
02/TQ104 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/6 |
Sejħa speċifika għall-proposti — EACEA 10/2015
Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja 2014–2020
(2015/C 77/06)
1. Introduzzjoni
Din is-sejħa għal proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (1).
2. Objettivi u deskrizzjoni
Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) tipprovdi l-qafas ta’ kwalità ġenerali għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni Ewropej u internazzjonali li istituzzjoni ta’ edukazzjoni superjuri (HEI) tista’ twettaq fi ħdan il-Programm Erasmus+. L-għoti ta’ Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja hija prerekwiżit għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri kollha li qegħdin f’wieħed mill-pajjiżi elenkati hawn taħt u li jridu japplikaw u jipparteċipaw fil-mobilità tat-tagħlim ta’ individwi u/jew fil-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba skont il-Programm. Għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri li qegħdin f’pajjiżi oħra, il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja mhijiex meħtieġa, u l-qafas ta’ kwalità qed ikun stabbilit permezz ta’ ftehim interistituzzjonali bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri. Il-Karta tingħata għat-tul kollu tal-Programm Erasmus+. L-implimentazzjoni tal-Karta se tiġi mmonitorjata u kwalunkwe ksur tal-prinċipji u tal-impenji tagħha jista’ jwassal għall-irtirar tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.
3. Applikanti eliġibbli
L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin huma eliġibbli li japplikaw għal Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja:
|
— |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE (l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija. |
L-awtoritajiet Nazzjonali se jinnominaw, fost l-applikanti, lill-Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Superjuri (2) li huma eliġibbli biex jipparteċipaw fil-mobilità tat-tagħlim ta’ individwi u/jew fil-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba skont il-Programm Erasmus+, fit-territorji rispettivi tagħhom.
4. Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet u data indikattiva ta’ meta se jiġu ppublikati r-riżultati tal-għażla
Il-formola onlajn ta’ applikazzjoni lesta kif imiss għandha tintbagħat onlajn sa 12.00 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell) fis-30 ta’ April 2015.
Id-data indikattiva ta’ meta se jiġu ppubblikati r-riżultati tal-għażla hija l-31 ta’ Ottubru 2015.
5. Informazzjoni sħiħa
L-informazzjoni dwar il-Programm Erasmus+ hija disponibbli fuq is-sit elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/erasmus-plus
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi skont il-linji gwida mogħtija mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u huma disponibbli fl-indirizz: http://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/erasmus-charter-for-higher-education-2014-2020_en
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.
(2) “istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja” skont kif inhi ddefinita fl-Artiklu 2 tal-bażi legali tal-Programm Erasmus+ hija:
|
(a) |
kull tip ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki rikonoxxuti oħra ta’ livell terzjarju irrispettivament mill-isem ta’ tali stabbiliment; |
|
(b) |
kull istituzzjoni li, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, toffri edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali fuq livell terzjarju. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/8 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping
(2015/C 77/07)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment twassal biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u l-ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal fl-indirizz: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1000 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Polietilentereftalat (Polyethylene terephthalate) |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1030/2010 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 300, 17.11.2010, p. 1). |
18.11.2015 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Faks +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/9 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping
(2015/C 77/08)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment twassal biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u l-ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal fl-indirizz: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1000 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Ħjut tal-poliesteru ta’ tenaċità għolja |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2010 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteru ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 315, 1.12.2010, p. 1). |
2.12.2015 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Faks +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7499 — Altice/PT Portugal)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 77/09)
|
1. |
Fil-25 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Altice SA (“Altice”, il-Lussemburgu) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-assi Portugiżi ta’ PT Portugal SGPS (“PT Portugal”, il-Portugall) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7499 — Altice/PT Portugal, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7544 — Centerbridge/Senvion)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 77/10)
|
1. |
Fil-25 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Centerbridge Partners, L.P. (tal-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Senvion SE kollha kemm hi (tal-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Centerbridge Partners, LP: ditta ta’ ġestjoni tal-investiment b’uffiċċji fi New York u Londra ffokat fuq ekwità privata u opportunitajiet ta’ investiment li jinsabu f’diffikultà. L-investimenti jsiru f’numru ta’ setturi, inklużi materjali tal-bini, is-servizzi tan-negozju, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-industrija, tal-midja, tat-telekomunikazzjoni u teknoloġija, proprjetà immobbli, il-logħob tal-azzard u l-alloġġ, tal-imnut u tal-konsumatur, prodotti strutturati u t-trasport u l-loġistika, — għal Senvion SE: manifattur u fornitur ta’ ġeneraturi tat-turbini tar-riħ ibbażat fil-Ġermanja. Senvion tiżviluppa, tipproduċi u tiddistribwixxi ġeneraturi tat-turbini tar-riħ tajbin għal diversi postijiet, inklużi proġetti onshore u offshore. Barra minn hekk, Senvion tipprovdi lill-klijenti tagħha servizz u manutenzjoni, trasport, stallazzjoni u t-tfassil tal-pedamenti. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7544 — Centerbridge/Senvion, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/12 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 77/11)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“SALSICCIA DI CALABRIA”
Nru tal-KE: IT-PDO-0217-1568-19.10.2011
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda
—
—
—
—
—
—
—
—
—
2. Tip ta’ emenda
—
—
—
—
3. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott
|
— |
qed jiġi previst li s-“Salsicca di Calabria” jista’ jkollha wkoll il-forma karatteristika ta’ ngħala taż-żiemel jew il-forma ta’ “U”. Peress li din il-forma tradizzjonalment hija komuni ħafna fost il-produtturi, l-ommissjoni ta’ previżjoni fl-ispeċifikazzjoni attwali huwa żball evidenti li qed jissewwa bl-emenda mitluba. Barra minn hekk qed tiġi prevista wkoll il-possibbiltà li s-“Salsiccia di Calabria” tiġi prodotta forma ta’ katina ta’ tul ta’ mhux anqas minn 40 cm. |
|
— |
ġie previst li jiġi indikat b’aktar preċiżjoni liema ħwawar jintużaw għall-produzzjoni tas-“Salsiccia di Calabria”. |
Prova tal-Oriġini
|
— |
ġie previst li jiġi aġġornat it-test tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni fir-rigward tal-proċeduri li l-produtturi jridu jwettqu biex jipprovdu l-elementi marbuta mal-prova tal-oriġini, kif stipulat bir-Regolament (UE) nru 1151/2012. |
Metodu ta’ Produzzjoni
|
— |
tingħata indikazzjoni aktar ċara u distinta tar-rekwiżiti tar-razza, tal-età tat-tbiċċir u l-piż; fost it-tipi ġenetiċi aċċettati, tiġi inkluża r-razza nattiva “Apulo-Calabrese” li hija kkaratterizzata mill-pil iswed. Ġie stabbilit ir-reġistru tal-popolazzjoni ta’ din ir-razza abbażi tal-karatterizzazzjoni tal-popolazzjoni nattiva li minn dejjem ilha teżisti fir-reġjun tal-Puglia (Apulo) u fir-reġjun tal-Calabria. Fost it-tipi ġenetiċi aċċettati tiġi inkluża r-razza “Duroc” minħabba li hija komuni ħafna fiż-żona tal-oriġini tal-ħnieżer. Jiġu wkoll speċifikati r-razez li huma esklużi b’mod assolut minħabba li mhumiex kompatibbli mal-produzzjoni tal-ħanżir tqil adattat għall-produzzjoni tal-laħmijiet imnixxfa. |
|
— |
għall-identifikazzjoni tal-ħnieżer tiġi introdotta l-possibbiltà li tinbidel il-marka fl-ispeċifikazzjoni attwali u minflok ikun hemm timbru stampat fuq il-koxox tal-ħnieżer bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impriża fejn ikun twieled il-ħanżir. |
|
— |
jiġi speċifikat b’mod ċar ir-rekwiżit marbut mal-preżenza ta’ proteini fl-għalf tal-annimal; |
|
— |
jiġi ċċarat is-sinifikat ta’ “ikel taħt forma likwida”. |
|
— |
jiġu ċċarati l-ingredjenti li għandhom jiġu użati, bil-korrezzjoni tal-iżball ċar tat-test attwali, fejn jingħad li ġej: “bżar aħmar stipulat bid-dispożizzjonijiet attwali tal-liġi”. Jidher ċar li, minħabba żball klerikali, wara l-kliem “bżar aħmar” tħalla barra l-kliem ulterjuri marbut mal-ingredjenti u l-addittivi “stipulati bid-dispożizzjonijiet attwali tal-liġi”. Bl-emenda jiġi ddefinit aħjar x’irid jiġi mfisser bil-kliem “bżar aħmar”, jew “chili/bżar aħmar ħelu”, li t-tnejn ġejjin mill-ispeċi Capsicum L. L-ispjegazzjoni tal-ingredjenti naturali mhux elenkati fit-test attwali tikkorrispondi għall-prattiki storiċi li kienu jintużaw fiż-żona ta’oriġini; |
|
— |
jingħataw fid-dettall f’lista pożittiva l-addittivi aċċettati. L-użu tal-addittivi jippermetti li jiġi evitat li jiżdiedu l-proċessi mikrobiċi li jagħmlu ħsara lill-prodott, jikkontribwixxi għall-iżvilupp li jieħu ż-żmien tal-proċess ta’ maturazzjoni, li huwa karatteristiku tal-prodott, u li l-karatteristiċi tas-“Salsiccia di Calabria” ma jinbidlux minħabba fermentazzjoni mhux mixtieqa. |
|
— |
tiġi introdotta l-possibbiltà li jintużaw laħmijiet mill-koxxa u jiġu ddefiniti l-limiti minimi u massimi għall-kwantitajiet ta’ qatgħat mill-annimal għall-użu fil-produzzjoni tas-“Salsiccia di Calabria”. Dawn l-emendi jikkontribwixxu biex il-prodott jitjieb fil-kwalità filwaqt li jibqa’ marbut mal-prattiki fl-użu fiż-żona ta’ oriġini. Fil-fatt, permezz tagħhom jista’ jintuża laħam ta’ kwalità aħjar (il-koxxa) u jiġu speċifikati f’termini aktar preċiżi r-rekwiżiti li diġà jinsabu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
|
— |
tonqos il-kwantità minima ta’ xaħam li jintuża fl-għaġna biex jonqsu l-kaloriji fil-prodott. |
|
— |
ġie previst li s-“Salsiccia di Calabria” maħsuba b’mod esklużiv li tinbiegħ imqatta fin, jista’ jkollha forma ta’ ċilindru dritt biex tiddaħħal fil-musrana ta’ kollaġini li jittiekel. Permezz ta’ dawn il-possibilitajiet il-prodott jista’ jinqata’ aħjar u tiġi evitata l-ħela waqt l-ipproċessar. |
|
— |
ġie speċifikat li l-perjodu ta’ 30 jum għall-maturazzjoni huwa il-perjodu minimu li jiġi applikat fil-produzzjoni tradizzjonali. |
Tikkettar
|
— |
ġie introdott il-logo ta’ identifikazzjoni tas-“Salsiccia di Calabria” DPO. |
|
— |
ġiet introdotta l-possibbiltà li fit-tikketta jidher il-kliem: “pikkanti”, “ħelu”, “abjad”, biex ikun ċar li ntużaw iċ-chili u l-krema tal-bżar. |
|
— |
ġiet prevista l-possibbiltà li l-prodott jinbiegħ ippakkjat f’vakwu jew f’arja protettiva, sħiħ, f’biċċiet jew imqatta’ fin. Dawn il-possibilitajiet ma jinsabux fl-ispeċifikazzjoni attwali iżda huma meħtieġa biex jiġu rikonċiljati l-protezzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott u l-kambjamenti fit-tipi differenti ta’ xiri u konsum tal-prodott. |
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“SALSICCIA DI CALABRIA”
Nru tal-KE: IT-PDO-0217-1568-19.10.2011
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem
“Salsiccia di Calabria”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, iffumigati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-prodott bl-isem ta’ “Salsiccia di Calabria” jinħadem minn għaġna maqgħuda ta’ laħmijiet mill-ispalla, ta’ mhux inqas minn 50 %, mill-koxxa, mhux aktar minn 15 %, u/jew minn taħt il-kustilji, mhux aktar minn 50 %, bix-xaħam u ingredjenti aromatiċi naturali (melħ, bżar iswed mhux mitħun u trab tal-bżar iswed, chili/bżar aħmar pikkanti(ġeneru Capsicum L.), bżar aħmar ħelu, fi trab u/jew krema, inbid, ħwawar u aromi naturali). Il-proporzjon ta’ xaħam li jinsab fl-għaġna jrid ikun bejn 6 u 20 % għal kull kilo ta’ laħam li jinħadem. Mhumiex aċċettati annimali ffriżati.
L-għaġna tintlibes ġol musrana naturali tal-ħanżir li wara titaqqab u tiġi mmaljata bl-idejn fil-forma karatteristika ta’ katina ta’ tul li jvarja bejn 40 sa 80 cm jew tintrabat fil-forma karatteristika ta’ “U”. Il-maturazzjoni ma tistax tkun inqas minn 30 jum. Esklużivament għall-prodott intiż biex jinbiegħ mqatta’ jew ippakkjat taħt vakwu jew f’arja protettiva, tista’ tintuża l-musrana tal-kollaġini li tittiekel u l-prodott jingħata forma ta’ ċilindru dritt ta’ bejn 40 u 80 cm.
Mal-qtugħ jirriżulta mrammel bi tqassim tajjeb ta’ xaħam, kuluru aħmar naturali jew aħmar jgħajjat skont l-ingredjenti li jintużaw fl-għaġna. Ir-riħa hija xi ftit jew wisq qawwija b’mod naturali u t-togħma hija bbilanċjata jew iktar qawwija (pikkanti).
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Is-“Salsiccia di Calabria” trid tinkiseb mill-ipproċessar tal-laħmijiet ta’ ħnieżer imrobbijin fit-territorju tar-reġjun tal-Calabria.
Fl-ipproċesar ma jistgħux jintużaw laħmijiet ta’ ħnieżer selvaġġi u ħnieżer nisa.
Ir-rekwiżiti ġenetiċi tal-ħnieżer iridu jikkorrispondu għall-karatteristiċi proprji tal-ħanżir tqil Taljan, li jinkiseb bl-użu ta’ razez tradizzjonali ta’ daqs kbir bħal:
|
— |
“Apulo-Calabrese”; |
|
— |
“Large White” u “Landrace Italiana” kif imtejba skont il-“Libro Genealogico Italiano” jew wild ta’ ħnieżer selvaġġi ta’ dawk ir-razez; |
|
— |
Ħnieżer wild ta’ ħnieżer selvaġġi tar-razza Duroc, kif imtejba skont il-“Libro Genealogico Italiano”; |
|
— |
Ħnieżer wild ta’ ħnieżer selvaġġi ta’ razez oħra jew ta’ ħnieżer ibridi sakemm jissejjħu ħnieżer selvaġġi - imwielda l-Italja jew barra mill-Italja - sakemm ikunu ġejjin minn programmi ta’ selezzjoni jew inkroċju tar-razez li l-għanijiet tagħhom ma jkunux inkompatibbli ma’ dawk tal-“Libro Genealogico Italiano”, għall-produzzjoni tal-ħanżir tqil. |
Għall-kuntrarju, huma espressament esklużi:
|
— |
Ħnieżer li jkollhom kwalitajiet ġenetiċi mhux favorevoli, speċjalment dawk li huma suxxettibbli għall-istress (PSS); |
|
— |
Bhejjem ta’ razza pura ta’ dawn li ġejjin: “Landrace Belga”, “Hampshire”, “Pietrain” u “Spot”. |
Il-piż medju tal-lott ta’ ħnieżer għat-tbiċċir ma għandux ikun inqas minn 140 kg.
3.4. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)
L-għalf tal-ħnieżer irid ikun għalf kompost li fih xgħir, fażola, qamħirrum, ġandar u ċiċri f’mhux inqas minn 50 % tal-kontenut.
Fl-għalf mhux permess l-użu tal-kassava u l-patata u ta’ prodotti li ġejjin minnhom li jistgħu jħallu fil-laħmijiet u fix-xaħam togħmiet u rwejjaħ mhux mixtieqa.
Mhux permess l-ikel taħt forma likwida biex jinkiseb laħam iktar magħqud għas-simna. B’ikel taħt forma likwida wieħed jifhem l-użu ta’ prodotti mill-ipproċessar tal-ħalib.
Talinqas xahrejn qabel it-tbiċċir, l-għalf għandu jkun fih aktar proteini, b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 12 %.
Sakemm ikun jinsab fis-suq, l-oriġini tal-għalf trid tkun miż-żona ġeografika ta’ produzzjoni.
3.5. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-fażijiet ta’ produzzjoni tat-trobbija u tat-tbiċċir tal-ħnieżer iridu jsiru fit-territorju tar-reġjun tal-Calabria; il-fażi ta’ selezzjoni, tqattigħ, għaġna tal-laħmijiet; il-fażi tal-mili, l-irbit u l-maturazzjoni tal-prodott.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tismija tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Salsiccia di Calabria” trid isseħħ b’ittri ċari u li ma jitħassrux, trid tispikka fuq kull kitba oħra li tidher fuq it-tikketta jew kartonċina mehmuża mal-prodott jew xi indikazzjoni fuq l-ippakkjar tal-porzjonijiet tal-prodott, u trid tkun minnufih segwita bil-kliem “Denominazione d’Origine Protetta”.
Il-logo “Salsiccia di Calabria DOP” li ġej irid jitwaħħal fuq it-tikketta.
Fuq it-tikketta jistgħu jidhru wkoll il-kelmiet “piccante”(pikkanti), “dolce” (ħelu), jew “bianca” (abjad), kemm-il darba fil-produzzjoni tas-“Salsiccia di Calabria” jintuża, rispettivament, iċ-chili/bżar aħmar pikkanti (Capsicum L.), il-bżar ħelu, u jekk ma jintuża l-ebda chili/bżar.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-produzzjoni tas-“Salsiccia di Calabria” issir fiż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni li hija magħmula mit-territorju tar-reġjun tal-Calabria.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tinsab fin-Nofsinhar tal-Italja u hija kkaratterizzata minn klima sħuna mhux iż-żejjed bi ftit xita li tagħmel l-aktar fix-xitwa. It-territorju huwa magħmul l-aktar minn għoljiet u muntanji iżda minħabba li jinsab f’peniżola għandu aktar minn 800 km ta’ kosta li tagħti fuq il-Baħar Tirren u l-Baħar Jonju. It-taħlita ta’ baħar, għoljiet u muntanji ġġib kundizzjonijiet ta’ klima speċifiċi fil-limiti taż-żona tal-Mediterran.
Flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli hemm ukoll l-abbiltà tal-produtturi lokali – li ssaħħet tul iż-żmienijiet – li jagħżlu u jipproċessaw bosta qatgħat ta’ laħmijiet fit-tħejjija tal-għaġna, u l-abbiltà tagħhom fl-irbit taz-zalzett biex tinkiseb il-forma tradizzjonali ta’ katina jew ngħala taż-żiemel. Barra minn hekk, il-ħwawar u l-aromi naturali li jifformaw parti mill-produzzjoni ta’ prodotti suwini fil-Calabria huma drawwa kkonsolidata f’din iż-żona ġeografika.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Is-“Salsiccia di Calabria” huwa prodott tipiku tal-produzzjoni tal-laħam tal-Calabria. Is-“Salsiccia di Calabria” tingħaraf mill-forom tipiċi tagħha, forma ta’ “U” jew marbuta b’mod li tixbah il-forma ta’ katina. Il-forom tas-“Salsiccia di Calabria” flimkien mal-għamla tal-għaġna tagħha jiffurmaw dan il-prodott tipiku. L-għaġna tas-“Salsiccia di Calabria” titlob l-użu ta’ qatgħat ta’ laħam tal-ħnieżer mill-ispalla, il-koxxa, u/jew minn taħt il-kustilji, u tax-xaħam, li jitħaltu f’porzjonijiet preċiżi ma’ ingredjenti aromatiċi naturali.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Biex issir is-“Salsiccia di Calabria” jinħtieġu kundizzjonijiet ambjentali u fatturi naturali u oħrajn li ġejjin mill-bniedem.
Iż-żona kkonċernata mill-produzzjoni u l-ipproċessar tas-“Salsiccia di Calabria” hija kkaratterizzata minn rabta mal-ambjent li huwa affettwat mill-klima tipika tan-Nofsinhar tal-Italja, bi ftit xita, ġeneralment ikkonċentrata fil-perjodu tax-xitwa, u tal-pożizzjoni ġeografika tat-territorji kkonċernati li jgawdu minn żiffa partikolari u differenzi fit-temperatura li jiffavorixxu ż-żamma tal-aqwa kundizzjonijiet fil-bini fejn issir il-maturazzjoni.
L-esperjenza tal-produtturi tas-“Salsiccia di Calabria” fl-għażla tal-qatgħat tal-laħam li jintuża fil-preparazzjoni tal-għaġna, fl-ipproċessar tagħha bix-xaħam u l-ħwawar tipiċi tat-tradizzjoni Kalabriża hija ta’ importanza konsiderevoli. L-ipproċessar ta’ dawn l-ingredjenti skont it-teknika tradizzjonali lokali jippermetti li tinkiseb għaġna maqgħuda sew, li wara li tintlibes fil-musrana u tiġi mmaturata, tipproduċi l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott.
Il-ħila ta’ id il-produtturi waqt il-mili tal-musrana li jagħtu l-forma tipika ta’ “U” jew ta’ katina lis-“Salsiccia di Calabria” hija marbuta mal-produzzjoni tradizzjonali taz-zalzett fil-Calabria u hija fattur ieħor distintiv tal-prodott.
It-taħlita “materja prima - prodott - isem” għandha rabta fil-fond mal-evoluzzjoni soċjoekonomika taż-żona ġeografika llimitata, li minnha joħorġu tradizzjonijiet u użanzi lokali partikolari. B’mod partikolari, l-użu ta’ materja prima li tiġi minn azjendi tat-trobbija tal-ħnieżer tqal li għandhom il-karatteristiċi tat-tnissil ġenealoġiku Taljan, mitmugħa prodotti veġetali tipiċi miż-żona kkonċernata. Is-“Salsiccia di Calabria” għandha għalhekk rabta sħiħa maż-żona ġeografika minħabba l-klima tar-reġjun, it-tmigħ tal-ħnieżer u l-fattur uman.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-Internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Jew
billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, dwar l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jagħfas fuq “Prodotti DOP IGP” (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq ix-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12 . Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.