ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 73

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
2 ta' Marzu 2015


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2015/C 073/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 073/02

Kawżi magħquda C-401/12 P sa C-403/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Jannar 2015 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea, vs Vereniging Milieudefensie, Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (Appell – Direttiva 2008/50/KE – Direttiva dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa – Deċiżjoni dwar in-notifika mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-posponiment tat-terminu stabbilit sabiex jintlaħaq il-valur limitu annwali stabbilit għad-dijossidu tan-nitroġenu u tal-eżenzjoni mill-obbligu li jiġu applikati l-valuri limitu stabbiliti għall-materja partikulata (PM10) – Talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ din id-deċiżjoni, imressqa abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talba inammissibbli – Miżura ta’ portata individwali – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Validità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fid-dawl ta’ din il-konvenzjoni)

2

2015/C 073/03

Kawżi Magħquda C-404/12 P u C-405/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Jannar 2015 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe (Appell – Regolament (KE) Nru 149/2008 – Regolament li jiffissa l-livelli massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi – Talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ dan ir-regolament, imressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talbiet inammissibbli – Miżura ta’ portata individwali – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Validità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fid-dawl ta’ din il-konvenzjoni)

3

2015/C 073/04

Kawża C-171/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari taċ-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) vs M.S. Demirci et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE – Turkija – Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Tneħħija ta’ klawżoli ta’ residenza – Benefiċċji supplimentari mogħtija abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali – Kundizzjoni ta’ residenza – Applikazzjoni għall-ex ħaddiema Torok – Ċittadini Torok li kienu kisbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti)

4

2015/C 073/05

Kawża C-179/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs L.F. Evans (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiem fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Regolament (KEE) Nru 1408/71 – Applikabbiltà – Impjieg ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ma’ konsulat ta’ Stat terz stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li dan jirrisjedi fit-territorju tiegħu – Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar Relazzjonijiet Konsulari – Artikolu 71(2) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti faċilitajiet, privileġġi u immunitajiet lir-residenti permanenti”)

4

2015/C 073/06

Kawża C-518/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’ Eventech Ltd vs The Parking Adjudicator (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Awtorizzazzjoni mogħtija biss lill-Black Cabs iżda mhux lill-vetturi tal-kiri privat b’sewwieq li jużaw mogħdija għall-karozzi tal-linja – Kunċett ta’ Għajnuna mill-Istat – Riżorsi tal-Istat – Vantaġġ ekonomiku – Vantaġġ selettiv – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri)

5

2015/C 073/07

Kawża C-537/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Birutė Šiba vs Arūnas Devėnas (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt għal provvista ta’ servizzi legali konkluż bejn avukat u konsumatur)

6

2015/C 073/08

Kawża C-573/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 1008/2008 – Servizzi bl-ajru – It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) – Trasparenza tal-prezzijiet – Sistema ta’ riżervazzjoni elettronika – Tariffi tal-passiġġieri – Indikazzjoni tal-prezz definittiv f’kull ħin)

6

2015/C 073/09

Kawża C-631/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tmien Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Patent- und Markensenat – l-Awstrija) – Arne Forsgren vs Österreichisches Patentamt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari – Regolament (KE) Nru 469/2009 – Kunċett ta’ ingredjent attiv – Vaċċin konjugat ta’ polysaccharide pnewmokokkali – Użu pedjatriku – Proteina carrier – Rabta kovalenti)

7

2015/C 073/10

Kawża C-30/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Ryanair Ltd vs PR Aviation BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 96/9/KE – Protezzjoni legali tad-databases – Database li ma hijiex protetta la mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis – Limitazzjoni kuntrattwali tad-drittijiet tal-utenti tad-database)

8

2015/C 073/11

Kawża C-498/14 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Bruxelles – il-Belġju) – RG (*1)  vs SF (*1) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Ħtif ta’ minuri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Artikolu 11(7) u (8))

8

2015/C 073/12

Kawża C-311/14: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2014 minn Longevity Health Products, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-28 ta’ April 2014 fil-Kawża T-473/11 – Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

9

2015/C 073/13

Kawża C-466/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Dieter Wedzel, Karin Wedzel vs Condor Flugdienst GmbH

9

2015/C 073/14

Kawża C-510/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Novembru 2014 – Marianne Parigger vs Condor Flugdienst GmbH

10

2015/C 073/15

Kawża C-544/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – Chatherine Gimmig vs Condor Flugdienst GmbH

10

2015/C 073/16

Kawża C-548/14 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2014 minn Arnoldo Mondadori Editore SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-490/12 – Arnoldo Mondadori Editore SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

10

2015/C 073/17

Kawża C-554/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fit-3 ta’ Diċembru 2014 – Proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov

11

2015/C 073/18

Kawża C-567/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fid-9 ta’ Diċembru 2014 – Genentech Inc. vs Hoechst GmbH, li kienet Hoechst AG, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

12

2015/C 073/19

Kawża C-571/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Diċembru 2014 – Timberland Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst, kantoor Rotterdam Rijnmond

13

2015/C 073/20

Kawża C-576/14 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2014 minn Mirelta Ingatlanhasznosító Kft. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Hames Awla) fid-19 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-430/14, Mirelta Ingatlanhasznosító Kft. vs Il-Kummissjoni Ewropea u L-Ombudsman Ewropew

14

2015/C 073/21

Kawża C-589/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

15

2015/C 073/22

Kawża C-591/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

16

2015/C 073/23

Kawża C-593/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Masco Denmark ApS u Damixa ApSA vs Skatteministeriet

17

2015/C 073/24

Kawża C-600/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

17

2015/C 073/25

Kawża C-611/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Retten i Glostrup (id-Danimarka) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Anklagemyndigheden vs Canal Digital Danmark A/S

18

2015/C 073/26

Kawża C-1/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

19

2015/C 073/27

Kawża C-1/15 SA: Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fit-12 ta’ Jannar 2015 – La Chaine hôtelière La Frontière, Shotef SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2015/C 073/28

Kawża T-509/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Dritt għar-rispett tal-privatezza u tal-ħajja familjari – Proporżjonalità)

22

2015/C 073/29

Kawża T-109/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni (Fond ta’ Koeżjoni – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni)

22

2015/C 073/30

Kawża T-111/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni (Fond ta’ Koeżjoni – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni)

23

2015/C 073/31

Kawża T-46/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Sabores de Navarra vs UASI – Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA) (Trade mark Komunitarja – proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità (trade marks) – Trade mark verbali Komunitarja KIT, EL SABOR DE NAVARRA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Sabores de Navarra La Sabiduría del Sabor – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 15 u Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Forma li hija differenti b’elementi li jbiddlu l-karattru distintiv)

24

2015/C 073/32

Kawża T-355/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – easyJet Airline vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq tas-servizzi tal-ajruport – Deċiżjoni li tiċħad ilment – Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru – Ċaħda tal-ilment għal raġunijiet ta’ prijorità – Deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tislet il-konklużjonijiet, fid-dritt tal-kompetizzjoni, ta’ investigazzjoni mwettqa fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fis-settur ikkonċernat – Obbligu ta’ motivazzjoni)

25

2015/C 073/33

Kawża T-587/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Schwerdt vs UASI Iberamigo (cat & clean) (Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva cat & clean – Trade mark Spanjola verbali preċedenti CLEAN CAT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija – Artikolu 34 TFUE – Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

25

2015/C 073/34

Kawża T-615/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Skambjaturi tas-sħana) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta skambjatur tas-sħana – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless – Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

26

2015/C 073/35

Kawża T-616/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjatur tas-sħana) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta insert ta’ skambjatur tas-sħana – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless – Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

27

2015/C 073/36

Kawża T-617/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjatur tas-sħana) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta insert ta’ skambjatur tas-sħana – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless – Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

27

2015/C 073/37

Kawża T-685/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Blue Coat Systems (BLUECO) (Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUECO – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE COAT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

28

2015/C 073/38

Kawża T-11/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo) (Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Pianissimo – Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament)

29

2015/C 073/39

Kawża T-188/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare) (Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GentleCare – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament)

29

2015/C 073/40

Kawżi magħquda T-426/10 u T-575/10 u Kawża T-440/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà manifesta parzjali)

30

2015/C 073/41

Kawżi magħquda T-427/10 u T-576/10 u Kawża T-439/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Trefilerías Quijano vs Il-Kummissoni (Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà manifesta parzjali)

31

2015/C 073/42

Kawżi magħquda T-428/10 u T-577/10 u Kawża T-441/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Trenzas y Cables de Acero vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà manifesta parzjali)

32

2015/C 073/43

Kawżi magħquda T-429/10 u T-578/10 u Kawża T-438/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà manifesta parzjali)

33

2015/C 073/44

Kawża T-482/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2015 – Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Rikors promotur – Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali – Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura – Inammissibbiltà)

34

2015/C 073/45

Kawża T-36/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Jannar 2015 – St’art et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Programm European Creative Industries Alliance – Proġett C I Factor intiż li jimplementa strumenti ġodda sabiex jiffavorixxi l-finanzjament ta’ industriji kulturali u kreatttivi – Deċiżjoni li ttemm il-proġett – Att li jaqa’ fil-kuntest purament kuntrattwali li huwa inseparabbli minnu – Inammissibbiltà)

35

2015/C 073/46

Kawża T-93/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Jannar 2015 – St’art et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Programm European Creative Industries Alliance – Proġett C I Factor’intiż li jimplementa strumenti ġodda sabiex jiffavorixxu l-finanzjament tal-industriji kulturali u kreattivi – Nota ta’ debitu – Att li jaqa f’kuntest purament kuntrattwali li huwa indissoċjabbli minnu – Inammissibblità)

35

2015/C 073/47

Kawża T-185/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Jannar 2015 – Freitas vs Il-Parlament u l-Kunsill (Rikors għal annullament – Direttiva 2013/55/UE – Direttiva 2005/36/KE – Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali – Esklużjoni tan-nutara maħtura permezz ta’ att uffiċjali ta’ awtoritajiet pubbliċi mil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36 – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà)

36

2015/C 073/48

Kawża T-762/14: Rikors ippreżentat fit-13 Novembru 2014 – Philips u Philips France vs Il-Kummissjoni

37

2015/C 073/49

Kawża T-763/14: Rikors ippreżentat fi 14 ta’ Novembru 2014 – Soprema/UASI – Sopro Bauchemie (SOPRAPUR)

38

2015/C 073/50

Kawża T-775/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 – Red Lemon vs UASI – Lidl Stiftung (ABTRONIC)

39

2015/C 073/51

Kawża T-783/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2014 – SolarWorld vs Il-Kummissjoni

40

2015/C 073/52

Kawża T-786/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2014 – Bourdouvali et vs Il-Kunsill et

40

2015/C 073/53

Kawża T-811/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2014 – Unilever vs UASI – Technopharma (Fair & Lovely)

41

2015/C 073/54

Kawża T-831/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – Alfamicro vs Il-Kummissjoni

42

2015/C 073/55

Kawża T-841/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

43

2015/C 073/56

Kawża T-848/14 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2014 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 55/08 RENV, De Nicola vs BEI

45

2015/C 073/57

Kawża T-849/14 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2014 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/09 RENV, De Nicola vs BEI

46

2015/C 073/58

Kawża T-5/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2015 – Ice Mountain Ibiza vs UASI – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)

47

2015/C 073/59

Kawża T-6/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2015 – Ice Mountain Ibiza vs UASI – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean ibiza)

47

2015/C 073/60

Kawża T-10/15 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2015 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-11 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża F-52/11, De Nicdola vs BEI

48

2015/C 073/61

Kawża T-11/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2015 – Internet Consulting vs UASI – Provincia Autonoma di Bolzano-Alto Adige (SUEDTIROL)

50

2015/C 073/62

Kawża T-259/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2015 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

50


 


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 073/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 65, 23.2.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 56, 16.2.2015

ĠU C 46, 9.2.2015

ĠU C 34, 2.2.2015

ĠU C 26, 26.1.2015

ĠU C 16, 19.1.2015

ĠU C 7, 12.1.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Jannar 2015 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea, vs Vereniging Milieudefensie, Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht

(Kawżi magħquda C-401/12 P sa C-403/12 P) (1)

(Appell - Direttiva 2008/50/KE - Direttiva dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa - Deċiżjoni dwar in-notifika mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-posponiment tat-terminu stabbilit sabiex jintlaħaq il-valur limitu annwali stabbilit għad-dijossidu tan-nitroġenu u tal-eżenzjoni mill-obbligu li jiġu applikati l-valuri limitu stabbiliti għall-materja partikulata (PM10) - Talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ din id-deċiżjoni, imressqa abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talba inammissibbli - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fid-dawl ta’ din il-konvenzjoni)

(2015/C 073/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u G. Corstens, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, P. Oliver, P. Van Nuffel, G. Valero Jordana u S. Boelaert, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Vereniging Milieudefensie, Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: D. Hadroušek, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

2)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il Kummissjoni (T-396/09, EU:T:2012:301) hija annullata.

3)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea minn Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht huwa miċħud.

4)

Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż sostnuti fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appelli mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea.

5)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Jannar 2015 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe

(Kawżi Magħquda C-404/12 P u C-405/12 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 149/2008 - Regolament li jiffissa l-livelli massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi - Talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ dan ir-regolament, imressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talbiet inammissibbli - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fid-dawl ta’ din il-konvenzjoni)

(2015/C 073/03)

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, P. Oliver u S. Boelaert, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)

Parti intervenjenti in sostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: D. Hadroušek, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

2)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni (T-338/08, EU:T:2012:300) hija annullata.

3)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea huwa miċħud.

4)

Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea fl-ewwel istanza u fl-appelli.

5)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari taċ-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) vs M.S. Demirci et

(Kawża C-171/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE – Turkija - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Tneħħija ta’ klawżoli ta’ residenza - Benefiċċji supplimentari mogħtija abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali - Kundizzjoni ta’ residenza - Applikazzjoni għall-ex ħaddiema Torok - Ċittadini Torok li kienu kisbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti)

(2015/C 073/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Konvenuti: M.S. Demirci, D. Cetin, A.I. Önder, R. Keskin, M. Tüle, A. Taskin

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej lil ħaddiema Torok u lil membri tal-familja tagħhom, ikkunsidrati wkoll fid-dawl tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972, għandhom jiġu interpretat fis-sens li ċ-ċittadini ta’ Stat Membru li kienu jifformaw parti, bħala ħaddiema Torok, mis-suq legali tal-impjieg ta’ dan l-Istat ma jistgħux, minħabba li huma żammew in-nazzjonalità Torka, jinvokaw l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 3/80 sabiex joġġezzjonaw għal rekwiżit ta’ residenza previst mil-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat għall-ħlas ta’ benefiċċju speċjali mhux kontributorju, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 3/80, sabiex jinnewralizzaw il-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru imposta bil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ħlas ta’ benefiċċju speċjali mhux kontributorji, fis-sens tal-Artikolu 4(2)a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu li temendat u taġġorna bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs L.F. Evans

(Kawża C-179/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiem fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Applikabbiltà - Impjieg ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ma’ konsulat ta’ Stat terz stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li dan jirrisjedi fit-territorju tiegħu - Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar Relazzjonijiet Konsulari - Artikolu 71(2) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti faċilitajiet, privileġġi u immunitajiet lir-residenti permanenti”)

(2015/C 073/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Konvenuta: L.F. Evans

Dispożittiv

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, moqri flimkien mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-perijodu fejn ċittadin ta’ Stat Membru ġie impjegat f’post konsulari ta’ Stat terz stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru li ma huwiex ċittadin tiegħu, iżda li jirrisjedi fit-territorju tiegħu, dan iċ-ċittadin ma huwiex suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk, abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu, adottata b’applikazzjoni tal-Artikolu 71(2) tal-Konvenzjoni dwar Relazzjonijiet Konsulari, konkluża fi Vjenna fl-24 ta’ April 1963, iċ-ċittadin imsemmi ma jkunx imsieħeb mas-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali.


(1)  ĠU C 189, 29.6.2013.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’ Eventech Ltd vs The Parking Adjudicator

(Kawża C-518/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Awtorizzazzjoni mogħtija biss lill-Black Cabs iżda mhux lill-vetturi tal-kiri privat b’sewwieq li jużaw mogħdija għall-karozzi tal-linja - Kunċett ta’ “Għajnuna mill-Istat” - Riżorsi tal-Istat - Vantaġġ ekonomiku - Vantaġġ selettiv - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri)

(2015/C 073/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’ Eventech Ltd

Konvenut: The Parking Adjudicator

Fil-preżenza ta’: London Borough of Camden, Transport for London

Dispożittiv

1)

Il-fatt li, sabiex tinħoloq sistema ta’ trasport sigura u effettiva, il-Black Cabs huma awtorizzati jużaw il-mogħdijiet għall-karozzi tal-linja fit-toroq pubbliċi fis-sigħat li fihom il-limitazzjonijiet ta’ moviment fir-rigward ta’ dawn il-mogħdijiet japplikaw filwaqt li l-minicabs huma preklużi milli jiċċirkulaw fuqhom, ħlief biex jieħdu u jwasslu xi passiġġieri li jkunu rriżervaw minn qabel, ma jidhirx li huwa ta’ natura li jinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat lanqas li jagħti lil dawn it-taxis vantaġġ ekonomiku selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, liema fatt, madankollu, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.

2)

Ma jistax jiġi eskluż li l-fatt li l-Black Cabs huma awtorizzati jużaw il-mogħdijiet għall-karozzi tal-linja fit-toroq pubbliċi fis-sigħat li fihom il-limitazzjonijiet ta’ moviment fir-rigward ta’ dawn il-mogħdijiet japplikaw filwaqt li l-minicabs huma preklużi milli jiċċirkulaw fuqhom, ħlief biex jieħdu u jwasslu xi passiġġieri li jkunu rriżervaw minn qabel, huwa tali li jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, liema fatt huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Birutė Šiba vs Arūnas Devėnas

(Kawża C-537/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt għal provvista ta’ servizzi legali konkluż bejn avukat u konsumatur)

(2015/C 073/07)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Birutė Šiba

Konvenuta: Arūnas Devėnas

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal kuntratti standard ta’ servizzi legali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konklużi bejn avukat u persuna fiżika li ma taġixxix għall-għanijiet li jaqgħu fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha.


(1)  ĠU C 9, 11.01.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband eV

(Kawża C-573/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1008/2008 - Servizzi bl-ajru - It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) - Trasparenza tal-prezzijiet - Sistema ta’ riżervazzjoni elettronika - Tariffi tal-passiġġieri - Indikazzjoni tal-prezz definittiv f’kull ħin)

(2015/C 073/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG

Konvenuta: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband eV

Dispożittiv

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ riżervazzjoni elettronika bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-prezz definittiv li għandu jitħallas għandu jiġi speċifikat f’kull indikazzjoni tal-prezzijiet tas-servizzi bl-ajru, inkluż fl-ewwel indikazzjoni tagħhom.

2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ riżervazzjoni elettronika bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-prezz definittiv li għandu jitħallas għandu jiġi speċifikat mhux biss għas-servizz bl-ajru magħżul mill-klijent, iżda wkoll għal kull servizz bl-ajru li tintwera t-tariffa tiegħu.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tmien Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Patent- und Markensenat – l-Awstrija) – Arne Forsgren vs Österreichisches Patentamt

(Kawża C-631/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Kunċett ta’ “ingredjent attiv” - Vaċċin konjugat ta’ polysaccharide pnewmokokkali - Użu pedjatriku - Proteina carrier - Rabta kovalenti)

(2015/C 073/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Patent- und Markensenat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Arne Forsgren

Konvenuta: Österreichisches Patentamt

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1(b) u 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal ingredjent attiv meta dan l-ingredjent huwa f’rabta kovalenti ma ingredjenti attivi oħra li jifformaw il-kompożizzjoni ta’ prodott mediċinali.

2)

L-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal ingredjent attiv li l-effett terapewtiku tiegħu ma huwiex inkluż fost l-indikazzjonijiet terapewtiċi koperti mill-kliem tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq.

3)

L-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li proteina carrier kkonjugata ma antiġenu polysaccharidi permezz ta’ rabta kovalenti tista’ tiġi kklassifikata bħala “ingredjent attiv”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss jekk jiġi stabbilit li din tipproduċi effett farmakoloġiku, immunoloġiku jew metaboliku indipendenti kopert mill-indikazzjonijiet terapewtiċi tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, u li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan fid-dawl tal-fatti kollha li jikkaratterizzaw it-tilwima fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 61, 01.03.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Ryanair Ltd vs PR Aviation BV

(Kawża C-30/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 96/9/KE - Protezzjoni legali tad-databases - Database li ma hijiex protetta la mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis - Limitazzjoni kuntrattwali tad-drittijiet tal-utenti tad-database)

(2015/C 073/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ryanair Ltd

Konvenuta: PR Aviation BV

Dispożittiv

Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma hijiex applikabbli għal database li la hija protetta mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis skont din id-direttiva, sal-punt li l-Artikoli 6(1), 8 u 15 tal-imsemmija direttiva ma jostakolawx lil din il-persuna li tkun ħolqot tali database milli tistabbilixxi limitazzjonijiet kuntrattwali fuq l-użu ta’ din tal-aħħar minn terzi, bla ħsara għad-dritt nazzjonali applikabbli.


(1)  ĠU C 135, 05.05.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Bruxelles – il-Belġju) – RG (*1) vs SF (*1)

(Kawża C-498/14 PPU) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Ħtif ta’ minuri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 11(7) u (8)”)

(2015/C 073/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RG (*1)

Konvenuta: SF (*1)

Dispożittiv

L-Artikolu 11(7) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-prinċipju, li Stat Membru jattribwixxi lil qorti speċjalizzata l-kompetenza biex teżamina l-kwistjonijiet ta’ ritorn jew ta’ kustodja tal-wild fil-kuntest tal-proċedura prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet, anki meta qorti jew tribunal ikollu diġà quddiemu, barra minn hekk, kawża fuq il-mertu relattiva għar-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-wild.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU C 16, 19.01.2015.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/9


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2014 minn Longevity Health Products, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-28 ta’ April 2014 fil-Kawża T-473/11 – Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-311/14)

(2015/C 073/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Weleda Trademark AG

Bid-deċiżjoni tal-20 ta’ Jannar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ddeċiediet li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Dieter Wedzel, Karin Wedzel vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-466/14)

(2015/C 073/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dieter Wedzel, Karin Wedzel

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 2014, il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Novembru 2014 – Marianne Parigger vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-510/14)

(2015/C 073/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marianne Parigger

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – Chatherine Gimmig vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-544/14)

(2015/C 073/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Chatherine Gimmig

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2015, il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/10


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2014 minn Arnoldo Mondadori Editore SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-490/12 – Arnoldo Mondadori Editore SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-548/14 P)

(2015/C 073/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Arnoldo Mondadori Editore SpA (rappreżentanti: G. Dragotti, R. Valenti, S. Balice, E. Varese, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Grazia Equity GmbH

Talbiet tal-appellant

tannulla l-punti 25 sa 33 u 68 sa 83 tas-sentenza kkontestata għall-motivi kollha esposti fl-appell;

tilqa’ r-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell jew, sussidjarjament, terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżaminaha mill-ġdid, u;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-appellanti, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-istanza tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata parzjalment minħabba l-aggravji li ġejjin:

a)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi eskludiet l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1) mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar in-natura kumplementari tal-prodotti u servizzi u tal-prinċipju ta’ interdipendenza; barra minn hekk il-Qorti Ġenerali kisret jew għawġet il-fatti u l-provi prodotti quddiemha minn Arnoldo Mondadori Editore fir-rigward tax-xebh bejn il-prodotti u servizzi kkonċernati, mill-inqas b’rabta mal-kunċett ta’ natura kumplementari.

b)

il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 għar-raġunijiet li ġejjin:

i)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi attribwixxiet intensità speċifika għar-reputazzjoni tat-trade mark ta’ Arnoldo Mondadori Editore, li ma hijiex meħtieġa għall-finijiet tal-implementazzjoni tal-protezzjoni addizzjonali mogħtija mill-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009; barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkonformatx ruħha mal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-livell ta’ reputazzjoni ta’ trade mark.

ii)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi eskludiet l-eżistenza ta’ rabta bejn it-trade marks abbażi ta’ evalwazzjoni tal-fatturi rilevanti (b’mod partikolari n-natura tal-prodotti jew servizzi kkonċernati, il-pubbliku kkonċernat, l-intensità tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti, il-livell tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti) mhux konformi mal-kriterji stabbiliti mill-ġurispridenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009; il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball billi eżaminat l-eżistenza ta’ riskju ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati, liema fatt ma huwiex meħtieġ għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;

iii)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 mingħajr ma evalwat jekk is-sinjal li għaliha saret l-applikazzjoni setgħetx tikseb vantaġġ indebitu mit-trade mark preċedenti li kien igawdi minn reputazzjoni jew kien jikkawżalu preġudizzju.


(1)  Regolament tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fit-3 ta’ Diċembru 2014 – Proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov

(Kawża C-554/14)

(2015/C 073/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Proċeduri kriminali kontra: Atanas Ognyanov

Fil-preżenza ta’: Sofiyska gradska prokuratura

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, jipprekludu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni milli jnaqqas, matul il-proċedura ta’ trasferiment, it-tul tal-piena ta’ priġunerija imposta mill-Istat emittenti, fuq il-bażi tax-xogħol ipprovdut waqt li din il-piena kienet qiegħda tiġi skontata fl-Istat emittenti, b’tali mod li:

A)

it-tnaqqis tal-piena jirriżulta mill-applikazzjoni, skont l-Artikolu 17(1) [tad-Deċiżjoni Qafas], tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għall-infurzar tal-piena. L-applikazzjoni, għall-infurzar tal-piena, tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni sa mill-proċedura ta’ trasferiment, fir-rigward ta’ fatti (xogħol ipprovdut f’ħabs tal-Istat emittenti) li seħħew matul il-perijodu li matulu l-persuna kkundannata kienet tinsab taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat emittenti, hija kompatibbli mad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq?

B)

it-tnaqqis tal-piena jirriżulta minn tnaqqis skont l-Artikolu 17(2) [tad-Deċiżjoni Qafas]. Tnaqqis, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, li bis-saħħa tagħha ssir evalwazzjoni legali ġdida tal-fatti li seħħew fl-Istat emittenti (xogħol ipprovdut f’ħabs tal-Istat emittenti), li jikkorrispondi għal perijodu itwal mill-perijodu ta’ priġunerija ordnat inkonformità mal-leġiżlazzjoni ta’ dan tal-aħħar, huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq?

2)

Fil-każ li d-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-Deċiżjoni Qafas, jew inkella dispożizzjonijiet oħra tagħha, japplikaw għat-tnaqqis tal-piena inkwistjoni, huwa meħtieġ li l-Istat emittenti, li jkun għamel talba espliċita f’dan is-sens, jiġi informat u huwa meħtieġ li l-proċedura ta’ trasferiment titwaqqaf jekk dan jopponi għal tali tnaqqis? Fil-każ li jeżisti obbligu ta’ informazzjoni, x’inhi n-natura ta’ din l-informazzjoni: ġenerali u astratta, dwar id-dritt applikabbli, jew inkella dwar it-tnaqqis tal-piena konkret li l-qorti jkollha l-intenzjoni tagħti lill-persuna kkundannata?

Domanda komplementari

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI jipprekludi tnaqqis tal-piena mill-Istat ta’ eżekuzzjoni fuq il-bażi tad-dritt intern ta’ dan tal-aħħar (minħabba xogħol ipprovdut fl-Istat emittenti), id-deċiżjoni tal-qorti nazzjonali li tapplika, minkejja kollox, il-liġi nazzjonali tagħha, minħabba li tkun inqas ħarxa mill-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI, hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fid-9 ta’ Diċembru 2014 – Genentech Inc. vs Hoechst GmbH, li kienet Hoechst AG, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

(Kawża C-567/14)

(2015/C 073/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Genentech Inc.

Konvenuta: Hoechst GmbH, li kienet Hoechst AG, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 tat-Trattat li sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, fil-każ ta’ annullament tal-privattivi, jiġi applikat kuntratt ta’ liċenzja li jimponi fuq il-persuna liċenzjata l-obbligu li tħallas ir-royalties għas-sempliċi użu tad-drittijiet marbuta mal-privattivi liċenzjati?


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Diċembru 2014 – Timberland Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst, kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-571/14)

(2015/C 073/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Timberland Europe BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst, kantoor Rotterdam Rijnmond

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (1) huwa invalidu fir-rigward tal-produttur-esportatur (C) stabbilit fil-Vjetnam u tal-produttur-esportatur (F) stabbilit fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sa fejn dan jikser l-Artikoli 2(7)(b) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (2) (iktar ’il quddiem “ir-Regolament bażiku”) peress li l-Kummissjoni la ddeċidiet dwar l-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq u lanqas dwar it-trattament individwali, hekk kif mitluba mill-produtturi-esportaturi msemmija iktar ’il fuq?

2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu fil-parti li tirrigwarda l-produtturi-esportaturi msemmija fl-ewwel domanda, sa fejn dan jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku peress li l-Kummissjoni ma ddeċidietx fit-terminu ta’ tliet xhur mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni?

3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu fir-rigward tal-produttur-esportatur (A), li jifforma parti minn (B), stabbilit fil-Vjetnam u tal-produttur esportatur (D), li jifforma parti minn (E), stabbilit fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sa fejn dan jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku peress li l-Kummissjoni ma ddeċidietx fit-terminu ta’ tliet xhur mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ottubru 2006, jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 485).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/14


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2014 minn Mirelta Ingatlanhasznosító Kft. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Hames Awla) fid-19 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-430/14, Mirelta Ingatlanhasznosító Kft. vs Il-Kummissjoni Ewropea u L-Ombudsman Ewropew

(Kawża C-576/14 P)

(2015/C 073/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Mirelta Ingatlanhasznosító Kft. (rappreżentant: K. Pap, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Ombudsman Ewropew

Talbiet

tannulla d-digriet appellat u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Aggravju prinċipali: l-interpretazzjoni żbaljata tar-rikors mill-Qorti Ġenerali.

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali interpretat u rriformulat b’mod żbaljat it-talbiet tagħha, kif ukoll interpretat b’mod żbaljat il-motivazzjoni tar-rikors tagħha billi kkunsidrat li dan kien ġie ppreżentat minħabba r-“[r]ifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu”.

L-appellanti tallega li r-rikors tagħha kien intiż sabiex il-Qorti Ġenerali “tobbliga lill-Kummissjoni Ewropea twettaq proċedura konformi mad-dritt tal-Unjoni u li tiggarantixxi l-effettività tad-dritt tal-Unjoni”.

L-appellanti ppreżentat rikors fuq din il-bażi kontra l-Kummissjoni peress li l-ksur manifest tad-dritt tagħha għal amministrazzjoni tajba kellu bħala konsegwenza l-ksur ta’ dritt fundamentali li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikonoxxilha. Hija tqis li billi l-Kummissjoni baqgħet lura milli twettaq proċedura ekwa, li twettaq analiżi konformi mad-dritt tal-Unjoni u li tiżgura l-effettività tad-dritt tal-Unjoni (b’mod partikolari tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), hija ma ċaħdithiex biss mid-dritt tagħha għal amministrazzjoni tajba iżda wkoll, fl-istess waqt, mid-dritt tagħha għal proċedura ġudizzjarja effettiva.

L-appellanti tqis li l-interpretazzjoni tar-rikors tagħha fl-ewwel istanza magħmula mill-Qorti Ġenerali tfisser li proċedura konformi mad-dritt tal-Unjoni timplika awtomatikament li, fil-każ ta’ eżami oġġettiv skont id-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tiftaħ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, filwaqt li l-appellanti ma tistax tirrikjedi tali ħaġa.

Bil-kontra, l-appellanti taħseb li mid-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati, jirriżulta li huwa biss wara li wettqet eżami ekwu li l-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tevalwa, billi tibbaża ruħha fuq il-ġurisprudenza, l-opportunità li tiftaħ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu; b’hekk, l-amministrazzjoni tajba hija r-rekwiżit prinċipali, il-Kummissjoni tista’ teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha – li, skont l-appellanti, ma hijiex estiża għall-ksur tad-drittijiet fundamentali – biss fid-dawl ta’ amministrazzjoni tajba preċedenti peress li l-Kummissjoni inkella tista’ (bħal, wara kollox, f’kull kawża oħra) issib ruħha f’sitwazzjoni fejn ma hemm xejn li jeħtieġ li jiġi evalwat.

Aggravju sussidjarju: il-possibbiltà li l-Istati Membri jiġu eżentati mill-obbligu tagħhom li japplikaw id-dritt derivat u r-Regolament, u dan wisq inqas b’mod indirett, ma taqax taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni, skont id-dritt tal-Unjoni.

L-analiżi tal-Qorti Ġenerali esposta fil-punt 6 tad-digriet fir-rigward tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni tikser, minn numru ta’ aspetti, dispożizzjonijiet imperattivi u mhux ambigwi tat-Trattati u, konsegwentement, li ma humiex tali li jkunu suġġetti għas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni; barra minn hekk l-appellanti tqis li l-obbligu li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali previsti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea lanqas ma jista’ jkun suġġett għas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni.

Fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza lanqas darba ma kkritikat id-dritt ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni, iżda fil-verità tikkritika l-fatt li l-Kummissjoni lanqas kellha l-possibbiltà li teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha fis-sens tal-ġurisprudenza stabbilita invokata mill-Qorti Ġenerali, peress li l-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali jassumi li l-eżami nnifsu jkun ekwu u li jkun hemm element li jkun jista’ jiġi evalwat b’mod effettiv.

It-Trattat jipprevedi li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tiżgura l-effettività tad-dritt tal-Unjoni; dan huwa obbligu mogħti lilha mit-Trattat, li għandu preċedenza fuq il-ġurisprudenza.

Fil-każ konkret, l-aġent tal-Unjoni li wettaq l-eżami (korp tal-Unjoni) ċaħħad lill-appellanti minn dritt fundamentali peress li huwa stess wettaq evalwazzjoni u ħa deċizjoni minflok il-Kummissjoni, preċedentement u b’mod mhux ekwu, dwar kwistjonijiet li ma setgħux ikunu suġġetti għal setgħa diskrezzjonali, jiġifieri li, minflok il-possibbiltà ta’ evalwazzjoni, huwa l-aġent inkarigat mill-fajl li ddeċida l-kawża tal-appellanti, b’konstatazzjonijiet fattwali żbaljati.

L-appellanti tqis li la l-qorti nazzjonali u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jistgħu jevalwaw jekk, fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, dwar l-implementazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, hijiex obbligatorja jew le, u li l-Kummissjoni lanqas ma tista’ tikkonstata li r-rifjut li jiġi applikat ir-regolament tal-Unjoni (in-nuqqas evidenti ta’ applikazzjoni) huwa ekwivalenti għall-idea li dan lanqas ma ġie applikat “b’ċertu mod”. Fiha nnifisha, din is-sempliċi konstatazzjoni tipprova diġà l-ksur tad-dritt tal-appellanti għal proċess ekwu, li b’konsegwenza ta’ dan ġiet imċaħħda minn proċedura ġudizzjarja effettiva u mill-qorti tagħha skont il-liġi.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/15


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-589/14)

(2015/C 073/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet skont liema,

fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun mhux irrappreżentati minn titoli, kumpannija ta’ investiment stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE hija suġġetta għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn fuq dawn l-interessi filwaqt li kumpannija ta’ investiment stabbilita fil-Belġju tibbenefika minn eżenzjoni fuq din it-taxxa, u

fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun irrappreżentati minn titoli ta’ oriġini Belġjana, dawn l-interessi huma suġġetti għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE filwaqt li dawn l-interessi huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fil-Belġju,

ir-Renju Unit tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 36 u 40 tal- Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li diversi dispożizzjonijiet tad-Digriet Irjali ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi dwar it-taxxa fuq id-dħul Belġjan 1992, jissuġġetta possibbli eżenzjonijiet mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn applikabbli għall-interessi għal kundizzjonijiet li ma humiex kompatibbli mal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati, jiġifieri l-Artikoli 56 u 63 TFUE.

Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-interessi relatati ma’ djun mhux irrappreżentati minn titoli, kumpannija ta’ investiment stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE hija suġġetta għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn fuq dawn l-interessi, filwaqt li kumpannija ta’ investiment stabbilita fil-Belġju tibbenefika minn eżenzjoni fuq din it-taxxa.

Fit-tieni lok, fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun irrappreżentati minn titoli ta’ oriġini Belġjana, dawn l-interessi huma suġġetti għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE filwaqt li dawn l-interessi huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fil-Belġju.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/16


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-591/14)

(2015/C 073/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u B. Stromsky, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi ma ħax, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra mill-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tal-Artikolu 1(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/678/UE, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini implimentata mill-Belġju (1), u billi ma informax lill-Kummissjoni, fit-terminu previst, bil-miżuri meħuda sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-imsemmija deċiżjoni.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-Deċiżjoni 2011/678 tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini implimentata mill-Belġju, il-Kummissjoni ddikjarata li l-għajnuna mill-Istat mogħija mill-Belġju hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni.

It-terminu previst fid-deċiżjoni għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali skada fit-28 ta’ Novembru 2011 mingħajr ma kien hemm irkupru totali ta’ din l-għajnuna.

Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut għadu ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jirkupra l-għajnuna mogħtija lill-impriżi benefiċjarji, u lanqas ma bagħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha mitluba.


(1)  ĠU L 274, p. 36.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Masco Denmark ApS u Damixa ApSA vs Skatteministeriet

(Kawża C-593/14)

(2015/C 073/23)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Masco Denmark ApS u Damixa ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (li saru l-Artikolu 49 TFUE u l-Artikolu 54 TFUE rispettivament), jipprekludi Stat Membru milli ma jagħtix eżenzjoni fiskali għall-interessi riċevuti minn kumpannija residenti fil-każ li kumpannija li tifforma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji, residenti fi Stat Membru ieħor, ma tkunx tista’ tnaqqas mit-taxxa l-ispiża għall-ħlas tal-interessi korrispondenti minħabba r-regoli (bħal dawk fis-seħħ f’dan il-każ) fl-Istat Membru kkonċernat li jillimitaw id-dritt għal tnaqqis tal-interessi mħallsa fil-każ ta’ sottokapitalizzazzjoni, meta dan l-ewwel Stat Membru jagħti eżenzjoni fiskali għall-interessi riċevuti minn kumpannija residenti fil-każ li kumpannija residenti oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji ma tkunx tista’ tnaqqas mit-taxxa l-ispiża għall-ħlas tal-interessi korrispondenti skont ir-regoli nazzjonali (bħal dawk fis-seħħ f’dan il-każ) li jillimitaw it-tnaqqis ta’ tali spejjeż fil-każ ta’ sottokapitalizzazzjoni?


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/17


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-600/14)

(2015/C 073/24)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/699/UE, tal-24 ta’ Ġunju 2014, sa fejn tirreferi għall-emenda tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF-Konvenzjoni bażika) u tal-Appendiċijiet B (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Ġarr Internazzjonali ta’ Prodotti bil-Ferrovija – CIM), D (Regoli Uniformi għall-Kuntratti tal-Użu tal-Vetturi fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali – CUV) u E (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Użu tal-Infrastruttura fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali – CUI) tagħha (Artikolu 1 tad-Deċiżjoni moqri flimkien man-Nru 3, punti 4 [sa fejn jikkonċerna l-Artikolu 12 tal-COTIF-Konvenzjoni bażika], 5, 7 u 12 tal-anness), u

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont il-Gvern Ġermaniż, l-Artikoli 91 u 218(9) TFEU ma jagħtux kompetenza lill-Unjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi pożizzjoni komuni li tikkonċerna r-regoli kollha li kienu s-suġġett ta’ konsultazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-25 laqgħa tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF. Għalhekk, permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ attribuzzjoni skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2) TUE.

2.

Minbarra dan, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, minħabba li ma jirriżultax b’mod ċar minn din id-deċiżjoni għalfejn l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza sabiex tistabbilixxi pożizzjoni komuni li tikkonċerna r-regoli kollha li kienu s-suġġett ta’ konsultazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-25 laqgħa tal-OTIF-Kumitat tar-Reviżjoni.

3.

Minbarra dan, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, billi adotta l-att ikkontestat jum biss qabel il-bidu tal-25 laqgħa tal-OTIF-Kumitat tar-Reviżjoni. Għal din ir-raġuni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġiet miċħuda minn kwalunkwe possibbiltà li tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fi żmien xieraq sabiex tikseb protezzjoni ġudizzjarja (provviżorja) kontra d-deċiżjoni kkontestata.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Retten i Glostrup (id-Danimarka) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Anklagemyndigheden vs Canal Digital Danmark A/S

(Kawża C-611/14)

(2015/C 073/25)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Retten i Glostrup

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anklagemyndigheden

Konvenuta: Canal Digital Danmark A/S

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar prattiċi kummerċjali żleali”) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi skema nazzjonali bħall-Artikolu 3 tal-Liġi Daniża dwar il-prattiki tal-kummerċ (markedsføringslov), li tipprojbixxi l-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni qarrieqa, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ stedina għax-xiri, iżda li fir-rigward tagħha la l-imsemmi Artikolu 3, u l-ebda dispożizzjoni oħra, ma jsemmu l-limiti previsti mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva, li jipprovdi li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt fejn prattika kummerċjali teskludi informazzjoni sostanzjali li l-konsumatur medju għandu bżonn, meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni kummerċjali b’għarfien tal-kundizzjonijiet kollha involuti, kif ukoll mill-Artikolu 7(3) tagħha, li jipprovdi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limiti ta’ spazju jew ta’ żmien imposti bil-mezz ta’ komunikazzjoni użat?

2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar prattiċi kummerċjali żleali għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn kummerċjant għażel li jiffissa l-prezz ta’ abbonament fuq terminu indeterminat b’tali mod li l-konsumatur għandu jħallas kemm somma kull xahar u somma kull sitt xhur, din il-prattika titqies li hija qarrieqa jekk il-prezz tas-somma li għandha titħallas kull xahar jiġi partikolarment enfasizzat fil-kummerċjalizzazzjoni filwaqt li dak tas-somma li għandha titħallas kull sitt xhur huwa totalment eskluż jew jintwera b’mod inqas apparenti?

3)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn kummerċjant għażel li jiffissa l-prezz ta’ abbonament fuq terminu indeterminat b’tali mod li l-konsumatur għandu jħallas kemm somma kull xahar u somma kull sitt xhur, ikun hemm esklużjoni qarrieqa fis-sens tal-imsemmi Artikolu 7 jekk il-prezz tas-somma li għandha titħallas kull xahar jiġi partikolarment enfasizzat fil-kummerċjalizzazzjoni filwaqt li dak tas-somma li għandha titħallas kull sitt xhur huwa totalment eskluż jew jintwera b’mod inqas apparenti?

4)

Fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk prattika kummerċjali, bħal dik deskritta fit-tieni u fit-tielet domandi, tkun qarrieqa, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-imsemmija prattika:

a)

tindika l-prezz totali tal-abbonament għall-perijodu ta’ impenn, inkluża s-somma li għandha titħallas kull sitt xhur,

u/jew

b)

tikkonsisti f’riklami jew pubbliċità fuq l-internet b’ħolqa lejn is-sit tal-kummerċjant fejn jinsabu indikazzjonijiet dwar is-somma li għandha titħallas kull sitt xhur u/jew il-prezz totali tal-abbonament li jinkludi dak tas-somma li għandha titħallas kull sitt xhur?

5)

Il-fatt li l-kummerċjalizzazzjoni ssir permezz ta’ reklami televiżivi għandu effett fuq ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi?

6)

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jelenka b’mod limitat l-informazzjoni sostanzjali li għandha tintwera fi stedina għax-xiri?

7)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għas-sitt domanda, l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jeskludi li stedina għax-xiri, li tindika l-prezz totali li l-konsumatur għandu jħallas għall-ewwel sena tal-abbonament (perijodu ta’ impenn) tista’ titqies bħala prattika kummerċjali qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 7(1) u (2) jew tal-Artikolu 6 tad-Direttiva, pereżempju jekk hija tagħti informazzjoni dwar ċerti elementi tal-prezz iżda mhux kollha?


(1)  ĠU L 149, p. 22.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/19


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-1/15)

(2015/C 073/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Aresu, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li, billi adottat u żammet fis-seħħ il-punt 1 tal-Artikolu 1(2), il-punt 9 tal-Artikolu 2(1), il-punt 4 tal-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 moqri flimkien mal-Artikoli 14a u 14b, kif ukoll l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21a tal-Bundesgesetzes über die Niederlassung und den Aufenthalt in Österreich (Liġi Federali dwar l-istabbiliment u r-residenza fl-Awstrija), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 41(1) tal-protokoll addizzjonali (1) u l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ċerti dispożizzjonijiet tal-Liġi Federali dwar l-istabbiliment u r-residenza fl-Awstrija ma humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, sa fejn jikkonċernaw liċ-ċittadini Torok. Dawn huma b’mod partikolari:

l-obbligu tal-applikant li jippreżenta applikazzjoni inizjali barra mill-pajjiż, qabel id-dħul tiegħu fit-territorju federali, quddiem l-awtoritajiet lokali diplomatiċi kompetenti u li jibqa’ barra mit-territorju federali sakemm tingħata deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu;

l-istabbiliment ta’ età minima ta’ 21 sena sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ residenza abbażi ta’ riunifikazzjoni tal-familja;

il-prova tal-konoxxenza tal-lingwa Ġermaniża meta tiġi ppreżentata applikazzjoni inizjali għall-permess ta’ residenza kif ukoll l-introduzzjoni ta’ “ftehim ta’ integrazzjoni”.

L-oġġezzjoni tar-Repubblika tal-Awstrija li, fil-fehma tagħha, permezz ta’ ċirkulari lill-Bundesministerium für Inneres (Ministru Federali tal-Intern), talbet lill-awtoritajiet inkarigati mill-istabbiliment u mir-residenza tal-barranin jissuġġettaw l-applikazzjonijiet taċ-ċittadini Torok għal eżaminazzjoni każ b’każ konformement mad-dritt Ewropew, ma tistax tirrimedja l-ksur tal-obbligi taħt l-Artikolu 41(1) tal-protokoll addizzjonali u l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972, li jikkonkludi l-protokoll addizzjonali u l-protokoll finanzjarju ffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 u mehmuż mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Europea u t-Turkija u li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41).


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/20


Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fit-12 ta’ Jannar 2015 – La Chaine hôtelière La Frontière, Shotef SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-1/15 SA)

(2015/C 073/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: La Chaine hôtelière La Frontière, Shotef SPRL (rappreżentant: J. Steyt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata;

Għaldaqstant:

prinċipalment, tawtorizza lir-rikorrenti sabiex iżżomm fis-seħħ u teżegwixxi l-mandat ta’ qbid diġà maħruġ u sabiex toħroġ mandati ta’ qbid oħra indirizzati lill-Unjoni Ewropea/lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-somom, flus, oġġetti ta’ valur jew oġġetti ġenerali oħra li hija għandha jew għad irid ikollha, li huma dovuti jew li għad iridu jkunu dovuti minnha, u li jappartjenu jew li huma dovuti taħt kwalunkwe titolu u għal kwalunkwe raġuni lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

sussidjarjament, tawtorizza lir-rikorrenti sabiex iżżomm fis-seħħ u teżegwixxi l-mandat ta’ qbid diġà maħruġ u sabiex toħroġ mandati ta’ qbid oħra indirizzati lill-Unjoni Ewropea/lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-somom, flus, oġġetti ta’ valur jew oġġetti ġenerali oħra li hija għandha jew għad irid ikollha, li huma dovuti jew li għad iridu jkunu dovuti minnha, u li jappartjenu jew li huma dovuti minħabba kuntratt irregolat mid-dritt privat lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

F’kull każ:

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-509/11) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Dritt għar-rispett tal-privatezza u tal-ħajja familjari - Proporżjonalità”)

(2015/C 073/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 199, p. 74), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), u tad- Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mohammad Makhlouf huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-109/12) (1)

(“Fond ta’ Koeżjoni - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni”)

(2015/C 073/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia, aġent, assistita inizjalment minn J. Rivas Andrés u minn X. M. García García, sussegwentment minn J. Rivas Andrés, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9992, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Azzjonijiet li għandhom jiġu implementati fil-kuntest tal-iżvilupp tat-tieni fażi tal-pjan ewlieni ta’ ġestjoni tal-iskart solidu urban tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura” (CCIo2000.ES.16.C.PE.020), “Żbokkijiet tal-ilma: baċir medju Getafe u baċir inferjuri tal-Arroyo Culebro (baċir tat-Tago-Tisfija)” (CCI 2002.ES.16.C.PE.002), “Użu mill-ġdid ta’ ilmijiet ittrattati għall-irrigazzjoni ta’ żoni ħodor fi Santa Cruz de Tenerife” (CCIo2003.ES.16.C.PE.003) u “Għajnuna teknika għall-istudju u t-tfassil tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ provvista ta’ ilma tal-Mancomunidad de Algodor” (CCI 2002.ES.16.C.PE.040).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9992, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Azzjonijiet li għandhom jiġu implementati fil-kuntest tal-iżvilupp tat-tieni fażi tal-pjan ewlieni ta’ ġestjoni tal-iskart solidu urban tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura” (CCIo2000.ES.16.C.PE.020); “Żbokkijiet tal-ilma: baċir medju Getafe u baċir inferjuri tal-Arroyo Culebro (baċir tat-Tago-Tisfija)” (CCI 2002.ES.16.C.PE.002) “Użu mill-ġdid ta’ ilmijiet ittrattati għall-irrigazzjoni ta’ żoni ħodor fi Santa Cruz de Tenerife” (CCIo2003.ES.16.C.PE.003) u “Għajnuna teknika għall-istudju u t-tfassil tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ provvista ta’ ilma tal-Mancomunidad de Algodor” (CCI 2002.ES.16.C.PE.040), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 126, 28.4.2012.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/12) (1)

(“Fond ta’ Koeżjoni - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni”)

(2015/C 073/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia, aġent, assistita inizjalment minn J. Rivas Andrés u minn X. M. García García, sussegwentement minn J. Rivas Andrés, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9990, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura – 2001” (CCIo2001.ES.16.C.PE.043), “Provvista ta’ ilma u netwerk ta’ tisfija fil-baċir idrografiku ta’ Duero – 2001” (CCI 2000.ES.16.C.PE.070), “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia – 2001 – Grupp II” (CCI 2001.ES.16.C.PE.026) u “Sistema ta’ tisfija u ta’ trattament ta’ ilma mormi tal-Bierzo Bajo” (CCI 2000.ES.16.C.PE.036).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9990, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura – 2001” (CCIo2001.ES.16.C.PE.043), “Provvista ta’ ilma u netwerk ta’ tisfija fil-baċir idrografiku ta’ Duero – 2001” (CCI 2000.ES.16.C.PE.070), “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia – 2001 – Grupp II” (CCI 2001.ES.16.C.PE.026) u “Sistema ta’ tisfija u ta’ trattament ta’ ilma mormi tal-Bierzo Bajo” (CCI 2000.ES.16.C.PE.036), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 126, 28.4.2012.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Sabores de Navarra vs UASI – Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)

(Kawża T-46/13) (1)

(“Trade mark Komunitarja - proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità (trade marks) - Trade mark verbali Komunitarja KIT, EL SABOR DE NAVARRA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Sabores de Navarra La Sabiduría del Sabor - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 15 u Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Forma li hija differenti b’elementi li jbiddlu l-karattru distintiv”)

(2015/C 073/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sabores de Navarra, AIE (Pampelune, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, O. González Fernández u L. Estropa Navarro, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Frutas Solano, SA (Calahorra, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Novembru 2012 (Każijiet magħquda R 2542/2011 2 u R 2550/2011 2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sabores de Navarra, AIE u Frutas Solano, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sabores de Navarra, AIE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 23.3.2013.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/13) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-servizzi tal-ajruport - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru - Ċaħda tal-ilment għal raġunijiet ta’ prijorità - Deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tislet il-konklużjonijiet, fid-dritt tal-kompetizzjoni, ta’ investigazzjoni mwettqa fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fis-settur ikkonċernat - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2015/C 073/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: easyJet Airline (Luton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Werner u R. Marian, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Luchthaven Schiphol NV (Schipol, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree, G. Hakopian u S. Molin, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 2727 finali, tat-3 ta’ Mejju 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Luchthaven Schiphol, fir-rigward ta’ allegat aġir antikompetittiv fis-suq tas-servizzi tal-ajruport (Każ COMP/39.869 – easyJet/Schiphol).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

easyJet Airline Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Schwerdt vs UASI Iberamigo (cat & clean)

(Kawża T-587/13) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva cat & clean - Trade mark Spanjola verbali preċedenti CLEAN CAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

(2015/C 073/33)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrenti: Miriam Schwerdt (Porta-Westfalica, il-Germanja) (rappreżentant: K. Kruse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Iberamigo, SA (Rubi, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1799/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Iberamigo, SA u Miriam Schwerdt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miriam Schwerdt hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Skambjaturi tas-sħana)

(Kawża T-615/13) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta skambjatur tas-sħana - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless - Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2015/C 073/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aic S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 291/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ACV Manufacturing u Aic S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aic S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjatur tas-sħana)

(Kawża T-616/13) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta insert ta’ skambjatur tas-sħana - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless - Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2015/C 073/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aic S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentani: J. Radłowski, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 293/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ACV Manufacturing u Aic S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aic S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjatur tas-sħana)

(Kawża T-617/13) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta insert ta’ skambjatur tas-sħana - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless - Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2015/C 073/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AIC S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 688/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ACV Manufacturing u Aic S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aic S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Blue Coat Systems (BLUECO)

(Kawża T-685/13) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUECO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE COAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

(2015/C 073/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Pechan u S. Körber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Blue Coat Systems, Inc. (Sunnyvale, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. Dalichau, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Otturbu 2013 (Każ R 2028/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blue Coat Systems, Inc. u Copernicus Trademarks Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Copernicus-Trademarks Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

(Kawża T-11/14) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Pianissimo - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2015/C 073/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Bonne u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2013 (Każ R 441/2013-4), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Pianissimo bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare)

(Kawża T-188/14) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GentleCare - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2015/C 073/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Walter u M. Neuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 Jannar 2014 (Każ R 739/2013-5), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GentleCare bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-426/10 u T-575/10 u Kawża T-440/12) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta parzjali”)

(2015/C 073/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-426/10 u T-575/10, F. González Díaz u A. Tresandi Blanco u, fil-Kawża T-440/12, inizzjalment F. González Díaz u P. Herrero Prieto, sussegwentement F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, kif ukoll, fil-Kawża T-440/12, C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti, fil-Kawżi T-426/10 u T-440/12 minn L. Ortiz Blanco, avukat)

Suġġett

Talbiet għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra COMP/G2/DVE/nvz/79465 tad-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T-426/10, it-talbiet intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Fil-Kawża T-575/10, ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-bqija tal-motivi u tat-talbiet huma rriżervati.

4)

Moreda-Riviere Trefilerías, SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-motivi u mat-talbiet intiżi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing) ippreżentati fil-Kawża T-426/10 kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kawża T-575/10.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Trefilerías Quijano vs Il-Kummissoni

(Kawżi magħquda T-427/10 u T-576/10 u Kawża T-439/12) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta parzjali”)

(2015/C 073/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Trefilerías Quijano, SA (Los Corrales de Buelna, Spanja) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-427/10 u T-576/10, F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, u, fil-Kawża T-439/12, inizjalment F. González Díaz u P. Herrero Prieto, sussegwentement F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, kif ukoll, fil-Kawża T-439/12, C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn L. Ortiz Blanco, avukat)

Suġġett

Talbiet għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra COMP/G2/DVE/nvz/79465 tad-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T-427/10, it-talbiet intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Fil-Kawża T-576/10, ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-bqija tal-motivi u tat-talbiet huma rriżervati.

4)

Trefilerías Quijano, SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-motivi u mat-talbiet intiżi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing) ippreżentati fil-Kawża T-427/10 kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kawża T-576/10.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Trenzas y Cables de Acero vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-428/10 u T-577/10 u Kawża T-441/12) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta parzjali”)

(2015/C 073/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Trenzas y Cables de Acero PSC, SL (Santander, Spanja) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-428/10 u T-577/10, F. González Díaz u A. Tresandi Blanco u, fil-Kawża T-441/12, inizjalment F. González Díaz u P. Herrero Prieto, sussegwentement F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, kif ukoll, fil-Kawża T-441/12, C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti min L. Ortiz Blanco, avukat)

Suġġett

Talbiet għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra COMP/G2/DVE/nvz/79465 tad-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T-428/10, it-talbiet intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Fil-Kawża T-577/10, ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-bqija tal-motivi u tat-talbiet huma rriżervati.

4)

Trenzas y Cables de Acero PSC, SL hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-motivi u mat-talbiet intiżi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing) ippreżentati fil-Kawża T-428/10 kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kawża T-577/10.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-429/10 u T-578/10 u Kawża T-438/12) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta parzjali”)

(2015/C 073/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-429/10 u T-578/10, F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, u, fil-Kawża T-438/12, inizjalment F. González Díaz u P. Herrero Prieto, sussegwentement F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, kif ukoll, fil-Kawża T-438/12, C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn L. Ortiz Blanco, avukat)

Suġġett

Talbiet għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra COMP/G2/DVE/nvz/79465 tad-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T-429/10, it-talbiet intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Fil-Kawża T-578/10, ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-bqija tal-motivi u tat-talbiet huma rriżervati.

4)

Global Steel Wire, SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-motivi u mat-talbiet intiżi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing) ippreżentati fil-Kawża T-429/10 kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kawża T-578/10.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2015 – Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/12) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Rikors promotur - Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

(2015/C 073/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-H. Heyland, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti, assistiti inizjalment minn R. Van der Hout u A. Krämer, sussegwentement minn R. Van der Hout, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2012 bi tweġiba għall-ittra tar-rikorrenti tas-27 ta’ Lulju 2012, intiża sabiex il-Kummissjoni teżegwixxi s-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2012, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-300/10, Ġabra, EU:T:2012:247).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Internationaler Hilfsfonds eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Jannar 2015 – St’art et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/14) (1)

(“Rikors għal annullament - Programm ‘European Creative Industries Alliance’ - Proġett ‘C I Factor’ intiż li jimplementa strumenti ġodda sabiex jiffavorixxi l-finanzjament ta’ industriji kulturali u kreatttivi - Deċiżjoni li ttemm il-proġett - Att li jaqa’ fil-kuntest purament kuntrattwali li huwa inseparabbli minnu - Inammissibbiltà”)

(2015/C 073/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles (Mons, il-Belġju); Stichting Cultuur – Ondernemen (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Angel Capital Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Dehin u C. Brüls, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, J. Estrada de Solà u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament, minn naħa, tad-“deċiżjoni impliċita ta’ data mhux magħrufa” tal-Kummissjoni ntiża li ttemm il-proġett “C-1 Factor SI2.609157-2/G/ENT/CIP/11/C/N03C011” u, konsegwentement, sabiex jintemm is-sussidju mogħti lill-konsorzju li r-rikorrenti jagħmlu parti minnu u, min-naħa l-oħra, id-“deċiżjoni espliċita li tikkonfermah” adottata fid-29 ta’ Novembru 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles; Stichting Cultuur – Ondernemen u Angel Capital Innovations Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Jannar 2015 – St’art et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/14) (1)

(“Rikors għal annullament - Programm ‘European Creative Industries Alliance’ - Proġett ‘C I Factor’intiż li jimplementa strumenti ġodda sabiex jiffavorixxu l-finanzjament tal-industriji kulturali u kreattivi - Nota ta’ debitu - Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa indissoċjabbli minnu - Inammissibblità”)

(2015/C 073/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles (Mons, il-Belġju); Stichting Cultuur – Ondernemen (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Angel Capital Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Dehin u C. Brüls, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, J. Estrada de Solà u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-“deċiżjoni b’data mhux magħrufa, ifformalizzata fid-29 ta’ Novembru 2013 mill-Kummissjoni Ewropea” intiżi li titlob s-somma ta’ EUR 140 500,01 fil-kuntest tal-proġett “C I Factor SI2.609157-2/G/ENT/CIP/11/C/N03C011”, li toħroġ nota ta’ debit għal dan il-għan u li teżiġi, skont il-bżonn, is-solidarjetà ta’ membri oħrajn tal-konsorzju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles, Stichting Cultuur – Ondernemen u Angel Capital Innovations Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Jannar 2015 – Freitas vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-185/14) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva 2013/55/UE - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali - Esklużjoni tan-nutara maħtura permezz ta’ att uffiċjali ta’ awtoritajiet pubbliċi mil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36 - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)

(2015/C 073/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Freitas (Porto, il-Portugall) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u A. Tamás, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u M. Moore, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 354, p. 132).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Portugiża, tar-Rumanija, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Ordem dos Notários u tal-kamra tal-avukati nazzjonali.

3)

José Freitas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/37


Rikors ippreżentat fit-13 Novembru 2014 – Philips u Philips France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-762/14)

(2015/C 073/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Philips NV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Philips France (Suresnes, Franza) (rappreżentanti: J. de Pree, S. Molin u A. ter Haar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna lil Philips

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Philips fid-deċiżjoni, u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament, minn naħa, tad-Deċżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, fil-Każ AT.39574 – Ċipep tal-Ismart Cards.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tagħti prova b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-kuntatti li kienet twettaq Philips kienu jikkwalifikaw bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-ksur kien jestendi għal ċipep tal-ismart cards għal kwalunkwe użu u ma kienx limitat għas-SIM cards.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn il-Kummisjoni naqset milli tagħti prova b’mod suffiċjenti fid-dritt li Philips kienet tagħmel parti minn kartell multilaterali flimkien ma’ Infineon, Renesas u Samsung, u pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ diliġenza, sa fejn il-Kummissjoni ma ttrattatx din il-kawża b’mod ekwu u imparzjali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn, bħala riżultat ta’ kif il-Kummissjoni wettqet il-proċedimenti, hija naqset milli tagħti prova tal-allegat ksur b’mod suffiċjenti fid-dritt.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003 (1), tal-Artikolu 11 tar-Regolament 773/2004 (2), tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Philips sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tagħti provi importanti li jiskaġunaw.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn il-Kummissjoni ma kellhiex dritt tissanzjona l-aġir allegat sa fejn huwa seħħ qabel it-3 ta’ Settembru 2004.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi sa fejn il-Kummissjoni, b’mod żbaljat, stabbilixxiet il-valur tal-bejgħ rilevanti.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi, tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-Kummissjoni applikat koeffiċjent ta’ gravità sproporzjonat.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-[Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/38


Rikors ippreżentat fi 14 ta’ Novembru 2014 – Soprema/UASI – Sopro Bauchemie (SOPRAPUR)

(Kawża T-763/14)

(2015/C 073/49)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Holding Soprema (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: M. R. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sopro Bauchemie GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “SOPRAPUR” Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 977642

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 1370/2013-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 – Red Lemon vs UASI – Lidl Stiftung (ABTRONIC)

(Kawża T-775/14)

(2015/C 073/50)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Red Lemon Inc. (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Wieland u S. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “ABTRONIC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 534 811

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2060/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/40


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2014 – SolarWorld vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-783/14)

(2015/C 073/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat u J. Beck, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-att ikkontestat; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha r-rikorrenti titlob l-annulment tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taġġusta l-prezz minimu ta’ importazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ moduli kristallini fotovoltajċi tas-silikon u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1225/2009 (1) u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 597/2009 (2) billi aġġustat il-prezz minimu ta’ importazzjoni mingħajr ma evalwat jekk il-prezz minimu ta’ importazzjoni hekk aġġustat kienx adegwat sabiex jelimina l-effetti dannużi tad-dumping u tas-sussidji.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009 L 343, p. 51).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009 L 188, p. 93).


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/40


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2014 – Bourdouvali et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-786/14)

(2015/C 073/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eleni Pavlikka Bourdouvali (Meneou, Ċipru) u 47 rikorrent ieħor (rappreżentant: P. Tridimas, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea rrappreżentati mill-Kummissjoni Ewropea, Eurogroup irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti s-somom indikati fl-Iskeda annessa mar-rikors flimkien mal-interssi mis-16 ta’ Marzu 2013 sakemm tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tordna lill-konvenuti jħallsu l-ispejjeż.

Alternattivament, u b’mod sussidjarju, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja joġgħobha:

tiddikjara li l-Unjoni Ewropea u/jew l-istituzzjonijiet konvenuti sostnew responsabbiltà mhux kuntrattwali;

tistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit id-dannu effettivament subit mir-rikorrenti;

tordna lill-konvenuti jħallsu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti (48 fit-total) huma depożitarji u/jew azzjonisti u/jew detenturi ta’ bonds tal-Bank of Cyprus Public Company Ltd u/jew tas-Cyprus Popular Bank Public Co. Ltd. Huma qed jitolbu skont l-Artikoli 340(2) u 340(3) TFEU, li jirregolaw r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-UE, għad-dannu li huma soffrew minħabba l-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet konvenuti li jimponu skema ta’ bail-in fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru.

Ir-rikorrenti jqisu li l-istituzzjonijiet konvenuti adottaw skema ta’ bail-in għar-Repubblika ta’ Ċipru li wasslet direttament għat-telf tad-depożiti u tal-azzonijiet tagħhom. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-miżuri ta’ bail-in adottati mir-Repubblika ta’ Ċipru kienu introdotta biss sabiex jimplimentaw miżuri adottati mill-konvenuti u kienu approvati wkoll mill-istituzzjonijiet konvenuti.

Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-iskema ta’ bail-in tikser id-dritt għall-proprjetà, kif stabbilit mill-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u mill-Artikolu 1 tal-Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Ir-rikorrenti jargumentaw ukoll li l-iskema ta’ bail-in tikser ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/41


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2014 – Unilever vs UASI – Technopharma (Fair & Lovely)

(Kawża T-811/14)

(2015/C 073/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unilever NV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Fox, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Technopharma Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Fair & Lovely” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 045 09

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1004/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tissospendi l-proċeduri fil-Każ R 1004/2013 4 sakemm jiġu deċiżi l-kawżi għall-annullament nazzjonali kontra r-reġistrazzjonijiet u applikazzjonijiet nazzjonali preċedenti li fuqhom ibbażat ruħha Technopharma Ltd. fi Spanja, il-Ġermanja, Franza, il-Benelux u r-Renju Unit;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 64(1) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regoli 20(7)(ċ) u 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/42


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – Alfamicro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-831/14)

(2015/C 073/54)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Alfamicro – Sistemas de Computadores, Sociedade Unipessoal, Lda (Cascais, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ottubru 2014, adottata fl-ambitu tal-implementazzjoni tal-Verifika Finanzjarja 12-DAS-03, dwar il-Grant Agreement Nru 238882, bil-konsegwenzi legali kollha, b’mod partikolari d-determinazzjoni tal-annullament tan-nota ta’ debitu inkluża fiha, li tammonta għal EUR 467 131, u l-ħruġ ta’ kreditu tal-istess ammont favur ir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, fl-ambitu tal-proġett Save Energy, ir-rikorrenti u l-Kummissjoni ħolqu Grant Agreement li għandu bħala għan il-ħolqien tal-proġett imsemmi. Ir-rikorrenti tallega li ssodisfat l-għanijiet kollha li jirriżultaw mill-proġett u li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ottubru 2014 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), ħadet biss inkunsiderazzjoni l-aspetti formali tan-natura purament kontabbilistika u dokumentali, fejn ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-riżultati miksuba. Id-devolviment tal-ammont rikjest jimplika oneru eċċessiv meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-istatus tagħha ta’ SME u jillimita l-libertà ta’ azzjoni tar-rikorrenti, fejn b’hekk ikun hemm ksur ċar tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ amministrazzjoni tajba. Fil-fatt, minn naħa, il-Kummissjoni ma qajmitx oġġezzjonijiet dwar il-metodu ta’ ħidma applikat mir-rikorrenti matul it-32 xahar ta’ dewmien ta’ eżekuzzjoni tal-proġett. Minn dan l-aġir ir-rikorrenti fehmet li l-Kummissjoni approvat l-elementi li kienu ġew ipprovduti lilha, fejn għalhekk id-deċiżjoni kkontestata taffettwa serjament is-sigurtà ġuridika. Min-naħa l-oħra, peress li l-Kummissjoni ma kkonstatatx mill-ewwel l-irregolaritajiet allegati fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ġġenerat il-konvinzjoni fir-rikorrenti li l-aġir tagħha kien regolari. Il-konvinzjoni hekk iġġenerata għandha tiġi protetta bil-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, li minnu jirriżulta li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha ta’ stħarriġ u konsegwentement kisret id-dmir tagħha ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kuntratt, peress li l-Kummissjoni wettqet żbalji gravi ta’ evalwazzjoni, ladarba ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kjarifiki u l-argumenti tar-rikorrenti u wettqet analiżi żbaljata ta’ dokumentazzjoni u ta’ informazzjoni li r-rikorrenti mill-ewwel kienet ipprovdiet. Billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kisret it-termini mifthiema fil-Grant Agreement. Ir-rikorrenti tqis li matul il-komunikazzjonijiet mal-Kummissjoni ntwera kif id-dispożizzjonijiet kuntrattwali ġew sodisfatti u li ġew osservati r-rekwiżiti neċessarji għall-kisba tal-finanzjament fil-qafas tal-proġett Save Energy.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-motivazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni hija estremament fil-qosor u ma tiddeskrivix jew telenka l-fatti jew l-atti li kienu suġġetti għal investigazzjoni u għal analiżi.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/43


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-841/14)

(2015/C 073/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta-Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-kalkolu ta’ interessi magħmul mid-dipartimenti tal-Kummissjoni permezz tal-ittra tal-21 ta’ Ottubru 2014;

sussidjarjament, tiddikjara li ma għandiex tiġi applikata ż-żieda prevista fl-Artikolu 11(1) u (2);

indipendentement minn jekk it-talba preċedenti tintlaqax jew le, sussidjarjament għall-ewwel talba, tistabbilixxi l-20 ta’ Jannar 2004 bħala d-data minn meta jibdew japplikaw l-interessi moratorji, jiġifieri, mill-ewwel ġurnata tax-xogħol tat-tieni xahar ta’ wara l-ġurnata tal-eventwali konstatazzjoni tad-dejn, is-27 ta’ Novembru 2003, li jikkorrispondi għat-tranżiti kollha li huma s-suġġett ta’ din il-kawża jew, fin-nuqqas ta’ dan, għall-interessi tad-dejn doganali li jikkorrispondi għall-aħħar tliet tranżiti, u

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qiegħed jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni Ares (2014) 3486706 (BUDG/B/02/MTC/IB), tal-21 ta’ Ottubru 2014, li timplementa l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

Dan ir-rikors huwa r-riżultat ta’ investigazzjoni li l-awtoritajiet Olandiżi għamlu fir-rigward ta’ 26 tranżitu maħruġa mid-dwana Olandiża bejn April u Novembru 1994 u bi ħruġ iddikjarat mit-territorju doganali tal-Komunità mid-dwana Spanjola ta’ Algeciras. L-imsemmija awtoritajiet ikkunsidraw li l-merkanzija inkwistjoni kienet evadiet il-kontroll doganali peress li ma kinitx ħarġet mit-territorju tal-Unjoni. Sussegwentement, l-awtoritajiet Olandiżi fformalizzaw rapport ġdid dwar tmien dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu, fejn esprimew dubji dwar l-awtentiċità tat-timbri u tal-firem fuq id-dokumenti li ġew prodotti bħala prova tat-twettiq tagħhom.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000, flimkien mal-Artikolu 9(1), mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), mal-Artikolu 6(3) u mal-Artikolu 2 tal-istess regolament, peress li l-Kummissjoni applikatu għal fatt li ma huwiex ikkontemplat mill-imsemmija dispożizzjoni.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jiddikjara li dan ma huwiex każ ta’ dejn doganali bħal dak previst fl-Artikolu 6(3)(a) iżda dejn doganali bħal dak previst fl-Artikolu 6(3)(b).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament Nru 1150/2000.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jallega li l-Artikolu 11(2) u (3) jipprevedi żieda tal-interessi moratorji, li l-għan tagħha ma huwiex il-kumpens għad-dannu kkawżat mid-dewmien fil-ħlas iżda li pjuttost hija ta’ natura repressiva, u dan jipprekludi l-applikazzjoni tagħha fil-każ fejn l-Istat Membru ma kienx jaf bl-eżistenza nnifisha tal-obbligu mwettaq tard.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1150/2000 fir-rigward tal-iffissar tad-data ta’ meta kellu jiġi kkonstatat id-dejn doganali u, għaldaqstant, tal-iffissar żbaljat tad-data minn meta jibdew japplikaw l-interessi moratorji, peress li dan kien is-suġġett ta’ proċeduri ġudizzjarji, li jfisser li f’kull każ seta jiġi kkonstatat biss wara deċiżjoni ġudizzjarja.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/45


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2014 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 55/08 RENV, De Nicola vs BEI

(Kawża T-848/14 P)

(2015/C 073/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Bank Ewropew tal-Investment

Talbiet

tilqa’ dan l-appell u, b’bidla parzjali tas-sentenza appellata, tneħħi r-riferiment għall-Artikolu 270 TFUE, tannulla l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv, u l-punti 16, 17, 18, 19, 22, 37, 41, 42, 45, 47, 48, 49, 51, 53, 54, 55, 56, 57, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65 u 66 tal-motivi.

tibgħat il-kawża f’Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex, f’kompożizzjoni differenti, jiddeċiedi mill-ġdid il-punti annullati, wara li jkun laqa’ l-miżuri istruttorji mitluba.

tagħtih id-dritt li jressaq kull motiv istruttorju, dirett u/jew kuntrarju, li jkun neċessarju fid-dawl tal-argumenti għad-difiża ppreżentati mill-parti l-oħra fil-proċedura, kif ukoll il-produzzjoni ta’ kull dokument ieħor li huwa jqis utli għall-konfutazzjoni tal-argumenti differenti.

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa dirett kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Novembru 2014, fil-Kawża F-55/08 RENV, De Nicola vs BEI.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin:

1.

Nuqqas ta’ deċiżjoni fir-rigward tat-talba ta’ rtirar tal-osservazzjonijiet u tad-dokumenti tal-BEI;

2.

Nuqqas ta’ deċiżjoni fir-rigward tar-rikuża tal-President tal-kulleġġ ġudikanti;

3.

Interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza fil-Kawża T-37/10 P;

4.

Nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni infondata fir-rigward tal-konstatazzjoni tal-fastidju psikoloġiku u l-kundanna sabiex dan jintemm.

5.

Il-Kumitat tal-Appelli għandi jagħti d-deċiżjoni tiegħu fuq il-mertu fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2006.

6.

Eżistenza ta’ interess sabiex tingħata deċiżjoni dwar l-annullament tal-promozzjonijiet tal-2007, sabiex jiġi evitat li dawn isiru definittivi.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/46


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2014 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/09 RENV, De Nicola vs BEI

(Kawża T-849/14 P)

(2015/C 073/57)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussembrugu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

tilqa’ dan l-appell u, b’bidla parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv, l-affermazzjoni li din il-proċedura hija skont l-Artikolu 270 TFUE, u l-punti 43, 44, 50, 55, 56, 58, 59, 60, 61, 63, 65, 66, 67, 68, 69, 70, 71, 72 u 73 tal-motivi.

tibgħat il-kawża f’Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex, f’kompożizzjoni differenti, jiddeċiedi mill-ġdid il-punti annullati, wara li jkun laqa’ l-perizzja medika mitluba preċedentement.

tagħtih id-dritt li jressaq kull motiv istruttorju, dirett u/jew kuntrarju, li jkun neċessarju fid-dawl tal-argumenti għad-difiża ppreżentati mill-parti l-oħra fil-proċedura, kif ukoll il-produzzjoni ta’ kull dokument ieħor li huwa jqis utli għall-konfutazzjoni tal-argumenti differenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa dirett kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Novembru 2014, fil-Kawża F-59/09 RENV, De Nicola vs BEI.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin:

1.

Fir-rigward tal-Kumitat tal-Appelli, l-appellant jikkontesta d-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà fir-rigward tar-regoli ta’ funzjonament tiegħu, l-affermazzjoni li tgħid li t-tneħħija tal-att annullat mill-fajl personali tal-appellant jikkostitwixxi kumpens adegwat għad-dannu, kif ukoll l-abbuż invokat fl-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja.

2.

Fir-rigward tal-fastidju subit mill-appellant, huwa jinvoka d-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tat-talba ta’ konstatazzjoni, in-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar dik it-talba speċifika u r-rifjut tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jimxi mas-sentenza ta’ rinviju, l-inammissibbiltà tal-eċċezzjonijiet ġodda proposti mill-BEI fid-deċiżjoni ta’ rinviju, kif ukoll l-abbuż ta’ poter tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li ssostitwixxa ruħu mad-difensur tal-appellant u ddeċieda li kien aħjar li ma tiġix eżaminata t-talba għad-danni, peress li kienet inkluża u spjegata aħjar fil-Kawża F-52/11.

3.

Fir-rigward tat-talba għal perizzja medika u ta’ miżuri oħra ta’ organizzazzjoni, għandu jiġi enfasizzat li l-appellant qatt ma rtira t-talbiet istruttorji tiegħu, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad billi qies li ma kinux neċessarji. Għalhekk, ladarba l-Qorti Ġenerali stabbilixxiet li l-kawża kellha tiġi deċiża fuq il-mertu, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kellu l-obbligu li jeżamina t-talbiet kollha debitament ifformulati, li jistabbilixxi liema kienu rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni u li jadotta l-miżuri ta’ organizzazzjoni li jirriżultaw minn dan.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/47


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2015 – Ice Mountain Ibiza vs UASI – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)

(Kawża T-5/15)

(2015/C 073/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Marbella Atlantic Ocean Club, SL (Puerto Banús, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ocean beach club ibiza” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 610 491

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2292/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2292/2013-1 b’mod li l-oppożizzjoni magħmula minn Marbella Atlantic Ocean Club, SL tiġi miċħuda u li tintlaqa’ l-applikazzzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 610 491“ocean beach club ibiza” (mħallta) fil-klassi 41; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk kollha li jirriżultaw sal-lum mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fl-istanzi inferjuri li wasslu għal dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/47


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2015 – Ice Mountain Ibiza vs UASI – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean ibiza)

(Kawża T-6/15)

(2015/C 073/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, avukat, F. Miazzetto, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Marbella Atlantic Ocean Club, SL (Puerto Banús, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ocean ibiza” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 610 525

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2207/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2207/2013-1 b’mod li l-oppożizzjoni magħmula minn Marbella Atlantic Ocean Club, SL tiġi miċħuda u li tintlaqa’ l-applikazzzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 610 525“ocean ibiza” (mħallta) fil-klassi 41; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk kollha li jirriżultaw sal-lum mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fl-istanzi inferjuri li wasslu għal dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/48


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2015 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-11 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża F-52/11, De Nicdola vs BEI

(Kawża T-10/15 P)

(2015/C 073/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha, bi bdil parzjali tas-sentenza kkontestata, tannulla l-paragrafu 2 u 3 tad-dispożittiv u l-punti 5, 7, 14, 16 sa 21, 24 sa 27, 29, 32, 35 sa 37, 39 sa 43, 46 sa 55, 57 sa 59, 62 sa 66, 68 sa 69, 73 u 74, 76 u 77, 87 sa 91, 93, 95 sa 100, 103, 106 u 107, 109 sa 112, 117, 120, 124, 142, 144 u 145, 148 sa 153, 161 sa 170, 175 sa 182 u 184 sa 193 tas-sentenza kkontestata. Tibgħat lura l-kawża quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b’kulleġġ ġudikanti differenti, sabiex tingħata deċiżjoni mill-ġdid fuq il-punti annullati, wara li tintlaqa’ t-talba għal perizja medika mressqa preċedentement. L-appellant jirriżerva d-dritt li jressaq kwalsiasi talba għal miżuri istruttorji, diretta u/jew kuntrarja, li tkun neċessarja fid-dawl tal-argumenti ta’ difiża mressqa mill-parti avversarja, u li jippreżenta kull dokument meqjus utli għall-konfutazzjoni tal-argumenti opposti. Tikkundanna lill-parti avversarja għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji segwenti:

1.

Nuqqas ta’ motivazzjoni tad-dispożizzjonijiet kkontestati.

2.

Għal dak li jirrigwarda l-annullament tal-atti konnessi u ta’ dawk li ntużaw mill-Kumitat ta’ Investigazzjoni, l-appellant jikkontesta d-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà peress li t-talba kienet tirrigwarda speċifikament l-atti kollha użati mill-Kumitat ta’ Investigazzjoni u mitluba inutilment.

3.

Għal dak li jirrigwarda t-talba għall-konstatazzjoni ta’ fastidju, l-appellant jikkontesta s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku minħabba motivazzjoni speċjuża, billi l-konstatazzjoni tal-ksur ta’ obbligu kuntrattwali mwettaq fil-konfront tiegħu ma tikkostitwixxix ċertament ordni indirizzata lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lanqas dikjarazzjoni ta’ prinċipju.

4.

Għal dak li jirrigwarda t-talba sabiex jitwaqqaf il-fastidju, l-appellant isostni li l-allegata projbizzjoni li tingħata ordni ma tistax tkun assoluta, iżda għandha neċessarjament titneħħa fil-każ ta’ aġir li jippreġudikaw id-dinjità tal-persuna u d-drittijiet fundamentali.

5.

Għal dak li jirrigwarda t-talba għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw mill-fastidju, l-appellant jenfasizza l-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, minn naħa, jirrevoka t-talbiet tiegħu lill-Kumitat ta’ Investigazzjoni u, min-naħa l-oħra, josserva li l-BEI ma huwa marbut bl-ebda obbligu ta’ eżekuzzjoni, peress li ma ngħatat ebda deċiżjoni għal dan il-għan u li d-deċiżjoni tal-Kumitat ma għandha l-ebda saħħa obbligatorja, ma hijiex vinkolanti u lanqas ma tikkostitwixxi rekwiżit proċedurali.

6.

Għal dak li jirrigwarda t-talba għall-kumpens għad-danni kkunsidrati ex se, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkritikah inġustament talli ma qajjem ebda żball ta’ liġi, u jikkontesta l-ħlas u l-motivazzjoni tal-kumpens iffissat għas-somma ta’ EUR 3 000.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/50


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2015 – Internet Consulting vs UASI – Provincia Autonoma di Bolzano-Alto Adige (SUEDTIROL)

(Kawża T-11/15)

(2015/C 073/61)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Internet Consulting GmbH (Brunico, l-Italja) (rappreżentanti: L. Miori u A. Bertella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Provincia Autonoma di Bolzano-Alto Adige (Bolzano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali “SUEDTIROL” – Trade mark Komunitarja Nru 2 826 931

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 574/2013-G

Talbiet

tannulla jew f’kull każ tbiddel kompletament id-deċiżjoni kkontestata tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ottubru 2014, innotifikata fit-13 ta’ Novembru 2014, u tiċħad f’kull każ it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Suedtirol imressaq mill-Provincia Autonoma di Bolzano;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-UASI u għal dawk tal-proċeduri preżenti.

Motivi invokati

Ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 5 u 56 tar-Regolament KE Nru 207/2009;

Ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 7(1)(c), 12 u 52 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2015 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/14) (1)

(2015/C 073/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.