|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 070/01 |
Bidu ta' proċeduri (Il-Każ M.7278 — General Electric / ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business)) ( 1 ) |
|
|
2015/C 070/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7497 — Daimler / Kamaz / JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2015/C 070/03 |
||
|
2015/C 070/04 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 070/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2015/C 070/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 070/07 |
||
|
2015/C 070/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/1 |
Bidu ta' proċeduri
(Il-Każ M.7278 — General Electric / ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 70/01)
Fit-23 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza Nru M.7278 — General Electric / ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business), fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7497 — Daimler / Kamaz / JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 70/02)
Fit-23 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7497. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Frar 2015
li taħtar tliet membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika
(2015/C 70/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/59/UE (2) li taħtar tliet membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (“il-Bord”) għal perijodu ta’ tliet snin mit-23 ta’ Marzu 2012. |
|
(2) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru tliet membri ġodda sabiex jassumu l-funzjonijiet tagħhom meta jiskadu dawk il-mandati. Sabiex jiġu armonizzati l-mandati tal-membri kollha tal-Bord il-ġdid, il-mandati tagħhom għandhom jibdew fl-1 ta’ Frar 2015. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE, il-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam tal-istatistika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura bħala l-membri li jirrappreżentaw lill-Kunsill fil-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal perijodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Frar 2015:
|
— |
Is-Sur Günter KOPSCH, |
|
— |
Is-Sinjura Pilar MARTÍN-GUZMÁN, |
|
— |
Is-Sur Enrico GIOVANNINI. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. REIRS
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/59/UE tal-24 ta’ Jannar 2012 li taħtar tliet membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU L 30, 2.2.2012, p. 17).
|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Frar 2015
li taħtar il-President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika
(2015/C 70/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/42/UE (2) li taħtar lis-Sur Thomas WIESER bħala l-President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal perijodu ta’ tliet snin mit-23 ta’ Marzu 2012. |
|
(2) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar President ġdid sabiex jassumi l-funzjoni meta jiskadi l-mandat li beda fit-23 ta’ Marzu 2012. Sabiex jiġu armonizzati l-mandati tal-membri kollha tal-Bord il-ġdid, il-mandat tal-President il-ġdid għandu jibdafl-1 ta’ Frar 2015. |
|
(3) |
L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE jipprovdi li l-President ma għandux ikun membru attwali ta’ uffiċċju nazzjonali tal-istatistika jew tal-Kummissjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Martti HETEMÄKI huwa b’dan maħtur President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal perijodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Frar 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. REIRS
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/42/UE tal-24 ta’ Jannar 2012 li taħtar il-President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU L 24, 27.1.2012, p. 11).
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ Frar 2015
(2015/C 70/05)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1317 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
134,54 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4679 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,73010 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4146 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0745 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,5640 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,515 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
302,88 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1535 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4278 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8085 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4357 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4112 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7760 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4919 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5293 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 240,60 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,9381 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,0831 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6965 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 537,82 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0483 |
|
PHP |
Peso Filippin |
49,767 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,8165 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,570 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,2264 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,8425 |
|
INR |
Rupi Indjan |
69,8838 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/6 |
Lista ta’ portijiet fl-Istati Membri tal-UE fejn il-ħatt l-art jew operazzjonijiet ta’ trażbord ta’ prodotti tal-ħut huma permessi u servizzi tal-port ikunu aċċessibbli għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008
(2015/C 70/06)
Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista hija skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r- Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1).
|
Stat Membru |
Portijiet deżinjati |
|
Il-Belġju |
Oostende Zeebrugge |
|
Il-Bulgarija |
Бургас (Burgas) Варна (Varna) |
|
Id-Danimarka |
Esbjerg Fredericia Hanstholm Hirtshals Hvide Sande (2) København Skagen Strandby (2) Thyborøn (2) Aalborg Aarhus |
|
Il-Ġermanja |
Bremerhaven Cuxhaven Rostock (trażbordi mhux permessi) Sassnitz/Mukran (trażbordi mhux permessi) |
|
L-Estonja |
L-ebda port f’dan il-mument |
|
L-Irlanda |
Killybegs (2) Castletownbere (2) |
|
Il-Greċja |
Πειραιάς (Piraeus) Θεσσαλονίκη (Tessaloniki) |
|
Spanja |
A Coruña A Pobra do Caramiñal Algeciras Alicante Almería Barbate (2) (trasbord u ħatt l-art mhux permess) Barcelona Bilbao Cádiz Cartagena Castellón Gijón Huelva Las Palmas de Gran Canaria Málaga Marín Palma de Mallorca (2) Ribeira Santa Cruz de Tenerife Santander Tarragona Valencia Vigo (Área Portuaria) Vilagarcía de Arousa |
|
Franza |
Franza Metropolitana: Bordeaux Dunkerque Boulogne Le Havre Caen (2) Cherbourg (2) Granville (2) Saint-Malo Roscoff (2) Brest Douarnenez (2) Concarneau (2) Lorient (2) Nantes - Saint-Nazaire (2) La Rochelle (2) Boulogne sur Mer (2) Port La Nouvelle (2) Sète Marseille Port Marseille Fos-sur-Mer Territorji Franċiżi extra-Ewropej: Le port (La Réunion) Fort De Franza (Martinique) (2) Port de Jarry (Guadeloupe) (2) Port du Larivot (Guyane) (2) |
|
Il-Kroazja |
L-ebda port f’dan il-mument |
|
L-Italja |
Ancona Brindisi Civitavecchia Fiumicino (2) Genova Gioia Tauro La Spezia Livorno Napoli Olbia Palermo Ravenna Reggio Calabria Salerno Taranto Trapani Trieste Venezia |
|
Ċipru |
Λεμεσός (Limassol) |
|
Il-Latvja |
Rīga Ventspils |
|
Il-Litwanja |
Klaipėda |
|
Malta |
Valletta (Deepwater Quay, Laboratory Wharf, Magazine Wharf) |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Den Helder (4) Eemshaven IJmuiden Harlingen Scheveningen (2) Velsen-Noord Vlissingen |
|
Il-Polonja |
Gdańsk Gdynia Szczecin Świnoujście |
|
Il-Portugall |
Aveiro Lisboa Peniche Porto Setúbal Sines Viana do Castelo Açores: Horta Ponta Delgada Madeira: Caniçal |
|
Ir-Rumanija |
Constanța |
|
Is-Slovenja |
L-ebda port f’dan il-mument |
|
Il-Finlandja |
L-ebda port f’dan il-mument |
|
L-Isvezja |
Ellös (2) Göteborg (5) Karlskrona Saltö (2) / (4) / (5) Karlskrona Handelshamnen (2) / (4) / (5) Kungshamn (2) Mollösund (2) Träslövsläge (2) |
|
Ir-Renju Unit |
Dundee (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss) Falmouth Grangemouth (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss) Greenock (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss) Grimsby Hull Immingham Invergordon (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss) Leith (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss) Methel (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss) Peterhead Stornoway (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss) |
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(2) Mhux Post ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (Border Inspection Post - BIP) tal-UE.
(3) Skal aċċettat biss minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi taż-ŻEE jew tal-EFTA.
(4) Skal tal-prodotti tas-sajd kollha minn bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja, l-Iżlanda, Andorra u l-gżejjer Faroe huwa permess.
(5) Skal ta’ aktar minn 10 tunnellati ta’ aringi maqbuda f’żoni ’l barra mill-Baħar Baltiku, kavalli u sawrell mhux permess.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/10 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 70/07)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“IDIAZABAL”
Nru tal-KE: ES-DPO-0217-01160 – 20.9.2013
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
—
—
—
—
—
—
—
—
—
2. Tip ta’ emenda
—
—
—
—
3. Emendi
3.1. Isem tal-prodott
L-aċċent akut fuq it-tieni “a” tal-isem “Idiazabal” jitneħħa biex l-ortografija tkun konformi mal-isem uffiċjali tal-muniċipalità. Idiazabal huwa isem Bask u ma hemmx aċċenti ta’ dan it-tip fil-lingwa Baska.
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott
Il-piż massimu tal-ġobon jiżdied minn 3 kg għal 3,5 kg. Il-piż minimu tal-ġobon jiżamm f’1 kg, iżda tolleranza ta’ 10 % aktar jew anqas hija introdotta. L-għoli tal-ġobon jiżamm minn 8 sa 12-il ċm, iżda tolleranza ta’ 0,5 ċm aktar jew anqas hija introdotta.
Il-ħtieġa li jiżdied il-piż massimu tal-prodott u li jiġi introdott livell ta’ tolleranza rigward it-tul u l-piż minimu hija konsegwenza tal-metodu tradizzjonali ta’ produzzjoni ta’ dan il-ġobon: f’termini speċifiċi, il-proċeduri tal-għaġna tal-baqta u t-tqattigħ sussegwenti tal-massa sabiex din tkun tista’ toqgħod fil-forom — u l-ikkompattar qabel l-ippressar — huma mwettqa kompletament bl-idejn li jfisser li huwa diffiċli li jkunu jafu l-piż u l-għoli finali tal-prodott eżattament minn qabel.
Barra minn hekk, dawn il-valuri ta’ piż u għoli jistgħu jvarjaw bi tnaqqis hekk kif il-ġobon jimmatura.
Deskrizzjoni organolettika ddettaljata tad-dehra, il-konsistenza, ir-riħa u t-togħma tal-prodott hija miżjuda.
3.3. Prova ta’ oriġini
F’din it-taqsima qed jingħataw aktar dettalji tad-diversi elementi li jagħtu prova li l-ġobon joriġina miż-żona ta’ produzzjoni. Fl-ewwel punt hemm deskrizzjoni tar-reġistri ta’ operaturi u tar-rekwiżiti li l-operaturi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni tal-“Idiazabal” għandhom jissodisfaw: il-farms tal-baqar, iċ-ċentri tal-ġbir tal-ħalib u l-imħaleb. Fit-tieni punt hemm deskrizzjoni ta’ traċċabbiltà, mill-produzzjoni tal-ħalib sal-maturazzjoni tal-ġobon, b’hekk tiggarantixxi l-oriġini tal-prodott.
3.4. Metodu ta’ produzzjoni
Il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-ġobon “Idiazabal” huwa mill-ħalib tan-nagħaġ mhux ipproċessat mir-razez Latxa u Carranzana, li mhuwa ittrattat bl-ebda mod. La l-istandardizzazzjoni u lanqas it-tibdil fil-kompożizzjoni tal-materja prima ma kienu prattika użata fil-produzzjoni tal-ġobon “Idiazabal”. Madankollu, minħabba l-avvanzi teknoloġiċi, dawn huma prattiki li qed isiru dejjem aktar komuni fl-industrija tal-ħalib u b’hekk ġiet miżjuda referenza espliċita li tgħid l-ittrattar tal-ħalib mhuwiex permess. Barra minn hekk, sabiex tinżamm il-kwalità tal-prodott u l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu, mhuwiex possibbli li jintuża kwalunkwe addittiv minbarra l-fermenti tal-ħalib, il-liżożima, it-tames u l-melħ.
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom isir il-ġobon, il-perjodu li fih il-massa titbattal u tissaħħan kien definit b’mod ċar, għalkemm r-referenzi għat-tul ta’ żmien tneħħew peress li kwalunkwe figura tista’ tingħata biss bħala gwida. Għall-istess raġuni, ir-referenzi tat-tul ta’ żmien tal-ippressar u tal-figuri minimi u massimi tal-ippressar ġew imħassra. Dawn il-figuri ma jistgħux jiġu definiti b’mod astratt peress li jiddependu fuq għadd ta’ varjabbli bħalma huma l-karatteristiċi tal-pressa, id-daqs tal-ġobon, it-temperatura ambjentali u l-pH tal-ġobon fiż-żmien tal-ippressar.
B’segwitu għar-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-addittivi, huwa msemmi li l-melħ ta’ kuljum huwa l-uniku tip ta’ melħ li jista’ jiġi użat għat-trattament bil-melħ. Dan ifisser li l-addittivi li jgħinu fil-preservazzjoni tas-salmura mhumiex permessi. L-għan ta’ din ir-regola huwa li jinżamm il-karattru naturali tal-prodott.
Snin ta’ prattika fil-produzzjoni tal-ġobon u l-għarfien li dan iġib juru li meta jiġu stabbiliti kondizzjonijiet preċiżi għat-taqtir dan jista’ jkun kontroproduttiv. Il-ħtieġa għal ġobon li jqattar, jew għal-likwidu sabiex sempliċiment “joqtor” minflok, flimkien mat-tul taż-żmien tat-taqtir u t-temperatura u l-umdità, jiddependu fuq ħafna fatturi varjabbli bħaż-żmien tas-sena, it-temperatura tal-maħleb waqt il-fażi tal-ippressar, il-piż tal-ġobon fi kmamar tal-maturazzjoni, u l-bqija. Għal din ir-raġuni, it-tqattir ġie mħassar mill-proċessi obbligatorji tal-prodott.
Fehim aħjar ta’ kif jintużaw il-kmamar għal maturazzjoni (li kien limitat ħafna meta l-ispeċifikazzjoni oriġinali kienet abbozzata) għen sabiex tinstilet konklużjoni fejn il-firxiet tat-temperaturi u l-umdità fl-imħaleb u l-kmamar tal-maturazzjoni kienu eċċessivi u restrittivi mingħajr raġuni valida. Il-firxa relattiva tal-umdità għalhekk ġiet miżjuda għal 80 % — 95 % u l-firxa tat-temperaturi sa 8 °C — 14 °C.
Rigward l-affumikar tal-prodott dan jista’ jsir biss permezz tal-esponiment tiegħu għad-duħħan mill-ħruq tal-injam naturali. Dan għandu jipprevjeni, pereżempju, l-użu ta’ injam trattat b’verniċ li jistgħu jagħmlu l-ġobon ta’ detriment għas-saħħa.
3.5. Tikkettar
Tingħata deskrizzjoni aktar dettaljata dwar il-karatteristiċi tat-tikketti u tikketti sekondarji li jidentifikaw il-ġobon “Idiazabal”, kemm meta mibjugħ bħala ġobon sħiħ kif ukoll f’biċċiet. Fattur ġdid huwa miżjud sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità u l-identifikazzjoni korretta tal-ġobon: tikketta tal-kaseina b’numru tas-serje uniku mwaħħla fuq kull ġobna.
Rekwiżiti nazzjonali:
Din il-parti tal-ispeċifikazzjoni hija mħassra skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
3.6. Oħrajn
Huwa indikat li t-tqattigħ u l-ippakkjar għandhom isiru fiż-żona ta’ produzzjoni għal raġuniijet ta’ kwalità u traċċabbiltà, kif deskritt fil-paragrafu 3.3 tad-Dokument Uniku.
Barra minn hekk, l-iżbalji li ġejjin li kienu inklużi fl-ispeċifikazzjoni oriġinali tad-DPO “Idiazabal” għandhom dawn il-korrezzjonojiet:
Fil-paragrafu dwar iż-żona tal-produzzjoni, żball fil-koordinati li għandhom x’jaqsmu ma’ referenza għal Meridjan ta’ Greenwich ġie kkoreġut. Iż-żona tal-produzzjoni tinsab bejn il-koordinati 43° 27′ u 41° 54′ fit-Tramuntana, u 1° 05′ u 3° 37′ fil-Punent. Bi żball, l-ispeċifikazzjoni indikat fil-Lvant minflok fil-Punent.
Fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 2.c) tar-rabta, it-terminu “Latxa” tħalla barra. Dan ġie kkoreġut kif ġej “Rioja Alavesa u Ribera Navarra għandhom klima Mediterranja interna fejn ftit li xejn hemm trobbija tan-nagħaġ Latxa.”
Sadanittant, it-terminu “Latxa” jintuża biex jieħu post it-terminu “Lacha” li deher fl-ewwel speċifikazzjoni ma’ razez ta’ ngħaġ li jipproduċu l-materja prima. Ir-raġuni għal dan huwa li t-terminu “Latxa”, li ġej mill-Bask, huwa l-isem uffiċjali ta’ din ir-razza skont il-Katalgu Uffiċjali tar-Razez tal-Bhejjem ta’ Spanja (Anness 1 tad-Digriet Irjali 2129/2008 tas-26 ta’ Diċembru 2008 li waqqaf programm nazzjonali għall-konservazzjoni, it-titjib u l-appoġġ tar-razez tal-bhejjem).
Rigward il-punt f) tal-ispeċifikazzjoni dwar l-awtoritajiet jew korpi responsabbli li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni:
Qed tiġi proposta l-formulazzjoni li ġejja:
“Il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’din l-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Idiazabal’ hi r-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tal-Ikel tal-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Ambjent.”
Raġuni: l-awtorità li ngħata ir-responsabilità għall-verifiki hija d-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tal-Ikel tal-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Ambjent.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“IDIAZABAL”
Nru tal-KE: ES-DPO-0217-01160 – 20.9.2013
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem
“Idiazabal”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip tal-prodott
Klassi 1.3. Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’punt 1
“Idiazabal” huwa ġobon magħmul esklussivament mill-ħalib tan-nagħaġ mhux ipproċessat mir-razez Carranzana u Latxa. Dan hu ppressat, mhux imsajjar u jimmatura għal minimu ta’ 60 jum. Għandu piż minimu ta’ 1 kg (b’possibbiltà ta’ 10 % ‘il fuq jew ‘l isfel), għoli ta’ bejn 8 u 12 ċm (b’possibilità ta’ 0,5 ċm), u dijametru ta’ bejn 10 u 30 ċm.
Il-ġobon għandu forma ċilindrika, qoxra iebsa, lixx u għandu kulur isfar ċar jew kannella skur fil-każ ta’ ġobon affumikat. Il-qatgħa (kulur u toqob) tal-ġobon hija omoġenja, li jibda minn kulur l-avorju għal kulur it-tiben, b’toqob żgħar ta’ forom differenti li huma ftit fil-għadd. Il-konsistenza tal-ġobon hija pjuttost elastika, soda u hija ftit imrammla. Rigward ir-riħa u t-togħma tiegħu, huwa għandu riħa tipikament qawwija li tfakkar fil-ħalib tan-nagħaġ u tames, u togħma li hija bbilanċjata u qawwija fil-palat, delikata, b’noti delikati pikkanti, aċidużi u, fejn rilevanti, affumikati. Ir-riħa qawwija tiegħu tibqa’ għal żmien twil wara li jinbela’.
Il-kontenut ta’ xaħam tiegħu m’għandhux ikun anqas minn 45 % ta’ estratt niexef; il-proteina totali għandha tkun tal-inqas 25 % ta’ estratt niexef u l-estratt niexef innifsu għandu jkun minimu ta’ 55 %. Il-pH tal-prodott għandu jkun bejn 4,9 u 5,5.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Ħalib mhux ipproċessat tan-nagħaġ mir-razez Carranzana u Latxa fiż-żona ġeografika identifikata.
L-ebda sustanza tal-ħalib ma tista’ tiżdied minbarra l-fermenti tal-ħalib, il-liżożima, it-tames u l-melħ.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Ir-razez tan-nagħaġ Latxa u Carranzana normalment jitħallew jirgħu għal kważi s-sena kollha. Il-merħliet jiġu trasferiti perjodikament mill-qigħan tal-widien għal fuq il-ġnub tal-muntanji, skont l-istaġun. Peress li dawn jgħixu prattikament is-sena kollha f’ambjent naturali, in-nagħaġ bażikament jieklu veġetazzjoni spontanja fil-boskijiet aktar “l isfel ma” dawn il-ġnub fix-xitwa, u f’mergħat għoljin fis-sajf. In-nagħaġ jieklu fil-maqjel meta l-kondizzjonijiet fil-mergħat huma ħżiena jew meta dan huwa rrakkomandat għal numru ta’ raġunijiet fiżjoloġiċi (treddigħ).
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Kemm il-produzzjoni tal-ħalib u l-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon iridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata, jiġifieri li l-istadji kollha tal-produzzjoni iridu jitwettqu fiż-żona identifikata.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-ġobon “Idiazabal” jista’ jkun mibjugħ sħiħ jew f’qatgħat (biċċiet).
L-ippakkjar tal-ġobon “Idiazabal” jew il-qatgħat tiegħu, kif applikabbli, għandu dejjem jitwettaq wara perjodu minimu ta’ maturazzjoni tal-ġobon ta’ 60 jum.
It-tqattigħ tal-ġobon f’qatgħat, ħlief meta l-prodott ikun mibjugħ bl-imnut, u meta jkun ippakkjat, għandu jsir fiż-żona ġeografika identifikata kif xieraq. Hemm żewġ raġunijiet għal dan:
L-ewwel nett, meta l-ġobon jiġi mqatta’, mill-anqas żewġt uċuħ tal-qatgħat jispiċċaw mingħajr il-qoxra protettiva tiegħu. Għaldaqstant, biex ikun żgurat li jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġobon “Idiazabal”, meta l-prodott jinqata’, il-qatgħat għandhom jiġu ppakkjati malajr kemm jista’ jkun wara t-tqattigħ.
It-tieni nett, waħda mill-konsegwenzi tat-tqattigħ tista’ tkun li l-identifikaturi tal-awtentiċità u l-oriġini tal-prodott jistgħu jisparixxu jew ma jkunux għadhom jidhru. Għalhekk, biex ma tiġix kompromessal-awtentiċità tal-prodott imqatta’, jeħtieġ li jkun maqtugħ u ppakkjat jippakkjah fil-post tal-oriġini.
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-ġobon “Idiazabal” għandu jkollu dawn it-tliet identifikaturi:
|
— |
It-tikketta tal-kaseina b’numru tas-serje uniku għandha titwaħħal fuq kull ġobna fil-fażi tal-iffurmar jew tal-ippressar. It-tikketta għandha tkun fornuta mill-korp maniġerjali. |
|
— |
It-tikketti użati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon għandhom jinkludu l-isem u l-logo tad-Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini. |
|
— |
It-tikketti li jintużaw għall-ġobon, kemm jekk hu kkummerċjalizzat sħiħ jew f’qatgħat, għandhom jitwaħħlu fil-maħleb fejn il-ġobon ġie prodott u mmaturat, skont il-liġi Spanjola. |
|
— |
Il-ġobon għandu jġorr tikketta sekondarja, kull waħda b’numru tas-serje, kkodifikata skont id-daqs u l-format tal-ġobon li qed tiċċertifika. It-tikketta sekondarja għandu jkollha l-isem “Idiazabal” u l-logo tad-Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini. It-tikketti sekondarji għandhom jiġu fornuti u kkontrollat mill-korp maniġerjali u għandhom isiru disponibbli, b’mod mhux diskriminatorju, għall-operaturi kollha li jriduhom u li jissodisfaw it-termini tal-ispeċifikazzjoni. |
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinkludi l-ambjenti naturali tar-razez ta’ nagħaġ Latxa u Carranzana f’Álava, Vizcaya, Guipúzcoa u Navarre, barra l-muniċipalitajiet ta’ Valle del Roncal. Iż-żona tal-produzzjoni tinsab fit-Tramuntana tal-Peniżola Iberika, bejn il-koordinati 43° 27′ u 41° 54′ fit-Tramuntana, u 1° 05′ u 3° 37′ fil-Punent, skont il-Meridjan ta’ Greenwich.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Hemm evidenza f’din iż-żona ta’ trobbija tan-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana minn bejn wieħed u ieħor 2200 QK. Il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona huma essenzjali għall-żvilupp u l-ġestjoni tajbin ta’ dawn ir-razez peress li dawn draw din iż-żona wara tant snin. Iż-żona ta’ produzzjoni hija reġjun muntanjuż inċiż u kumpless ħafna u dan jagħmel il-komunikazzjoni diffiċli. Dan wassal għall-eżistenza kontinwa tat-trobbija tan-nagħaġ f’ħafna mill-widien u l-muntanji. Il-ħamrija hija rikka f’nutrijenti bażiċa u nutrijenti oħrajn, bl-effetti ta’ erożjoni imminimizzati mill-karatteristiċi naturali tal-blat u kultant mill-preżenza ta’ blat karbonat fil-profil tal-ħamrija li twassal għal mergħa eċċellenti. Il-karatteristiċi topografiċi taż-żona iwasslu għal klima b’kuntrasti kbar li jvarja bejn klima tal-Atlantiku għal dik Mediterranja, b’żoni transizzjonali minħabba l-effett barriera tal-meded ta’ muntanji. Is-sistema tal-mogħdijiet tal-ilma hija estensiva u rikka, peress li hemm ħafna għoljiet u muntanji u preċipitazzjoni għolja. Hemm żewġ baċiri idrografiċi: Il-Kantabrija, li jgħaddi l-ilma għal ġo fih minn Vizcaya, Guipúzcoa u fil-widien tat-tramuntana ta’ Álava u ta’ Navarra; u l-Mediterran, li jgħaddi l-ilma ġo fih minn Álava, Navarra Media u La Ribera. Fir-rigward ta’ flora, hemm ħafna artijiet bil-ħaxix u mergħat naturali. Il-kundizzjonijiet favorevoli tal-klima u tal-ħamrija jinkoraġixxu t-tkabbir ta’ pjanti igrofili u subigrofili li ġejjin mill-karattri oċeaniċi tal-Pajjiż Bask u tat-Tramuntana ta’ Navarra.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-ġobon “Idiazabal” għandu karatteristiċi organolettiċi li jiddistingwuh minn ġobnijiet oħra. Dawn jistgħu jiġu esperjenzati fl-għadd kbir ta’ sfumaturi tar-riħa u tat-togħma tal-prodott; barra minn hekk, ftit li xejn hu elastiku u mrammel b’mod medju, u livelli medji u għolja ta’ sħuħija. Il-ġobon għandu togħma qawwija li tibqa’ fuq il-palat, b’bilanċ perfett bejn aromi tal-ħalib, it-tames u r-riħa “inkaljata” li huma l-karatteristiċi sensorjali fundamentali tiegħu, u li huma kkumplimentati minn għadd kbir ta’ sfumaturi tat-togħma u tar-riħa li jagħtu lill-ġobon personalità reali.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-produzzjoni tal-ħalib użat fil-produzzjoni tal-ġobon “Idiazabal” huma essenzjalment minħabba r-razez li huma awtorizzati li jipprovduh (Latxa u Carranzana). L-adattament ta’ dawn in-nagħaġ għaż-żona ġeografika identifikata u r-relazjoni storika bejn l-ambjent, in-nagħaġ u r-rgħajja, joħloq rabtiet permanenti li fil-parti l-kbira jispjega l-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon “Idiazabal”. Il-Latxa u l-Carranzana huma razez ta’ nagħaġ li huma adatti ħafna biex jipprovdu l-ħalib, huma b’saħħithom u adattati għal fuq il-muntanji, u jingħaqdu mal-kultura Baska tat-trobbija tan-nagħaġ, it-topografija u karatteristiċi ambjentali “ħodor” ta’ arthom.
Ir-raġuni, ukoll, għala dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin mill-ambjent naturali, li jinbidel skont l-istaġuni, it-tipi ta’ mergħat, il-klima, u l-bqija, isibu l-espressjoni tagħhom fil-ġobon “Idiazabal” hija minħabba l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat, mhux imsaħħan, peress li t-tisħin ineħħi jew inaqqas l-isfumaturi sensorjali li jagħti lill-prodott togħma tajba għall-ikel u huma parti minn tradizzjonijiet antiki taż-żona.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
http://www.magrama.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-agroalimentaria/PLIEGO_incluidas_modif_Idi_v6-5-14_tcm7-326642.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.
|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/16 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 70/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“DE MEERLANDER”
Nru tal-UE: NL-PGI-0005-01175-6.11.2013
DPO ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“De Meerlander”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
In-Netherlands
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Kategorija tal-Prodott
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1
Il-prodott jikkonsisti mit-tuberi ta’ Solanum Tuberosum L. tal-varjetà tal-patata “De Meerlander” maħsub għall-konsum mill-bniedem. Din il-varjetà rriżultat mill-inkroċjar bejn il-varjetajiet Bevelander u Record u daħlet fis-suq fl-1947. “De Meerlander” ġiet żviluppata f’Haarlemmermeer u l-isem huwa xiehda proprju ta’ dan.
“De Meerlander” hija varjetà li tikber malajr.
It-tuberi ta’ “De Meerlander” huma ta’ daqs medju ta’ forma li tvarja minn tonda għal tonda ovali u ċatta; ġeneralment id-daqs huwa regolari. It-tuberi għandhom qoxra raffa safra ċara u l-patata nfisha hija safra ċara.
Meerlander hija patata tat-tisjir tat-tip CD: fil-konsistenza tagħha tixbaħ id-dqiq u hija ratba, fejn il-kulur tagħha ftit li xejn ivarja meta tgħalliha.
Tinbiegħ lill-konsumaturi meta d-daqs tagħha jkun bejn 40 u 55 mm.
Il-kontenut għoli ta’ materja niexfa ta’ din il-patata huwa 20 %; u għalhekk għandha konsistenza ħafifa ta’ dqiq b’kontenut ta’ lamtu ta’ 7 (fuq skala ta’ minn 1 sa 10).
Il-piż tagħha taħt wiċċ l-ilma huwa ta’ madwar 380 gramma.
It-togħma ta’ “De Meerlander” mhix qawwija, kemxejn niexfa iżda tintiegħem sew. L-aroma ta’ “De Meerlander” hija kemxejn mielħa.
“De Meerlander” hija patata li żżomm fit-tul u hija reżistenti għall-marda tal-ġlata tal-patata fiżjo 1 (D1) u l-virus A. Il-patata ftit li xejn hija suxxettibbli għall-attakki ta’ Phytophthora infestans u ma tantx titħassar minn ġewwa.
Il-werqa hija robusta u kbira u tipprovdi kopertura tajba ħafna.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti proċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
“De Meerlander” tinbet minn żerriegħa approvata fi ħbula art li huma adattati u xotti biżżejjed f’Haarlemmermeer.
Il-patata tinżera f’April jew Mejju.
Id-distanza bejn ir-ringieli tal-pjanti tal-patata hija 75 × (28-32) cm, sabiex il-prodott li jirriżulta jkollu daqs ta’ bejn 40 u 55 mm. L-użu tal-fertilizzanti jiġi adattat għal dawn il-fatturi, fejn tingħata preferenza għall-użu ta’ fertilizzanti organiċi, u fejn meħtieġ jiġu ssuplimentati b’fertilizzanti artifiċjali. Id-data tal-ħsad tvarja, iżda normalment iseħħ matul ix-xahar ta’ Settembru.
Mal-ħsad, il-patata tingħata grad skont id-daqs u l-kwalità.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li l-isem reġistrat jirreferi għalih
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-imballaġġ kollu jrid ikollu l-logo tal-IĠP u l-isem “De Meerlander” flimkien mal-araldika murija hawn taħt.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika fejn tista’ tiġi kkultivata “De Meerlander” hija r-raba’ li tinsab fuq il-polder ta’ Haarlemmermeer, liema żona hija mdawwra b’kanal. Iż-żona ġeografika hija għalhekk ristretta għall-erja fi ħdan il-konfini tal-kanal kif muri hawn taħt.
5. Rabta maż-żona ġeografika
“De Meerlander” ġiet żviluppata fl-1936 f’Haarlemmermeer: l-isem tal-patata ġej mill-isem taż-żona. Fl-1947 iddaħlet din il-varjetà għall-ewwel darba fil-Lista tal-Varjetajiet Netherlandiżi. Minn dak iż-żmien l’hawn din il-patata ġiet ikkultivata fiż-żona ta’ Haarlemmermeer.
Madwar mija u ħamsin sena ilu bdiet il-ħidma biex jitneħħa l-ilma miż-żona ta’ Haarlemmermeer li dak iż-żmien kienet kbira madwar 18 000 ettaru. It-tafal antik tal-baħar li kien taħt il-qiegħ u nkixef meta tbattal l-ilma fih ħamrija li hija ferm differenti mill-ħamrija f’żoni oħra li tneħħilhom l-ilma bl-istess mod.
Il-kompożizzjoni tal-ħamrija taflija f’din iż-żona delimitata għamlitha iktar fertili minn ħamrija taflija oħra simili. Il-ħamrija taflija għandha l-faċilità li tikkombina mal-minerali pożittivi tal-frazzjonijiet tat-tafal li jdubu fl-ilma ta’ taħt l-art. B’hekk, il-minerali ma “jaħarbux” mal-ilma ta’ taħt l-art iżda jibqgħu mwaħħlin mal-partiċelli tat-tafal u b’dan il-mod jistgħu jiġu assorbiti mill-pjanti tal-patata.
Minħabba li ż-żona ġeografika ta’ Haarlemmermeer tinsab viċin il-kosta (madwar 15-20 km ‘il bogħod min-Noordzee), fejn l-ilma ta’ taħt l-art bħala medja fih iktar melħ tal-baħar minn postijiet oħra, ifformat żona ta’ kultivazzjoni kemxejn mielħa li tinfluwenza t-togħma tal-patata u l-aroma tagħha u minħabba f’dan hija wkoll kemxejn mielħa.
F’din iż-żona x-xita tinżel b’mod regolari u jagħmel ukoll ir-riħ li jkun ġej minn fuq il-baħar u dawn flimkien joħolqu l-klima ta’ kultivazzjoni tal-patata “De Meerlander” li tirriżulta f’tuberi li huma ta’ daqs aħjar u b’ħafna inqas difetti minn tuberi li jikbru f’postijiet oħrajn.
L-istruttura kompatta tal-ħamrija taflija tikkontribwixxi biex il-forma tal-patata “De Meerlander” tibqa’ regolari u fuq il-wiċċ tagħha ma jirriżultawx forom irregolari. Jekk joħorġu dawn l-irregolaritajiet, l-istess ħamrija teliminahom. Il-ħamrija taflija tagħti lill-patata “De Meerlander” qoxra iktar lixxa u kemxejn iktar safra minn patata oħra li tikber f’ħamrija mrammla.
Il-ħamrija antika taflija tal-baħar f’Haarlemmermeer ftit fiha kalċju, għandha kontenut ta’ partiċelli inorganiċi ta’ 23 % u pH relattivament għolja ta’ 7,2, u l-patata “De Meerlander” bħala medja għandha iżjed togħma ta’ dqiq u iktar piż taħt wiċċ l-ilma minn patata oħra li tikber f’ħamrija mrammla f’postijiet oħrajn fin-Netherlands.
Il-kultivazzjoni tal-patata ilha għal żmien twil assoċjata maż-żona ta’ Haarlemmermeer. B’mod partikolari dan huwa proprju minħabba l-kwalitajiet mhux tas-soltu tal-ħamrija msemmija hawn fuq, il-karatteristiċi kwalitattivi u organolettiċi speċjali ta’ “De Meerlander” u t-teknika tal-kultivazzjoni li jużaw il-bdiewa. Għalhekk il-kultivazzjoni tal-patata f’dan il-polder minn dejjem kienet ukoll fattur ekonomiku importanti.
Sa mill-aħħar tas-snin ħamsin iktar u iktar organizzazzjonijiet involvew lilhom infushom fil-bejgħ tal-patata taż-żerriegħa “De Meerlander”, sakemm eventwalment kull sena kien hemm kważi erba’ mitt tunnellata patata taż-żerriegħa għall-kultivazzjoni ta’ “De Meerlander” f’Haarlemmermeer. Dak iż-żmien din il-patata kienet tinbiegħ min-negozjanti magħrufa. Minn dak iż-żmien l’hawn din il-varjetà dejjem ġiet prodotta fi kwantitajiet żgħar u għandha rwol importanti bħala speċjalità reġjonali.
Is-Sindku ta’ Haarlemmermeer ta permess ukoll biex il-kooperattiva “De Meerlander Aardappel” tuża l-araldika tal-muniċipalità bil-għan li tenfasizza l-oriġini tal-patata “De Meerlander” u tidentifikaha b’mod ċar bħala prodott oriġinali ta’ Haarlemmermeer.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://www.eu-streekproducten.nl/sites/default/files/BGA_PD_Meerlander_def.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.