ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 66

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
24 ta' Frar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2015/C 066/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013

1

2015/C 066/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa’ FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013

2

2015/C 066/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013

3


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 066/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7465 — Arkema/Bostik) ( 1 )

4

2015/C 066/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7487 — Onex Corporation/SIG Group) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 066/06

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 066/07

Avviż mill-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Slovakka dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 066/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7531 — Wendel / Constantia Flexibles) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2015/C 066/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7504 — Carlyle/CITIC/AsiaSat) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2015/C 066/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7535 — IFMGIF/OHL Group/Conmex) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2015/C 066/11

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7480 — Actavis / Allergan) ( 1 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Frar 2015

dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013

(2015/C 66/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1) u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba’ Konvenzjoni ACP-KE (3) (“il-Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, it-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien FEŻ), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju 98/430/KE tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KE (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) dwar is-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f’dak ir-Rapport Annwali (5),

Billi

(1)

F’konformità mal-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-tmien FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ matul is-sena finanzjarja 2013 kienet sodisfaċenti,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ għas-sena finanzjarja 2013.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(4)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(5)  ĠU C 398, 12.11.2014, p. 289.


24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/2


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Frar 2015

dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa’ FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013

(2015/C 66/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha iffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (3) (“il-Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, id-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa’ FEŻ), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-Disa’ Fond Ewropew għall-Żvilupp (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tad-disa’ FEŻ kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) dwar is-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu fir-Rapport Annwali (5),

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-disa’ FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tad-disa’ FEŻ matul is-sena finanzjarja 2013 kienet sodisfaċenti,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tad-disa’ FEŻ għas-sena finanzjarja 2013.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(4)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(5)  ĠU C 398, 12.11.2014, p. 289.


24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/3


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Frar 2015

dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013

(2015/C 66/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perijodu 2008 sa 2013 b’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Exropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (3) (“il-‘Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 142 sa 144 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) dwar is-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f’dak ir-Rapport Annwali (5),

Billi

(1)

F’konformità mal-Artikolu 11(8) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-għaxar FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ matul is-sena finanzjarja 2013 kienet sodisfaċenti,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ għas-sena finanzjarja 2013.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(3)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(4)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(5)  ĠU C 398, 12.11.2014, p. 289.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7465 — Arkema/Bostik)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 66/04)

Fit-28 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7465. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7487 — Onex Corporation/SIG Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 66/05)

Fis-17 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7487. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Frar 2015

(2015/C 66/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1298

JPY

Yen Ġappuniż

134,50

DKK

Krona Daniża

7,4637

GBP

Lira Sterlina

0,73520

SEK

Krona Żvediża

9,5656

CHF

Frank Żvizzeru

1,0727

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6405

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,444

HUF

Forint Ungeriż

305,09

PLN

Zloty Pollakk

4,1746

RON

Leu Rumen

4,4483

TRY

Lira Turka

2,8037

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4510

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4256

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7631

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5041

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5384

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 253,43

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,2311

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0686

HRK

Kuna Kroata

7,7115

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 607,09

MYR

Ringgit Malażjan

4,1093

PHP

Peso Filippin

50,063

RUB

Rouble Russu

72,5628

THB

Baht Tajlandiż

36,786

BRL

Real Brażiljan

3,2729

MXN

Peso Messikan

17,0685

INR

Rupi Indjan

70,4035


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/6


Avviż mill-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Slovakka dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2015/C 66/07)

Il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Slovakka b’dan jinnotifika li fit-22 ta’ Diċembru 2014 rċieva applikazzjoni għad-deżinjazzjoni ta’ żona ta’ esplorazzjoni bil-għan tal-ipprospettar ġeoloġiku u konferma ta’ depożiti ta’ gass naturali li jista’ jieħu n-nar (idrokarburi) fiż-żona ta’ “Klenová”; il-perjodu mitlub huwa ta’ erba’ snin.

Iż-żona ta’ esplorazzjoni proposta tkopri 41,82 km2 fid-distrett ta’ Snina u hija delimitata b’linji li jgħaqqdu flimkien il-ponot (u li jiffurmaw forma ġeometrika magħluqa bi ġnub dritti).

In-numri u l-koordinati tal-ponot li jiddefinixxu ż-żona ta’ esplorazzjoni:

Punti

Y

X

1.

187 697,00

1 213 888,00

2.

184 424,00

1 212 229,00

3.

178 076,00

1 218 876,00

4.

180 953,00

1 222 722,00

Il-punti elenkati hawn fuq huma identifikati bis-sistema tal-koordinati tan-Netwerk Trigonometriku Kadastrali Uniformi tar-Repubblika Slovakka.

Il-kumpaniji interessati li jiddeżinjaw żona ta’ esplorazzjoni għall-gass naturali li jista’ jieħu n-nar (idrokarburi) jistgħu jressqu applikazzjonijiet kompetittivi fi żmien 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Slovakka se jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet li jaslu sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-iskadenza speċifikata hawn fuq, u se jgħarraf lill-applikanti kollha bir-riżultati.

L-applikazzjonijiet għandu jkun fihom l-elementi bażiċi speċifikati fit-Taqsima 23(5) tal-Att Nru 569/2007 dwar xogħlijiet ġeoloġiċi (l-Att dwar il-Ġeoloġija), kif emendat, kif ippubblikat fi Zbierka zákonov Slovenskej republiky (Ġabra ta’ Liġijiet tar-Repubblika Slovakka) fil-25 ta’ Ottubru 2007, u l-informazzjoni dwar il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-entità kontraenti. L-applikazzjonijiet li ma jkunx fihom l-elementi msemmija hawn fuq ma jiġux evalwati.

L-applikazzjonijiet għad-deżinjazzjoni ta’ żona ta’ esplorazzjoni għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub, bis-Slovakk, u għandhom jintbagħtu f’envelopp issiġillat u mmarkat “KKonkurenčný návrh PÚ Klenová” f’dan l-indirizz:

Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky

Sekcia geológie a prírodných zdrojov

Námestie Ľudovíta Štúra 1

812 35 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Informazzjoni dettaljata hija disponibbli mid-Dipartiment tal-Amministrazzjoni tal-Ġeoloġija tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent tas-Slovakkja (tel. +421 257783111/108).

Posta Elettronika: erika.benakova@enviro.gov.sk


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7531 — Wendel / Constantia Flexibles)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 66/08)

1.

Fis-16 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża Wendel SA (Franza) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Constantia Flexibles GmbH kollha kemm hi (l-Awstrija) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Wendel SA hija kumpanija ta' investiment b’portafoll finanzjarju diversifikat f’diversi setturi industrijali, inkluż, fost oħrajn, fil-produzzjoni ta’ kontenituri riġidi tal-polimeru.

Constantia Flexibles GmbH hija produttur globali ta’ prodotti tal-ippakkjar flessibbli għal oġġetti ta’ użu ta’ kuljum, bħalma huma l-ikel, il-prodotti tal-ħalib u l-prodotti għall-kura personali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7531 — Wendel / Constantia Flexibles, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7504 — Carlyle/CITIC/AsiaSat)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 66/09)

1.

Fis-17 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi The Carlyle Group, L.P. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u CITIC Group Corporation (“CITIC”, iċ-Ċina) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Asia Satellite Telecommunications Holdings Limited kollha kemm hi (“AsiaSat”, Bermuda), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Carlyle: ġestjoni tal-assi alternattiva globali, b’investimenti fost oħrajn fl-ekwità privata korporattiva, fil-proprjetà immobbli, fl-infrastruttura u fl-enerġija,

—   CITIC: servizzi finanzjarji, proprjetà immobbli, inġinerija, kuntratti, enerġija u riżorsi, infrastruttura tal-kostruzzjoni, manifattura ta’ makkinarju u l-industrija tal-IT,

—   AsiaSat: servizzi tat-telekomunikazzjoni bis-satelliti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7504 — Carlyle/CITIC/AsiaSat, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Brussels/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7535 — IFMGIF/OHL Group/Conmex)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 66/10)

1.

Fit-18 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi IFM Global Infrastructure Fund (“IFMGIF”, il-Gżejjer Kajman) u Obrascón Huarte Latin SA, parti mill-grupp Villar Mir (“il-Grupp OHL”, Spanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Concesionaria Mexiquense (“Conmex”, il-Messiku) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal IFMGIF: fond ta’ investiment globali;

—   għal OHL Group: kumpanija internazzjonali involuta primarjament fi proġetti ta’ infrastruttura u ta’ kostruzzjoni industrijali u konċessjonijiet, bħalma huwa l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ toroq li biex tgħaddi minnhom trid tħallas, il-portijiet, il-linji ferrovjarji u l-ajruporti;

—   għal Conmex: kumpanija involuta fil-finanzjament, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ triq b’pedaġġ fil-Messiku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7535 — IFMGIF/OHL Group/Conmex, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/10


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7480 — Actavis / Allergan)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 66/11)

1.

Fid-9 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Actavis plc (“Actavis”, l-Irlanda) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' Allergan Inc. kollha kemm hi (“Allergan”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Actavis: l-iżvilipp. il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta' firxa wiesgħa ta' prodotti farmaċewtiċi, b'fowkus partikulari fuq il-mard tas-sistema nervuża ċentrali. il-gastroenteroloġija, is-saħħa tan-nisa, l-uroloġija, il-kardjvaskulari, ir-respiratorju u t-terapija anti-infettiva,

—   għal Allergan: l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ farmaċewtiċi, bijoloġiċi, apparat mediku u prodotti tal-konsumatur mingħar l-obbligu ta' riċetta, b’mod speċifiku għall-oqsma tal-oftalmoloġija, tan-newroloġija, tal-estetika medika (inkluża l-estetika tas-sider), tad-dermatoloġija medika u tal-uroloġija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7480 — Actavis / Allergan, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).