ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 56

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
16 ta' Frar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2015/C 056/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 056/02

Kawża C-304/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Timişoara – ir-Rumanija) – Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Centrul Judeţean Timiş vs Curtea de Conturi a României, Camera de Conturi a Judeţului Timiş (Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skemi ta’ għajnuna diretta — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali — Kundizzjoni mhux prevista fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kundizzjoni relatata mal-assenza ta’ dejn dovut fir-rigward tal-baġit tal-Istat u/jew tal-baġit lokali fid-data tat-tressiq tat-talba għal għajnuna — Ammissibbiltà — Le)

2

2015/C 056/03

Kawża C-384/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Estación de Servicio Pozuelo 4 SL vs GALP Energía España SAU (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġusizzja — Akkordji — Artikolu 81 KE — Kuntratt ta’ provvista esklużiva ta’ karburant u ta’ kombustibbli — Regolament (KEE) Nru 1984/83 — Artikolu 12(2) — Regolament (KE) Nru 2790/1999 — Artikoli 4(a) u 5(a) — Tul tal-perijodu tal-esklużività — Ftehim ta’ importanza sekondarja)

3

2015/C 056/04

Kawża C-202/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Nantes – Franza) Adiamix vs Direction départementale des finances publiques de l’Orne (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Regolament (KE) Nruo659/1999 — Artikolu 1(b)(v) — Skema ta’ eżenzjoni fiskali favur impriżi li jakkwistaw impriża f’diffikultà — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Irkupru ta’ għajnuna individwali mogħtija taħt skema ta’ għajnuna — Evalwazzjoni tal-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Kunċetti ta’ għajnuna eżistenti u ta’ għajnuna ġdida)

3

2015/C 056/05

Kawża C-508/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-13 ta’ Diċembru 2014 – Český telekomunikační úřad vs T. Mobile Czech Republic a.s. u Vodafone Czech Republic a.s.

4

2015/C 056/06

Kawża C-520/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Novembru 2014 – Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën

5

2015/C 056/07

Kawża C-528/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Novembru 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën

5

2015/C 056/08

Kawża C-542/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – SIA VM Remonts (li kienet SIA DIV un Ko), SIA Ausma grupa u SIA Pārtikas kompānija vs Konkurences padome

6

2015/C 056/09

Kawża C-547/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court) (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Diċembru 2014 – Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Limited, British American Tobacco UK Limited vs Secretary of State for Health

6

2015/C 056/10

Kawża C-549/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Diċembru 2014 – Finn Frogne A/S vs Rigspolitiet ved Center for Beredskabskommunikation

8

2015/C 056/11

Kawża C-550/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Novembru 2014 – Envirotec Denmark ApS vs Skatteministeriet

9

2015/C 056/12

Kawża C-555/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 6 de Murcia (Spanja) fit-3 ta’ Diċembru 2014 – IOS Finance EFC S.A. vs Servicio Murciano de Salud

10

2015/C 056/13

Kawża C-406/13: Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

10

2015/C 056/14

Kawża C-645/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 34 de Barcelona – Spanja) – Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito vs Evaristo Méndez Sena, Edelmira Pérez Vicente, Daniel Méndez Sena, Victoriana Pérez Bicéntez

10

2015/C 056/15

Kawża C-382/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Juergen Schneider, Erika Schneider vs Condor Flugdienst GmbH

11

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 056/16

Kawża T-72/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Pilkington Group et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehim ta’ qsim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Multi — Drittijiet tad-difiża — Applikazzjoni retroattiva tal-linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Valur tal-bejgħ — Rwol passiv jew minuri — Effett dissważiv tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-multi imposti preċedentement — Limitu tal-multa — Rata ta’ kambju għall-kalkolu tal-limitu tal-multa)

12

2015/C 056/17

Kawża T-400/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Hamas vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Riferiment għal atti terroristiċi — Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament

13

2015/C 056/18

Kawża T-201/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Si.mobil vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq Sloven tat-telefonija ċellulari — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni)

14

2015/C 056/19

Kawża T-58/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Jannar 2015 – Club Hotel Loutraki et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Operat ta’ terminali tal-lotterija video — Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Vantaġġ — Evalwazzjoni konġunta tal-miżuri nnotifikati)

15

2015/C 056/20

Kawża T-344/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Lidl Stiftung vs UASI (Deluxe) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Deluxe — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

15

2015/C 056/21

Kawża T-388/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2014 – Productos Derivados del Acero vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Rappreżentazzjoni tal-partijiet — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

16

2015/C 056/22

Kawża T-168/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2014 – AQ vs Il-Parlament (Rikors għad-danni — Kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Parlament li jarkivja l-petizzjoni tiegħu — Talba ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni dwar allegati irregolaritajiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Inammissibbiltà manifesta)

16

2015/C 056/23

Kawża T-164/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Alstom vs Il-Kummissjoni [Kompetizzjoni — Kawża għad-danni mressqa quddiem qorti nazzjonali — Talba għal kooperazzjoni — Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkomunika informazzjoni lil qorti nazzjonali — Irtirar tat-talba — Irtirar tad-deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni]

17

2015/C 056/24

Kawża T-165/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Talanton vs Il-Kummissjoni [Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti Pocemon u Perform konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u d-Dimostrazzjoni (2007-2013) — Spejjeż eliġibbli — Rimbors tas-somom imħallsa — Rapport ta’ awditu — Assenza ta’ interess ġuridiku — Interess dikjaratorju — Inammissibbiltà]

18

2015/C 056/25

Kawża T-697/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2014 – Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MAKING LIFE BETTER AT WORK — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli)

18

2015/C 056/26

Kawża T-171/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Ittra tal-Kummissjoni li tinforma biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu ta’ talba għall-maħfra tad-dazji doganali — Talba intiża li tinkiseb deċiżjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta)

19

2015/C 056/27

Kawża T-199/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ammissibbiltà — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

20

2015/C 056/28

Kawża T-277/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar tal-fondi — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Talba għal aċċess għall-provi kkunsidrati mill-Kunsill kontra persuna fiżika li kienet is-suġġett ta’ dawn il-miżuri — Aċċess mogħti mill-Kunsill — Tmiem tas-suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

20

2015/C 056/29

Kawża T-313/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Christian Dior Couture vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetittiv b’effett intaljat) (Trade mark Komunitarja — Rifjut parzjali għar-reġistrazzjoni — Irtirar parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2015/C 056/30

Kawża T-342/14 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – CR vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għall-ulied dipendenti — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Ċertezza legali — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Appell manifestament infondat)

21

2015/C 056/31

Kawża T-345/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2014 – Quanzhou Wouxun Electronics vs UASI – Locura Digital (WOUXUN) (Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Assenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Inammissibbiltà manifesta)

22

2015/C 056/32

Kawża T-355/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2014 – STC vs Il-Kummissjoni (Proċedura għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ ċentrali tal-enerġija bi tliet sistemi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ fumus boni juris)

23

2015/C 056/33

Kawża T-532/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Alsharghawi vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Inammissibbiltà)

23

2015/C 056/34

Kawża T-652/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2014 – AF Steelcase vs UASI (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Provvista u installazzjoni ta’ għamara — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ fumus boni juris)

24

2015/C 056/35

Kawża T-796/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni

24

2015/C 056/36

Kawża T-800/14: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2014 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni

25

2015/C 056/37

Kawża T-816/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Tayto Group vs UASI – MIP Metro (REAL HAND COOKED)

26

2015/C 056/38

Kawża T-843/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs Il-Kummissjoni

27

2015/C 056/39

Kawża T-847/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2014 – GHC vs Il-Kummissjoni

28

2015/C 056/40

Kawża T-1/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2015 – SNCM vs Il-Kummissjoni

29

2015/C 056/41

Kawża T-259/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Alban Giacomo vs Il-Kummissjoni

30

2015/C 056/42

Kawża T-547/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2014 – Teva Pharma u Teva Pharmaceuticals Europe vs EMA

30

2015/C 056/43

Kawża T-442/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

31

2015/C 056/44

Kawża T-48/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Pfizer vs Il-Kummissjoni u EMA

31

2015/C 056/45

Kawża T-689/14 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2014 – ENISA vs Psarras

31


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 056/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 46, 9.2.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 34, 2.2.2015

ĠU C 26, 26.1.2015

ĠU C 16, 19.1.2015

ĠU C 7, 12.1.2015

ĠU C 462, 22.12.2014

ĠU C 448, 15.12.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Timişoara – ir-Rumanija) – Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Centrul Judeţean Timiş vs Curtea de Conturi a României, Camera de Conturi a Judeţului Timiş

(Kawża C-304/13) (1)

((Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skemi ta’ għajnuna diretta - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali - Kundizzjoni mhux prevista fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni - Kundizzjoni relatata mal-assenza ta’ dejn dovut fir-rigward tal-baġit tal-Istat u/jew tal-baġit lokali fid-data tat-tressiq tat-talba għal għajnuna - Ammissibbiltà - Le))

(2015/C 056/02)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Timişoara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Centrul Judeţean Timiş

Konvenuti: Curtea de Conturi a României, Camera de Conturi a Judeţului Timiş

fil-preżenza ta’: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Bucureşti

Dispożittiv

L-Artikolu 143c tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bl-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 132 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-benefiċċju tal-għajnuna nazzjonali addizzjonali lill-produtturi li, fid-data tat-tressiq tat-talba tagħhom għal għajnuna, għandhom djun dovuti fir-rigward tal-baġit tal-Istat u/jew tal-baġit lokali, peress li ebda kundizzjoni relatata mal-assenza ta’ tali djun ma kienet is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Estación de Servicio Pozuelo 4 SL vs GALP Energía España SAU

(Kawża C-384/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġusizzja - Akkordji - Artikolu 81 KE - Kuntratt ta’ provvista esklużiva ta’ karburant u ta’ kombustibbli - Regolament (KEE) Nru 1984/83 - Artikolu 12(2) - Regolament (KE) Nru 2790/1999 - Artikoli 4(a) u 5(a) - Tul tal-perijodu tal-esklużività - Ftehim ta’ importanza sekondarja))

(2015/C 056/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Estación de Servicio Pozuelo 4 SL

Konvenuta: GALP Energía España SAU

Dispożittiv

1)

Kuntratt, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ dritt in rem, favur fornitur ta’ prodotti taż-żejt sabiex jibni pompa tal-petrol u jagħtiha b’kiri lill-proprjetarju tal-art, u li jimponi obbligu ta’ xiri esklużiv għal perijodu twil, ma għandux, fil-prinċipju, bħala effett li jirrestrinġi b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni u għalhekk ma jaqax taħt il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 81(1) KE, sakemm, minn naħa, is-sehem tas-suq ta’ dan il-fornitur ma jaqbizx 3 %, filwaqt li s-sehem tas-suq tat-tliet fornituri l-oħrajn flimkien jammonta għal 70 %, u, min-naħa l-oħra, it-tul tal-imsemmi kuntratt ma huwiex manisfestament eċċessiv meta mqabbel mat-tul medju tal-kuntratti ġeneralment konklużi fis-suq inkwisjtoni, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2000, li jinkludi klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni u li jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83,tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/97, tat-30 ta’ Lulju 1997, mingħajr madankollu ma jissodisfa dawk previsti mir-Regolament Nru 2790/1999, huwa eżenti mill-projbizzjoni mill-Artikolu 81(1) KE sal-31 ta’ Diċembru 2001.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Nantes – Franza) Adiamix vs Direction départementale des finances publiques de l’Orne

(Kawża C-202/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Regolament (KE) Nruo659/1999 - Artikolu 1(b)(v) - Skema ta’ eżenzjoni fiskali favur impriżi li jakkwistaw impriża f’diffikultà - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Irkupru ta’ għajnuna individwali mogħtija taħt skema ta’ għajnuna - Evalwazzjoni tal-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Kunċetti ta’ “għajnuna eżistenti” u ta’ “għajnuna ġdida”))

(2015/C 056/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Nantes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Adiamix

Konvenuta: Direction départementale des finances publiques de l’Orne

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda ma juri ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni 2004/343/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata minn Franza għall-akkwist ta’ impriżi f’diffikultà.


(1)  ĠU C 202, 30.06.2014


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-13 ta’ Diċembru 2014 – Český telekomunikační úřad vs T. Mobile Czech Republic a.s. u Vodafone Czech Republic a.s.

(Kawża C-508/14)

(2015/C 056/05)

Lingwa tal-kawża: ic-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Český telekomunikační úřad

Konvenuti: T-Mobile Czech Republic a.s. u Vodafone Czech Republic a.s.

Partijiet oħra: O2 Czech Republic a.s. (li kienet, sal-20 ta’ Ġunju 2014, Telefónica Czech Republic, a.s.), UPC Česká republika, s.r.o.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-mekkaniżmu tal-“ispiża netta” tal-provvista ta’ dan is-servizz, stabbilit fihom, jipprekludi li l-prezz tal-ispiża netta kif stabbilita jkun jinkludi wkoll il-“profitt raġonevoli” ta’ min jipprovdih?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (l-Artikoli 12 u 13) għandhom effett dirett?

3)

Jekk l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva għandhom effett dirett, dan l-effett jista’ jew ma jistax jiġi invokat kontra kumpannija kummerċjali li 51 % mill-azzjonijiet tagħha huma miżmuma (kkontrollati) minn Stat Membru, f’dan il-każ il-Kumpannija Telefónica Czech Republic, a.s. (din hija “entità Statali”?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi 1 sa 3, id-Direttiva tista’ tiġi applikata wkoll fir-rigward ta’ relazzjonijiet maħluqa qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni Ewropea (bejn l-1 ta’ Jannar 2004 u t-30 ta’ April 2004)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Novembru 2014 – Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-520/14)

(2015/C 056/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

Il-parti inizjali tal-Artikoli 2(1), l-Artikolu 2(1)(ċ) u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Komun għandu jiġi kklassifikat bħala persuna taxxabbli fis-sens ta’ din id-direttiva fir-rigward tat-trasport skolastiku, minħabba regolament komunali bħal dak deskritt fit-talba għal deċiżjoni preliminari?

2)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni r-regolament komunali kollu jew għandha ssir evalwazzjoni separata għal kull servizz ta’ trasport ipprovdut?

3)

Fil-każ li kull evalwazzjoni għandha ssir separatament, għandha ssir dintinzjoni bejn it-trasport ta’ studenti fuq distanza ta’ bejn 6 u 20 kilometru u dak fuq distanza ta’ iktar minn 20 kilometru?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Novembru 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-528/14)

(2015/C 056/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament Nru 1186/2009 (1) jinkludi l-possibbiltà li persuna fiżika jkollha, fl-istess ħin, ir-residenza normali tagħha kemm fi Stat Membru kif ukoll f’pajjiż terz u, jekk dan huwa l-każ, l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tapplika għall-proprjetà personali li ġew ittrasferiti fl-Unjoni Ewropea meta [din il-persuna fiżika] ma jibqax ikollha r-residenza normali tagħha fil-pajjiż terz?

2)

Jekk ir-Regolament Nru 1186/2009 jeskludi li jkun hemm residenza normali doppja u jekk evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha ma tkunx suffiċjenti sabiex tiġi ddeterminata r-residenza normali, liema regola jew liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, f’liema pajjiż il-persuna kkonċernata għandha r-residenza normali tagħha f’każ bħal dak f’din il-kawża fejn din tal-aħħar għandha kemm rabtiet personali kif ukoll rabtiet professjonali fil-pajjiż terz u rabtiet personali fl-Istat Membru?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, p. 23).


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un Ko”), SIA “Ausma grupa” u SIA “Pārtikas kompānija” vs Konkurences padome

(Kawża C-542/14)

(2015/C 056/08)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un Ko”), SIA “Ausma grupa” u SIA “Pārtikas kompānija”

Konvenut: Konkurences padome

Domanda preliminari

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex jiġi ddikkjarat li impriża tkun ipparteċipat fi ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, għandu jiġi pprovat aġir personali ta’ diriġent tal-impriża jew tal-fatt li dan kien jaf dwar, jew ikkonsenta, għal aġir ta’ persuna li kienet tipprovdi servizzi esterni għall-impriża filwaqt li taġixxi f’isem parteċipanti oħra għall-eventwali akkordju?


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court) (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Diċembru 2014 – Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Limited, British American Tobacco UK Limited vs Secretary of State for Health

(Kawża C-547/14)

(2015/C 056/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Limited, British American Tobacco UK Limited

Konvenut: Secretary of State for Health

Partijiet oħra: Imperial Tobacco Limited, British American Tobacco UK Limited, JT International SA, Gallaher Limited, Tann UK Limited u Tannpapier GmbH, V. Mane Fils, Deutsche Benkert GmbH & Co. KG u Benkert UK Limited, Joh. Wilh. Von Eicken GmbH

Domandi preliminari

Id-domandi li ġejjin dwar id-Direttiva 2014/40/UE (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”) huma s-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Qorti tal-Ġustizzja”) skont l-Artikolu 267 TFUE:

Bażi legali

1)

Id-Direttiva hija, kompletament jew parzjalment, ivvizzjata b’illegalità għar-raġuni li l-Artikolu 114 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali adegwata? B’mod partikolari:

a)

Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva:

i)

jekk jiġi interpretat b’mod korrett, sa liema punt jippermetti lill-Istati Membri jadottaw regoli iktar stretti fil-qasam tal-“istandardizzazzjoni” tal-ippakkjar ta’ prodotti tat-tabakk; u

ii)

fid-dawl ta’ din l-interpretazzjoni, l-Artikolu 24(2) huwa vvizzjat b’illegalità għar-raġuni li l-Artikolu 114 TFUE ma jipprovdix bażi legali adegwata?

b)

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva, li jippermetti lill-Istati Membri jipprojbixxu kategorija ta’ tabakk jew prodotti relatati f’ċirkustanzi speċifiċi, huwa vvizzjat b’illegalità għar-raġuni li l-Artikolu 114 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali adegwata?

c)

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma vvizzjati b’illegalità għar-raġuni li l-Artikolu 114 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali adegwata:

i)

id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu II tad-Direttiva dwar l-ippakkjar u l-ittikkettjar;

ii)

l-Artikolu 7 tad-Direttiva, sa fejn jipprojbixxi s-sigaretti tal-mentol u l-prodotti tat-tabakk b’togħma karatterizzanti;

iii)

l-Artikolu 18 tad-Direttiva li jippermetti lill-Istati Membri jipprojbixxu bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk; u,

iv)

l-Artikoli 3(4) u 4(5) tad-Direttiva li jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni fil-qasam ta’ livelli ta’ emissjonijiet

Proporzjonalità u drittijiet fundamentali

2)

Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 13 tad-Direttiva:

a)

jekk jiġi interpretat b’mod eżatt, dan jipprojbixxi dikjarazzjonijiet veri u mhux qarrieqa dwar prodotti tat-tabakk fuq l-ippakkjar tagħhom; u,

b)

jekk iva, huwa vvizzjat b’illegalità għar-raġuni li jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u/jew l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?

3)

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma, kompletament jew parzjalment, ivvizzjati b’illegalità għar-raġuni li jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità:

a)

l-Artikoli 7(1) u 7(7), sa fejn jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk bil-mentol bħala togħma karatterizzanti u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk li fihom aromi fi kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom;

b)

l-Artikoli 8(3), 9(3), 10(1)(g) u 14, sa fejn jimponu rekwiżiti varji fil-qasam tal-istandardizzazzjoni tal-ippakkjar; u,

c)

l-Artikolu 10(1)(a) u (c), sa fejn jimponi twissijiet tas-saħħa li jkopru 65 % tas-superfiċi esterna ta’ quddiem u ta’ wara tal-ippakkjar individwali u ta’ kwalunkwe ppakkjar estern?

Delega/Implementazzjoni

4)

Xi waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva hija, kompletament jew parzjalment, ivvizzjata b’illegalità għar-raġuni li jiksru l-Artikolu 290 TFUE:

a)

l-Artikoli 3(2) u 3(4) dwar livelli massimi ta’ emissjoni;

b)

l-Artikolu 4(5) dwar il-metodi ta’ kejl tal-emissjonijiet;

c)

l-Artikoli 7(5), 7(11) u 7(12) dwar ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti;

d)

l-Artikoli 9(5), 10(1)(f), 10(3), 11(6), 12(3) u 20(12) dwar twissijiet tas-saħħa;

e)

l-Artikolu 20(11) dwar il-projbizzjoni ta’ sigaretti elettroniċi u/jew il-kontenituri ta’ rikarika; u/jew,

f)

l-Artikolu 15(12) dwar kuntratti għall-ħażna ta’ data?

5)

L-Artikoli 3(4) u 4(5) tad-Direttiva huma vvizzjati b’illegalità għar-raġuni li jiksru l-prinċipju ta’ ċertezza legali u/jew jiddelegaw illegalment setgħat lill-korpi esterni li ma humiex suġġetti għall-garanziji proċedurali tal-Unjoni Ewropea?

6)

Xi waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva hija, kompletament jew parzjalment, ivvizzjata b’illegalità għar-raġuni li tikser l-Artikolu 291 TFUE:

a)

l-Artikolu 6(1) dwar l-obbligi ta’ rappurtar;

b)

l-Artikoli 7(2) sa (4) u 7(10) dwar l-atti ta’ implementazzjoni fil-qasam tal-projbizzjoni ta’ prodotti tat-tabakk f’ċerti ċirkustanzi; u/jew,

c)

l-Artikoli 9(6) u 10(4) dwar it-twissijiet tas-saħħa?

Sussidjarjetà

7)

Id-Direttiva u b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8(3), 9(3), 10(1)(g), 13 u 14 huma vvizzjati b’illegalità minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà?


(1)  Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Diċembru 2014 – Finn Frogne A/S vs Rigspolitiet ved Center for Beredskabskommunikation

(Kawża C-549/14)

(2015/C 056/10)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finn Frogne A/S

Konvenut: Rigspolitiet ved Center for Beredskabskommunikation

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE (1), tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqri flimkien mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Ġunju 2008, Pressetext Nachrichtenagentur (Kawża C-454/06, Ġabra p. 1-4401) u tat-13 ta’ April 2010, Wall (C-91/08, Ġabra p. 1-2815), għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim ta’ tranżazzjoni, li jinvolvi restrizzjonijiet u bidliet għas-servizzi pprovduti kif inizjalment miftiehma fil-kuntest ta’ kuntratt li kien diġà s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, kif ukoll rinunzja reċiproka għall-eżerċizzju ta’ rimedji li jissanzjonaw l-ineżekuzzjoni b’mod li jiġi evitat tilwim ieħor, jikkostitwixxi kuntratt li huwa stess għandu jkun is-suġġett ta’ sejħa għal offerti fil-każ li l-eżekuzzjoni tal-kuntratt inizjali jiltaqa’ ma’ diffikultajiet?


(1)  ĠU L 134, p. 114.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Novembru 2014 – Envirotec Denmark ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-550/14)

(2015/C 056/11)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Envirotec Denmark ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Domanda preliminari

Ingotti komposti minn liega rozza u alleatorja ta’ skart ta’ diversi oġġetti tal-metall li fihom id-deheb jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “materjal tad-deheb jew prodotti semi-manifatturati” għall-finijiet tal-Artikolu 198(2) tad-Direttiva tal-VAT (1)?

Wieħed jista’ jitlaq mill-prinċipju li l-ingotti huma komposti minn liega rozza u temporanja ta’ skart ta’ diversi oġġetti tal-metall li fihom id-deheb u li l-ingotti jista’ jkun fihom ukoll materjali organiċi, pereżempju snien, kawċu, PVC u metalli/materjali bħal pereżempju r-ram, il-landa, in-nikil, l-amalgama, fdal ta’ batteriji bil-merkurju u ċ-ċomb kif ukoll diversi sustanzi tossiċi, eċċ. Għalhekk inkwistjoni ma kienx hemm prodott li fih id-deheb li qiegħed jiġi direttament ipproċessat fi prodott lest. Min-naħa l-oħra, l-ingott huwa prodott ipproċessat (liega), li – inkwantu stadju intermedju – ġie mmanifatturat bil-għan li minnu jiġi estratt id-deheb li jinsab fih. L-ingotti kellhom kontenut għoli ta’ deheb, medjament minn 500 sa 600 minn kull elf tal-piż u għalhekk nettament ogħla mit-325 minn kull elf ta’ deheb. Wara l-estrazzjoni, il-kontenut f’deheb jintuża għall-manifattura ta’ prodotti (tad-deheb/li fihom id-deheb).

Fir-risposta tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ wkoll titlaq mill-prinċipju li l-ingotti ma jistgħux jiġu integrati direttament fi prodotti oħra għaliex dawn għandhom minn qabel jiġu suġġetti għal trattament li matulu l-metalli jiġu sseparati u fejn l-elementi mhux metalliċi, is-sustanzi ħżiena għas-saħħa u sustanzi oħra jitneħħew billi jinħallu/billi jiġu estratti.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 6 de Murcia (Spanja) fit-3 ta’ Diċembru 2014 – IOS Finance EFC S.A. vs Servicio Murciano de Salud

(Kawża C-555/14)

(2015/C 056/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 6 de Murcia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IOS Finance EFC S.A.

Konvenut: Servicio Murciano de Salud

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-Artikoli 4(1), 6, u 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011 (1), dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali:

1)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta l-irkupru ta’ dejn prinċipali għall-kundizzjoni ta’ rinunzja għall-interessi moratorji?

2)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta l-irkupru ta’ dejn prinċipali għall-kundizzjoni ta’ rinunzja għall-ispejjeż ta’ rkupru?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għaż-żewġ domandi preċedenti, awtorità kontraenti debitriċi tista’ tinvoka l-awtonomija tar-rieda tal-partijiet sabiex tiżvinkola ruħha mill-obbligu li hija għandha li tħallas l-interessi moratorji u l-ispejjeż ta’ rkupru?


(1)  ĠU L 48, p. 1


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/10


Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-406/13) (1)

(2015/C 056/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 34 de Barcelona – Spanja) – Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito vs Evaristo Méndez Sena, Edelmira Pérez Vicente, Daniel Méndez Sena, Victoriana Pérez Bicéntez

(Kawża C-645/13) (1)

(2015/C 056/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Juergen Schneider, Erika Schneider vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-382/14) (1)

(2015/C 056/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.


Il-Qorti Ġenerali

16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Pilkington Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-72/09) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehim ta’ qsim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Multi - Drittijiet tad-difiża - Applikazzjoni retroattiva tal-linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Valur tal-bejgħ - Rwol passiv jew minuri - Effett dissważiv tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tal-multi imposti preċedentement - Limitu tal-multa - Rata ta’ kambju għall-kalkolu tal-limitu tal-multa”))

(2015/C 056/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilkington Group Ltd (St Helens, ir-Renju Unit); Pilkington Automotive Ltd (Lathom, ir-Renju Unit); Pilkington Automotive Deutschland GmbH (Witten, il-Ġermanja); Pilkington Holding GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja); u Pilkington Italia SpA (San Salvo, l-Italja) (rappreżentanti: J. Scott, S. Wisking, K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors, J. Turner, QC, A. Bates, barrister, C. Puech Baron u D. Katrana, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, A. Biolan u M. Kellerbauer, sussegwentement A. Biolan, M. Kellerbauer u N. von Lingen u finalment A. Biolan, M. Kellerbauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39.125 – Ħġieġ tal-karozzi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1119 finali, tat-28 ta’ Frar 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn jimponi multa fuq ir-rikorrenti, jew, iktar sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pilkington Group Ltd, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH et Pilkington Italia SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk kollha sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża T-400/10) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Riferiment għal atti terroristiċi - Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)

(2015/C 056/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Driessen u R. Szostak, sussegwentement B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Konstantinidis u É. Cujo, sussegwentement M. Konstantinidis u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għal annullament tal-Avviż tal-Kunsill għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU 2010, C 188, p. 13), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/386/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2010, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 178, p. 28), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010, tat-12 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1285/2009 (ĠU L 178, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/386/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2010, tal-Kunsill 2011/70/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, tal-Kunsill 2011/430/PESK, tat-18 ta’ Lulju 2011, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/872/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2011, tal-Kunsill 2012/333/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, tal-Kunsill 2012/765/PESK, tal-10 ta’ Diċembru 2012, tal-Kunsill 2013/395/PESK, tal-25 ta’ Lulju 2013, tal-Kunsill 2014/72/PESK, tal-10 ta’ Frar 2014, u tal-Kunsill 2014/483/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jħassar id-deċiżjonijiet, rispettivament, 2011/430, 2011/872, 2012/333, 2012/765, 2013/395 u 2014/72, huma annullati, għal dak li jikkonċernaw il-Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem).

2)

Ir-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010, tat-12 ta’ Lulju 2010, tal-Kunsill Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, tal-Kunsill Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, tal-Kunsill Nru 1375/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, tal-Kunsill Nru 542/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, tal-Kunsill Nru 1169/2012, tal-10 ta’ Diċembru 2012, tal-Kunsill Nru 714/2013, tal-25 ta’ Lulju 2013, tal-Kunsill Nru 125/2014, tal-10 ta’ Frar 2014, u tal-Kunsill Nru 790/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassru r-Regolament ta’ Implementazzoni rispettivament (UE) Nru 1285/2009, Nru 610/2010, Nru 83/2011, Nru 687/2011, Nru 1375/2011, Nru 542/2012, Nru 1169/2012, Nru 714/2013 u Nru 125/2014, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw il-Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem).

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2014/483 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 790/2014 jinżammu għal tliet xhur minn meta tiġi deċiża din is-sentenza jew, jekk appell jiġi ppreżentat fit-terminu stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq dan l-appell.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tal-Hamas.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Si.mobil vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Sloven tat-telefonija ċellulari - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”))

(2015/C 056/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Si.mobil telekomunikacijske storitve d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis u E. Sependa, solicitors, sussegwentement P. Alexiadis, P. Figueroa Regueiro u A. Melihen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, B. Gencarelli u A. Biolan, sussegwentement C. Giolito u A. Biolan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: T. Mihelič Žitko u V. Klemenc, aġenti); u Telekom Slovenije d.d. li qabel kienet Mobitel, telekomunikacijske storitve d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: J Sladič u P. Sladič, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 355 finali, tal-24 ta’ Jannar 2011, li tiċħad, minħabba n-nuqqas ta’ interess ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Mobitel, għal aġir allegatament kuntrarju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni fis-suq Sloven tat-telefonija ċellulari (Każ COMP/39.707 – Si.mobil/Mobitel).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Si.mobil telekomunikacijske storitve d.d. hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ Telekom Slovenije d.d.

3)

Ir-Repubblika Slovena għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 160, 28.05.2011.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Jannar 2015 – Club Hotel Loutraki et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Operat ta’ terminali tal-lotterija video - Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Vantaġġ - Evalwazzjoni konġunta tal-miżuri nnotifikati”))

(2015/C 056/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Club Hotel Loutraki AE (Loutraki, il-Greċja); Vivere Entertainment AE (Ateni, il-Greċja); Theros International Gaming, Inc. (Patra, il-Greċja); Elliniko Casino Kerkyras (Ateni); Casino Rodos (Rhodes, il-Greċja); Porto Carras AE (Alimos, il-Greċja); u Kazino Aigaiou AE (Syros, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti); u Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitor, L. Van den Hende u M. Sánchez Rydelski, avukati, sussegwentement minn M. Petite u A. Tomtsis, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 6777 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2012, dwar għajnuna mill-Istat SA.33 988 (2011/N) – il-Greċja – Modalitajiet ta’ estenzjoni tad-dritt esklużiv tal-OPAP għat-tħaddim ta’ 13-il logħba tal-ażżard u l-għoti ta’ liċenzja esklużiva dwar it-tħaddim ta’ 35  000 terminal tal-lotterija video, għal perijodu ta’ għaxar snin.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Club Hotel Loutraki AE, Vivere Entertainment AE, Theros International Gaming, Inc., Elliniko Casino Kerkyras, Casino Rodos, Porto Carras AE u Kazino Aigaiou AE huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom rispettivi kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).

3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Lidl Stiftung vs UASI (Deluxe)

(Kawża T-344/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Deluxe - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 056/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz u A. Wrage, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1223/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Deluxe bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2014 – Productos Derivados del Acero vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/10) (1)

((“Rikors għal annullament - Rappreżentazzjoni tal-partijiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 056/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Productos Derivados del Acero, SA (Catarroja, Spanja) (rappreżentanti: inizzjalment M. Escuder Tella, F. Palau-Ramírez u J. Viciano Pastor, avukati, sussegwentement M. Escuder Tella u J. Viciano Pastor, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Castilla Contreras u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38344 – Azzar għall-Prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissoni C (2010) 6676 finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Productos Derivados del Acero, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2014 – AQ vs Il-Parlament

(Kawża T-168/11) (1)

((“Rikors għad-danni - Kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Parlament li jarkivja l-petizzjoni tiegħu - Talba ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni dwar allegati irregolaritajiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 056/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: AQ (Żary, il-Polonja) (rappreżentant: P. K. Rosiak, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: K. Zejdová, aġent)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba d-deċiżjoni tal-Parlament li jarkivja l-petizzjoni tiegħu li permezz tagħha talab li tinfetaħ investigazzjoni dwar allegati irregolaritajiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AQ huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Parlament Ewropew.

3)

L-ammont tal-għajnuna legali li għandu jitħallas mill-kaxxier tal-Qorti Ġeneral huwa stabbilit għal EUR 1  653,36.


(1)  ĠU C 250, 18.08.2012.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Alstom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-164/12) (1)

([“Kompetizzjoni - Kawża għad-danni mressqa quddiem qorti nazzjonali - Talba għal kooperazzjoni - Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkomunika informazzjoni lil qorti nazzjonali - Irtirar tat-talba - Irtirar tad-deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2015/C 056/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alstom (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Derenne, avukat, N. Heaton, P. Chaplin u M. Farley, solicitors, sussegwentement minn J. Derenne, N. Heaton u P. Chaplin)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, N. Khan u P. Van Nuffel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: National Grid Electricity Transmission plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Magnus, C. Bryant, E. Coulson, solicitors, J. Turner, D. Beard, QC, u L. John, barrister)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2012, bir-referenza D/2012/006840, li tilqa’ t-talba għal kooperazzjoni tal-High Court of Justice (England & Wales) [Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales)], sa fejn timplika l-iżvelar ta’ informazzjoni allegatament koperta mis-sigriet professjonali li tinsab fit-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-Każ COMP/F/38.899 – Switchgear iżolat bil-gass.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Talanton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/13) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti Pocemon u Perform konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u d-Dimostrazzjoni (2007-2013) - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa - Rapport ta’ awditu - Assenza ta’ interess ġuridiku - Interess dikjaratorju - Inammissibbiltà”])

(2015/C 056/24)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (Palaio Faliro, Greċja) (rappreżentanti: M. Angelopoulos u K. Damis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Sauka, aġenti, assistiti minn L. Athanassiou u G. Gerapetritis, avukati)

Suġġett

Rikors skont l-Artikolu 272 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jiġi kkonstatat mill-Qorti Ġenerali, minn naħa, li r-rifjut tal-Kummissjoni li tqis bħala spejjeż eliġibbli ċerti somom imħallsa lir-rikorrenti fl-implementazzjoni tal-ftehimiet ta’ sussidji Perform u Pocemon jikkostitwixxi ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi kuntrattwali tagħha u, min-naħa l-oħra, li ma hemmx lok li jsir rimbors ta’ xi parti minn dawn l-ammonti, kif ukoll l-ammont tad-danni likwidati li għandu jiġi ddeterminat minn din tal-aħħar.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 156, 1.6.2013.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2014 – Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK)

(Kawża T-697/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MAKING LIFE BETTER AT WORK - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli”))

(2015/C 056/25)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Kinnarps AB (Kinnarp, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Melander u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2272/2012-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MAKING LIFE BETTER AT WORK bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kinnarps AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 29.03.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Ittra tal-Kummissjoni li tinforma biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu ta’ talba għall-maħfra tad-dazji doganali - Talba intiża li tinkiseb deċiżjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 056/26)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma Léon Van Parys (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren u R. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.-R. Killmann u M. van Beek, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2014, li tinforma lir-rikorrenti biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu tal-maħfra tad-dazji doganali previst mill-Artikolu 907 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), u min-naħa l-oħra, talba intiża li tinkiseb deċiżjoni li l-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93 kien kompletament applikabbli fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, Ġabra, EU:T:2013:136).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Firma Léon Van Parys għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/20


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2015/C 056/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vanbreda Risk & Benefits (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Teerlinck u P. de Bandt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u L. Cappelletti, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji ntiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet l-offerta li ppreżentat ir-rikorrenti wara sejħa għal offerti għal kuntratt relatat mal-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni, u li attribwiet dan il-kuntratt lil kumpannija oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Jannar 2014, li biha din tal-aħħar ċaħdet l-offerta li Vanbreda Risk & Benefits ippreżentat wara sejħa għall-offerti għal kuntratt relatat mal-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni u tat l-imsemmi kuntratt lil kumpannija oħra hija sospiża sa fejn tikkonċerna l-attribuzzjoni tal-lott Nru 1.

2)

L-effetti tal-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2014 jibqgħu sal-iskadenza tat-terminu ta’ appell kontra dan id-digriet.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill

(Kawża T-277/14) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar tal-fondi - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Talba għal aċċess għall-provi kkunsidrati mill-Kunsill kontra persuna fiżika li kienet is-suġġett ta’ dawn il-miżuri - Aċċess mogħti mill-Kunsill - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 056/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.-R. Farthouat, J.-P. Mignard, N. Boulay, avukati, u S. Crosby, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. De Elera u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż biex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kunsill sa fejn dan astjena illegalment milli jieħu azzjoni wara t-talba mir-rikorrent biex jaċċedi għall-fajl li fih il-provi li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill biex jordna l-iffriżar tal-assi tiegħu fl-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 24.06.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Christian Dior Couture vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetittiv b’effett intaljat)

(Kawża T-313/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Rifjut parzjali għar-reġistrazzjoni - Irtirar parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 056/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christian Dior couture SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Sabatier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Marzu 2014 (Każ R 459/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali li tirrigwarda l-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – CR vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-342/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċertezza legali - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell manifestament infondat”))

(2015/C 056/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: CR (Malling, Franza) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u E. Taneva, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014, CR vs Il-Parlament (F-128/12, ĠabraSP, EU:F::2014:38), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

CR għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 212, 07.07.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2014 – Quanzhou Wouxun Electronics vs UASI – Locura Digital (WOUXUN)

(Kawża T-345/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 056/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Quanzhou Wouxun Electronics Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Locura Digital, SL (Granollers, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Frar 2014 (Każ R 407/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WOUXUN bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Quanzhou Wouxun Electronics Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2014 – STC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/14 R)

((“Proċedura għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ ċentrali tal-enerġija bi tliet sistemi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))

(2015/C 056/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: STC SpA (Forlì, l-Italja) (rappreżentanti: A. Marelli u G. Delucca, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti, L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, minn naħa waħda, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tat-3 ta’ April 2014 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta mressqa minn STC fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC IPR 2013 C04 0031 OC fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ ċentrali tal-enerġija bi tliet sistemi mgħammra b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tagħha f’Ispra (L-Italja) il-post fejn jinsab iċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka tagħha (CCR) (ĠU 2013/S 137-237146), tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni attribwiet il-kuntrat lil CPL Concordia, u, għaldaqstant, tad-deċiżjonijiet l-oħra kollha sussegwenti, u, min-naħa l-oħra, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ aċċess għad-dokumenti kif ukoll miżura provviżorja li tippermetti l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt għall-aċċess għad-dokumenti tas-sejħa għal offerti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Alsharghawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-532/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà”))

(2015/C 056/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat 28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 53), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (ĠU L 78, p. 24), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Bashir Saleh Bashir Alsharghawi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2014 – AF Steelcase vs UASI

(Kawża T-652/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Provvista u installazzjoni ta’ għamara - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))

(2015/C 056/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: AF Steelcase, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: S. Rodríguez Bajón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: N. Bambara u M. Paolacci, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta’ Lulju 2014, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar il-provvista u l-installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-UASI.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/24


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-796/14)

(2015/C 056/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

tannulla d-Deċiżjoni Ares (2014) 3142109 tal-Kummissjoni Ewropea, tal-24 ta’ Settembru 2014, sa fejn li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti mitluba, bl-eċċezzjoni tad-data personali redatta li tinsab fihom;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni Ares (2014) 3142109 tal-24 ta’ Settembru 2014, li fiha l-Kummissjoni rrifjutat li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għal sitt dokumenti interni redatti fil-kuntest ta’ ħidma preparatorja li tippreċedi l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/EU dwar il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (1) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi distinti.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kummissjoni billi naqset milli tispjega – fir-rigward ta’ kull dokument – liema eċċezzjoni rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar it-trasparenza”) hija applikat u abbażi ta’ liema ċirkustanzi u kunsiderazzjonijiet fattwali. Billi invokat l-istess argumenti ġenerali sabiex tissostanzja r-raġunijiet differenti għal rifjut (protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji, ta’ pariri legali u tal-proċess deċiżjonali), il-Kummissjoni naqset milli timmotiva għalfejn l-iżvelar tad-dokumenti rikjesti jippreġudika “konkretament u effettivament” kull wieħed minn dawn l-interessi. B’mod iktar speċifiku, id-Deċiżjoni kkontestata ma tispjegax jekk il-ġustifikazzjoni invokata għal kull rifjut rilevanti hijiex “proċeduri ġudizzjarji” jew “pariri legali”.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza mill-Kummissjoni billi naqset milli turi kif l-iżvelar f’kull każ jippreġudika “konkretament u effettivament” il-protezzjoni ta’ “pariri legali” jew ta’ “proċeduri ġudizzjarji”. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-“pariri legali”, il-ġustifikazzjonijiet astratti tal-Kummissjoni ġew kollha kemm huma miċħuda fil-ġurisprudenza u l-Kummissjoni ma tipprovdi ebda spjegazzjoni konkreta li turi għalfejn, f’dan il-każ, l-iżvelar komplet tad-dokumenti mitluba jippreġudika konkretament u effettivament il-protezzjoni ta’ “proċeduri ġudizzjarji”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur taż-żewġ subparagrafi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-trasparenza mill-Kummissjoni billi naqset milli tispjega kif l-iżvelar jippreġudika konkretament u effettivament il-protezzjoni tal-“proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet”. Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-trasparenza, il-Kummissjoni naqset milli tidentifika “proċess ta’ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet” li kien għad jista’ jitqies li “qed jiżvolġi” u milli turi kif l-iżvelar konkretament u effettivament jippreġudika l-proċess deċiżjonali tagħha. Fir-rigward tat-tieni subparagrafu ta’ dik id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni naqset milli turi li d-dokumenti rikjesti kienu “opinjonijiet” skont it-tifsira ta’ dak is-subparagrafu u a fortiori li r-riskju li l-iżvelar konkretament u effettivament jippreġudika l-proċess deċiżjonali kien serji fis-sens iktar rigoruż ta’ dak is-subparagrafu.


(1)  Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1)


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/25


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2014 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-800/14)

(2015/C 056/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 3188066, tad-29 ta’ Settembru 2014, sa fejn din tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti mitluba, bl-eċċezzjoni, madankollu, tad-data personali emendata li tinsab fihom;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni Ares (2014) 3188066, tad-29 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għal disa’ dokumenti interni redatti fil-kuntest tax-xogħlijiet preparatorji li wasslu għall-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (1) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi separati.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi ma spjegatx – għal kull dokument – liema kienet l-eċċezzjoni rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar it-trasparenza”) li hija applikat u abbażi ta’ liema ċirkustanzi u kunsiderazzjonijiet fattwali. Billi bbażat ruħha fuq l-istess argumenti ġenerali sabiex tiġġustifika r-rifjut tagħha għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u ta’ pariri legali, il-Kummissjoni ma esponietx il-motivazzjoni għaliex l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jimmina “konkretament u effettivament” kull wieħed minn dawn l-intreressi. B’mod iktar speċifiku, id-deċiżjoni kkontestata ma tispjegax jekk il-ġustifikazzjoni invokata għall kull rifjut rilevanti hijiex il-“proċeduri ġudizzjarji” jew inkella l-“parir legali”.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza billi ma wrietx kif żvelar f’kull każ jimmina “konkretament u effettivament” il-protezzjoni tal-“pariri legali” u tal-“proċeduri ġudizzjarji”. F’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-“pariri legali”, il-ġustifikazzjonijiet astratti kollha tal-Kummissjoni ġew miċħuda mill-ġurisprudenza u l-Kummissjoni ma tipprovdi ebda spjegazzjoni konkreta li turi għaliex, f’dan il-każ, żvelar totali tad-dokumenti mitluba jimmina “konkretament u effettivament” il-protezzjoni tal-pariri legali. F’dak li jirrigwarda l-“proċeduri ġudizzjarji”, il-Kummissjoni lanqas ma tispjega, b’mod konkret, għaliex żvelar jimmina “konkretament u effettivament” il-protezzjoni tal-“proċeduri ġudizzjarji”. A fortiori, il-Kummissjoni ma wettqitx evalwazzjoni preċiża u speċifika sabiex tiddetermina jekk interess pubbliku superjuri jistax jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-trasparenza billi ma wrietx li d-dokumenti/reviżjonijiet rilevanti kienu jinkludu “opinjonijiet għal użu intern”, billi ma spjegatx kif żvelar ta’ dawn id-dokumenti jimmina “konkretament u effettivament” il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali u billi ma bbilanċjatx b’mod xieraq l-interess invokat meta mqabbel mal-interess pubbliku superjuri rrappreżentat mill-iżvelar.


(1)  Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, ĠU L 127, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/26


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Tayto Group vs UASI – MIP Metro (REAL HAND COOKED)

(Kawża T-816/14)

(2015/C 056/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tayto Group Ltd (Craigavon, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Kunze, Solicitor u G. Würtenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “REAL HAND COOKED” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 0 62  688

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 842/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 64, 75, 76 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/27


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-843/14)

(2015/C 056/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gascogne Sack Deutschland GmbH (Wieda, il-Ġermanja), u Gascogne (Saint-Paul-les-Dax, Franza) (rappreżentanti: F. Puel u E. Durand, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-proċedura segwita quddiem il-Qorti Ġenerali li kisret ir-rekwiżiti marbutin mal-osservanza ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenzi;

Konsegwentement,

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta’ kumpens xieraq u integrali għad-danni materjali u morali sostnuti mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Unjoni, li jikkorrispondi għas-sommom segwenti, flimkien mal-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti perċentwali, mid-data tal-preżentata tar-rikors:

EUR 1 1 93  467 bħala telf sostnut minħabba l-ħlas tal-interessi legali addizzjonali applikati għall-valur nominali tas-sanzjoni lil hinn minn terminu raġonevoli;

EUR 1 87  571 bħala telf sostnut minħabba l-ħlasijiet addizzjonali tal-garanzija bankarja lil hinn minn terminu raġonevoli;

EUR 2 0 00  000 bħala qliegħ mhux magħmul u/jew it-telf subit minħabba l-“pieni tal-inċertezza”, u

EUR 5 00  000 bħala dannu morali;

sussidjarjament, jekk ikollu jiġi kkunsidrat li l-ammont tad-dannu sostnut għandu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida, tordna perizja skont l-Artikoli 65(d), 66(1), u 70 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

f’kull każ, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u, għaldaqstant, fuq il-ksur tad-dritt fundamentali tagħhom sabiex il-kawża tagħhom tiġi deċiża f’terminu raġonevoli.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/28


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2014 – GHC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-847/14)

(2015/C 056/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Lang, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 7920, tal-31 ta’ Ottubru 2014, kif ukoll l-allokazzjoni lir-rikorrenti ta’ kwota għas-sena 2015 għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworukarburi, sa fejn dawn jistabbilixxu għar-rikorrenti valur ta’ referenza baxx wisq u jallokaw kwota baxxa wisq għall-2015;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 (1)

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta stabbilixxiet għar-rikorrenti valur ta’ referenza baxx wisq u allokatilha kwota baxxa wisq għas-sena 2015. Hija tilmenta l-fatt li fil-kalkolu tagħha, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-istokkijiet fis-snin ta’ riferiment.

Ir-rikorrenti ssostni li r-redazzjoni, l-oriġini, is-sistematika, l-ispirtu u l-għan tar-Regolament Nru 517/2014 ma jiġġustifikawx it-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-istokkijiet.

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-iżvilupp annwali tal-istokkijiet ma jippermettix lill-importaturi u lill-esportaturi li ma humiex produtturi li jikkonstataw il-kwantitajiet effettivament imqiegħa fis-suq iżda jwettaq distorsjoni tal-konstatazzjoni tagħhom għad-dannu tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza skont l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Ir-rikorrenti ssostni li hija inġustament żvantaġġata mit-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp annwali tal-istokkijiet fis-snin ta’ riferiment meta pparagunata mal-importaturi li jbiegħu l-istokkijiet tagħhom matul is-sena ta’ riferiment u li ma ħażnuhomx lil hinn minn tmiem is-sena.

Minbarra dan, ir-rikorrenti, inkwantu importatriċi, hija wkoll inġustament żvantaġġata meta pparagunata mal-produtturi peress li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-istokkijiet annwali jippermetti lill-produtturi li jiddeterminaw preċiżament il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fis-suq filwaqt li għar-rikorrenti, dawn huma distorti għad-dannu tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE

Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li d-deċiżjoni kkontestata ma tosservax ir-rekwiżiti tal-obbligu ta’ motivazzjoni u li, partikolarment, ma huwiex ċar kif għar-rikorrenti huma komposti t-tunnellati ta’ ekwivalenti għal CO2 indikati.


(1)  Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, p. 195).


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/29


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2015 – SNCM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/15)

(2015/C 056/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote u C. Froitzheim, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni C(2013) 7066 final, tal-20 ta’ Novembru 2013, kollha kemm hi, abbażi tal-Artikoli 107 u 263 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta;

tannulla d-Deċiżjoni kollha kemm hi sa fejn din tal-aħħar tqis li l-bejgħ ta’ 75 % tas-SNCM bil-prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni parzjalment sa fejn din tal-aħħar tqis li ż-żieda fil-kapital ta’ EUR 8,75 miljun sottoskritta mis-CGMF tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni parzjalment sa fejn din tal-aħħar tqis li l-ħlas bil-quddiem fil-kont kurrenti ta’ EUR 38,5 miljun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni parzjalment sa fejn tanalizza l-kompatibbiltà tal-bilanċ ta’ EUR 15,81 miljun imħallas bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni fl-2002 konġuntament mal-miżuri kollha tal-2006;

iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni parzjalment sa fejn tikkonkludi li l-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2014/882/UE, tal-20 ta’ Novembru 2013 [innotifikata bin-numru C(2013 7066 final], li permezz tagħha l-Kummissjoni qieset li, minn naħa, il-bilanċ tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni, innotifikata fit-18 ta’ Frar 2002 mill-awtoritajiet Franċiżi, fl-ammont ta’ EUR 15,81 miljun, u, min-naħa l-oħra, it-tliet miżuri implementati mill-awtoritajiet Franċiżi fl-2006 favur ir-rikorrenti, jiġifieri, il-bejgħ ta’ 75 % tar-rikorrenti bil-prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun, iż-żieda fil-kapital ta’ EUR 8,75 miljun sottoskritta mill-Compagnie générale maritime et financière u l-ħlas bil-quddiem fil-kont kurrenti ta’ EUR 38,5 miljun, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern. Konsegwentement, il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tagħha.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 108(2) u 266 TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni rrifjutat li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali wara l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/611/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008 (1), permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2012, mogħtija fil-Kawża T-565/08, Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni (2).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, billi l-Kummissjoni qieset li l-prezz negattiv tal-bejgħ kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, billi l-Kummissjoni qieset li l-kontribuzzjoni ta’ kapital ta’ EUR 8,75 miljun kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, billi l-Kummissjoni qieset li l-miżuri ta’ għajnuna għall-individwi fl-ammont ta’ EUR 38,5 miljun kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

5.

Il-ħames motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni eżaminat il-kompatibbiltà tal-bilanċ ta’ EUR 15,81 miljun, imħallas bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni fl-2002, konġuntament mal-miżuri kollha tal-2006.

6.

Is-sitt motiv, invokat iktar sussidjarjament, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, billi l-Kummissjoni ddikjarat l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni mħallsa fl-2002 u fl-2006 inkompatibbli mas-suq komuni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/611/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) [innotifikata bin-numru C(2008) 3182] (ĠU 2009, L 225, p. 180).

(2)  Sentenza tal-11 ta’ Settembru 2012, Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni (T-565/08, Ġabra, EU:T:2012:415).


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Alban Giacomo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/12) (1)

(2015/C 056/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2014 – Teva Pharma u Teva Pharmaceuticals Europe vs EMA

(Kawża T-547/12) (1)

(2015/C 056/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 46, 16.02.2013.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-442/13) (1)

(2015/C 056/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Pfizer vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawża T-48/14) (1)

(2015/C 056/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 78, 15.03.2014.


16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2014 – ENISA vs Psarras

(Kawża T-689/14 P) (1)

(2015/C 056/45)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Awla tal-Appelli ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.