ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 55

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
14 ta' Frar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 055/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7469 — Itochu/Hitachi Construction Machinery/Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia/JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 055/02

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

2

2015/C 055/03

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 055/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 055/05

L-awtoritajiet responsabbli biex jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw skont ir-regolament (UE) Nru 604/2013

5

2015/C 055/06

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

10

2015/C 055/07

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 055/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7478 — Aviva/Friends Life/Tenet) ( 1 )

13

2015/C 055/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7459 — Becton Dickinson and Company/CareFusion) ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 055/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

15

2015/C 055/11

Avviż lill-intrapriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2016 u lill-impriżi li fl-2016 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7469 — Itochu/Hitachi Construction Machinery/Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 55/01)

Fis-26 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7469. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/2


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(2015/C 55/02)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (2), kif implimentat l-aktar reċentement mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230 (3).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 267/2012, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tinqasam skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 39, 14.2.2015, p. 3.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/3


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2015/C 55/03)

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Sergey Valeryevich AKSYONOV, is-Sur Andriy PURGIN, is-Sur Denys PUSHYLIN, is-Sur Viacheslav PONOMARIOV, is-Sur Oleg TSARIOV, is-Sur Aleksandr Yurevich BORODAI, is-Sur Alexander KHODAKOVSKY, is-Sur Yurij IVAKIN, is-Sur Igor PLOTNITSKY, is-Sinjura Ekaterina GUBAREVA, is-Sur Fedor BEREZIN, is-Sur Boris LITVINOV, is-Sur Arkady Romanovich ROTENBERG, is-Sur Miroslav Vladimirovich RUDENKO, is-Sur Andrey Yurevich PINCHUK, is-Sur Aleksandr KOFMAN, persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-20 ta’ Frar 2015, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Frar 2015

(2015/C 55/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1381

JPY

Yen Ġappuniż

135,46

DKK

Krona Daniża

7,4440

GBP

Lira Sterlina

0,74010

SEK

Krona Żvediża

9,5887

CHF

Frank Żvizzeru

1,0576

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6535

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,640

HUF

Forint Ungeriż

306,03

PLN

Zloty Pollakk

4,1768

RON

Leu Rumen

4,4431

TRY

Lira Turka

2,8105

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4689

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4235

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8264

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5312

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5439

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 251,51

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,3430

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1011

HRK

Kuna Kroata

7,7128

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 566,04

MYR

Ringgit Malażjan

4,0683

PHP

Peso Filippin

50,424

RUB

Rouble Russu

72,9890

THB

Baht Tajlandiż

37,131

BRL

Real Brażiljan

3,2395

MXN

Peso Messikan

17,0348

INR

Rupi Indjan

70,7557


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/5


L-awtoritajiet responsabbli biex jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw skont ir-regolament (UE) Nru 604/2013 (1)

(2015/C 55/05)

L-AWSTRIJA

Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Abteilung B II/Dublin und Internationale Beziehungen

IL-BELĠJU

FOD Binnenlandse Zaken

Dienst Vreemdelingenzaken

Dublin Unit

jew

SPF Intérieur

Office des étrangers

Unité Dublin

IL-BULGARIJA

Отдел “Дъблин”

Дирекция “Качество на процедурата за международна закрила”

Държавна агенция за бежанците при МС

IL-KROAZJA

Ministarstvo unutarnjih poslova

Uprava za upravne i inspekcijske poslove

Sektor za upravne poslove, strance i državljanstvo

Služba za strance i azil

Odjel za azil

ĊIPRU

Γραφείο Δουβλίνου, Υπηρεσία Ασύλου, Υπουργείο Εσωτερικών

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Oddělení Dublinského střediska

Odbor azylové a migrační politiky

Ministerstvo vnitra ČR

ID-DANIMARKA

1.

Udlændingestyrelsen

2.

Rigspolitiet, Nationalt Udlændingecenter

L-ESTONJA

Politsei- ja Piirivalveamet, migratsioonibüroo, välismaalastetalitus

IL-FINLANDJA

1.

Maahanmuuttovirasto

jew

Migrationsverket

2.

Keskusrikospoliisi

jew

Centralkriminalpolisen

3.

HALTIK, Hallinnon tietotekniikkakeskus

jew

HALTIK, Förvaltningens IT-central

FRANZA

Ministère de l’intérieur – Direction générale des étrangers en France – Service de l’asile

IL-ĠERMANJA

1.

Bundesamt für Migration und Flüchtlinge (BAMF)

2.

Bundespolizeiprasidium

IL-GREĊJA

Υπουργείο Δημόσιας Τάξης και Προστασίας του Πολίτη

Υπηρεσία Ασύλου

Κεντρική Υπηρεσία Ασύλου

Τμήμα Συντονισμού

Μονάδα Δουβλίνου

L-UNGERIJA

Belügyminisztérium, Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Nemzetközi Együttműködési Főosztály

Dublini Koordinációs Osztály

L-IŻLANDA

1.

Útlendingastofnun

2.

Innanríkisráðuneytið

3.

Ríkislögreglustjórinn

L-IRLANDA

1.

Office of the Refugee Applications Commissioner

jew

Oifig an Choimisinéara Iarratais do Dhídeanaithe

2.

Refugee Appeals Tribunal

jew

Oifig an Bhinse Achomharc Dídeanaithe

3.

Minister for Justice and Equality

jew

An Aire Dlí agus Cirt agus Comhionannais

L-ITALJA

Ministero dell’Interno

Dipartimento per le Libertà Civili e l’ Immigrazione

Direzione Centrale dei Servizi Civili per l’Immigrazione e l’Asilo

Unità Dublino

IL-LATVJA

1.

Pilsonības un migrācijas lietu pārvalde

2.

Valsts robežsardze

IL-LIECHTENSTEIN

Ausländer und Passamt Liechtenstein

Dublin Büro

IL-LITWANJA

Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerijos

IL-LUSSEMBURGU

Ministère des Affaires étrangères et européennes

Direction de l’Immigration

MALTA

Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Rifuġjati

IN-NETHERLANDS

1.

Ministerie van Veiligheid en Justitie

Immigratie- en Naturalisatiedienst

2.

Ministerie van Veiligheid en Justitie

Dienst Terugkeer en Vertrek

3.

Ministerie van Defensie

Koninklijke Marechaussee

4.

Ministerie van Veiligheid en Justitie

Nationale Politie

IN-NORVEĠJA

1.

Utlendingsdirektoratet

2.

Politiets utlendingsenhet

IL-POLONJA

Urząd do Spraw Cudzoziemców, Departament Postępowań Uchodźczych, Wydział Postępowań Dublińskich

IL-PORTUGALL

Serviço de Estrangeiros e Fronteiras

Gabinete de Asilo e Refugiados

IR-RUMANIJA

Inspectoratul General pentru Imigrari

Directia Azil si Integrare

IS-SLOVAKKJA

Ministerstvo vnútra Slovenskej Republiky

Migračný úrad

Dublinské stredisko

IS-SLOVENJA

Ministrstvo za notranje zadeve,

Direktorat za upravne notranje zadeve, migracije in naturalizacijo,

Urad za migracije

Sektor za nastanitev, oskrbo in integracijo

SPANJA

Oficina de Asilo y Refugio

Dirección General de Política Interior

Ministerio del Interior

L-IŻVEZJA

1.

Migrationsverket

2.

Rikspolisstyrelsen

L-IŻVIZZERA

Staatssekretariat für Migration SEM

jew

Secrétariat d’Etat aux migrations SEM

jew

Segreteria di Stato della migrazione SEM

jew

Secretariat da stadi per migraziun SEM

IR-RENJU UNIT

1.

Home Office, UKVI, Dublin/Third Country Unit (TCU)

2.

Home Office, International and Immigration Policy Group


(1)  ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31.


14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/10


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2015/C 55/06)

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi jinforma li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala Slootdorp-Osst li tinsab fil-provinċja ta' Noord-Holland u delimitata mil-linji dritti li jaqsmu l-pari tal-vertiċi A-B, B-C, C-D, D-E, E-F, F-G, G-H, H-I, I-J, J-K, K-L, L-M, M-N, N-O, O-P, P-Q, Q-R, R-S, S-T, T-U u A-U. Il-koordinati tal-vertiċi elenkati huma kif ġej:

Vertiċi

X

Y

A

121850,00

544925,00

B

126164,00

548733,00

C

131093,00

550242,00

D

132287,00

548486,00

E

136554,00

539674,00

F

135833,00

532062,00

G

139007,00

527973,00

H

141918,00

529683,00

I

145576,00

528902,00

J

147900,00

528313,00

K

149281,00

524456,00

L

145594,00

521861,00

M

144599,00

518389,00

N

142305,00

516546,00

O

138785,00

514851,00

P

137000,00

516000,00

Q

137000,00

524000,00

R

133510,00

528990,00

S

131600,00

530000,00

T

128300,00

533000,00

U

125000,00

537975,00

Il-koordinati jikkorrispondu għas-sistema nazzjonali ta' trijangulazzjoni (RD, Rijksdriehoeksmeting).

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini l-erja tas-superfiċe hija ta' 327,7 km2.

Skont l-Artikolu 15 (2) tal-Att tal-Minjieri (Stb. 2002, nr. 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati, jissottomettu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fiż-żona msemmija hawn fuq.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).

L-iskadenza biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet hija t-13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van mevrouw J. J. van Beek, directie Energiemarkt

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401,

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mingħand is-Sinjura van Beek, fuq in-numru tal-telefown li ġej: +31 703796326.


14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/12


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

(2015/C 55/07)

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka L3, kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Stcrt. 2002, nr.245).

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’din jistieden lill-partijiet interessati biex jibagħtu applikazzjonijiet kompetittivi għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka L3 tal-blata kontinentali tan-Netherlands, b’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Staatsblad 2002, 542).

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri (Bullettin tal-Atti u Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van mevrouw J. J. van Beek, directie Energiemarkt

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401,

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

Tista’ tikseb iktar informazzjoni billi tikkuntattja s-Sinjura J. J. van Beek fuq dan in-numru: +31 703796326.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7478 — Aviva/Friends Life/Tenet)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 55/08)

1.

Fis-6 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Aviva Plc (“Aviva”, ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriżi Friends Life Group Limited (“Friends Life”, Guernsey) u Tenet Group Limited (“Tenet”, ir-Renju Unit) kollha kemm huma permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Aviva: il-provvista ta' assikurazzjoni fuq il-ħajja, assikurazzjoni mhux tal-ħajja, ġestjoni tal-assi u servizzi ta' riassikurazzjoni prinċipalment fir-Renju Unit, Franza u l-Kanada, iżda wkoll f'postijiet oħra fl-Ewropa u l-Asja;

—   għal Friends Life: il-provvista ta’ assikurazzjoni fuq il-ħajja u servizzi ta’ distribuzzjoni tal-assikurazzjoni fir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Emirati Għarab Magħquda, Singapor, Ħong Kong u l-Isle of Man;

—   għal Tenet: distribuzzjoni ta’ servizzi tal-assikurazzjoni u servizzi relatati fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7478 — Aviva/Friends Life/Tenet, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7459 — Becton Dickinson and Company/CareFusion)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 55/09)

1.

Fis-6 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Becton Dickinson and Company (“Becton Dickinson”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża CareFusion Corporation kollha kemm hi (“CareFusion”) it-tnejn fl-Istati Uniti, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Għal Becton Dickinson: attivitajiet fl-industrija tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ apparati mediċi, sistemi ta’ strumenti u reaġenti. Hija ffokata fuq prodotti mediċinali maħsuba biex itejbu t-twassil tal-mediċini, u biex issaħħaħ il-kwalità u l-ħeffa ta’ dijanjosi ta’ mard infettiv u l-kanċer, kif ukoll fuq ir-riċerka, l-iskoperta u l-produzzjoni ta’ mediċini u vaċċini ġodda,

—   Għal CareFusion: attivitajiet fl-industrija tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari l-provvista ta’ diversi prodotti u servizzi lil sptarijiet bħal pompi u settijiet ta’ infużjoni fil-vina, l-għoti u sistemi awtomatizzati ta’ identifikazzjoni tal-pazjent, il-ventilazzjoni u prodotti tan-nifs, strumenti kirurġiċi, eċċ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7459 — Becton Dickinson and Company/CareFusion, f’ dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/15


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 55/10)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“OBAZDA”/“OBATZTER”

Nru tal-KE: DE-PGI-0005-01069 – 13.12.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Obazda”/“Obatzter”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li ġejjin mill-annimali

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’ 1

Il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” huwa prodott tal-ġobon magħmul mill-ingredjenti li ġejjin:

Ingredjenti obbligatorji:

il-ġobon tat-tip “Camembert” u/jew “Brie”, u b’mod fakultattiv ukoll dak tat-tip “Romadur” u/jew “Limburger” u/jew il-ġobon frisk;

il-butir;

it-trab tal-paprika u/jew l-estratt tal-paprika; u

l-melħ.

Ingredjenti fakultattivi:

il-basal;

il-karwi;

ħwawar oħrajn u/jew taħlitiet tal-ħwawar u/jew ħxejjex aromatiċi u/jew taħlitiet tal-ħxejjex aromatiċi;

il-krema u/jew il-ħalib u/jew il-proteina tal-ħalib jew il-proteina tax-xorrox; u

l-birra.

Il-prodott irid ikun fih mill-inqas 40 % ġobon tat-tip “Camembert” u/jew “Brie”, u mill-inqas 50 % ġobon b’kollox.

Meta jkun qed jiġi mmanifatturat dan il-prodott, il-ġobon tat-tip “Camembert” u/jew “Brie” jrid jitqatta’ biċċiet fid-daqs mixtieq u mbagħad jitħallat mal-ingredjenti l-oħra b’mod li t-taħlita tiġi waħda omoġenja ta’ lewn oranġjo ċar li tkun tista’ tiddellek. Il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” fih biċċiet tal-ġobon li jingħarfu. Huwa għandu riħa u togħma aromatika ta’ ħwawar. Tradizzjonalment, il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” jittiekel kiesaħ, normalment billi dak li jkun idellek il-ħobż bih.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ġobon li jintuża biex minnu jsir dan il-prodott irid ikollu l-kontenut tax-xaħam li ġej fil-materja niexfa: il-ġobon tat-tip “Camembert” bejn 30 u 85 %, il-ġobon tat-tip “Brie” bejn 45 u 85 %, il-ġobon tat-tip “Romadur” bejn 20 u 85 %, il-ġobon tat-tip “Limburger” bejn 20 u 59 % u l-ġobon frisk bejn 10 u 85 %. Il-ġobon tat-tip “Camembert” u dak tat-tip “Brie” jridu jkunu rotob u qishom krema. Il-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib fil-butir li jintuża jrid ikun ta’ mill-inqas 80 % iżda ta’ inqas minn 90 %. It-trab tal-paprika u l-estratt tal-paprika jridu jkunu ħomor.

Il-materja prima biex jiġi mmanifatturat il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” mhux bil-fors trid tiġi miż-żona ġeografika identifikata.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata

L-ingredjenti kollha użati biex isir il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” iridu jiġu pproċessati fil-Bavarja.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

L-istat federali tal-Bavarja

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” għandu tradizzjoni li tmur lura ħafna snin fil-Bavarja u l-konsumaturi jqisuh bħala speċjalità tipika ta’ dan ir-reġjun li tittiekel l-iktar bħala parti minn ikla ħafifa ta’ malajr. Bhekk dan il-prodott sar jifforma parti integrali mill-kultura tax-xorb tal-birra tal-Bavajra, li hija unika fid-dinja. Tradizzjonalment, ir-reġjun tal-Bavarja kien u għadu fil-qalba tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Ewropa. Bl-istess mod, tradizzjonalment huwa kien u għadu wkoll wieħed mir-reġjuni Ewropej ewlenin b’rabta mal-produzzjoni tal-ġobon.

Għalhekk xejn m’hi ħaġa sorprendenti li f’dan ir-reġjun il-ħalib beda jiġi pproċessat fuq skala kbira qabel ma dan beda jsir f’reġjuni Ewropej oħrajn. Ir-reġjuni tradizzjonali kkaratterizzati mill-bur bħall-Allgäu u l-Bavarja ta’ Fuq kienu minn tal-bidu nett li bdew jagħmlu l-ġobon u jipproċessawh. Minbarra l-produzzjoni tal-ġobon iebes, fir-reġjuni tan-naħa t’isfel tal-Bavarja malajr beda jiġi prodott ukoll ġobon artab imfittex ferm. Diversi tipi ta’ ġobon artab bħall-“Camembert”, il-“Brie” ir-“Romadur” u l-“Limburger” malajr saru parti mill-ispeċjalitajiet tal-ġobon ta’ dan ir-reġjun.

L-istorja tal-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” hija marbuta mill-qrib mal-istorja tal-istabbilimenti għax-xorb tal-birra fil-Bavarja, li tmur lura għal iktar minn 150 sena. Il-ġobon tat-tip “Camembert” u dak tat-tip “Brie” bdew jiġu prodotti għall-ewwel darba fil-Bavarja fl-istess żmien li fih bdew jinfetħu l-ewwel stabbilimenti għax-xorb tal-birra f’dan ir-reġjun. Il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” inħoloq mis-settur tal-ikel tal-Bavarja sabiex ikun jibqa’ jista’ jittiekel il-ġobon tat-tip “Camembert” u dak tat-tip “Brie” li jkun immatura ħafna. F’dan il-proċess, intuża l-għarfien li dawn iż-żewġ tipi ta’ ġobon iktar ma jimmaturaw iktar ikollhom togħma qawwija. In-nuqqas ta’ modi kif wieħed ikessaħ il-ġobon – speċjalment fix-xhur sħan tas-sajf – aċċellera dan il-proċess ta’ maturazzjoni. It-taħlita ta’ tipi ta’ ġobon artab mal-ingredjenti l-oħra wasslet bex inħoloq il-prodott tajjeb tal-ġobon imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter”, magħmul b’mod ewlieni minn tipi ta’ ġobon differenti bħall-“Camembert”, il-“Brie” ir-“Romadur” u l-“Limburger”. Bħala prodott tipiku tal-ġobon, il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” malajr xtered fl-istabbilimenti għax-xorb tal-birra tal-Bavarja, fejn il-klijenti setgħu jieħdu magħhom l-ikel ħafif ta’ malajr tagħhom stess.

Madankollu, x’aktarx li dan il-prodott jaf il-fama tiegħu barra r-reġjun tal-Bavarja lil Katharina Eisenreich, li mill-1920 sal-1958 kienet sid l-istabbiliment “Bräustüberl” f’Weihenstephan, fejn kien hemm l-eqdem birrerija tad-dinja. Din kienet tagħti porzjon minn dan il-prodott lill-klijenti tagħha li kienu jiġu jixorbu u jieklu xi ħaġa żgħira filgħodu u jilagħbu l-logħob tal-karti tradizzjonali tal-Bavarja msejjaħ “Schafkopfen” (“ras in-nagħġa”) jew il-logħob tal-karti użati għall-qari tax-xorti.– Tal-inqas minn dak iż-żmien 'l hawn, il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” sar parti integrali mill-kultura tax-xorb tal-birra tal-Bavarja u sar prodott klassiku tal-ispeċjalitajiet tal-ikel ħafif ta’ malajr tar-reġjun tal-Bavarja. Illum il-ġurnata, dan il-prodott igawdi minn fama tajba mad-dinja kollha, u b’mod speċjali, naturalment, fil-Bavarja.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” ivarja minn prodotti tal-ġobon oħrajn minħabba l-ingredjenti li huwa magħmul minnhom. Dan il-prodott huwa bbażat fuq il-ġobon tat-tip “Camembert” u/jew fuq il-ġobon tat-tip “Brie” li jkun immatura ħafna. Dawn l-ingredjenti jagħtu lil dan il-prodott togħma kemmxejn pikkanti. It-taħlita tal-ġobon li jkun immatura ħafna mal-butir, kif ukoll mal-ġobon frisk u possibbilment mal-krema u/jew mal-ħalib jagħti lill-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” it-togħma pikkanti iżda mhix qawwija tiegħu.

Fost l-ingredjenti obbligatorji, bil-fors irid ikun hemm it-trab tal-paprika jew l-estratt tal-paprika minħabba li dan jorqom it-togħma tal-prodott. Iż-żieda ta’ ftit birra, basal, karwi u ħwawar oħrajn ukoll tkompli tirfina t-togħma ta’ dan il-prodott.

Il-fama tajba li dan il-prodott igawdi fil-Bavarja ġejja minn din it-taħlita unika ta’ ingredjenti.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għaDPO), jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Il-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” igawdi minn fama tajba fil-Bavarja li tmur lura għal ħafna snin. Huwa beda jiġi mmanifatturat f’dan ir-reġjun u t-tradizzjoni tiegħu fih tmur lura għal iktar minn 100 sena. Il-konsumaturi jqisuh bħala speċjalità tipika ta’ dan ir-reġjun.

Isem il-prodott, jiġifieri “Obazda” jew “Obatzter”, jiddeskrivi l-proċess ta’ produzzjoni tiegħu, jiġifieri t-tħin u t-taħlit flimkien ta’ diversi ingredjenti sabiex tiġi prodotta taħlita li tkun tista’ tiddellek. Il-kelma għal dan il-proċess fid-djalett tal-Bavarja hija “obatzn”, li minnha ġej il-kliem “Obazda” u “Obatzter”. L-ismijiet “Obazda” u “Obatzter” huma sinonimi u daħlu kif inhuma fil-lingwa u fil-letteratura speċjalizzata.

Il-fatt li l-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” huwa mniżżel fil-bank tad-dejta tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali tal-Bavarja tal-Ministeru għall-Agrikoltura u għall-Forestrija tar-Reġjun tal-Bavarja jikkonferma li dan jitqies bħala speċjalità tradizzjonali reġjonali fil-Bavarja. Barra minn hekk, ħafna kotba tat-tisjir u dizzjunarji tal-ġobon jirreferu għal dan il-prodott bħala speċjalità tipika tal-Bavarja. Dan il-prodott jitniżżel bħala platt standard fil-menu tal-festivals tal-kultura tax-xorb tal-birra tal-Bavajra mad-dinja kollha. Dan juri wkoll il-fama tajba li jgawdi minnha l-prodott imsejjaħ “Obazda”/“Obatzter” u r-rabta tiegħu mar-reġjun tal-Bavarja, minn fejn oriġina.

Minħabba l-fatt li dan il-prodott ilu jsir għal ħafna snin fil-Bavarja biss, is-settur tal-ikel tal-Bavarja u l-manifatturi ta’ dan il-prodott kisbu għarfien speċjalizzat ħafna li jidher fil-varjetà kbira ta’ prodotti msejħin “Obazda”/“Obatzter” ta’ kwalità għolja li huma mfittxija ferm mill-konsumaturi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (3))

https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/40853


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.


14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/18


Avviż lill-intrapriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2016 u lill-impriżi li fl-2016 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi

(2015/C 55/11)

1.

Dan l-Avviż indirizzat lill-intrapriżi li jirrigwardahom ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li fl-2016 biħsiebhom:

(a)

jimportaw jew jesportaw lejn jew mill-Unjoni Ewropea s-sustanzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jew

(b)

jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi.

2.

Huma kkonċernati l-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin:

Grupp I

:

CFC 11, 12, 113, 114 jew 115

Grupp II

:

CFCs oħrajn kompletament aloġenati

Grupp III

:

alon 1211, 1301 jew 2402

Grupp IV

:

tetraklorur tal-karbonju

Grupp V

:

1,1,1 trikloroetan

Grupp VI

:

bromur tal-metil

Grupp VII

:

idrobromofluwokarburi

Grupp VIII

:

idroklorofluworokarburi

Grupp IX

:

bromoklorometan

3.

Kwalunkwe importazzjoni jew esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati (2) teħtieġ liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni, għajr għal każijiet ta’ proċedura ta’ tranżitu, ta’ ħażna temporanja, ta’ ħażna doganali jew ta’ proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (3), li ma ddumx iktar minn 45 jum. Kwalunkwe produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użu essenzjali fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.

4.

Barra minn hekk, l-attivitajiet li ġejjin huma soġġetti għal limiti kwantitattivi:

(a)

Il-produzzjoni u l-importazzjoni għal użi fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi,

(b)

L-importazzjoni għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi kritiċi (aloni),

(c)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użu bħala materja prima,

(d)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi bħala aġenti ta’ proċess.

Il-Kummissjoni talloka kwoti għal (a), (b), (c) u (d). Il-kwoti huma stabbiliti fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-kwota u:

skont l-Artikolu 10(6) tar-Regolament u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (4) għall-każ (a) ta’ hawn fuq,

skont l-Artikolu 16 tar-Regolament għall-każijiet (b), (c) u (d) ta’ hawn fuq.

Għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4

5.

Kull impriża li fl-2016 tixtieq timporta jew tipproduċi sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi essenzjali ta’ analiżi, jew li tixtieq timporta sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti ta’ proċess għandha ssegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 6 sa 9.

6.

F’każ li tkun għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS (https://webgate.ec.europa.eu/ods2), l-impriża għandha tagħmel dan qabel it-18 ta’ Mejju 2015.

7.

L-impriża għandha tlesti u tippreżenta formola ta’ applikazzjoni għall-kwota li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Il-formola ta’ applikazzjoni għall-kwota se tkun disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS mit-18 ta’ Mejju 2015.

8.

Il-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwota mimlija kif suppost u mingħajr żbalji li jaslu sat-18 ta’ Ġunju 2015 biss jitqiesu bħala validi mill-Kummissjoni.

L-impriżi huma mħeġġa jissottomettu l-formoli tagħhom ta’ applikazzjoni għall-kwota kemm jista’ jkun malajr u suffiċjentament qabel id-data tal-iskadenza sabiex ikunu jistgħu jsiru korrezzjonijiet u sottomissjonijiet mill-ġdid possibbli qabel id-data tal-iskadenza.

9.

Is-sottomissjoni ta’ formola ta’ applikazzjoni għall-kwota weħidha ma tagħti l-ebda dritt ta’ importazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi, jew għall-importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użu bħala materja prima, jew għal użu bħala aġenti ta’ proċess. Qabel importazzjoni jew produzzjoni ta’ dan it-tip isseħħ fl-2016, l-impriżi għandhom japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja, li hija disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Għall-importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 u għall-esportazzjoni

10.

Kull impriża li fl-2016 tkun tixtieq tesporta sustanzi kkontrollati jew timporta sustanzi kkontrollati għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 għandha ssegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 11 u 12.

11.

L-impriża, li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS, għandha tagħmel dan mill-iktar fis possibbli.

12.

Qabel ma ssir importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jew qabel ma sseħħ l-esportazzjoni fl-2016, l-impriżi għandhom japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  Għandu jiġi nnotat li huma permessi biss l-importazzjoni jew l-esportazzjoni eżentati mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni skont l-Artikoli 15 u 17.

(3)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4.