ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 28

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
28ta' Jannar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 028/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien

1

2015/C 028/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7394 — Fujitsu/Panasonic/DBJ/JV) ( 1 )

3

2015/C 028/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7474 — QIA/BPP/Songbird) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 028/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

2015/C 028/05

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2015 li twaqqaf il-grupp ta’ esperti tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 028/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

8

2015/C 028/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

8

2015/C 028/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

9

2015/C 028/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

9


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 028/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7420 — ZF/TRW) ( 1 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/1


KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien

(2015/C 28/01)

I.   INTRODUZZJONI

(1)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir (1) (il-Komunikazzjoni) tistipula fil-punt 13, li l-assigurati tal-Istat (2) ma jistgħux jipprovdu assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir għal riskji kummerċjabbli. Ir-riskji kummerċjabbli huma definiti fil-paragrafu 9 bħala riskji kummerċjali u politiċi b’perjodu massimu ta’ riskju ta’ anqas minn sentejn, fuq xerrejja pubbliċi u mhux pubbliċi fil-pajjiżi elenkati fl-Anness ta’ dik il-Komunikazzjoni.

(2)

Bħala konsegwenza tal-qagħda diffiċli fil-Greċja, fis-snin tal-2012 u l-2013 ġie osservat nuqqas ta’ kapaċità ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li jkopru l-esportazzjonijiet lejn il-Greċja. Din is-sitwazzjoni wasslet lill-Kummissjoni sabiex temenda l-Komunikazzjoni billi temporanjament neħħiet lill-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskji kummerċjabbli fl-2013 (3) u fl-2014 (4). L-aħħar modifika tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2014. B’konsegwenza ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2015 ‘il quddiem, il-Greċja tkun fil-prinċipju kkunsidrata għal darb’oħra bħala kummerċjabbli, peress li l-Istati Membri kollha huma inklużi fil-lista ta’ pajjiżi kummerċjabbli elenkati fl-Anness tal-Komunikazzjoni.

(3)

Madankollu, skont il-paragrafu 36 tal-Komunikazzjoni, diversi xhur qabel tieqaf it-tneħħija temporanja, il-Kummissjoni bdiet tirrieżamina s-sitwazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-qagħda attwali tas-suq tiġġustifikax l-iskadenza tat-tneħħija tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli fl-2015, jew jekk il-kapaċità tas-suq għadhiex insuffiċjenti biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli, b’tali mod li tenħtieġ estensjoni.

II.   VALUTAZZJONI

(4)

Meta ġie determinat jekk in-nuqqas ta’ kapaċità privata suffiċjenti biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli jkunx jiġġustifika l-estensjoni tat-tneħħija temporanja tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli, il-Kummissjoni kkonsultat u talbet għal informazzjoni mill-Istati Membri, l-assiguraturi tal-kreditu privati u partijiet oħra interessati. Il-Kummissjoni ppubblikat talba għall-informazzjoni dwar id-disponibbiltà għall-assigurazzjoni fuq żmien qasir ta’ kreditu għall-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja fit-13 ta’ Novembru 2014 (5). Id-data tal-iskadenza għat-tweġibiet kienet fit-28 ta’ Novembru 2014. Waslu 20 tweġibiet mingħand l-Istati Membri u l-assiguraturi privati.

(5)

L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ talba għal informazzjoni pubblika tindika li l-kapaċità privata tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għall-Greċja qiegħda tiżdied. Il-fatturat totali assigurat għal riskji Griegi żdied sostanzjalment fl-2014. L-assiguraturi privati ta’ kreditu għall-esportazzjoni wrew żieda fir-rieda biex jipprovdu kopertura tal-assigurazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja u fis-setturi kummerċjali kollha. Fl-istess ħin, l-assiguraturi tal-Istat komplew jirreġistraw it-tnaqqis fid-domanda għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja li jikkorobora ż-żieda ta’ disponibbiltà tal-assigurazzjoni privata.

(6)

Il-perspettiva ekonomika għall-Greċja kienet ukoll qed titjieb (6). Skont il-Previżjoni Ekonomika Ewropea tal-Kummissjoni — il-Ħarifa 2014, l-ekonomija Griega hija mistennija li terġa’ lura għat-tkabbir matul l-2014, wara sitt snin ta’ riċessjoni. L-ekonomija tal-Greċja hija mistennija tikber b’ 0,6 % f’termini reali fl-2014. L-irkupru huwa proġettat li jissaħħaħ aktar fl-2015. Il-konsum privat huwa mistenni li jerġa’ jiżdied b’pass mgħaġġel u l-esportazzjonijiet li jkomplu jagħtu riżultati pożittivi b’mod qawwi. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet ta’ kreditu għall-Greċja għadhom ristretti.

(7)

B’mod li jirrifletti titjib gradwali fis-sentiment lejn il-Greċja, il-firxiet fuq il-bonds tal-gvern u l-indiċi tal-borża (ATHEX) komplew jirkupraw sal-bidu ta’ Settembru 2014. Madankollu, treġġigħ lura ta’ din it-trend ġiet innotata sal-aħħar kwart tal-2014, minħabba żviluppi politiċi fil-Greċja. Dan jirrifletti l-perċezzjoni tal-investituri li għalkemm il-kundizzjonijiet makroekonomiċi għall-Greċja qed jitjiebu b’mod kostanti, l-inċertezzi dwar il-firxa u r-rapidità tal-irkupru ekonomiku jibqgħu sinifikanti.

(8)

F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Kummissjoni tistenna li assiguraturi privati ta’ kreditu għall-esportazzjoni se joqgħodu attenti fit-tkabbir tal-iskoperturi tagħhom u biex jipprovdu kopertura tal-assigurazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja. Minkejja t-tendenza pożittiva ta’ rkupru osservata fis-suq tal-assigurazzjoni privata matul l-2014 (ara l-premessa (5)), l-iżviluppi rreġistrati fl-aħħar kwart tal-2014 probabbli jikkawżaw tnaqqis fil-provvista ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni minn assiguraturi privati. Għalhekk hemm riskju kbir li l-provvista privata ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għall-Greċja se tibqa’ anqas mid-domanda fil-futur qrib.

(9)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tantiċipa li hemm nuqqas ta’ kapaċità privata suffiċjenti biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli. Fl-istess ħin, b’mod partikolari jekk ikun hemm aktar ċarezza dwar il-futur politiku u l-politika ekonomika tal-Greċja, huwa probabbli li assiguraturi privati se jerġgħu jibdew iżidu l-iskopertura tagħhom, kif għamlu fl-ewwel disa’ xhur tal-2014. Għalhekk, estensjoni ta’ 12-il xahar tat-tneħħija tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi kummerċjabbli tista’ tkun eċċessiva. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi t-tneħħija tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskji kummerċjabbli sat-30 ta’ Ġunju 2015.

III.   EMENDA GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

(10)

L-emendi li ġejjin għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir se japplikaw mit-23 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2015:

L-Anness jinbidel b’dan li ġej:

“LISTA TA’ PAJJIŻI B’ RISKJI KUMMERĊJABBLI

L-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tal-Greċja

L-Awstralja

Il-Kanada

L-Iżlanda

Il-Ġappun

In-New Zealand

In-Norveġja

L-Iżvizzera

L-Istati Uniti tal-Amerika”


(1)  ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1.

(2)  Assigurat tal-Istat huwa definit permezz tal-Komunikazzjoni bħala kumpanija jew organizzazzjoni oħra li tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni bl-appoġġ ta’ Stat Membru jew f’ismu, jew Stat Membru li jipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

(3)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 6.

(4)  ĠU C 372, 19.12.2013, p. 1.

(5)  http://ec.europa.eu/competition/consultations/2014_export_greece/index_en.html

(6)  Pereżempju: S&P u Fitch: B minn B- f’Settembru/Mejju 2014; Moody’s: Caa1 minn Caa2 f’Settembru.


28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7394 — Fujitsu/Panasonic/DBJ/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 28/02)

Fil-21 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7394. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7474 — QIA/BPP/Songbird)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 28/03)

Fil-21 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7474. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Jannar 2015

(2015/C 28/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1306

JPY

Yen Ġappuniż

133,08

DKK

Krona Daniża

7,4483

GBP

Lira Sterlina

0,74725

SEK

Krona Żvediża

9,3089

CHF

Frank Żvizzeru

1,0170

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8130

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,872

HUF

Forint Ungeriż

312,17

PLN

Zloty Pollakk

4,2300

RON

Leu Rumen

4,4693

TRY

Lira Turka

2,6768

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4233

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4085

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7652

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5199

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5167

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 219,73

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,1080

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0603

HRK

Kuna Kroata

7,6900

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 114,02

MYR

Ringgit Malażjan

4,0741

PHP

Peso Filippin

49,839

RUB

Rouble Russu

76,6695

THB

Baht Tajlandiż

36,808

BRL

Real Brażiljan

2,9284

MXN

Peso Messikan

16,5181

INR

Rupi Indjan

69,4010


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Jannar 2015

li twaqqaf il-grupp ta’ esperti tal-“Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment”

(2015/C 28/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/C 24/03 (1) li waqqfet il-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment jiskadi fitl-31 ta’ Marzu 2015.

(2)

Minħabba l-importanza tal-kwistjonijiet tat-taxxa relatati mal-prezzar ta’ trasferiment bħala kwistjoni tas-Suq Intern, l-esperjenza pożittiva mal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment fl-assistenza u l-pariri li jagħti lill-Kummissjoni, u l-ħtieġa kontinwa tal-Kummissjoni għal korp bħal dan, hu meħtieġ li jitwaqqaf grupp ġdid ta’ esperti tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment biex ikompli x-xogħol tal-forum u biex jiddefinixxi l-ħidmiet u l-istruttura tiegħu.

(3)

Il-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment għandu jgħin u jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa relatati mal-prezzar ta’ trasferiment.

(4)

Il-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment għandu jkun magħmul minn esperti tas-setturi governattivi u mhux governattivi fil-qasam tal-prezzar ta’ trasferiment. Ta’ min ukoll tiġi introdotta l-possibbiltà li l-Membri jiġu ssostitwiti sabiex jibqa’ jkun hemm rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-oqsma relevanti ta’ kompetenza u ta’ interess.

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment.

(6)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(7)

Id-Deċiżjoni 2011/C 24/03 għandha tiġi rrevokata.

(8)

Huwa xieraq li jiġi ffissat perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Il-grupp ta’ esperti msejjaħ Forum Konġunt tal-UE dwar l-Ipprezzar ta’ Trasferiment, minn hawn ’il quddiem “il-Forum”, huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

Kompitu

Il-ħidmiet tal-Forum għandhom ikunu:

(a)

il-ħolqien ta’ pjattaforma fejn l-esperti mill-qasam tan-negozju, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali jistgħu jiddiskutu l-problemi dwar il-prezzar ta’ trasferiment li jikkostitwixxu ostakli għall-attivitajiet tan-negozju transkonfinali fl-Unjoni;

(b)

l-għoti ta’ pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tal-prezzar ta’ trasferiment;

(c)

assistenza lill-Kummissjoni biex issib soluzzjonijiet prattiċi, kompatibbli mal-Linji Gwida tal-OECD dwar it-Trasferiment tal-Prezzar għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa.

Artikolu 3

Il-konsultazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Forum dwar kwalunkwe kwistjoni relatata matl-ipprezzar ta’ trasferiment.

2.   Il-President tal-Forum jista’ jagħti parir lill-Kummissjoni biex tikkonsulta l-Forum fuq xi kwistjoni speċifika.

Artikolu 4

Sħubija - Ħatra

1.   Il-Membri tal-Forum għandhom ikunu l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri u 18-il organizzazzjoni (3).

2.   Kull amministrazzjoni tat-taxxa ta’ Stat Membru għandha taħtar rappreżentant wieħed fil-Forum li jkun impjegat ċivili li jittratta kwistjonijiet ta’ pprezzar ta’ trasferimenti.

3.   L-organizzazzjonijiet għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ tat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali minn organizzazzjonijiet li jkunu wieġbu sejħa apposta għall-applikazzjonijiet u li jkunu nnominaw bħala r-rappreżentanti tagħhom esperti adegwatament kwalifikati.

4.   Organizzazzjonijiet meqjusa xierqa għas-sħubija iżda li ma jinħatrux jistgħu jitniżżlu fuq lista ta’ riżerva li l-Kummissjoni tkun tista’ tużaha biex taħtar is-sostituti.

5.   L-organizzazzjonijiet jinħatru għal perjodu ta’ sentejn. Għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew jispiċċalhom il-mandat. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded.

6.   L-organizzazzjonijiet jistgħu jinbidlu għall-bqija tal-mandat tagħhom fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

(a)

meta l-organizzazzjoni tirriżenja;

(b)

meta l-organizzazzjoni ma tkunx għadha kapaċi aktar tikkontribwixxi b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-Forum;

(c)

meta jkun mixtieq li tinżamm rappreżentanza bbilanċjata tal-oqsma relevanti tal-kompetenza u dawk ta’ interess.

7.   L-ismijiet tal-membri jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti u entitajiet oħra simili tal-Kummissjoni (“ir-Reġistru”) u fuq sit elettroniku apposta.

8.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Operat

1.   Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Tassazzjoni u Unjoni Doganali għandu jaħtar il-President tal-grupp. Id-dokumenti tal-laqgħa għandhom jitħejjew taħt ir-responsabbiltà tal-President, f’konsultazzjoni mar-rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, il-Forum jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fuq il-bażi ta’ termini ta’ referenza definiti mill-Forum. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-Forum li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jagħti status ta’ osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet kif inhu definit fir-regola 8(3) tar-Regoli orizzontali dwar il-gruppi ta’ esperti (4), l-aġenziji tal-UE u l-pajjiżi tal-adeżjoni.

4.   Il-membri tal-Forum u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom iħarsu l-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà marbutin mal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (5). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

5.   Fil-prinċipju, il-laqgħat tal-forum u tas-sottogruppi tiegħu għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-forum u tas-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu fuq il-bażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti kollha rilevanti dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Forum (bħal aġendi, minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti) jew direttament fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit elettroniku apposta fejn tista’ tinstab l-informazzjoni. L-eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni huma possibbli meta l-iżvelar ta’ dokument jista’ jimmina l-ħarsien tal-interess pubbliku jew privat kif inhu ddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 6

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Forum ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u, fejn ikun xieraq, l-ispejjeż tas-sussistenza mġarrba mill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Forum jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimbursati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Revoka

Id-Deċiżjoni 2011/C 24/03 għandha tiġi rrevokata.

Artikolu 8

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Marzu 2019.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Pierre MOSCOVICI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/C 24/03 tal-25 ta’ Jannar 2011 twaqqif ta’ grupp ta’ esperti tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment (ĠU C 24, 26.1.2011, p. 3).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(3)  Organizzazzjonijiet fis-sens wiesa’ tal-kelma tinkludi kumpaniji, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet nongovernattivi, trade unions, universitajiet, istituti ta’ riċerka, aġenziji tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(4)  Framework for Commission Expert Groups: Horizontal Rules and Public Register, C(2010) 7649 finali (teżisti biss fil-lingwi proċedurali).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).

(6)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). [Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsubin sabiex jipproteġu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċeduri fil-qorti u l-pariri legali, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditjar u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.]


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/8


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2015/C 28/06)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

20.12.2014

Tul ta’ żmien

20.12.2014–31.12.2014

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

RED/51214D

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

86/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/8


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2015/C 28/07)

Bi qbil mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

20.12.2014

Tul ta’ żmien

20.12.2014–31.12.2014

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

MAC/8C3411

Speċi

Kavalli (Scomber scombrus)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona tas-CECAF 34.1.1

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta' referenza

83/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/9


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2015/C 28/08)

Bi qbil mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

20.12.2014

Tul ta’ żmien

20.12.2014–31.12.2014

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SPR/03A.

Speċi

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati (sprattus sprattus)

Żona

IIIa

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta' referenza

84/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/9


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2015/C 28/09)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

20.12.2014

Tul ta’ żmien

20.12.2014–31.12.2014

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SPR/2AC4-C

Speċi

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati (sprattus sprattus)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta' referenza

85/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7420 — ZF/TRW)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 28/10)

1.

Fit-22 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha ZF Friedrichshafen AG (“ZF”, il-Ġermanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ TRW Automotive Holdings Corp. (“TRW”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ZF: fornitur globali ta’ prodotti għall-applikazzjonijiet awtomottivi u dawk industrijali. In-negozju awtomottiv ta’ ZF jikkonċentra fuq it-teknoloġija tal-powertrain u tax-xażi,

—   għal TRW: manifattur dinji ta’ komponenti awtomottivi ffukat fuq it-teknoloġiji ta’ sikurezza attiva u passiva.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7420 — ZF/TRW, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).