ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 27

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
27ta' Jannar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 027/01

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 027/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 027/03

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stabbiliment ta' obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda — il-merkanzija u l-posta bl-ajru

3

2015/C 027/04

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

3

2015/C 027/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Revoka tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 027/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7408 — Cargill/ADM Chocolate Business) ( 1 )

5

2015/C 027/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7456 — Imerys/S&B Minerals) ( 1 )

6

2015/C 027/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7509 — OBI/Brico Business Cooperation) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/1


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2015/C 27/01)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (2), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108 (3).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tinqasam skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 2.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Jannar 2015

(2015/C 27/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1244

JPY

Yen Ġappuniż

133,03

DKK

Krona Daniża

7,4450

GBP

Lira Sterlina

0,74895

SEK

Krona Żvediża

9,3628

CHF

Frank Żvizzeru

1,0014

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7345

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,754

HUF

Forint Ungeriż

310,67

PLN

Zloty Pollakk

4,2157

RON

Leu Rumen

4,4744

TRY

Lira Turka

2,6526

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4227

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4009

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7170

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5128

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5111

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 217,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,9073

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0324

HRK

Kuna Kroata

7,7020

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 047,63

MYR

Ringgit Malażjan

4,0584

PHP

Peso Filippin

49,574

RUB

Rouble Russu

73,8368

THB

Baht Tajlandiż

36,631

BRL

Real Brażiljan

2,9184

MXN

Peso Messikan

16,4691

INR

Rupi Indjan

69,0691


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/3


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stabbiliment ta' obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda — il-merkanzija u l-posta bl-ajru

(2015/C 27/03)

Stat Membru

Il-Portugall

Rotta kkonċernata

Liżbona – Terceira – Ponta Delgada – Liżbona jew Liżbona – Ponta Delgada – Terceira – Liżbona

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Mill-1 ta' Lulju 2015

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew id-dokumentazzjoni relatata mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Id-dokumenti kollha se jkunu disponibbli fuq: http://www.saphety.com

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Instituto Nacional de Aviação Civil, I.P.

Rua B, Edifícios 4, 5 e 6 - Aeroporto de Lisboa

1749-034 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 218423500

Fax +351 218423582

Posta elettronika: concurso.osp@inac.pt


27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/3


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 27/04)

Stat Membru

Il-Portugall

Rotta kkonċernata

Liżbona – Horta – Liżbona

Funchal – Ponta Delgada – Funchal

Liżbona – Santa Maria – Liżbona

Liżbona – Pico – Liżbona

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Id-19 ta’ Diċembru 2010

Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

Id-29 ta’ Marzu 2015

Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Instituto Nacional de Aviação Civil, I. P.

Rua B, Edifícios 4, 5 e 6 – Aeroporto de Lisboa

1749-034 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 218423500

Fax +351 218423582

Email: dre.am@inac.pt

Internet: www.inac.pt


27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/4


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Revoka tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 27/05)

Stat Membru

Il-Portugall

Rotta kkonċernata

Liżbona – Ponta Delgada – Liżbona

Liżbona – Terceira – Liżbona

Porto – Ponta Delgada – Porto

Porto – Terceira – Porto

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Id-19 ta’ Diċembru 2010

Data tar-revoka

Id-29 ta’ Marzu 2015

Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Test ta’ referenza

ĠU C 283, l-20 t’Ottubru 2010, p. 14

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Instituto Nacional de Aviação Civil, I.P.

Rua B, Edifícios 4, 5 e 6 - Aeroporto de Lisboa

1749-034 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 218423500

Fax +351 218423582

Email: dre.am@inac.pt

Internet: www.inac.pt


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7408 — Cargill/ADM Chocolate Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 27/06)

1.

Fid-19 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cargill, Incorporated (“Cargill”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tan-negozju taċ-ċikkulata industrijali tal-impriża Archer Daniels Midland Company (“in-negozju taċ-ċikkulata industrijali ta’ ADM”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri tal-ishma u l-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Cargill: il-produzzjoni u l-bejgħ tal-ikel, l-agrikoltura u l-ġestjoni tal-prodotti u s-servizzi ta’ riskju. In-negozju kummerċjali ta’ Cargill jinkludi l-ipproċessar, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ ċikkulata industrijali u kisi b’bażi tax-xaħam u mili/compound taċ-ċikkulata,

—   għan-negozju taċ-ċikkulata industrijali ta’ ADM: l-ipproċessar, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ ċikkulata industrijali u kisi b’bażi tax-xaħam u mili/compound taċ-ċikkulata.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7408 — Cargill/ADM Chocolate Business, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7456 — Imerys/S&B Minerals)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 27/07)

1.

Fis-16 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Imerys SA (Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża S&B Minerals Fiance SCA (“S&B Group”, il-Greċja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Imerys SA: kumpanija tal-minjieri multinazzjonali li topera f’erba’ gruppi kummerċjali: (i) soluzzjonijiet tal-enerġija u speċjalitajiet, (ii) filtrazzjoni u addittivi tal-prestazzjoni, (iii) materjali taċ-ċeramika, u (iv) minerali ta’ reżistenza għolja,

—   għal S&B Group: l-estrazzjoni u l-ipproċessar ta’ minerali industrijali għal firxa wiesgħa ta’ setturi, b’mod partikolari fil-metallurġija, funderiji, il-kostruzzjoni, u speċjalitajiet setturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7456 — Imerys/S&B Minerals, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7509 — OBI/Brico Business Cooperation)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 27/08)

1.

Fid-19 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża OBI GmbH (il-Ġermanja) li tappartjeni lill-gurpp Tengelmann takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Brico Business Cooperation Srl kollha kemm hi (l-Italja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal OBI GmbH: operazzjoni ta’ sistema franchise għal imħażen do-it-yourself fl-Ewropa bil-marka kummerċjali “OBI”,

—   għal Brico Business Cooperation Srl: operazzjoni u provvista ta’ servizzi tal-franchise għal 50 maħżen tad-do-it-yourself fl-Italja bil-marka kummerċjali “OBI”. Bħalissa Brico Business Cooperation Srl hija kontrollata b’mod konġunt minn OBI GmbH u UNICOOP Firenze.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7509 — OBI/Brico Business Cooperation, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.