|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 025/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7400 — Federal-Mogul Corporation/TRW Engine Components) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 025/02 |
||
|
2015/C 025/03 |
||
|
2015/C 025/04 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Aegean/Olympic II (COMP/M.6796) |
|
|
2015/C 025/05 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-9 ta’ Ottubru 2013 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ COMP/M.6796 — Aegean/Olympic II) (notifikat bid-dokument C(2013) 6561) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 025/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7485 — Swisscom/Sixt/Managed Mobility JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2015/C 025/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7278 — General Electric / ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business)) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 025/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7400 — Federal-Mogul Corporation/TRW Engine Components)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 25/01)
Fil-15 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7400. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ Jannar 2015
(2015/C 25/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1198 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,12 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4430 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,74730 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3327 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9816 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,7055 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,831 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
310,91 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2279 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4892 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,6340 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4169 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3937 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6809 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5032 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5058 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 208,90 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,8430 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9750 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,7028 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 975,38 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0281 |
|
PHP |
Peso Filippin |
49,359 |
|
RUB |
Rouble Russu |
72,2195 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,517 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,9057 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,4851 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,8660 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
24.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2013 fir-rigward ta’ abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6796 — Aegean/Olympic II
Relatur: Il-Polonja
(2015/C 25/03)
Konċentrazzjoni
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”). |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tkun eżaminata skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Definizzjoni tas-suq
|
3. |
Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodott rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni. B’mod partikolari, rigward id-definizzjoni tas-suq tal-prodott, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li tħalli miftuħa f’dan il-każ
|
Valutazzjoni tal-kompetizzjoni
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva minħabba l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni attwali bejn Olympic Air u Aegean fuq dawn il-ħames rotot domestiċi li ġejjin.
|
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-eliminazzjoni ta’ parteċipant kredibbli potenzjali fuq is-sitt rotot li ġejjin.
|
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta mhix se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva kif tikkonċerna s-suq għall-attribuzzjoni ta’ rotot tal-OSP fil-Greċja. |
Entrata
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-ebda dħul fil-ħin u suffiċjenti wara l-formazzjoni tal-għaqda minn linji tal-ajru internazzjonali u/jew domestiċi li jistabbilixxu bażi fl-ajruport ta’ Ateni ma hi probabbli fil-futur prevedibbli. |
Ditta fi stat ta’ falliment tad-difiża
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-kriterji ta’ difiża tal-kumpanija li qed tfalli huma sodisfati fil-każ preżenti. |
Konklużjoni
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
|
24.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/5 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Aegean/Olympic II
(COMP/M.6796)
(2015/C 25/04)
I. SFOND
|
1. |
Fit-28 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha Aegean Airlines S.A. (“Aegean”) beħsiebha takkwista l-kontroll uniku ta’ Olympic Air S.A. (“Olympic”) permezz ta’ xiri ta’ 100 % tal-ishma tagħha fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
It-tranżazzjoni proposta ma għandhiex dimensjoni tal-UE fit-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. It-tranżazzjoni kienet notifikata lill-Kummissjoni Ewropea wara talba għal riferiment mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika ta’ Ċipru (skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet) fis-6 ta’ Novembru 2012. Il-Kummissjoni aċċettat it-talba ta’ rinviju bid-deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2012. |
II. PROĊEDURA
|
3. |
Il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fit-23 ta’ April 2013. Il-parti notifikanti ngħatat aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ xi dokumenti ewlenin miġbura matul l-ewwel fażi tal-investigazzjoni fit-30 ta’ April 2013, fit-3 ta’ Mejju 2013 u t-8 ta’ Mejju 2013. |
Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet
|
4. |
Fid-8 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. F’din id-DO nstab preliminarjament li t-Tranżazzjoni se timpedi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern u tkun inkompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Ftehim taż-ŻEE (il-Protokoll 21 tal-Ftehim taż-ŻEE). |
|
5. |
B’mod partikolari, id-DO kkonkludiet b’mod preliminari li fis-suq għas-servizzi skedati tal-ġarr bl-ajru tal-passiġġieri, it-Tranżazzjoni ta lok għal sovrapożizzjoni orizzontali fuq numru ta’ rotot domestiċi Griegi minn Ateni. Id-DO sabet ukoll li t-Tranżazzjoni tirriżulta fl-eliminazzjoni tal-kompetitur potenzjali l-aktar kredibbli fuq numru ta’ rotot domestiċi oħra. |
|
6. |
Aegean wieġbet għad-DO fit-23 ta’ Lulju 2013. Aegean ma talbitx seduta orali. |
L-Aċċess għall-Fajl
|
7. |
Aegean irċeviet aċċess għall-fajl permezz ta’ CD-ROMs fid-9 ta’ Lulju 2013, it-23 ta’ Lulju 2013, it-30 ta’ Lulju 2013, id-29 ta’ Awwissu 2013 u l-24 ta’ Settembru 2013 rispettivament. |
|
8. |
Fit-12 ta’ Lulju 2013, Aegean ippreżentat talba għal aċċess ulterjuri għall-fajl lid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (“DĠ għall-Kompetizzjoni”). Fil-15 ta’ Lulju 2013, id-DĠ għall-Kompetizzjoni rrifjuta t-talba ta’ Aegean. Fit-18 ta’ Lulju 2013, Aegean rreferiet il-kwistjoni lili u talbet iżjed aċċess għal 11-il dokument li l-aċċess għalihom ingħata biss parzjalment jew ma ngħata xejn. Aegean innotat li għall-biċċa l-kbira ta’ dawn id-dokumenti ma kien hemm ebda spjegazzjoni jew spjegazzjonijiet limitati ħafna li jappoġġaw it-talbiet għall-kunfidenzjalità, u li ma kien ipprovdut ebda sommarju jew sommarju informattiv. |
|
9. |
Wara intervent tiegħi, id-DĠ għall-Kompetizzjoni kkuntattja lill-fornituri tal-informazzjoni biex jew iwarrbu t-talbiet ta’ kunfidenzjalità tagħhom jew inkella jipprovdu ġustifikazzjonijiet adegwati għat-talbiet ta’ kunfidenzjalità tagħhom. Bħala riżultat, id-DĠ għall-Kompetizzjoni żvelat lil Aegean parti sinifikanti tal-informazzjoni mitluba. Fir-rigward tad-dokumenti li kien fadal, Aegean kienet ipprovduta b’ġustifikazzjoni għall-kunfidenzjalità preċiża invokata mill-fornituri tal-informazzjoni, li fil-maġġoranza tal-każijiet ipprovdew ukoll sommarju informattiv. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jien ikkonkludejt li t-talba ta’ Aegean kienet issodisfata. |
Impenji
|
10. |
Biex jittrattaw it-tħassib relatat mal-kompetizzjoni identifikat fid-DO, Aegean ippreżentat l-impenji fil-25 ta’ Marzu 2013. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenji ma kinux suffiċjenti biex jittrattaw it-tħassib relatat mal-kompetizzjoni li jirriżulta mit-Tranżazzjoni u ma kinux ittestjati fis-suq. |
|
11. |
Fit-8 ta’ Awwissu 2013, Aegean ippreżentat it-tieni pakkett ta’ impenji li jikkonsisti f’limitu fuq il-prezzijiet tan-noll u offerta ta’ sottokiri (sub-lease) ta’ ajruplan lil parteċipanti potenzjali f’ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni qieset li l-impenji ma jittrattawx b’mod suffiċjenti t-tħassib dwar il-kompetizzjoni u ma kenux ittestjawhom fis-suq. Madankollu, minħabba d-difiża tad-ditta li qed tfalli mressqa minn Aegean (hawn taħt), kien ikkunsidrat li ma kienx hemm bżonn għal rimedji f’dan il-każ. |
Difiża ta’ ditta fi stat ta’ falliment
|
12. |
Fl-24 ta’ Awwissu 2013, Aeagean għamlet sottomissjoni bl-argument li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Olympic, jekk it-Tranżazzjoni ma sseħħx, Olympic kienet se tieqaf topera u bħala riżultat, bi jew mingħajr it-Tranżazzjoni, Aegean issir l-uniku operatur fuq ir-rotot li jidħlu f’xulxin u li huma ta’ tħassib. |
|
13. |
Wara valutazzjoni dettaljata ta’ jekk is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Olympic kienet tali li setgħet titqies bħala ditta fi stat ta’ falliment, l-abbozz ta’ Deċiżjoni jikkonkludi li fiċ-ċirkostanzi partikolari u eċċezzjonali tal-każ, Olympic tissodisfa l-kriterji ta’ ditta fi stat ta’ falliment. B’mod partikolari, huwa konkluż li (i) huwa probabbli li fil-futur qrib Olympic tiġi sfurzata barra mis-suq minħabba d-diffikultajiet finanzjarji sakemm ma tiġix meħuda minn Aegean, (ii) il-ħolqien ta’ alternattiva xerrej għal Olympic fil-futur immedjat huwa improbabbli u (iii) fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni, l-assi ta’ Olympic inevitabbilment joħorġu mis-suq. |
III. ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI
|
14. |
Skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, ir-Rapport Finali għandu jikkunsidra jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jgħarrfu l-fehmiet tagħhom. |
|
15. |
Wara reviżjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni, jiena tal-fehma li din ma tittrattax xi oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ma ngħatawx l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom. |
IV. KONKLUŻJONIJIET
|
16. |
Kollox ma’ kollox, jien nikkonkludi li l-parteċipanti kollha fil-proċedimenti kienu kapaċi jeżerċitaw effettivament id-drittijiet proċedurali tagħhom f’dan il-każ. |
Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2013.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
|
24.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/7 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-9 ta’ Ottubru 2013
li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ COMP/M.6796 — Aegean/Olympic II)
(notifikat bid-dokument C(2013) 6561)
(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 25/05)
Fit-9 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, (1) u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html
I. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-6 ta’ Novembru 2012, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika ta’ Ċipru rreferu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 konċentrazzjoni proposta, li biha l-impriża Aegean Airlines S.A. (“Aegean” jew “il-Parti Notifikanti”) għandha l-ħsieb li takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Olympic Air S.A. (“Olympic”; flimkien ma’ Aegean — “il-Partijiet” jew “l-Entità Fuża”) permezz tax-xiri ta’ ishma (“it-Tranżazzjoni”). Il-Kummissjoni aċċettat it-talbiet għal riferiment permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet iddatati it-3 ta’ Diċembru 2012. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika tat-tranżazzjoni. |
|
(3) |
Fil-25 ta’ Marzu 2013, il-Parti Notifikanti ssottomettiet pakkett ta’ impenji formali skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Dawn l-impenji ma kinux ittestjati fis-suq. |
|
(4) |
Wara eżami tan-notifika u fuq il-bażi tal-ewwel fażi tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni mas-suq intern u adottat deċiżjoni li tiftaħ proċeduri skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fit-23 ta’ April 2013 (id-“Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti”). |
|
(5) |
Wara talba minn Aegean tad-29 ta’ April 2013, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ ċerti sottomissjonijiet ewlenin ta’ partijiet terzi miġbura matul l-ewwel fażi tal-investigazzjoni ġiet ipprovduta lil Aegean fit-30 ta’ April 2013. |
|
(6) |
Fit-3 ta’ Mejju 2013, il-Parti Notifikanti talbet għal estensjoni taż-żmien allokat għat-tieni fażi tal-investigazzjoni b’16-il jum ta’ xogħol skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(7) |
Fl-14 ta’ Mejju 2013, il-Parti Notifikanti ssottomettiet il-kummenti bil-miktub tagħha għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti. |
|
(8) |
Fit-8 ta’ Lulju 2013, Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“SO”) kienet mibgħuta lill-Parti Notifikanti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(9) |
Il-Parti Notifikanti ressqet it-tweġiba tagħha għas-SO fit-23 ta’ Lulju 2013. |
|
(10) |
Sabiex tindirizza tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fl-SO, il-Parti Notifikanti ssottomettiet pakkett ta’ impenji formali fit-22 ta’ Awwissu 2013 skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Dawn l-impenji ma kinux ittestjati fis-suq. |
|
(11) |
Il-Kumitat Konsultattiv iltaqa’ fil-25 ta’ Settembru 2013 u tat opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kummissjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-Suq Intern. |
|
(12) |
Fit-9 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern. |
II. IL-PARTIJIET
|
(13) |
Aegean hija linja tal-ajru Griega elenkata pubblikament (2) li tipprovdi trasport bl-ajru ta’ passiġġieri u, b’mod iktar limitat, servizzi tal-merkanzija. Mill-1999, il-kumpanija offriet titjiriet skedati fuq ir-rotot domestiċi Griegi u fuq rotot qosra internazzjonali u b’mod partikolari topera attwalment titjiriet lejn madwar 50 destinazzjoni qasira domestika u internazzjonali. Il-kumpanija għandha flotta ta’ 29 inġenju tal-ajru bil-ġettijiet mingħand il-familja tal-Airbus A 320. Aegean għandha l-bażi ewlenija tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni (“AIA”), kif ukoll f’bażijiet oħra f’ajruporti Griegi u Ċiprijotti oħra nklużi Thessaloniki, Heraklion, u Larnaka. Aegean hija membru ta’ Alliance Star. |
|
(14) |
Olympic hija linja tal-ajru Griega attiva fit-trasport bl-ajru ta’ passiġġieri u merkanzija. Din hija proprjetà sħiħa ta’ Marfin Investment Group (“Marfin”), grupp ta’ investiment Grieg b’investimenti f’numru ta’ setturi (3). Olympic bdiet l-operazzjonijiet tagħha fl-1 ta’ Ottubru 2009 wara l-privatizzazzjoni tal-eks Olympic Airlines li matulha Marfin kisbet il-marka kummerċjali, l-islottijiet u l-liċenzji ta’ Olympic Airlines. Olympic topera mill-bażi ewlenija tagħha AIA u mill-bażi sekondarja b’inġenju tal-ajru wieħed fl-ajruport ta’ Rodi. Olympic sservi għadd ta’ destinazzjonijiet qosra, l-aktar fi ħdan il-Greċja. Minnhom, 15-il destinazzjoni Griega jikkostitwixxu rotta ta’ Obbligu ta’ Servizz Pubbliku (OSP). Olympic bħalissa għandha flotta ta’ 17-il ajruplan (tliet Airbus mill-familja A320, 10 Bombardier Dash 8 Q400 u erba’ Bombardier Dash 8 Q100). Fil-futur qrib, Olympic għandha l-ħsieb […] biex jopera inġenju tal-ajru wieħed tat-tip flotta ta’ Bombardier Q tas-serje turboprop. Olympic mhix imsieħba f’xi alleanza tal-kumpaniji tal-ajru. |
|
(15) |
Aegean preċedentement u Olympic diġà ppruvaw jiffużjonaw l-operazzjonijiet tagħhom. Wara investigazzjoni dettaljata fil-każ Olympic/Aegean Airlines (“Olympic/Aegean I”) il-Kummissjoni pprojbiet il-fużjoni proposta bejn Aegean u Olympic fis-26 ta’ Jannar 2011 (4). |
III. IL-PRODOTT RILEVANTI U SWIEQ ĠEOGRAFIĊI
|
(16) |
Mhemmx swieq affettwati mit-Tranżazzjoni minbarra dawk relatati ma’ servizzi tat-trasport bl-ajru fuq rotot OSP u servizzi għall-passiġġieri tat-transport bl-ajru fuq rotot mhux kummerċjali (mhux OSP). |
III.1. Rotot tal-OSP
|
(17) |
Fil-Greċja, rotot tal-OSP huma operati bħala konċessjoni esklussiva tal-ajru magħżula, u b’hekk l-ebda linja tal-ajru oħra ma tkun tista’ topera fuq bażi kummerċjali fuq l-istess rotta sa tmiem il-perjodu tal-konċessjoni. |
|
(18) |
Għalhekk, l-operazzjoni tar-rotot tal-OSP għandha titqiesu distinta mit-trasport kummerċjali bl-ajru ta’ passiġġieri, peress li l-ebda kompetizzjoni ma tista’ ssir fuq ir-rotot tal-OSP konċessi f’idejn kumpanija waħda tal-ajru. Pjuttost, isseħħ kompetizzjoni għas-suq fil-fażi tal-offerti. |
|
(19) |
Fi kwalunkwe każ, id-definizzjoni preċiża tas-suq rilevanti tal-prodott tista’ titħallha miftuħa peress li t-Tranżazzjoni x’aktarx li ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tar-rotot tal-OSP. |
|
(20) |
Rigward l-ambitu ġeografiku tas-suq, ir-Regolament tal-OSP jitlob li linji tal-ajru li mhumiex Griegi (iżda xorta waħda ŻEE) għandhom jitħallew jipparteċipaw fuq termini ugwali ma’ linji tal-ajru Griegi dwar is-sejħiet għal offerti għal rotot tal-OSP. Madankollu, il-fatt li l-linji tal-ajru mhux attivi fis-suq domestiku Grieg jistgħu jipparteċipaw fuq termini ugwali mhux bilfors iwassal għall-konklużjoni li s-suq ġeografiku huwa usa’ minn dak nazzjonali (5). |
|
(21) |
Fi kwalunkwe każ, id-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku tista’ titħalla miftuħa peress li t-Tranżazzjoni x’aktarx li ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tar-rotot tal-OSP. |
III.2. Rotot kummerċjali
III.2.1. Approċċ dwar l-oriġini u d-destinazzjoni
|
(22) |
Fil-prattika tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni tradizzjonalment iddefiniet is-suq rilevanti għas-servizzi skedati tal-ġarr bl-ajru tal-passiġġieri fuq il-bażi tal-approċċ ta’ “punt tal-oriġini/punt tad-destinazzjoni” (“O&D”) bejn żewġt ibliet (6). Din id-definizzjoni tas-suq tirrifletti d-domanda li permezz tagħha l-passiġġieri jikkunsidraw l-alternattivi possibbli kollha ta’ vjaġġar minn belt ta’ oriġini lejn belt ta’ destinazzjoni, filwaqt li ġeneralment ma jikkunsidrawx sostitwibbli żewġt ibliet bħal dawn għal żewġt ibliet differenti. Bħala riżultat, kull kombinazzjoni ta’ punt ta’ oriġini u punt ta’ destinazzjoni għandha titqies bħala suq separat mil-lat ta’ klijent. |
|
(23) |
Il-Parti Notifikanti ma oġġezzjonatx għall-approċċ O&D. |
|
(24) |
Fuq il-bażi tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tqis li l-approċċ tal-O&D huwa approċċ rilevanti. Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu, b’mod partikolari l-aġenti tal-ivvjaġġar u klijenti korporattivi, jaqblu li l-approċċ O&D huwa l-aktar mod xieraq biex wieħed jiddefinixxi s-swieq f’dan il-każ. |
III.2.2. Passiġġieri sensittivi għall-ħin vs. passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin
|
(25) |
Il-Kummissjoni sabet tradizzjonalment li hemm distinzjoni bejn passiġġieri sensittivi għall-ħin (“TS”) u passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin (“NTS”). Passiġġieri TS għandhom it-tendenza li jivvjaġġaw għal finijiet ta’ negozju, jeħtieġu flessibbiltà sinifikanti tal-biljetti tagħhom (bħal kanċellazzjoni mingħajr spejjeż u modifika tal-ħin tat-tluq) u għandhom it-tendenza li jħallsu prezz ogħla għal din il-flessibbiltà. Konsumaturi NTS jivvjaġġjaw b’mod predominanti għal skopijiet ta’ divertiment jew biex iżuru qraba u ħbieb, jibbukkjaw minn ħafna qabel, ma jeħtiġux flessibbiltà fir-rigward tal-prenotazzjonijiet tagħhom u huma ġeneralment aktar sensittivi għall-prezz (7). |
|
(26) |
Il-Parti Notifikanti, tiddikjara li “sensittività għall-ħin” ta’ vjaġġaturi fil-Greċja qed tonqos fl-importanza u li r-rilevanza tad-distinzjoni issa hija dejjem iktar dubjuża, iktar milli kienet sentejn ilu fi żmien tal-investigazzjoni fil-każ Olympic/Aegean I (8). |
|
(27) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi tal-investigazzjoni tas-suq, li d-distinzjoni bejn passiġġieri TS u NTS tibqa’ rilevanti. Maġġoranza kbira ta’ dawk li wieġbu (kompetituri, aġenti tal-ivvjaġġar u klijenti korporattivi) ikkonfermaw l-eżistenza ta’ żewġ gruppi ta’ passiġġieri identifikabbli b’mod ċar prinċipalment fuq il-bażi tal-ħtiġiet u l-preferenzi differenti ta’ kull grupp. |
III.2.3. Il-kompetizzjoni intermodali: Is-sostitwibbiltà tal-laneċ u s-servizzi tal-ferrovija ma’ servizzi tal-ajru
|
(28) |
Meta ġew iddefiniti s-swieq rilevanti tal-O&D għas-servizzi tat-trasport bl-ajru, il-Kummissjoni eżaminat fil-passat alternattivi oħra ta’ trasport sabiex tevalwa jekk dawn kinux sostitwibbli għal titjira f’għajnejn il-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq ir-rotot individwali (kompetittività intermodali) (9). |
|
(29) |
Il-Parti Notifikanti tiddikjara li forom oħra ta’ trasport (b’mod partikolari laneċ) jistgħu jeżerċitaw pressjoni fuq servizzi tat-trasport bl-ajru fuq għadd ta’ rotot Griegi. Il-Parti Notifikanti tinnota, b’mod partikolari, li hemm limiti kompetittivi eżerċitati mil-laneċ fuq ir-rotot Ateni-Mykonos u Ateni-Santorini. |
|
(30) |
Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tqis li s-servizzi tal-laneċ mhumiex parti mill-istess suq bħas-servizzi tal-ajru għal passiġġieri TS fuq ir-rotot domestiċi sporġenti kollha tal-Partijiet, minbarra r-rotta Ateni-Mykonos. Fir-rigward tas-sostitwibbiltà bejn servizzi ta’ lanċa u servizzi tal-ajru għas-segmenti ta’ passiġġieri NTS u l-passiġġieri kollha fuq ir-rotot dupplikati domestiċi kollha tal-Partijiet (minbarra r-rotot Ateni-Mykonos u Ateni-Rodi), it-tifsira eżatta tas-suq tista’, fl-aħħar mill-aħħar, tibqa’ miftuħa, peress li ma tbiddilx il-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni. |
|
(31) |
L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni kkonfermat ukoll li s-servizzi tal-ferrovija ma jikkompetux fl-istess suq bħas-servizzi tal-ajru fuq Ateni-Tessaloniki għas-segmenti kollha tal-passiġġieri. |
IV. IL-VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA
IV.1. Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni ta’ rotot tal-OSP
|
(32) |
Aegean u Olympic flimkien għandhom sehem ta’ 58 % tat-28 rotta attwali tal-OSP, waqt li t-Tranżazzjoni tirrappreżenta żieda limitata ta’ 4 % (Olympic: 15 ir-rotta; Aegean: rotta waħda (1); Sky Express: 7 rotot; Astra: 5 rotot). Aegean JETS huma kapaċi teknikament joperaw biss fuq 12 mit-28 rotta attwali tal-OSP. L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni kkonfermat li Aegean u Olympic mhumiex l-eqreb kompetituri ta’ xulxin fuq it-28 rotta attwali, b’mod partikolari minħabba l-flotta tal-ġetts ta’ Aegean. Barra minn hekk, il-kompetituri tal-Partijiet kienu qed iżidu l-preżenza tagħhom fuq rotot tal-OSP Griegi wara l-aħħar offerta. |
|
(33) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għal rotot tal-OSP fil-Greċja, irrispettivament mid-definizzjoni eżatta tas-suq rilevanti. |
IV.2. Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni ta’ rotot kummerċjali
IV.2.1. Il-kamp ta’ applikazzjoni u d-duplikazzjonijiet potenzjali attwali
|
(34) |
F’Jannar 2011, meta ngħatat id-deċiżjoni f’ Olympic/Aegean I, l-operazzjonijiet tal-Partijiet rifsu fuq xulxin fi 15-il rotta domestika u 8 rotot internazzjonali. Minn dak iż-żmien, in-numru ta’ duplikazzjonijiet baqa’ dejjem jonqos. |
|
(35) |
Sa Lulju 2013, minħabba t-telf tagħha, Olympic iddeċidiet li toħroġ mit-tliet rotot domestiċi l-iktar importanti, Ateni-Tessalonika, Ateni-Heraklion u Ateni-Rodi, mill-istaġun tax-xitwa 2013. B’hekk sa Ottubru 2013, id-duplikazzjonijet tal-operazzjonijiet tal-Partijiet ser isiru fuq 3 rotot. Fis-sajf 2014, sakemm ma jkunx hemm ħruġ addizzjonali, ser ikun hemm duplikazzjonijiet tal-operazzjonijiet fuq ħames rotot domestiċi. Il-Parti Notifikanti tistqarr li n-numru ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw fuq rotot domestiċi li fuqhom il-Partijiet kienu jikkoinċidu huwa pproġettat li jonqos bi 84 %, minn 4 miljun passiġġieri tal-O&D fuq id-19 ir-rotta dupplikata f’Jannar 2010 għal 650 elf passiġġier tal-O&D fuq il-ħames (5) rotot eżaminati f’Lulju 2014. |
|
(36) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra s-segwenti ħames (5) duplikazzjonijiet attwali bejn il-partijiet: Ateni-Chania, Ateni-Corfu, Ateni-Kos, Ateni-Mytilene, u Ateni–Santorini (irriferuti bħala (flimkien mad-duplikazzjonijiet potenzjali (ara t-taqsima IV.2.6)) bħala r-“rotot ta’ tħassib”). |
|
(37) |
Meta wieħed iqis passiġġieri TS, it-Tranżazzjoni twassal għal monopolju fuq ir-rotot duplikati kollha attwali. Fir-rigward tal-passiġġieri NTS u l-passiġġieri kollha, it-Tranżazzjoni twassal għal monopolju fuq Atheni-Korfu, u jew monopolju (li kieku l-laneċ jiġu esklużi minn swieq rilevanti rispettivi) jew mill-inqas għall-eliminazzjoni taż-żewġ kompetituri mill-qrib (li kieku l-laneċ jiġu inklużi fi swieq rilevanti rispettivi) dwar Ateni-Chania, Ateni-Kos, Ateni-Mytilene u Atens-Santorini. |
|
(38) |
Barra minn hekk, it-Tranżazzjoni twassal għall-eliminazzjoni ta’ kompetizzjoni potenzjali fuq sitt rotot minħabba li l-Partijiet ma jibqgħux jeżerċitaw theddida ta’ dħul fuq xulxin (ara t-Taqsima IV.2.6). |
IV.2.2. Prossimità tal-kompetizzjoni
|
(39) |
Minn April 2013, Olympic ser topera esklużivament inġenji tal-ajru b’magni tat-tip turboprop filwaqt li Aegean għandha esklużivament inġenji tal-ajru tat-tip ġett. |
|
(40) |
Għal dak li jikkonċerna l-provvista, inġenji tal-ajru b’magni tat-tip turboprop jaħarqu inqas fjuwil minn inġenji tal-ajru tat-tip ġett, u għandhom kontenut aktar baxx ta’ kapaċità ta’ postijiet bilqiegħda. Għalhekk, inġenji tal-ajru b’magni tat-tip turboprop ta’ Olympic Q400 joffru 78 siġġu meta mqabbla mal-A320s ta’ Aegean li joffru 168 siġġu. Bħala regola bażika, fuq rotot irqaq l-operazzjonijiet tat-tip turboprop għandhom vantaġġ fl-ispejjeż fuq l-użu tal-Airbus A320s minħabba fatturi ogħla ta’ piż u ta’ frekwenzi, filwaqt li fir-rigward ta’ rotot ħoxna l-operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru tat-tip ġett isiru aktar effiċjenti minn operazzjonijiet tat-tip turboprop. Għal dak li jikkonċerna d-domanda, Aegean tosserva li l-passiġġieri jippreferu inġenji tal-ajru tat-tip ġett milli tat-tip turboprops, minħabba aktar kumdità, inqas vibrazzjoni u inqas storbju. |
|
(41) |
Madankollu, l-investigazzjoni tas-suq uriet li l-partijiet huma kompetituri mill-qrib u essenzjalment l-eqreb ta’ xulxin fuq ir-rotot ikkonċernati. Din il-konklużjoni ntlaħqet b’mod partikolari minħabba li l-Partijiet huma l-uniċi żewġ trasportaturi preżenti fuq id-duplikazzjonijiet attwali ma’ laneċ li jikkostitwixxu l-iktar l-iktar sostituti remoti biss. |
IV.2.3. Id-dħul u l-ħruġ reċenti ta’ Cyprus Airways
|
(42) |
Fis-26 ta’ Marzu 2012, Cyprus Airways daħlet ir-rotta tal-ajru Griega Ateni-Tessaloniki. F’Ottubru 2012, Cyprus Airways żiedet mal-iskeda tagħha Ateni-Heraklion u Ateni-Rodi. |
|
(43) |
Id-dħul ta’ Cyprus Airways fi tliet rotot tal-ajru duplikati wassal sabiex il-Parti Notifikanti jargumentaw li Cyprus Airways kienet qed tiżviluppa f’kompetitur ewlieni fis-swieq domestiċi Griegi. Fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedimenti, il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-vijabbiltà ta’ Cyprus Airways u l-preżenza kontinwa tagħha fuq rotot domestiċi Griegi. |
|
(44) |
Fl-1 ta’ Lulju 2013, Cyprus Airways ħabbret il-ħruġ tagħha minn tliet rotot Ateni-Tessaloniki, Ateni-Heraklion u Ateni-Rodi fil-qafas tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tagħha u ma esprimit l-ebda intenzjoni li tidħol mill-ġdid. |
IV.2.4. Limiti minn titjiriet diretti internazzjonali
|
(45) |
Għalkemm il-Parti Notifikanti lmentat li titjiriet diretti minn destinazzjonijiet internazzjonali lejn il-gżejjer Griegi jeżerċitaw pressjoni kompetittiva fuq titjiriet domestiċi Griegi hekk misjuba bħala eks-Ateni, hija ma kinitx f’pożizzjoni li tipprovdi provi rilevanti u l-investigazzjoni tas-suq ma ssostanzjatx din il-pretensjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li titjiriet diretti minn destinazzjonijiet internazzjonali lejn il-gżejjer Griegi ma kinux joħolqu pressjoni kompetittiva fuq titjiriet domestiċi eks-Ateni, b’mod partikolari fuq ir-rotot ikkonċernati. |
IV.2.5. Dħul/espansjoni
|
(46) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-probabbiltà ta’ dħul fil-ħin u suffiċjenti minn kwalunkwe linja tal-ajru oħra fis-suq domestiku Grieg, wara li saret it-Tranżazzjoni. Il-Parti Notifikanti ssottomettiet li l-ikbar probabbiltà tad-dħul fis-suq ikun minn trasportaturi bi prezzijiet baxxi, bħar-Ryanair u l-easyJet. |
|
(47) |
L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni identifikat diversi elementi li jimmilitaw kontra l-probabbiltà ta’ dħul fis-suq fil-ħin u suffiċjenti. Filwaqt li l-importanza ta’ kull wieħed minn dawn l-elementi jista’ jiddependi mit-tip ta’ trasportatur (eż. spiża baxxa meta mqabbla ma’ servizzi sħaħ minn trasportatur), dawn l-elementi flimkien juru li dħul fil-ħin u suffiċjenti huwa improbabbli fuq ir-rotot ikkonċernati. |
|
(48) |
L-ewwel nett, l-evidenza turi li d-dħul fuq rotot domestiċi Griegi jkun jinvolvi spejjeż irrekuperabbli sinifikanti ta’ dħul. L-aktar importanti minn dawn l-ispejjeż irrekuperabbli jieħdu l-forma ta’ telf inizjali fuq rotta tal-ajru li jirriżulta minn ipprezzar introduttorju baxx sabiex jippenetra f’rotta domestika Griega. Spejjeż oħra irrekuperabbli huma l-ispejjeż ta’ kummerċjalizzazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit ir-rikonoxximent tal-marka. |
|
(49) |
It-tieni, l-investigazzjoni tas-suq żvelat numru ta’ elementi li jaffettwaw il-profittabbiltà probabbli u r-riskju tad-dħul fuq rotot domestiċi Griegi. B’mod partikolari, il-livell baxx tad-domanda fis-suq domestiku Grieg u l-inċertezza dwar l-evoluzzjoni tiegħu x’aktarx li jiddisswadu deċiżjoni ta’ dħul. Saħansitra, il-livell għoli ta’ imposti tal-ajruport fl-ajruport ta’ Ateni, li skont ċerti estimi huwa t-tieni jew ir-raba’ ajruport l-iktar għoli, jiddiswadi dħul. Imposti tal-ajruport għoljin tal-ajruport f’Ateni huma partikolarment rilevanti għal trasportaturi bi prezzijiet baxxi li jiddependu fuq it-traffiku stimulat permezz ta’ nollijiet baxxi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni tas-suq identifikat aktar fatturi ta’ tfixkil, bħal pereżempju spejjeż ta’ distribuzzjoni, aċċess għall-konnessjoni tat-traffiku u konġestjoni tal-infrastruttura f’ajruporti reġjonali Griegi fl-aqwa tiegħu fl-istaġun tas-sajf. |
|
(50) |
It-tielet, biex jiġi vvalutat id-dħul, il-Kummissjoni tikkunsidra neċessarju li jitqiesu spejjeż ta’ opportunità, speċjalment f’kuntest ta’ inċertezza u ritorn baxx bħal dak prevalenti fis-suq domestiku Grieg. |
|
(51) |
Ir-raba’, sabiex id-dħul jista’ ikun ta’ ambitu u skala suffiċjenti biex jillimitaw l-entità fużjonata, kompetitur potenzjali ikun jeħtiġlu jistabbilixxi bażi f’Ateni. |
|
(52) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fittxet il-fehmiet ta’ kompetituri potenzjali rigward il-probabbiltà tad-dħul tagħhom fuq ir-rotot ikkonċernati, wara li tkun saret it-Tranżazzjoni.
|
|
(53) |
Konsegwentement, huwa improbabbli li wara t-Tranżazzjoni kwalunkwe mill-kompetituri potenzjali joperaw fuq ir-rotot domestiċi Griegi kkonċernati b’mod f’waqtu u suffiċjenti biex jiġu evitati jew mirbuħa kwalunkwe effetti potenzjalment antikompetittivi tat-Tranżazzjoni. |
IV.2.6. Kompetizzjoni potenzali
|
(54) |
Il-kompetizzjoni fuq ir-rotot ikkonċernati attwalment operati kemm minn Aegean u kemm minn Olympic mill-bażi tagħhom f’Ateni ma tistax titqies f’iżolament. Il-kompetizzjoni potenzjali hija parametru importanti tal-kompetizzjoni bejn Aegean u Olympic minħabba n-netwerk vast tagħhom fil-Greċja u kif muri minn esperjenza preċedenti minn avvenimenti tad-dħul. |
|
(55) |
Bħala konsegwenza tax-xejriet tal-kompetizzjoni ma’ xulxin u l-impatt limitat tad-dħul minn trasportaturi oħra fuq il-Partijiet, Aegean u Olympic jeżerċitaw restrizzjoni kompetittiva potenzjali fuq xulxin fuq numru ta’ rotot. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li t-Tranżazzjoni x’aktarx timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti, billi telimina l-aktar parteċipant kredibbli potenzali fuq dawn ir-rotot li dwarhom Aegean u Olympic rispettivament jeżerċitaw influwenza ta’ restrizzjoni sinjifikanti u li fuqhom ma jkunx hemm numru suffiċjenti ta’ kompetituri potenzali oħra li jistgħu jżommu pressjoni kompetittiva suffiċjenti fuq l-entità li ġiet fuża, wara li tkun saret it-Tranżazzjoni: Ateni-Alexandroupolis, Ateni-Rodi, Ateni-Tessaloniki, Ateni-Heraklion, Ateni-Chios u Ateni-Samos. |
IV.2.7. L-effetti fuq il-konsumaturi
|
(57) |
Hemm probabbiltà kbira li fużjoni li tagħti lok għal ishma kbar tas-suq twassal għal żidiet fil-prezz meta hemm ċans li l-klijenti tal-partijiet ikollhom diffikultajiet jew ma jkunux f’pożizzjoni li jaqilbu għal fornituri oħra, minħabba li jkun hemm ftit jew ma jkun hemm l-ebda fornituri alternattivi. Dawn huma, skont il-Linji Gwida dwar il-Fużjonijiet Orizzontali, “partikolarment vulnerabbli għal żidiet fil-prezzijiet” (10). |
|
(58) |
Dan ikun il-każ wara t-Tranżazzjoni, minħabba: (i) għall-passiġġieri TS, it-Tranżazzjoni telimina kull alternattiva fuq ir-rotot kollha tal-monopolju; u (ii) għal passiġġieri NTS, (li kieku l-laneċ ma għandhomx ikunu inklużi fis-swieq rilevanti rispettivi) it-Tranżazzjoni telimina kwalunkwe alternattiva fuq ir-rotot tal-monopolju kollha, jew mill-inqas (li kieku l-laneċ jiġu inklużi fis-swieq rilevanti rispettivi) din telimina l-eqreb kompetitur (11). Għalhekk, il-konsumaturi jkollhom għażla limitata ħafna meta jiddeċiedu li jivvjaġġaw. Barra minn hekk, it-Tranżazzjoni telimina wkoll kompetizzjoni potenzjali fuq bosta rotot mhux duplikati, li twassal għat-tneħħija ta’ pressjonijiet kompetittivi għad-detriment tal-konsumaturi. |
IV.2.8. Konklużjoni dwar il-valutazzjoni kompetittiva
|
(59) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti, fir-rigward tar-rotot li ġejjin, fejn it-Tranżazzjoni tagħti lok għal numru kbir ikkumbinat ta’ ishma tas-suq, u telimina r-restrizzjoni kompetittiva importanti eżerċitata mill-Partijiet fuq xulxin fil-kwalità tagħhom ta’ kompetituri qrib ta’ xulxin (u f’ħafna każijiet l-eqreb):
|
|
(60) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni x’aktarx li timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti, billi telimina l-aktar entrant kredibbli potenzali fuq ir-rotot li ġejjin:
|
IV.2.9. L-effiċjenzi
|
(61) |
Skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet u fil-Linji Gwida dwar il-Fużjonijiet Orizzontali, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-effetti antikompetittivi ta’ konċentrazzjoni jistgħu jiġu parzjalment jew totalment megħluba permezz ta’ effiċjenzi li l-fużjoni tkun ser tiġġenera. |
|
(62) |
Il-Parti Notifikanti tiddikjara li t-Tranżazzjoni ser tiġġenera effiċjenzi sinifikanti ta’ madwar […] miljun EUR. Dan it-total jikkonsisti minn […] miljun EUR ta’ tfaddil fuq spejjeż varjabbli dwar ground handling, forniment u distribuzzjoni; l-iffrankar tal-ispejjeż fissi ta’ EUR […] miljun mit-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema u l-konsolidazzjoni ta’ funzjonijiet amministrattivi; EUR […] miljun mill-benefiċċji tal-użu tal-flotta; u EUR […] miljun ta’ “sinerġiji ta’ dħul” li jirriżultaw minn titjib fil-konnettività tan-netwerks fuq rotot duplikati u mhux duplikati. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni vvalutat id-diversi kategoriji tal-effiċjenzi ddikjarati matul l-investigazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-effiċjenzi ddikjarati huma improbabbli li huma suffiċjenti biex iservu ta’ kumpens għall-ħsara probabbli minn din it-Tranżazzjoni. Billi, madankollu, kwalunkwe ħsara kompetittiva lis-swieq inkwistjoni ma tiġix ikkawżata mit-Transazzjoni, minħabba li, fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni, Olympic bħala impriża falluta jkollha toħroġ mis-suq (ara t-Taqsima VI), mhuwiex neċessarju li l-Kummissjoni tifforma opinjoni finali dwar talbiet ta’ effiċjenza tal-Parti Notifikanti. |
V. IMPENJI
|
(64) |
Il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li kkonsistew minn limitu massimu ta’ noll u minn offerta b’kundizzjonijiet favorevoli għas-sollokazzjoni ta’ ajruplan għal entranti potenzjali, skont il-Parti Notifikanti. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni ma għamlitx eżami tas-suq ta’ dawn l-impenji billi qisithom mhux adattati sabiex jitneħħew l-elementi kkonċernati identifikati dwar il-kompetizzjoni. |
|
(66) |
Madankollu fi kwalunkwe każ ma kienx meħtieġ li titwettaq analiżi dettaljata tal-impenji mressqa minħabba li l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li jekk fl-aħħar mill-aħħar ma sseħħx it-Tranżazzjoni Olympic ser toħroġ mis-suq (ara t-taqsima li ġejja dwar id-difiża tal-impriża falluta) u, għalhekk, kwalunkwe ħsara lill-kompetizzjoni ma tiġix kkawżata mit-Transazzjoni. Konsegwentement, mhemm l-ebda ħtieġa għal rimedji f’dan il-każ. |
VI. DIFIŻA TA’ IMPRIŻI FALLUTI
|
(67) |
Fl-24 ta’ Awwissu 2013, il-Parti Notifikanti ssottomettiet li minħabba l-ħtiġijiet finanzjarji ta’ Olympic u n-nuqqas ta’ disponibilità ta’ fondi, jekk it-tranżazzjoni ma sseħħx, Olympic tieqaf topera u bħala riżultat tieqaf milli tibqa’ kompetitur għal Aegean. Konsegwentement, bi jew mingħajr it-Tanżazzjoni, Aegean ssir l-uniku operatur fuq dawk ir-rotot duplikati fejn il-Kummissjoni sabet kwistjonijiet ta’ tħassib ta’ kompetizzjoni, u t-Tranżazzjoni għandha tiġi approvata. |
|
(68) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni wettqet analiżi biex tiddetermina jekk il-kondizzjonijiet tad-difiża dwar l-impriża falluta (FFD), kif stabbilit mill-ġurisprudenza u mil-Linji Gwida dwar Fużjonijiet Orizzontali, humiex sodisfatti. L-FFD hija analizzata fil-kuntest Grieg bla preċedent tal-kriżi ekonomika u t-tnaqqis sussegwenti fid-domanda domestika: passiġġieri fuq rotot domestiċi eks-Ateni naqsu b’ 26 % bejn l-2009 u l-2012, u dan it-tnaqqis kompla fl-ewwel nofs tal-2013. |
VI.1. L-ewwel kriterju dwar l-FFD: Olympic tiġi sfurzata barra mis-suq minħabba diffikultajiet finanzjarji fin-nuqqas ta’ akkwiżizzjoni minn Aegean
|
(69) |
Olympic s’issa kampat biss minħabba finanzjament kontinwu mill-kumpanija prinċipali tagħha Marfin. Olympic qatt ma għamlet profitt mill-2009 meta Marfin nediet mill-ġdid il-kumpanija mingħajr passivi wara offerta mill-Gvern Grieg. Olympic se ġġarrab telf anke fl-2013, u huwa mistenni li tibqa’ tagħmel it-telf għal 2-3 snin li ġejjin taħt kwalunkwe pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. |
|
(70) |
Madankollu, Marfin attwalment għaddejja minn sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Il-falliment tal-bank Ċiprijott Laiki ma wassalx biss għal problemi finanzjarji kbar iżda wkoll għal inċertezzi sinifikanti minħabba l-ordni interim tal-qorti kontra l-eżekuttivi prinċipali ta’ Marfin u Marfin infisha. Barra minn hekk, is-sussidjarji Marfin komplew jirreġistraw telf fl-2012 u Marfin użat kważi il-likwidità tagħha kollha mingħajr limitazzjonijiet. Marfin għandha attwalment madwar EUR […] miljun ta’ likwidità mingħajr limitazzjonijiet. |
|
(71) |
Minkejja t-tiċkin estrem ta’ Olympic u l-ħafna ħruġ minn rotot tal-ajru li għamlu telf fis-snin preċedenti, il-linja tal-ajru ma rnexxilix topera bi profittabilità u kompliet tiġġenera telf biss. Fuq il-bażi ta’ xenarji tan-negozju ta’ Olympic, huwa probabbli ħafna li Olympic ser teħtieġ aktar finanzjament ta’ għallinqas EUR […] miljun fit-tliet snin li jkun imiss sal-2016. Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament fuq perjodu ta’ żmien qasir ta’ Olympic x’aktarx jiżdiedu [fil-futur qarib] skont ir-rekwiżiti ta’ madwar EUR […] miljun. Għalhekk hemm probabbiltà għolja li Marfin ma tkunx tista’ tissodisfa dan ir-rekwiżit. |
|
(72) |
B’mod aktar ġenerali, ikun ħafna inqas għoli għal Marfin li tagħlaq l-Olympic milli tħalliha tkompli topera. Kwalunkwe investiment ulterjuri f’Olympic fil-futur prevedibbli sal-2016 mhuwiex mistenni li jiġġenera profitti imma probabbilment iwassal biss għal aktar telf. |
|
(73) |
Olympic mhux fost is-sussidjarji prinċipali li Marfin se tkompli tappoġġa bil-fondi limitati tagħha. Is-sussidjarji prinċipali ta’ Marfin Group jammontaw għal […] % tal-bejgħ tal-grupp u kważi għal Valur sħiħ tal-Assi Netti tiegħu, u huma mexxejja fis-swieq tagħhom. B’kuntrast, Olympic m’għandha l-ebda tanġibbli jew assi ta’ valur, qed iċċekken gradwalment l-operazzjonijiet tagħha u mhux mistenni li terġa’ tagħmel profitt fil-futur prevedibbli, anke taħt assunzjonijiet ottimistiċi ħafna. |
|
(74) |
Fit-tliet (3) snin li ġejjin, Marfin jista’ jiġbor skont il-bażi tal-aktar ipotesijiet ottimisti EUR […] miljun minn ċessjoni ta’ assi mhux essenzjali. Jekk jingħata ammont minimu ta’ EUR […] miljun bħala appoġġ finanzjarju għall-2014 lis-sussidjarji prinċipali ta’ Marfin, is-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-grupp isir saħansitra aktar evidenti. |
|
(75) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-deċiżjoni l-aktar razzjonali ta’ Marfin tabilħaqq tkun li ma jibqax jappoġġa lill-Olympic u tagħlaqha għalkollox. |
VI.2. It-tieni kriterju dwar l-FFD: mhemm ebda bejgħ alternattiv anti-kompetittiv li huwa inqas mill-fużjoni notifikata
|
(76) |
L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni wriet li, ħlief għal Aegean, ma kien hemm l-ebda interess sostanzjat għax-xiri ta’ Olympic. Anke wara d-deċiżjoni tal-projbizzjoni tal-2011, meta l-linja tal-ajru kinet ċarament disponibbli għall-bejgħ lil xerrejja oħra, ma kienx hemm tali interess. |
VI.3. It-tielet kriterju dwar l-FFD: fin-nuqqas ta’ fużjoni, l-assi tal-impriża falluta inevitabbilment joħorġu mis-suq.
|
(77) |
L-investigazzjoni tas-suq uriet li ma kien hemm ebda interess sostanzjat għall-assi essenzjali ta’ Olympic, jiġifieri tal-marka kummerċjali/logo ta’ Olympic, id-drittijiet tat-traffiku bilaterali u l-inġenji tal-ajru mikrija tat-tip turboprops. B’mod partikolari, il-marka/logo Olympic ser terġa’ lura għand sidha, l-Istat Grieg. Anki jekk l-Istat Grieg kellu jerġa’ joħroġ sejħa għall-offerti tal-marka kummerċjali, huwa improbabbli li kwalunkwe parti terza, ħlief Aegean, tkun interessata li takkwistaha. |
VI.4. Konklużjoni dwar l-FFD
|
(78) |
Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, u taħt ċirkostanzi partikolari u eċċezzjonali ta’ din il-kawża, li huma karatterizzati minn kundizzjonijiet ekonomiċi ħżiena fit-tul fil-Greċja, it-tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ passiġġieri fuq ir-rotot domestiċi Griegi, nuqqas storiku ta’ profitabilità ta’ Olympic mingħajr prospetti konċepibbli għal treġġigħ lura fil-futur qarib, finanzi diffiċli tal-kumpanija prinċipali u l-kapaċità u l-inċentiv limitati tagħha biex tkompli tappoġġa l-Olympic finanzjarjament, il-Kummissjoni tikkonkludi li Olympic tissodisfa r-rekwiżiti għal ditta falluta fis-sens tal-Linji Gwida dwar Fużjonijiet Orizzontali. |
VI.5. Il-kawżalità
|
(79) |
Barra minn hekk, ġie konkluż li d-deterjorament tal-istruttura kompetittiva tas-suq bħala konsegwenza tal-proposta ta’ akkwiżizzjoni ta’ Olympic minn Aegean ma għandux ikun akbar milli mingħajr it-Tranżazzjoni, u għalhekk ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li qed jiġi kkawżat biha. |
VII. KONKLUŻJONI
|
(80) |
Għar-raġunijiet imsemmijin hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se xxekkel il-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern jew f’xi parti sostanzjali minnu b’mod sinifikanti. |
|
(81) |
Konsegwentement, il-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-Suq Intern u mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE, b’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Aegean hija elenkata fil-Borża ta’ Ateni u l-azzjonisti prinċipali tagħha jinkludu Vassilakis Group of Companies (38 %) u Laskaridis Group of Companies (19 %).
(3) Marfin għandha investimenti fl-avjazzjoni, it-tbaħħir, il-kura tas-saħħa, l-IT u t-telekomunikazzjoni, t-turiżmu u d-divertiment, u s-setturi tal-ikel u x-xorb.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/M.5830 — Olympic/Aegean Airlines.
(5) Pereżempju, fis-settur tat-trasport, il-Kummissjoni kkunsidrat li swieq tat-tfigħ tal-offerti għas-servizzi ta’ trasport pubbliku fi Franza kellhom tal-aktar dimensjoni nazzjonali (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-29 ta’ Ottubru 2009 fil-Każ COMP/M.5557 — SNCF-P/CDPQ/KEOLIS/EFFIA, paragrafi 43-46). Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/M.5830 — Olympic/Aegean Airlines, preambuli 295-297.
(6) Pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2013 fil-Każ COMP/M.6663 — Ryanair/Aer Lingus III (li għadha mhix ippubblikata), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2012 fil-każ COMP/M.6447 — IAG/bmi paragrafi 31-34; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2010 fil-Każ COMP/M.5889 — United Air Lines/Continental Airlines, paragrafi 9-12; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/M.5830 — Olympic/Aegean Airlines, premessi 41-44. L-approċċ O&D ġie kkonfermat mill-Qorti Ġenerali: ara l-Każ T-342/07 Ryanair Holdings plc vs il-Kummissjoni [2010] Ġabra II-3457, paragrafu 99; Il-Kawża T-177/04 easyJet vs Il-Kummissjoni [2006] Ġabra II-1913, paragrafu 56; Il-Kawża T-2/93, Air France vs Il-Kummissjoni [1994] Ġabra II-323, paragrafu 84.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/M.5830 — Olympic/Aegean Airlines; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2009 fil-Każ COMP/M.5440 — Lufthansa/Austrian Airlines; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2009 fil-Każ COMP/M.5364 — Iberia/Vueling/Clickair; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Airholding; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2005 fil-Każ COMP/M.3770 — Lufthansa/Swiss; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2004 fil-Każ COMP/M.3280 — Air France/KLM.
(8) F’Olympic/Aegean I, ma ġiex deċiż jekk passiġġieri TS humiex f’suq separat minn passiġġieri NTS, premessi 92-93.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/M.5830 — Olympic/Aegean Airlines; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/M.5655 — SNCF/LCR/Eurostar; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2007 fil-Każ COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2005 fil-Każ COMP/M.3940 — Lufthansa/Eurowings; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2007 fil-Każ COMP/M.3770 — Lufthansa/Swiss; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2004 fil-Każ COMP/M.3280 — Air France/KLM;
(10) Il-Każ COMP/M.4439 Ryanair/Aer Lingus, premessa 541; Il-Linji Gwida dwar il-Fużjonijiet Orizzontali, il-paragrafu 31.
(11) Fuq ir-rotot Ateni-Corfu u Ateni-Tessaloniki, fejn ma hemmx servizzi tal-laneċ, it-Tranżazzjoni tagħti lok fi kwalunkwe każ għal monopolju u telimina kull alternattiva anki għal passiġġieri NTS.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7485 — Swisscom/Sixt/Managed Mobility JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 25/06)
|
1. |
Fil-15 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha: l-impriża BFM Business Fleet Management AG (“BFM”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Swisscom AG (“Swisscom”, l-Iżvizzera) u l-impriża Sixt Leasing (Schweiz) AG (“Sixt Schweiz”, l-Iżvizzera), li tappartjeni lill grupp ta' impriżi Sixt SE (il-Ġermanja), jiksbu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt tal-impriża Managed Mobility JV (l-Iżvizzera) permezz tax-xiri ta' ishma ta' kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), bl-email COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu), jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7485 — Swisscom/Sixt/Managed Mobility JV fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
24.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/17 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7278 — General Electric / ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 25/07)
|
1. |
Fid-19 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tan-negozji Thermal Power, Renewable Power and Grid ta' ALSTOM (Société Anonyme) (flimkien “ALSTOM Energy”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal GE: firxa wiesgħa u diversifikata ta’ attivitajiet, inkluża l-provvista ta’ termali u ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli prodotti u servizzi (GE Power & Water) u l-forniment ta’ prodotti u servizzi għall-protezzjoni, monitoraġġ u awtomazzjoni ta’ grids ta’ trasmissjoni [GE Energy Management), — għal ALSTOM Energy: il-forniment ta’ prodotti u servizzi għal impjanti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija termali, inklużi turbini tal-istim, turbini tal-gass, ġeneraturi, bojlers, ġeneraturi tal-istim li jirkupraw is-sħana, il-manutenzjoni u l-appoġġ operattiv, kif ukoll soluzzjonijiet tal-inġinerija, l-akkwist u l-kostruzzjoni (Thermal Power); il-provvista ta’ prodotti u servizzi ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija li tiġġedded, inkluża dik turbini u ġeneraturi, turbini tar-riħ, ġenerazzjoni tal-kurrent solari prodotti, kif ukoll soluzzjonijiet tal-inġinerija, l-akkwist u l-kostruzzjoni (Renewable Power); il-provvista ta’ prodotti u servizzi għat-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ trasmissjoni tal-elettriku u / jew retikolati ta’ distribuzzjoni (Grid). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7278 — General Electric / ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business), f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/18 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 25/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“ARROZ CAROLINO DO BAIXO MONDEGO”
Nru UE: PT-IĠP-0005-0966-21.2.2012
DPO ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Arroz Carolino do Baixo Mondego”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Portugall
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
“Arroz Carolino do Baixo Mondego” tirreferi għal kariosside bla karfa ta’ varjetajiet differenti (bħal Ariete, Eurosis, Augusto, Vasco u Luna) tas-sottospeċi Japonica tal-ispeċi Oryza sativa L. li, minħabba l-kultivazzjoni tagħha ġewwa r-reġjun Baixo Mondego, wara l-ħruġ mill-fosdqa u t-tħin, ikollha kontenut ta’ ndewwa ta’ 13 % jew anqas u l-karatteristiċi li ġejjin:
Il-bijometrika tal-“Arroz Carolino do Baixo Mondego” jpoġġuha fil-kategorija tar-ross tal-ħabba twila tat-tip “A”. Ta’ kulur abjad, il-ħabba għandha dehra kristallina bħall-ħġieġ.
|
Parametri |
Valuri minimi |
Valuri massimi |
|
Amilożju evidenti (% ta’ materja niexfa.) |
17,5 |
22,5 |
|
Proteina (% ta’ materja niexfa.) |
6,1 |
7,2 |
|
Xaħam (% ta’ materja niexfa.) |
0,54 |
0,95 |
|
Kontenut totali ta’ rmied (% ta’ materja niexfa.) |
0,30 |
0,45 |
|
Parametri |
Valuri minimi |
Valuri massimi |
|
Ħbub sħaħ (%) |
60 |
68 |
|
Parametri |
Valuri minimi |
Valuri massimi |
|
Viskożità (cP) |
2 900 |
3 700 |
|
Retrogradazzjoni (cP) |
50 |
500 |
|
Parametri |
Valuri minimi |
Valuri massimi |
|
Sodezza* (Kg/cm2) |
0,9 |
1,2 |
|
Ħin tas-sajran (minuti) |
10 |
12 |
|
Kwantità ta’ ilma assorbit (%) |
13 |
20 |
|
Żieda fil-volum (Nru ta’ drabi) |
2,09 |
2,49 |
|
Diżintegrazzjoni (%) |
1 |
2 |
3.3. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.4. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-“Arroz Carolino do Baixo Mondego” huwa prodott, miż-żrigħ taż-żerriegħa sal-ħsad, fiż-żona ġeografika definita u deskritt fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
It-tikkettar speċifiku għandu jinkludi dan li ġej:
l-isem u l-marka taċ-ċertifikazzjoni tal-korp ta’ spezzjoni u ċertifikazzjoni, u n-numru tas-serje;
il-logo “Arroz Carolino do Baixo Mondego” muri hawn taħt:
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Arroz Carolino do Baixo Mondego” tinkludi l-parroċċi ta’: Ançã fil-muniċipalità ta’ Cantanhede; Ameal, Antuzede, Arzila, Ribeira de Frades, São João do Campo, S. Martinho do Bispo u Taveiro fil-muniċipalità ta’ Coimbra; Anobra fil-muniċipalità ta’ Condeixa-a-Nova; Alqueidão, Lavos, Paião, Borda do Campo, Maiorca, Ferreira-a-Nova, Santana u Vila Verde fil-muniċipalità ta’ Figueira da Foz; Tentúgal, Meãs do Campo, Carapinheira, Montemor-o-Velho, Gatões, Abrunheira, Liceia, Verride, Ereira, Vila Nova da Barca, Pereira u Santo Varão fil-muniċipalità ta’ Montemor-o-Velho; Louriçal fil-muniċipalità ta’ Pombal; Alfarelos, Brunhós, Gesteira, Granja do Ulmeiro, Samuel, Soure, Vila Nova de Anços u Vinha da Rainha fil-muniċipalità ta’ Soure.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
F’termini ta’ klima, il-pożizzjoni ġeografika ta’ Baixo Mondego tiddistingwieh minn reġjuni l-oħra kollha li jipproduċu r-ross, b’mod partikolari fil-widien Sado u Tagus. Għaċ-ċiklu kollu tat-tkabbir tar-ross, u b’mod partikolari fil-fażi mill-formazzjoni għall-maturazzjoni jew il-ħsad tal-ħabba, il-Baixo Mondego huwa differenti mir-reġjuni l-oħra f’dawn l-aspetti li ġejjin: (1) anqas siegħat ta’ dawl matul il-jum (1 627 siegħa ta’ dawl matul iċ-ċiklu kollu tattkabbir, li minnhom madwar 500 siegħa huma kkonċentrati fil-perjodu mill-formazzjoni għall-maturazzjoni tal-ħabba); (2) temperaturi medji aktar moderati, medda idjaq ta’ temperatura, u umdità tal-arja relattivament għolja; (3) irradjanza totali anqas (bejn wieħed u ieħor 29 Kcal/cm2, matul ix-xhur ta’ Awwissu u Settembru)
Speċifiċità tal-prodott
It-temperaturi baxxi u dawl dgħajjef tax-xemx waqt il-perjodu ta’ qabel il-ħsad jew il-maturazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ huma karatteristiċi agri-ambjentali speċifiċi li jikkontribwixxu għal maturazzjoni bil-mod tar-ross, u konsegwentement, għall-kompożizzjoni kimika differenti tiegħu.
L-“Arroz Carolino do Baixo Mondego” jiddistingwi ruħu bil-fażi ta’ maturazzjoni speċifika u bil-mod tiegħu, minħabba t-tnaqqis ċar tal-irradjanza totali matul dan il-perjodu, li jagħmel il-proċess ta’ maturazzjoni itwal iżda aktar konsistenti.
L-“Arroz Carolino do Baixo Mondego” huwa ross tal-ħabba twila tat-tip “A”, b’kulur u bijometriċi omoġenji, b’livell medju ta’ amilożju(17,5 % sa 22,5 % ta’ materja niexfa), ħin baxx tas-sajran (10-12 minuti), konsistenza medja (0,9-1,2 kg/cm2) u stabbilità għal retrogradazzjoni.
L-analiżi tad-dejta mill-istess varjetajiet wriet li livell ta’ amilożju ta’ kampjuni miż-żona ġeografika ta’ Baixo Mondego kien 2 % ogħla, u li l-viskożità u l-karatteristiċi tat-togħma tagħhom (l-aromi u t-togħmiet) huma fatturi li jiddistingwu dan ir-ross minn ross prodott f’reġjuni oħra tat-tkabbir tar-ross. Huwa pur ferm u uniformi fil-kulur.
Dawn il-fatturi speċifiċi marbuta mal-kultivazzjoni tar-ross fir-reġjun Baixo Mondego jirriżultaw minn fatturi agri-ekoloġiċi msemmija hawn fuq, u jwasslu għall-maturazzjoni bil-mod tal-ħbub fl-għelieqi tar-ross, u b’hekk jagħtu lill-“Arroz Carolino do Baixo Mondego” il-proprjetajiet kulinarji tiegħu.
Bord ta’ eżaminaturi wettaq test għat-togħma tal-ħbub tal-“Arroz Carolino do Baixo Mondego” mgħollija fl-ilma, li żvela ħbub mhux imwaħħla, kremużi, u rotob, ikkaratterizzati mill-wiċċ lixx u żejtni tagħhom, aktar evidenti milli fir-ross komuni “Carolino”.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Il-karatteristiċi tal-klima ta’ Baixo Mondego huma responsabbli għal formazzjoni u maturazzjoni aktar bil-mod tal-“Arroz Carolino do Baixo Mondego”, li jirrinforzaw il-mekkaniżmi fiżjoloġiċi li jaffettwaw il-kwalità tar-ross, jiġifieri:
|
— |
it-tendenza lejn livelli ogħla ta’ amilożju; |
|
— |
persentaġġ ogħla ta’ ħbub sħaħ, minħabba inċidenza iktar baxxa ta’ xquq fi tmiem iċ-ċiklu tat-tkabbir jew matul il-fażi tal-maturazzjoni tal-ħabba. |
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://www.dgadr.mamaot.pt/images/docs/val/dop_igp_etg/Valor/CE_Arroz_Carolino_B.Mondego.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.