|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Il-109 Sessjoni Plenarja tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2014 |
|
|
2015/C 019/01 |
||
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Il-109 Sessjoni Plenarja tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2014 |
|
|
2015/C 019/02 |
||
|
2015/C 019/03 |
||
|
2015/C 019/04 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-pakkett dwar il-Politika Industrijali |
|
|
2015/C 019/05 |
||
|
2015/C 019/06 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti |
|
|
2015/C 019/07 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija makroreġjonali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Alpi |
|
|
2015/C 019/08 |
||
|
2015/C 019/09 |
||
|
2015/C 019/10 |
||
|
2015/C 019/11 |
||
|
2015/C 019/12 |
||
|
2015/C 019/13 |
||
|
2015/C 019/14 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Politika u l-Governanza tal-Internet |
|
|
2015/C 019/15 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – il-Film Ewropew fl-era diġitali |
|
|
2015/C 019/16 |
||
|
2015/C 019/17 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI |
|
|
2015/C 019/18 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni - Pakkett ta' politika dwar il-produzzjoni organika |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kumitat tar-Regjuni
Il-109 Sessjoni Plenarja tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2014
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar pjan ta’ investiment għall-Ewropa
(2015/C 019/01)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa”,
|
1. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni l-ġdida poġġiet l-investiment fit-tkabbir u l-impjiegi fiċ-ċentru tal-aġenda tagħha, u jenfasizza r-rieda tal-Kumitat tar-Reġjuni li jikkoopera mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Bank Ewropew tal-Investiment, biex tiġi żgurata l-appartenenza politika neċessarja biex jirnexxi l-pjan li jgħaqqad l-investimenti mtejba mar-riformi strutturali; |
|
2. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-pjan ta’ investiment propost jirrikonoxxi r-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser jaqdu fit-tisħiħ tal-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi peress li, fl-2013 (1), l-gvernijiet sottonazzjonali wettqu madwar 55 % tat-total tal-investiment pubbliku fl-UE-28; |
|
3. |
jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi n-nuqqas ta’ investment, b’livelli li attwalment huma EUR 230 sa EUR 370 biljun fis-sena taħt il-medja; |
|
4. |
jenfasizza li l-pjan ta’ investiment għandu jkun il-bidu ta’ strateġija ta’ investiment tal-UE iktar mifruxa, marbuta mill-qrib mar-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, u b’interkonnessjoni mat-tneħħija tal-piż regolatorju; |
|
5. |
jissuġġerixxi li r-rata ta’ investiment għal kull Stat Membru għandha tintuża bħala kriterju għas-sorveljanza makroekonomika; |
L-iżblukkar tar-riżorsi finanzjarji sabiex jiġġeneraw l-investiment fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali
|
6. |
jenfasizza li l-investimenti pubbliċi jridu jkunu konformi mas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku; jisħaq li l-investimenti pubbliċi ta’ kwalità jservu ta’ stimolu u spiss huma prerekwiżit għall-investiment privat, u li t-tnedija tagħhom mill-ġdid għandha tkun bil-għan li jagħtu riżultati li jwasslu biex inaqqsu l-proporzjon tad-dejn għall-PDG; |
|
7. |
jappella lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u dawk lokali biex iwieġbu b’mod pożittiv għas-sejħa għal parteċipazzjoni volontarja fil-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI); |
|
8. |
jappoġġja s-suġġeriment tal-Kummissjoni li teżenta l-investimenti pubbliċi li jappoġġaw proġetti taħt l-EFSI mill-kalkoli tad-defiċit taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir; |
|
9. |
jaħseb li din l-eżenzjoni hija konsistenti mat-talba tal-Kumitat tar-Reġjuni li l-kofinanzjament nazzjonali tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment jiġi eżentat mill-kalkoli tad-defiċit tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tevalwa l-fattibilità ta’ din it-talba; |
|
10. |
japprova l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li mingħajr l-involviment finanzjarju u l-involviment ibbażat fuq il-proġetti tal-awtoritajiet reġjonali, il-Pjan ta’ Investiment mhux se jwassal għal effetti ta’ lieva adatti fl-ekonomija reali; |
|
11. |
jistaqsi jekk il-proporzjon ta’ ingranaġġ ta’ 1:15 previst jistax jintlaħaq madwar l-UE kollha, meta tqis li xi reġjuni anqas żviluppati m’għandhomx settur privat robust li jkun jista’ jipprovdi finanzjament addizzjonali għal proġetti; |
|
12. |
jilqa’ b’sodisfazzjon t-tħabbira tal-Kummissjoni li l-EFSI l-ġdid se jitwaqqaf flimkien mal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment; jenfasizza li jrid jiġi evitat kwalunkwe rduppjar bejn l-EFSI u l-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment u jitlob kjarifika dwar il-komplementarjetà meħtieġa bejn dawn il-fondi ta’ investiment, inkluż dwar l-użu ta’ strumenti finanzjarji; |
|
13. |
iħeġġeġ l-aċċessibilità għal proġetti ta’ skala żgħira li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjieg fil-livell lokali, u jenfasizza l-ħtieġa għal pjan ta’ investiment urban-rurali bbilanċjat; |
|
14. |
jenfasizza li dan il-pakkett m’għandu jkollu ebda impatt negattiv fuq proġetti mnedija jew ippjanati taħt il-programmi eżistenti tal-COSME u l-Orizzont 2020; |
|
15. |
iqis li l-injezzjonijiet ta’ kapital m’għandhomx jiffokaw biss fuq ingranaġġ finanzjarju kwantitattiv b’mod ġenerali iżda wkoll fuq investimenti ta’ kwalità f’oqsma bħall-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka, it-trasport, l-infrastruttura, is-saħħa, l-effiċjenza enerġetika, u l-iżvilupp sostenibbli li jkabbru l-potenzjal ta’ tkabbir; |
L-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala faċilitaturi prinċipali fit-tlaqqigħ tal-finanzjament ma’ proġetti ta’ investiment ewlenin
|
16. |
jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkoopera mal-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha fil-livell reġjonali, bil-għan li tiffaċilita proġetti ta’ investiment ewlenin u tiżgura l-aċċess tagħhom għal sorsi ta’ finanzjament adatti; jenfasizza li s-sħubijiet pubbliċi privati jistgħu jwasslu għall-kompetittività iżda jeħtieġ li jkollhom oqsma definiti sew u għanijiet miftiehma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex titlob mill-Istati Membri li japplikaw it-trasparenza fl-għażla tal-proġetti, u jaqsmu l-proċess mal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
17. |
jenfasizza li, fl-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ investiment, huwa meħtieġ involviment aktar qawwi mill-banek nazzjonali u reġjonali għall-żvilupp; |
|
18. |
jissuġġerixxi li, fil-valutazzjoni tal-proġetti ta’ investiment previsti, għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji tal-OECD dwar l-investiment pubbliku; |
|
19. |
japprova l-idea ta’ punt uniku ta’ servizz bħala “hub” konsultattiv dwar l-investiment sabiex jiggarantixxi d-definizzjoni tal-prijoritajiet Ewropej; jenfasizza l-kapaċità li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom biex jibnu kuntatti mal-promoturi tal-proġetti, mal-investituri u mal-awtoritajiet maniġerjali pubbliċi biex jiffaċilitaw proġetti ta’ investiment ewlenin u jiżguraw li l-proġetti adatti jkollhom aċċess għal sorsi finanzjarji adegwati; |
|
20. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva li l-pjan għandu biex jappoġġa l-finanzjament tar-riskju għall-SMEs; madankollu, peress li l-SMEs huma magħrufa bħala l-aktar intrapriżi vulnerabbli fiż-żminijiet ta’ instabilità ekonomika u finanzjarja, l-appoġġ għandu jiġi garantit bis-sħiħ mill-BEI u mhux jiġi pprezzat skont is-suq; jenfasizza li l-appoġġ għall-finanzjament ta’ riskju jrid ikun disponibbli wkoll għall-intrapriżi żgħar u mikro u jesprimi t-tħassib tiegħu li d-definizzjoni wiesgħa ta’ kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja tista’ twassal biex l-appoġġ ikun ta’ benefiċċju l-iżjed għal kumpaniji ikbar b’kapitalizzazzjoni medja; |
|
21. |
jappoġġja l-inizjattiva sabiex jiġu organizzati workshops dwar ‘L-investiment fl-Ewropa’ fil-livell reġjonali u jikkonferma r-rieda tiegħu li jikkontribwixxi għas-suċċess tagħhom permezz tal-ispeċjalizzazzjoni tiegħu; |
Ambjent aktar effiċjenti għall-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-implimentazzjoni tal-investimenti
|
22. |
jenfasizza li l-kapaċità u l-kwalità tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali biex jidentifikaw u jħejju proġetti adatti huma spiss l-ikbar ostaklu għal aktar investiment privat; jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu esposti għal piżijiet amministrattivi finanzjarji addizzjonali matul il-fażi tal-implimentazzjoni tal-pjan; jenfasizza l-importanza tal-ħidma mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-identifikazzjoni tal-ostakli regolatorji u mhux regolatorji peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw madwar 70 % tad-deċiżjonijiet tal-UE; |
|
23. |
konsegwentement, jisħaq li hija meħtieġa aktar assistenza teknika speċifika biex tiġi appoġġjata l-kapaċità amministrattiva tal-amministrazzjonijiet pubbliċi sottonazzjonali sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu b’mod effiċjenti mar-riformi strutturali li għandhom l-għan li jtejbu l-klima tal-investiment; |
|
24. |
jappella għal proċeduri semplifikati li jippermettu għall-approvazzjoni f’waqtha ta’ proġetti sabiex jiġi evitat dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan; |
|
25. |
għandu l-istess fehma li t-traspożizzjoni f’waqtha u effiċjenti tar-regoli tal-UE, inklużi dawk dwar is-sħubijiet innovattivi u l-promozzjoni ta’ għodod għall-akkwist elettroniku, se jtejbu l-kundizzjonijiet għall-investiment; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li fil-preżent ħafna awtoritajiet kontraenti ma għandhomx faċilitajiet biex jipproċessaw fatturi elettroniċi u għalhekk diversi Stati Membri għandhom jiffukaw l-azzjonijiet tagħhom fuq l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT adatti u biex jipprovdi soluzzjonijiet għan-nuqqas eżistenti; |
|
26. |
jieħu impenn li jikkontribwixxi għall-abbozz ta’ regolament ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment li huwa mistenni li jiġi adottat mill-Kummissjoni f’Jannar 2015; |
|
27. |
jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-President tal-Kunsill Ewropew. |
Brussell, 4 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) Is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: investiment għat-tkabbir u l-impjiegi – COMM473-2014.
OPINJONIJIET
Il-Kumitat tar-Regjuni
Il-109 Sessjoni Plenarja tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2014
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/4 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-promozzjoni tal-kwalità tal-infiq pubbliku fi kwistjonijiet soġġetti għal azzjoni tal-UE
(2015/C 019/02)
|
I. KUMMENTI ĠENERALI
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,
|
1. |
jenfasizza li l-kondizzjonijiet għall-iffinanzjar tal-ekonomija reali qed jissawru mill-ġdid b’mod fundamentali mill-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali li għaddejja bħalissa. F’dan il-kuntest, l-appoġġ fit-tul għall-investiment pubbliku u dak privat qed isir aktar u aktar essenzjali. Tabilħaqq, l-investiment pubbliku jista’ jkun mhux biss stimolu għall-investiment privat iżda jista’ jkun utli wkoll bħala prerekwiżit għall-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet strutturali adatti li fihom tkun topera ekonomija ta’ reġjun partikolari u jkollu effett kontroċikliku fi żminijiet ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi negattivi. Minbarra l-komplementarjetà mal-investiment privat, l-investiment pubbliku jista’ jintuża wkoll fl-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ interess ġenerali f’oqsma (bħalma huma l-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka, l-infrastruttura, is-saħħa, l-ambjent...) fejn l-intervent pubbliku jkun meħtieġ għaliex il-benefiċċji usa’ għas-soċjetà ma jikkorrispondux mal-investiment privat; |
|
2. |
jinnota li filwaqt li l-investimenti diretti madwar id-dinja qed jiżdiedu kważi b’rata ta’ żewġ ċifri (1), l-investiment privat fl-Unjoni Ewropea qed jonqos. Fl-istess waqt, ir-rati attwali tal-imgħax, li huma estremanent baxxi, mhux qed iservu ta’ inċentiv biżżejjed għas-settur privat biex isostni l-investimenti pubbliċi fil-perjodu qasir. Għaldaqstant huwa importanti li jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli li jħeġġu l-investimenti privati u, fl-istess ħin, li jiżdiedu l-livell, il-kwalità u l-effikaċja tal-investimenti pubbliċi bħala kumpens mid-domanda pubblika għan-nuqqas ta’ domanda privata; |
|
3. |
jenfasizza li skont il-Perspettivi Ekonomiċi Globali tal-FMI ta’ Ottubru 2014 (2)“għal ekonomiji bi bżonnijiet infrastrutturali identifikati b’mod ċar u proċessi ta’ investiment pubbliku effiċjenti, u fejn hemm potenzjal ekonomiku mhux utilizzat u akkomodazzjoni monetarja, jeżisti każ qawwi għal żieda fl-investiment infrastrutturali pubbliku”; |
|
4. |
jenfasizza li fl-Unjoni Ewropea l-investiment pubbliku naqas b’20 % f’termini reali bejn l-2008 u l-2013. Jirrikonoxxi li n-nefqa baxxa wisq fl-investiment pubbliku bdiet qabel il-kriżi u ħraxet b’mod konsiderevoli minn dak iż-żmien ‘l hawn. Matul il-kriżi l-investiment pubbliku kien imxekkel iżjed minn interventi pubbliċi għall-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-banek, li kellhom jiffaċċjaw b’mod partikolari l-konsegwenzi ta’ investiment privat eċċessiv fil-proprjetà f’għadd ta’ pajjiżi taż-żona tal-euro. Skont l-aħħar previżjonijiet tal-Kummissjoni għall-2013 u l-2014, l-investiment pubbliku fl-UE-27 se jilħaq livelli baxxi storiċi fl-2014, wara li fl-2013 ġara hekk fil-każ tas-settur privat (3); |
|
5. |
għalhekk, il-Kumitat jappoġġja l-konsensus li qed jikber li se jkun impossibbli li jerġa’ jintlaħaq tkabbir sostnut fl-UE mingħajr ma nistimulaw investimenti favur it-tkabbir (4). It-tħeġġiġ tal-investimenti favur it-tkabbir huwa essenzjali peress li dan għandu l-akbar effett multiplikatur fiskali, jiġifieri jġib miegħu impatt fuq it-tkabbir reali tal-PDG, meta mqabbel ma’ tipi oħra ta’ nfiq bħal konsum mill-gvern, trasferimenti soċjali, tnaqqis tal-VAT jew żieda fil-kontribuzzjonijiet soċjali mill-impjegati (5); |
|
6. |
jirrimarka dwar ir-riskju li livell baxx persistenti fil-kwalità tal-investiment pubbliku jkompli jkabbar il-qasma f’termini ta’ koeżjoni u konverġenza analizzati fis-sitt rapport dwar il-koeżjoni tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
7. |
jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-fatt li kemm il-livell għoli ta’ dejn f’ċerti Stati Membri kif ukoll iż-żieda fin-nefqa fuq is-servizzi soċjali u t-trasferimenti ta’ kapital lil kumpanniji b’riżultat tal-kriżi qed inaqqsu “l-ispazju ta’ manuvra fiskali” għall-investiment pubbliku; |
|
8. |
jinnota li d-deterjorazzjoni fil-finanzi pubbliċi u l-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali implimentati sa minn tmiem l-2010 rriżultaw f’bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni tal-infiq pubbliku f’għadd ta’ Stati Membri. B’mod partikolari, l-infiq li jiffavorixxi t-tkabbir tnaqqas b’mod sproporzjonat bħala parti mill-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali u, fl-UE-27, naqas minn 36,7 % għal 35,6 % bejn l-2008 u l-2012 (6); |
|
9. |
itenni li l-gvernijiet sottonazzjonali għandhom rwol ewlieni fir-rigward tal-investiment pubbliku, minħabba li wettqu madwar 55 % tat-total tal-investiment pubbliku fl-UE-28 fl-2013. Madankollu, is-sehem tal-investiment tal-gvern sottonazzjonali naqas minn 2,2 % tal-PDG tal-UE-27 fl-1995 għal 1,8 % fl-2013, b’waqgħa kontinwa f’termini reali sa mill-2010 (7). Dan it-tnaqqis huwa fil-biċċa l-kbira dovut għal deterjorament fil-kundizzjonijiet tas-self. L-introduzzjoni ta’ regoli li jikkontrollaw is-self tal-awtoritajiet sottonazzjonali jew it-tisħiħ ta’ dawk diġà fis-seħħ bħala parti mill-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali f’ħafna pajjiżi tal-OECD hija meħtieġa f’ħafna każi sabiex id-debitu pubbliku jkun limitat iżda dan iwassal ukoll għal iktar tnaqqis fil-kapaċità tagħhom li jinvestu; |
|
10. |
jenfasizza li l-Istati Membri huma responsabbli, skont il-Protokoll 12 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għad-defiċits tal-gvern ġenerali, li jinkludi l-livelli kollha ta’ gvern. Fl-istess ħin, madankollu, l-effett tar-regoli fiskali tal-UE fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej ivarja ħafna. L-impatt jiddependi minn: I) kif l-Istati Membri traduċew ir-regoli fiskali tal-UE fil-leġislazzjoni nazzjonali, ii) il-livell ta’ deċentralizzazzjoni fiskali fi Stat Membru, iii) il-livell ta’ kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u iv) il-qagħda finanzjarja tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li tista’ tvarja b’mod sinifikanti, anke fi ħdan l-Istati Membri; |
|
11. |
jenfasizza li filwaqt li l-investiment pubbliku huwa intraċċat indirettament permezz tar-rekwiżiti makroekonomiċi stabbiliti fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) biex id-defiċit u d-dejn pubbliku jkunu taħt il-limiti massimu ta’ 3 % u 60 % tal-PDG rispettivament, l-unika referenza speċifika għal investiment pubbliku li tinsab fit-Trattati tal-UE tidher fil-kuntest tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP), li fiha m’hemm ebda differenzjazzjoni tat-tipi differenti ta’ nfiq. Fil-fatt, l-Artikolu 126(3) tat-TFUE jistipula li r-rapport ta’ qabel it-tnedija ta’ EDP “għandu jqis ukoll jekk id-defiċit tal-gvern ikunx jeċċedi n-nefqa tal-gvern f’investiment u jqis il-fatturi l-oħra kollha rilevanti”. Il-lista ta’ fatturi rilevanti fir-regolament dwar l-EDP tinkludi “żviluppi fin-nefqa primarja, kemm kurrenti u kemm kapitali... l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika fil-kuntest tal-istrateġija ta’ tkabbir komuni għall-Unjoni u l-kwalità ġenerali tal-finanzi pubbliċi”; |
|
12. |
jinnota li s’issa ma tfasslet l-ebda strateġija tal-UE dwar l-investiment pubbliku u li l-Kummissjoni Ewropea fil-biċċa l-kbira llimitat lilha nnifisha biex toħroġ rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti lill-Istati Membri: “il-konsolidament kredibbli u li jiffavorixxi t-tkabbir li jtejjeb l-effiċjenza tal-istruttura tat-taxxi kif ukoll il-kwalità tal-infiq pubbliku se jikkontribwixxi biex jiġi stimolat it-tkabbir. (…) l-Istati Membri għandhom iħabirku b’mod partikolari biex jinżamm pass ta’ konsolidament fiskali xieraq filwaqt li jiġu preservati l-investimenti bil-mira li jinkisbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi (8)". Din ir-rakkomandazzjoni ġiet speċifikata aktar fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013 (SAT), li jenfasizza li “l-investimenti fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-enerġija għandhom jingħataw prijorità u jiġu msaħħa fejn huwa possibbli, filwaqt li tiġi żgurata l-effiċjenza ta’ tali nefqa (…)”; jinsisti li kwalunkwe strateġija Ewropea għandha tkun strettament konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
13. |
jilqa’, madankollu, il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-2014 għall-pajjiżi poġġew enfasi aktar qawwija fuq il-miżuri fit-tul biex jistimolaw it-tkabbir u dawn jirrikonoxxu li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali fuq perjodu qasir għandhom ikunu akkumpanjati, b’investimenti fit-tul għal tkabbir u impjiegi, f’taħlita ta’ politiki ribilanċjati. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi ta’ spiss jirreferu għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-għarfien, l-edukazzjoni, l-aċċess tal-SMEs għas-swieq (13-il pajjiż), is-settur tal-enerġija (12-il pajjiż) u t-trasport u l-infrastruttura tal-broadband (8 pajjiżi) (9); |
|
14. |
ifakkar li l-“Patt għal Tkabbir u Impjiegi” adottat mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern fit-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012 jiddikjara li “għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-investiment f’oqsma orjentati lejn il-futur relatati direttament mal-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija u tiġi żgurata s-sostenibbilità tas-sistema tal-pensjonijiet. Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib l-impatt tal-limitazzjonijiet stretti tal-baġit fuq l-infiq pubbliku li jsaħħaħ it-tkabbir u fuq l-investiment pubbliku. Hija ser tirrapporta dwar il-kwalità tal-infiq pubbliku u l-ambitu għal azzjoni possibbli fil-limiti tal-oqfsa fiskali tal-UE u dawk nazzjonali”. Għal dan il-mandat, il-Kummissjoni Ewropea wieġbet billi ppreżentat kontribut pjuttost akkademiku, li la kellu status legali adatt u lanqas ma kien jinkludi xi tip ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika (10); |
|
15. |
huwa tal-fehma li r-rakkomandazzjoni inkluża fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2012 biex “(jisfruttaw) il-possibbiltajiet offruti mill-qafas fiskali eżistenti tal-UE biex jiġu bbilanċjati l-ħtiġijiet ta’ investiment pubbliku produttiv mal-objettivi tad-dixxiplina fiskali (…) fil-parti preventiva tal-PST (11)" ma ġewx segwiti iżda għadhom topiċi ħafna kif enfasizzat mill-President tal-BĊE fit-22 ta’ Awwissu 2014 meta huwa qal li: “mill-2010 ż-żona tal-euro sofriet minn politika fiskali li hija inqas disponibbli u effettiva, speċjalment meta mqabbla ma’ ekonomiji avvanzati oħra kbar […] ikun utli għall-qagħda kumplessiva tal-politika jekk il-politika fiskali jista’ jkollha rwol ikbar flimkien mal-politika monetarja, u nemmen li hemm lok għal dan, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali speċifiċi tagħna u r-restrizzjonijiet legali.”; |
|
16. |
ifakkar li l-PST jippermetti flessibilità fl-applikazzjoni tiegħu f’ċirkostanzi eċċezzjonali u temporanji, li ġew definiti permezz tar-Regolament 1177/2011, u li skont l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, “il-qafas fiskali tal-UE joffri biżżejjed lok għall-bilanċ tar-rikonoxximent tal-ħtiġijiet ta’ investiment pubbliku produttiv mal-għanijiet tad-dixxiplina fiskali” (12); |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
|
17. |
b’referenza għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2014, li kkonfermaw li “... l-Unjoni teħtieġ passi kuraġġużi biex trawwem t-tkabbir, iżżid l-investimenti, biex toħloq aktar impjiegi u aħjar u tinkoraġġixxi riformi għall-kompetittività” u li “dan jeħtieġ ukoll li jsir l-aħjar użu mill-flessibbiltà mogħtija fir-regoli eżistenti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir”, jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika komunikazzjoni dwar kif beħsiebha tapplika d-dispożizzjonijiet flessibbli eżistenti tal-PST sabiex jiġu promossi l-investimenti pubbliċi meħtieġa biex jingħata spinta t-tkabbir ekonomiku; |
|
18. |
ifakkar li, sabiex jingħata livell ta’ investiment pubbliku nett adatt u sostenibbli, huwa importanti li l-gvernijiet ma jitħallewx inaqqsu l-infiq fl-investiment – meta jiġu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ aġġustament fiskali. Fil-fatt, l-esperjenza turi li fl-eqqel tal-kriżi l-gvernijiet iddeċidew li jnaqqsu l-investiment pjuttost milli l-infiq kurrenti. Iżda huwa magħruf li l-investimenti jirrappreżentaw lieva essenzjali għal azzjoni strutturali effikaċi fir-reġjuni u l-bliet Ewropej, bħala l-benefiċjarji tal-fondi ESI, u mingħajr lieva bħal din, isir impossibbli tiggarantixxi li jkollhom rwol attiv u parteċipattiv fl-istrateġija Ewropa 2020; |
|
19. |
itenni l-appoġġ tiegħu għas-sejħa tal-Parlament Ewropew biex il-kofinanzjament nazzjonali ta’ investimenti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea skont il-ftehimiet ta’ sħubija u, f’dan il-kuntest, jitlob li l-investiment li jsir mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kuntest tal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni, ikunu esklużi mir-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir iżda jinnota wkoll li l-livelli kollha ta’ gvern għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw il-livelli ta’ dejn pubbliku tagħhom sabiex inaqqsu l-piż tar-rimborż għall-ġenerazzjonijiet futuri; |
|
20. |
jesprimi tħassib dwar il-fatt li n-norma l-ġdida tal-kontabilità ta’ Eurostat, ESA 2010, li għandha tiġi implimentata minn Settembru 2014, ma tagħmilx distinzjoni bejn l-infiq u l-investiment. Barra minn hekk, f’ċerti Stati Membri, it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ dawn in-normi tfisser li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu obbligati li japplikaw limiti massimi ta’ investiment għal kull sena u għal kull abitant. Dawn il-limiti jfixklu b’mod partikolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’ċerti Stati Membri milli jipprovdu l-kofinanzjament meħtieġ għall-proġetti ESIF. Dawn il-limiti jimblukkaw ukoll lil dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom mezzi finanzjarji fir-riżerva biex iniedu proġetti ta’ investiment sinifikanti mhux relatati mal-ESIF. Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ESA 2010; |
|
21. |
jenfasizza li l-esklużjoni tal-kofinanzjament mill-kalkoli tad-defiċit tkun partikolarment importanti biex jitħaffef u jiġi faċilitat il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-programmi Ewropej. Jenfasizza wkoll li din l-esklużjoni tkun importanti anke f’dawk l-Istati Membri li ntlaqtu l-aktar mill-krizi, u li rċevew għajnuna finanzjarja fi programm mill-mekkaniżmu tal-bilanċ tal-pagamenti għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-ewro (ir-Rumanija, il-Latvja u l-Ungerija) jew mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja għall-pajjiżi fiż-żona tal-euro (il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall) u fejn ir-rata ta’ kofinanzjament nazzjonali għall-fondi strutturali tnaqqset mill-2011. Barra minn hekk, l-esklużjoni tar-rata ta’ kofinanzjament mill-kalkoli tad-defiċit għandha tiffaċilita u tagħmel aktar rilevanti l-kofinanzjament tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jwassal biex il-fondi tal-UE jkunu jistgħu jitqassmu fuq aktar proġetti u b’hekk jiżdied l-effett ta’ lieva tagħhom u tingħata promozzjoni lill-investiment pubbliku ta’ kwalità; |
|
22. |
fid-dawl tal-fatt li l-investiment pubbliku tal-UE permezz tal-politika ta’ koeżjoni huwa diġà stabbilit minn kunsiderazzjonijiet dwar il-kwalità differenzjata tal-investiment pubbliku permezz tal-prinċipju tal-konċentrazzjoni tematika (assenjazzjoni/tfassil ta’ menu tal-UE 2020), isaqsi lill-Kummissjoni Ewropea għaliex l-UE m’għandhiex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu applikati kriterji ta’ valutazzjoni analogi fl-analiżi ta’ nfiq pubbliku nazzjonali; |
|
23. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta White Paper li tistabbilixxi tipoloġija fil-livell tal-UE għall-kwalità tal-investiment pubbliku fil-kontijiet tal-infiq pubbliku skont l-effetti fit-tul tiegħu. Eventwalment, tipoloġija ta’ dan it-tip tista’ twassal għal kunsiderazzjoni differenzjata tal-kwalità tal-investiment pubbliku fil-kalkoli tad-defiċit tal-baġit u/jew għal kunsiderazzjoni aħjar taċ-ċiklu/kuntest makroekonomiku attwali bl-għan aħħari ta’ introduzzjoni ta’ “regola tad-deheb” li tippermetti d-distinzjoni bejn l-infiq attwali u l-investiment fil-kontabilità pubblika, sabiex jiġi evitat li l-investimenti pubbliċi b’benefiċċji netti fit-tul jiġu kontabilizzati biss għall-“ispejjeż” negattivi tagħhom fuq perjodu qasir; |
|
24. |
jikkonferma l-appoġġ tiegħu għar-rakkomandazzjonijiet li saru f’Novembru 2012 mill-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu dwar “Patt dwar l-Investiment Soċjali – bħala reazzjoni għall-kriżi” (13). Filwaqt li jirrikonoxxi l-effetti fit-tul tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, jiġifieri fuq il-kwantità u l-kwalità tal-investimenti soċjali fl-Ewropa, ir-rapport talab għal approċċ imġedded għall-investimenti soċjali fl-Ewropa. Fil-fatt, il-Parlament Ewropew issuġġerixxa li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-iffirmar ta’ “Patt dwar l-Investiment Soċjali”, abbażi tal-mudell tal-“Patt Euro Plus”, sabiex jistabbilixxu objettivi ta’ investiment biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fir-rigward tal-impjieg, il-politika soċjali u l-edukazzjoni. Il-Kumitat jitlob għalhekk ukoll li l-Istrateġija dwar l-Investiment Pubbliku tkun orjentata lejn għanijiet ambjentali u soċjali; |
|
25. |
jitlob għal reviżjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu tad-“defiċit strutturali” sabiex jitqiesu l-karatteristiċi intrinsiċi tal-ekonomiji nazzjonali u d-differenzi strutturali tal-infiq pubbliku (14); |
|
26. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex, f’kull rapport annwali dwar il-finanzi pubbliċi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), tinkludi kapitolu dwar il-kwalità tal-investiment pubbliku, inkluż fil-livell sottonazzjonali; |
|
27. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kwalità tal-infiq hija determinata prinċipalment minn governanza tajba. F’dan ir-rigward, jaqbel mal-fehma li “r-rieżami tal-infiq jidher li huwa strument adatt għall-prestazzjoni tal-infiq. Ir-rieżami jfittex li ssir l-allokazzjoni ta’ nfiq aktar ‘intelliġenti’ għall-prijoritajiet tal-politika nazzjonali abbażi ta’ konsolidazzjoni msejsa fuq infiq selettiv u sostenibbli; jiġifieri, eżami fil-fond u koordinat tal-infiq ta’ referenza fid-dawl tar-riżultati ta’ politika mixtieqa. Fil-prinċipju, dan joffru approċċ iktar sostenibbli meta mqabbel ma’ tnaqqis fl-infiq ġenerali b’mod lineari li jista’ joħloq ċertu impatt ekonomiku u soċjali negattiv fit-terminu medju u twil” (15); |
|
28. |
jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tapprova uffiċjalment ir-rakkomandazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) li tistabbilixxi sett ta’ prinċipji għall-investiment pubbliku (16) (Marzu 2014). Jilqa’ l-fatt li fl-oqsma kollha ta’ azzjoni ta’ politika (koordinazzjoni ta’ investiment pubbliku, il-bini tal-kapaċità, l-iffissar ta’ kundizzjonijiet qafas), ir-rakkomandazzjoni tirrikonoxxi r-rwol dejjem akbar u importanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ investiment pubbliku; |
|
29. |
jilqa’ b’mod favorevoli d-dikjarazzjoni tal-hekk imsejjaħ pakkett Juncker li għandu jalloka fondi li jlaħħqu sa €300 biljun għall-investimenti fis-setturi bħall-broadband, l-enerġija u l-infrastrutturi f’żoni industrijali u fil-qasam tal-komunikazzjoni. F’dan ir-rigward jitlob informazzjoni dwar minn fejn ser jiġu dawn il-fondi, dwar l-addizzjonalità tagħhom, dwar l-ammont tal-fondi privati li huwa previst li ser jattivaw, filwaqt li jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw b’mod adegwat fil-proċess ta’ ppjanar u implimentazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ; |
|
30. |
jipproponi li fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020, jiġi inkluż fit-tabella ta’ valutazzjoni makroekonomika indikatur relatat mar-rata ta’ investiment; |
|
31. |
jinsisti li Strateġija Ewropea biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u jitwaqqaf l-evitar tat-taxxa tista’ fl-istess waqt tillibera d-dħul biex jiġu mnedija mill-ġdid investimenti pubbliċi ta’ kwalità u tiġi garantita sitwazzjoni aħjar ta’ kundizzjonijiet indaqs iktar ġusta f’termini ta’ kompetizzjoni korporattiva; |
|
32. |
jissuġġerixxi li t-twaqqif ta’ kont ta’ tfaddil Ewropew jista’ jikkontribwixxi għall-iffinanzjar tal-pakkett ta’ investiment ta’ EUR 300 biljun; |
|
33. |
jistenna li d-dħul mit-Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji, li 11-il Stat Membru beħsiebhom jistabbilixxu abbażi ta’ kooperazzjoni msaħħa, tiġi kkoordinata mal-pakkett ta’ investiment ta’ EUR 300 biljun; |
|
34. |
jitlob għal koordinazzjoni iktar b’saħħitha bejn il-BEI u l-banek ta’ investiment nazzjonali, bil-possibbiltà li titlaqqa’ flimkien il-kapaċità finanzjarja fi proġetti konġunti, sabiex jinħolqu effetti konsegwenzjali transkonfinali; |
|
35. |
jilqa’ l-ewwel bond tal-proġetti Ewropew għal broadband superveloċi mniedi mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fit-23 ta’ Lulju 2014 u jappella għat-tnedija ta’ aktar bonds tal-proġetti transkonfinali/Ewropej biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-infrastruttura; |
|
36. |
jappoġġja żieda addizzjonali fil-kapital imħallas tal-BEI ta’ EUR 10 biljun, fuq il-mudell taż-żieda b’suċċess f’nofs l-2012 li ppermettiet s-self lill-SMEs kważi jirdoppja. Żieda ulterjuri ta’ EUR 10 biljun tippermetti żieda oħra sa EUR 80 biljun f’self mill-BEI, bil-kundizzjoni li dan ikun fil-kompetenza tal-BEI fl-Istati Membri individwali; |
|
37. |
f’dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex teżamina l-possibilità li parti żgħira tal-baġit tal-UE, possibbilment madwar EUR 5 biljun fis-sena, tintuża bħala buffer għar-riskji sabiex il-BEI ikun jista’ jsellef riżorsi addizzjonali għall-finanzjament ta’ proġetti (bonds tal-proġetti) u jippromovi l-innovazzjoni, li jista’ jiġġenera sa EUR 40 biljun f’investiment. |
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) Ara l-World Investment Report 2014 tan-Nazzjonijiet Uniti, 24 ta’ Ġunju 2014, http://unctad.org/en/PublicationsLibrary/wir2014_en.pdf
(2) http://www.imf.org/external/pubs/ft/weo/2014/02/pdf/c3.pdf
(3) Ara s-6 Rapport ta’ Koeżjoni, p. 142.
(4) Għal definizzjoni ta’ nfiq favur t-tkabbir ara The Quality of Public Expenditure (Il-kwalità tan-nefqa pubblika) (2012), il-Kummissjoni Ewropea (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Ara CEPII Policy Brief no4, Lulju 2014: A new Architecture for Public Investment in Europe, Natacha Valla, Thomas Brand and Sébastien Doisy, p. 4.
(6) Is-6 Rapport ta’ Koeżjoni, p. 182.
(7) Is-6 Rapport ta’ Koeżjoni, p. 190.
(8) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Pjan ta’ Azzjoni għal UEM profonda u ġenwina: It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew” COM(2012) 0777, 30.11.2012, punt 3.1.6.
(9) Ara: L-analiżi tal-KtR dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2014, Lulju 2014.
(10) http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/occasional_paper/2012/pdf/ocp125_en.pdf
(11) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2012 dwar l-ikkompletar tal-UEM, punt 2.
(12) KE, Il-kwalità tal-infiq pubbliku, p. 31.
(13) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2013-0401+0+DOC+XML+V0//EN
(14) Għal spjegazzjoni dwar il-varjazzjoni tal-infiq pubbliku minn pajjiż għal ieħor ara Céline Mareuge/Catherine Merckling: “Pourquoi les dépenses publiques sont-elles plus élevées dans certains pays”?, Note d’Analyse France Stratégie, Lulju 2014.
(15) Ara d-Dokument Ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea 525: Public Spending Reviews: design, conduct and implementation (Rieżami tal-infiq pubbliku: it-tfassil, it-twettiq u l-implimentazzjoni), Sommarju għall-pubbliku ġenerali, Lulju 2014.
(16) http://www.oecd.org/gov/regional-policy/oecd-principles-on-effective-public-investment.htm
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/9 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
(2015/C 019/03)
|
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
I. PUNTI ĠENERALI
Politika ċentrali għall-Ewropa fil-globalizzazzjoni
|
1. |
iqis il-politika ta’ koeżjoni bħala waħda milli l-aħjar tikkaratterizza l-mudell Ewropew u l-aktar adattata, minħabba l-potenzjal tagħha li tirriforma l-ekonomiji u l-amministrazzjonijiet u minħabba l-influwenza komprensiva u f’diversi livelli tagħha biex tikkontribwixxi għal struttura li tista’ tippermetti lill-Unjoni u t-territorji tagħha biex jindirizzaw l-isfidi ewlenin ta’ żmienna, mill-globalizzazzjoni, għat-tibdil fil-klima, il-provvista tal-enerġija u għall-iżvilupp sostenibbli. |
...li wriet ir-rilevanza tagħha fi żmien il-kriżi…
|
2. |
jenfasizza li matul il-kriżi ekonomika, il-politika ta’ koeżjoni wriet il-kontribut tagħha biex jinżamm il-livell tal-investiment pubbliku f’diversi Stati Membri, kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ kwalità, permezz ta’ mekkaniżmi ta’ għażla li jiżguraw konsistenza mal-istrateġiji Ewropej. |
...billi għenet lit-territorji jaffaċċjawaha...
|
3. |
iqis li l-awtoritajiet reġjonali f’ħafna każijiet huma l-entijiet prinċipali tal-amminstrazzjoni reponsabbli mill-infiq pubbliku għall-investimenti, u li l-politika ta’ koeżjoni, li hija strument fundamentali għar-rwol Ewropew tagħhom, għandha żżid il-kapaċità tagħhom li joffru servizzi ta’ kwalità liċ-ċittadinanza. |
...u li għandha dejjem tiġi adattata sabiex tilqa’ l-isfidi ġodda.
|
4. |
iqis li l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq il-finanzi pubbliċi madwar l-Ewropa se jżidu l-ħtieġa li jerġa’ jitnieda investiment pubbliku u privat sostenibbli u fokus akbar fuq il-proċessi tan-nefqa biex tiġi żgurata l-effiċjenza, ir-regolarità u l-ħeffa; |
|
5. |
jenfasizza l-bżonn li tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-Istrateġija Ewropa 2020 li ser issir reviżjoni ta’ nofs it-term tagħha fl-2015. Fil-prattika dan jista’ jinvolvi l-inklużjoni ta’ kapitlu dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir li jiġi preżentat kull sena fil-bidu tas-Semestru Ewropew u li jieħu post ir-rapporti dwar il-progress tal-koeżjoni li kienu jiġu ppubblikati fil-passat bejn ir-rapporti ta’ koeżjoni; |
|
6. |
iqis li r-rwol tal-politika ta’ koeżjoni huwa ċentrali fi żmien meta l-bilanċ bejn il-miżuri ta’ awsterità u ta’ tkabbir u d-definizzjoni ta’ mudell ġdid ta’ żvilupp li jwieġeb għall-pressjonijiet tal-globalizzazzjoni huma kwistjonijiet kruċjali fuq l-aġenda Ewropea. Huwa f’dan l-isfond, u f’kuntest ta’ pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi, li l-azzjoni Ewropea għandha tkompli tappoġġja t-tkabbir, tindirizza l-azzjonijiet immirati lejn l-għanijiet strateġiċi għar-reġjuni individwali, u għall-ekonomija Ewropea, tibni sistema amministrattiva effettiva biex taffaċċja l-isfidi tal-globalizzazzjoni. Għal dan l-għan – għall-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 – jikkunsidra li jkun utli li ssir analiżi dwar modi kif jiġi żgurat ir-rwol massimu għall-politika ta’ koeżjoni, jiġu sfruttati s-sinerġiji ma’ strumenti oħrajn u jittejjeb l-għarfien fost iċ-ċittadini Ewropej; |
|
7. |
jilqa’ bi pjaċir is-sitt Rapport, bħala għodda ta’ informazzjoni importanti dwar l-evoluzzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, ir-riżultati tagħha u d-diffikultajiet operattivi tagħha, l-isfidi li se tħabbat wiċċha magħhom fis-snin li ġejjin u l-possibbiltajiet li jiġu mill-użu effettiv tagħha. |
II. PREREKWIŻITI GĦAL POLITIKA TA’ KOEŻJONI IKTAR EFFIĊJENTI
Governanza tajba – Ewropea u nazzjonali – bħala prerekwiżit...
|
8. |
jenfasizza li l-funzjonament adatt tal-governanza f’diversi livelli, bi struttura effettiva u li twieġeb għat-talbiet taċ-ċittadini u n-negozji u sistema ta’ akkwist pubbliku trasparenti u innovattiva, se jkun kruċjali biex jittejjeb l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni. Għal dan l-għan, il-Kumitat, b’konformità mas-sitt rapport, jirrakkomanda l-użu tar-riżorsi u l-għarfien espert disponibbli mill-politika ta’ koeżjoni favur tisħiħ notevoli tal-kapaċità amministrattiva, inkluż permezz tal-użu l-aktar wiesa’ possibbli tat-teknoloġiji ġoddaġodda u b’attenzjoni għat-tnaqqis tal-burokrazija; |
|
9. |
jemmen li, biex tittejjeb il-kwalità tan-nefqa pubblika, flimkien mal-aspetti tal-effiċjenza fl-allokazzjoni tar-riżorsi, għandhom jitqiesu wkoll id-differenzi territorjali u l-karatteristiċi speċifiċi li jistgħu jikkostitwixxu ostakolu għat-tkabbir, u l-effetti fuq l-interventi għandhom jiġu analizzati u adattati sabiex jiżdied l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni (1); |
|
10. |
jirrimarka li, minħabba l-vulnerabbiltà speċifika ta’ ħafna ekonomiji fis-sitwazzjoni ta’ kriżi attwali, il-politika pubblika għandha tiffoka fuq il-kapaċità ta’ rispons rapidu u effettiv għall-iskossi ekonomiċi. Il-Kumitat iqis li l-Fondi strutturali, maħsuba għall-aġġustament strutturali u ekonomiku fit-tul, jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn miżuri ta’ stimolu għal żmien qasir; |
|
11. |
jenfasizza, kif indikat fis-sitt rapport, li l-iżvilupp ta’ intraprenditorija ġdida jiddependi parzjalment fuq il-faċilità li tagħmel negozju u dan l-aspett ivarja b’mod konsiderevoli fi ħdan l-Istati Membri. Il-Kumitat jemmen li hija meħtieġa azzjoni ulterjuri għas-simplifikazzjoni tar-regoli u l-istrumenti, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv, it-titjib tal-kundizzjonijiet qafas għall-investiment investiment u l-promozzjoni tal-kapaċità intraprenditorjali fil-kamp tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
...għal tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli
|
12. |
jaqbel dwar l-importanza ta’ tkabbir “intelliġenti” bħala opportunità biex jiġu promossi ekonomiji reġjonali aktar kompetittivi u anqas vulnerabbli għall-iskossi esterni. Il-Kumitat għalhekk iħeġġeġ lir-reġjuni u lill-bliet jiżviluppaw b’mod konsistenti u kontinwu inizjattivi biex iħeġġu l-intraprenditorija f’setturi innovattivi u jiffokaw l-investiment tagħhom fuq setturi “tal-futur” bħal dak agroalimentari (teknoloġiji agrikoli, veterinarji u alimentari), l-ekonomija ekoloġika, l-industriji kreattivi, l-inizjattivi tas-saħħa-e, it-turiżmu u s-servizzi soċjali l-hekk imsejħa ekonomija tal-fidda. Għal dan l-għan, il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja l-amministrazzjonijiet reġjonali sabiex l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti imwaqqfa minnhom skont il-qafas tal-UE, jiġu implimentati b’mod effettiv fil-livell reġjonali; |
|
13. |
jemmen li t-tibdil relatat mal-ekonomija globalizzata għandu impatt enormi fuq ix-xogħol, u għaldaqstant għandu jiffoka fuq l-immodernizzar tas-suq tax-xogħol biex iċ-ċittadini jingħataw l-għajnuna biex isibu impjiegi u taħriġ imfassal għall-ħolqien tal-ħiliet meħtieġa mill-isfidi eko nomiċi l-ġodda. Il-Kumitat jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol ċentrali tal-Fond Soċjali Ewropew (iktar ‘il quddiem il-FSE) għall-appoġġ ta’ politiki attivi, b’mod partikolari dawk immirati biex itejbu l-għarfien tal-ħaddiema u l-adattament tagħhom għat-tibdil kulturali, soċjali u teknoloġika; |
|
14. |
jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni għandha talloka proporzjon tal-finanzjament tagħha biex tappoġġja l-inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u jfakkar li wieħed mill-effetti tal-kriżi kien iż-żieda sinifikanti fil-qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-Kumitat jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-qasam u jqis li hu meħtieġ li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ (2) u l-attivitajiet iffinanzjati mill-FSE b’enfasi fuq il-garanzija għaż-żgħażagħ u l-mezzi ta’ aċċess għall-impjieg; |
|
15. |
iqis li, fid-dawl taż-żieda fil-faqar u l-esklużjoni soċjali rreġistrati fis-soċjetajiet Ewropej, il-politiki pubbliċi għandhom isaħħu l-istrumenti għall-persuni l-aktar fil-bżonn, inkluż permezz ta’ inizjattivi fil-livell Ewropew u l-użu tar-riżorsi ta’ koeżjoni; |
|
16. |
jaqbel mal-fatt li dwar iċ-ċentralità tal-Aġenda l-kwistjonijiet urbani huma prijorità fl-analiżi tas-sitt rapport dwar il-politika ta’ koeżjoni, minħabba l-importanza tal-fenomenu metropolitan fl-ekonomija globalizzata u l-impatti possibbli f’termini ta’ sostenibbiltà, iżda jiddispjaċih li l-qabżiet kbar fl-iżvilupp bejn iż-żoni rurali u urbani ma jingħatawx iktar attenzjoni, għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss tkabbir poliċentriku u ġeografikament bilanċjat fost id-diversi territorji inkluż permezz ta’ azzjoni li titratta l-kwistjoni tad-distakk diġitali u politika ta’ trasport sostenibbli bbażata fuq approċċ differenzjat skont l-ispeċifiċitajiet territorjali; |
|
17. |
ifakkar l-importanza ta’ tkabbir li joħloq opportunitajiet ekonomiċi ġodda permezz tal-iżvilupp ta’ enerġija nadifa u effiċjenti. Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li f’dawn l-aħħar snin, l-awtoritajiet lokali żiedu l-investiment pubbliku fis-settur tal-ambjent, u jinnota l-impenn tal-bliet u r-reġjuni Ewropej għal tranżizzjoni lejn tkabbir aktar ekoloġiku. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jappella għat-tisħiħ tal-Patt tas-Sindki sabiex jiżdied u jittejjeb l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. |
|
18. |
jirrakkomanda li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE, bl-għanijiet ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, tkompli tagħti kontribut sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 anki fil-ġejjieni. Billi ssaħħaħ ir-rabtiet bejn l-għanijiet tat-tkabbir u tal-konverġenza, il-poltika ta’ koeżjoni tista’ tagħti kontribut biex jonqsu d-disparitajiet fl-Unjoni Ewropea u b’hekk jinkisbu l-miri prinċipali tal-Istrateġija u kisbiet fuq perjodu twil f’termini ta’ prosperità fl-Ewropa kollha. Dan il-potenzjal għandu jiġi sfruttat b’mod sistematiku billi fil-politika ta’ koeżjoni jintuża approċċ ibbażat fuq is-sħubija sabiex jiġi żgurat li l-istrateġiji stabbiliti fil-livell reġjonali jindirizzaw speċifikament iċ-ċirkustanzi u l-potenzjal lokali; |
III. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
Żieda fir-riżorsi għat-tkabbir ekonomiku u l-ibbilanċjar mill-ġdid territorjali...
|
19. |
itenni t-talba tiegħu li n-nefqa pubblika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, parti mill-kofinanzjament taħt il-fondi strutturali u ta’ investiment, ma titqiesx parti min-nefqa strutturali, pubblika jew ekwivalenti, hekk kif definit fil-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir. Fil-fatt, dan il-proċess iwassal biex jillibera riżorsi għal investimenti magħżula fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ interess Ewropew u biex jitħaffef il-pass tal-proċessi ta’ nfiq; |
|
20. |
jenfasizza, bħalma indikat fis-sitt rapport, li l-linji gwida għall-iżvilupp tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport jistabbilixxu l-għan li jkun hemm netwerk multimodali ġenwin fil-livell tal-UE, li għandu jinkludi l-ferroviji, billi tinħoloq infrastruttura ġdida iżda wkoll billi titjieb dik eżistenti. F’dan ir-rigward, il-Kumitat iqis il-bżonn li jkunu disponibbli mezzi tat-trasport li jkunu sostenibbli, kompetittivi u effiċjenti mil-lat enerġetiku u aktar ekoloġiċi, li jippromovu l-intermodalità, l-użu komplementari tal-mezzi differenti tat-trasport kif ukoll il-bżonn ta’ proġetti fl-infrastruttura fiż-żoni inqas żviluppati, li jiffaċċjaw ostakli fiżiċi għas-suq intern (bħaż-żoni periferiċi u muntanjużi) u li għandhom problemi ta’ koeżjoni territorjali; |
|
21. |
biex jiżdied u jiġi kkalifikat il-volum tal-investiment għat-tkabbir, jappella għat-titjib tas-sinerġiji bejn strumenti baġitarji ta’ livelli differenti tal-gvern nazzjonali u l-istrumenti finanzjarji tal-UE. F’dan il-kuntest, il-KESE jħoss li għandu jkun hemm aktar deliberazzjoni dwar ir-rwol tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment sabiex jaslu għal estensjoni tal-mandat tagħhom u t-tisħiħ tal-kapital tagħhom. Il-Kumitat ifakkar li l-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni jista’ jkun adatt biex jiġu definiti l-finanzjament tal-BEI speċifikament dedikat għall-iżvilupp reġjonali, bil-maturitajiet u l-kondizzjonijiet mfassla għall-ħtiġijiet tan-nefqa tal-gvern. Barra minn hekk, għandha tiġi esplorata l-possibbiltà li l-BEI jingħata r-rwol superviżorju fuq ċerti investimenti li huma popolari mal-amministrazzjonijiet lokali. L-istituzzjoni finanzjarja tal-UE, b’mod partikolari, tista’ tagħmel valutazzjoni tal-kwalità u l-konsistenza meta mqabbla mal-għażliet strateġiċi Ewropej kbar, sabiex tikseb trattament privileġġjat tas-self meħtieġ biex dawn l-għażliet jiġu implimentati għall-finijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà. |
... fil-kuntest tal-kompatibbiltà Ewropea li tibbilanċja l-awsterità u l-koeżjoni...
|
22. |
itenni t-tħassib tiegħu li il-kundizzjonalità makroekonomika tirriżulta f’li l-effettività u l-utilità tal-fondi strutturali u tal-investiment jixxekklu mill-politiki makroekonomiċi tal-Istati Membri; |
|
23. |
jitlob lill-Kummissjoni tevalwa kemm taw kontribut ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità ex ante fid-dewmien konsiderevoli biex jiġu konklużi l-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operazzjonali; |
|
24. |
jirrimarka li l-indikaturi użati fil-kuntest tal-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku introdotti fil-pakkett leġislattiv “six-pack”, huma biss ta’ natura ekonomika. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-indikaturi territorjali, ambjentali u soċjali b’konformità mal-miri prinċipali tal-Istrateġija Ewropa 2020 jitqiesu wkoll fit-tabella tal-valutazzjoni użata mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni preventiva għal Stat Membru jew, fl-aktar każijiet serji, it-tnedija tal-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi. Il-Kumitat iqis li r-rabta mill-qrib bejn l-għanijiet finanzjarji u fiskali u l-politika ta’ koeżjoni tista’ ddgħajjef l-implimentazzjoni tal-koeżjoni territorjali; |
|
25. |
isejjaħ għal iktar rispett għall-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar il-koeżjoni territorjali, b’mod partikolari fiż-żoni rurali, fiż-żoni milqutin minn tranżizzjoni industrijali u fiż-żoni li jsofru minn żvantaġġi naturali kbar u permanenti, bħal dawk l-aktar mbiegħda fit-Tramuntana b’densità demografika baxxa u r-reġjuni gżejjer, transkonfinali u muntanjużi. Barra dan, għandhom jiġu kkunsidrati sfidi demografiċi oħrajn li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-reġjuni bħal ngħidu aħna d-depopulazzjoni, it-tixjiħ u popolazzjonijiet imxerrda ħafna. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappella lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari lir-reġjuni l-iżjed żvantaġġati mil-lat ġeografiku u demografiku fit-twettiq tal-politika ta’ koeżjoni; |
|
26. |
jenfasizza l-appoġġ essenzjali li l-politika ta’ koeżjoni tipprovdi, bħala xprun għat-tkabbir u t-tibdil, lir-reġjuni inqas żviluppati li jeħtieġu sforz sostnut fit-tul; |
|
27. |
jitlob ukoll li tingħata attenzjoni akbar lill-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, kif identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE, meta tkun qed tiġi definita u applikata l-politika ta’ koeżjoni. |
...permezz ta’ politika li tibda verament mit-territorju...
|
28. |
iqis li, anke fid-dawl tad-differenzi li nstabu rigward il-grad ta’ innovazzjoni, id-dimensjoni territorjali hija meqjusa bis-sħiħ fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020. Għal dan l-għan, iqis li l-assenjazzjoni ta’ rwol akbar għall-awtoritajiet lokali u reġjonali jżid l-livell tar-responsabbiltà tagħhom, u jiffavorixxi teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti fir-rigward tal-investimenti prijoritarji, u jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ indikaturi reġjonali għall-monitoraġġ tal-progress li jkun sar; |
|
29. |
jiddispjaċih li s-sitt rapport dwar il-politika ta’ koeżjoni ma jinkludix valutazzjoni espliċita tal-impatt territorjali li l-politiki settorjali Ewropej għandhom fuq il-politika ta’ koeżjoni. Il-Kumitat, fid-dawl tal-interdipendenza li hemm bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-politiki settorjali l-oħra, jipproponi li fir-rapport il-Kummissjoni tinkludi kapitolu speċifiku dwar dan l-aspett, kif kien jiġri fil-passat u f’konformità mat-TFUE, li jistipula l-obbligu tal-politiki Ewropej għall-promozzjoni tal-koeżjoni fl-Ewropa; |
|
30. |
ifakkar fl-importanza tal-adozzjoni ta’ strumenti ta’ valutazzjoni tal-impatt territorjali tal-politiki, li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jeżaminaw l-impatti territorjali tal-politiki Ewropej fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali u li jżidu l-viżibbiltà ta’ dawn l-impatti fil-proċess leġislattiv; |
|
31. |
jitlob għaldaqstant, li tiġi stabbilita dimensjoni territorjali ta’ prijorità fil-programmi operattivi, li tikkomplementa s-suġġetti tematiċi marbuta mal-istrateġija Ewropa 2020 b’tali mod li l-koeżjoni territorjali tkun tista’ tiżgura ppjanar spazjali bbilanċjat u tiżgura l-interdipendenza bejn ir-reġjuni; |
|
32. |
ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħidma preċedenti tagħha dwar il-PDG u lil hinn u dwar il-ħtieġa li wieħed iħares aktar bir-reqqa lejn l-isfidi reġjonali (bħal kif l-ICT u l-proġetti tal-broadband b’veloċità għolja ħafna jistgħu jingħataw appoġġ mill-FEŻR); iqis li d-dipendenza fuq il-PDG tar-reġjun għandha numru ta’ nuqqasijiet li jdgħajfu l-kredibbiltà tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni u allokazzjoni tar-riżorsi mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment. |
... b’fokus qawwi fuq l-effiċjenza amministrattiva u l-evalwazzjoni tar-riżultati...
|
33. |
jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ azzjonijiet għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri għall-aċċess għall-fondi tal-UE, il-ġestjoni tal-programmi u l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġsabiex ikun hemm aktar effiċjenza u tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-programmi; |
|
34. |
iħeġġeġ lill-awtoritajiet responsabbli sabiex jagħmlu sforz partikolari għall-armonizzazzjoni u t-traspożizzjoni korretta tal-istandards bażiċi trasversali li huma l-bażi tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod speċjali fir-rigward tal-proċeduri tal-akkwist (3); |
|
35. |
huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tevita li l-ammont eċċessiv ta’ burokrazija jservi ta’ tfixkil għall-effikaċja tal-interventi. Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tevalwa l-prattika fejn, fil-każ tal-programmi operattivi l-aktar effiċjenti, timponi l-istess piż burokratiku bħalma tapplika għal programmi b’persentaġġi għolja ta’ żbalji jew frodi. Barra minn hekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tadotta l-miżuri meħtieġa biex tasal għal approvazzjoni rapida tal-programmi operattivi u b’hekk tniedi l-perjodu ta’ programmazzjoni ġdid fl-iqsar żmien; |
|
36. |
jaqbel, kif enfasizzat mir-rapport, dwar il-ħtieġa li l-Fondi Strutturali u tal-Investiment jiġu kkonċentrati fuq numru limitat ta’ għanijiet biex jimmassimizzaw l-impatt fuq il-post. Il-Kumitat, madanakollu, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ flessibbiltà fl-għażla tal-għanijiet tematiċi li għandhom jiġu determinati abbażi tal-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tat-territorji differenti; |
|
37. |
jinsab imħasseb peress li l-prinċipju tal-addizzjonalità għall-perjodu 2014-2020 ġie mdgħajjef u l-verifika tintalab biss f’14-il Stat Membru, u jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju fl-UE kollha, sabiex jiġi evitat li l-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment jintużaw biex jissostitwixxu l-investimenti tal-Istati Membri; |
|
38. |
ma jaqbilx mal-ħolqien ta’ riżerva ta’ prestazzjoni u effiċjenza Komunitarja fil-livell nazzjonali, minħabba li dan il-mekkaniżmu jista’ jwassal biex jiġu stabbiliti miri b’riżultati limitati u li faċilment jintlaħqu. Il-Kumitat jemmen li waħda mill-akbar sfidi li tikkonċerna l-qafas ta’ prestazzjoni huwa li jitfasslu miri kwantifikati u indikaturi ambizzjużi u fl-istess ħin fattibbli; |
|
39. |
ifakkar li l-investimenti pubbliċi u privati naqsu matul dawn l-aħħar ftit snin, u laħqu punti negattivi f’xi Stati. Baġits stretti u tnaqqis fl-infiq ipperikolaw serjament l-investiment f’oqsma li jistimulaw it-tkabbir ekonomiku. F’dan ir-rigward, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tivvaluta bir-reqqa, b’kunsiderazzjoni tal-impatt possibbli f’termini ta’ impjiegi u tkabbir, iċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet; |
|
40. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jħaffu n-negozjati u l-proċeduri ta’ adozzjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operazzjonali, jenfasizza kemm huma importanti l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-attivitajiet ta’ investiment fl-awtoritajiet lokali u reġjonali u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib sabiex jiggarantixxu l-kwalità tal-proċeduri u jimminimizzaw l-impatt negattiv ta’ iktar dewmien eżatt qabel il-perjodu ta’ finanzjament ġdid; |
|
41. |
jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi forom ta’ għajnuna amministrattiva dwar temi kwalifikattivi fosthom l-identifikazzjoni tal-għanijiet tal-interventi, il-valutazzjoni tar-riżultati tagħhom permezz ta’ indikaturi adatti, u d-definizzjoni tal-azzjonijiet ta’ segwitu. Dan sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn l-attivitajiet fost l-amministrazzjonijiet varji li mbagħad jikkontribwixxu biex fl-Ewropa tinħoloq kultura amministrattiva bbażata fuq il-monitoraġġ tal-ħidma mwettqa u fuq il-valutazzjoni tagħha. Bl-istess mod, il-Kumitat iqis li huwa importanti li tingħata għajnuna lill-amministrazzjonijiet territorjali għall-inizjattivi tal-inġinerija finanzjarja, li hija kruċjali biex jiżdiedu r-riżorsi u l-investimenti, u dwar is-suġġett tal-akkwist pubbliku, li għandhom iservu dejjem aktar bħala strument tal-amministrazzjoni pubblika biex ikun ta’ stimolu għall-innovazzjoni u l-kreattività. |
... parteċipazzjoni aktar profonda tal-partijiet interessati u ċ-ċittadini...
|
42. |
jinsab konvint li l-Kodiċi ta’ kondotta dwar is-sħubija jsaħħaħ, fil-metodu u fis-sustanza, il-parteċipazzjoni fl-attività ta’ programmazzjoni fit-territorji, u huwa essenzjali biex iwessa’ l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni u biex l-impatt ikun sod. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tissorvelja kif il-Kodiċi qiegħed ikun implimentat fil-liġi nazzjonali biex tiġi żgurata parteċipazzjoni wiesgħa u trasparenti tal-partijiet interessati lokali, peress li mingħajr l-involviment sħiħ fit-tħejjija tad-dokumenti ta’ programmazzjoni, il-parteċipazzjoni tagħhom tkun inqas effettiva fil-fażi tal-implimentazzjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-għodod ta’ ppjanar parteċipatorji li jinvolvu l-livelli differenti ta’ gvern; |
|
43. |
f’dan il-mument meta, għal-leġittimità sħiħa tal-politika u l-approfondiment tal-integrazzjoni Ewropea, iċ-ċittadini għandhom ikunu sensibilizzati u infurmati dwar ir-riżultati ta’ proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u dwar l-effetti tal-politika tal-UE fuq it-territorju tagħhom, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni dwar in-nuqqas ta’ attenzjoni speċifika għall-komunikazzjoni u l-informazzjoni fis-sitt rapport. Fuq dan il-punt, biex jiġi massimizzat it-tixrid tal-għarfien tal-politika ta’ koeżjoni fost iċ-ċittadini, il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jinvolvu aktar l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kampanji ta’ komunikazzjoni. B’mod parallel, u b’użu sħiħ tal-għodod tal-IT, il-Kumitat huwa tal-fehma li jeħtieġ jiddaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jippreskrivu t-trasparenza tal-allokazzjonijiet li jsiru u tar-riżultati mistennija mill-interventi, u li jeħtieġ jittejjeb l-użu tal-informazzjoni miġbura (Open Data) għall-finijiet l-iktar utli u effettivi għaċ-ċittadini. |
... interazzjoni dejjem aktar mill-qrib bejn l-amminist razzjonijiet tal-Istati Membri differenti u mal-pajjiżi ġirien...
|
44. |
Fid-dawl tal-fatt li l-kooperazzjoni territorjali Ewropea saret għan totalment awtonomu tal-politika ta’ koeżjoni mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, iqis li r-rapport dwar il-koeżjoni jagħtiha ftit wisq attenzjoni. L-ewwel nett hija r-responsabbiltà tagħha fil-kooperazzjoni transkonfinali li tinfluwenza l-koeżjoni tar-reġjuni transkonfinali. Għaldaqstant jipproponi li dan ir-rapport fil-futur jinkludi valutazzjoni tal-koeżjoni tar-reġjuni transkonfinali fl-Ewropa, li jkun fiha analiżi tal-problemi ewlenin tagħhom, kif ukoll valutazzjoni tal-effetti tal-programmi operattivi tal-kooperazzjoni transkonfinali. Għandha tingħata attenzjoni akbar lil dan l-istrument mhux l-inqas minħabba li jippromovi l-kooperazzjoni u l-iskambji ta’ esperjenza bejn l-amministrazzjonijiet ta’ Stati Membri differenti u jimmira lejn sistema amministrattiva dejjem aktar imfassla fuq valuri u arranġamenti operattivi komuni; |
|
45. |
jiddispjaċih li r-rwol kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni fl-appoġġ tal-istrateġiji makroreġjonali ma kompliex jiġi iktar żviluppat fis-sitt rapport dwar il-koeżjoni; |
|
46. |
jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-politika tal-viċinat tal-Unjoni Ewropea u għat-titjib fil-valutazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-proġetti. |
... u politika b’aktar influwenza fid-dibattitu Ewropew.
|
47. |
jirrakkomanda li jinħoloq “Kunsill għall-Politika ta’ Koeżjoni” magħmul mill-Ministri fil-livell tal-gvern kompetenti fl-Istati Membri responsabbli għall-politika ta’ koeżjoni. Il-Kumitat iqis li dan jista’ jagħti iktar viżibilità u jiżgura dibattitu politiku kontinwu dwar il-koeżjoni. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jiddikjara li jinsab lest biex jipparteċipa b’mod attiv f’diskussjonijiet politiċi dwar il-ħolqien ta’ din l-istruttura sabiex ikun żgurat li jitqiesu b’mod sħiħ il-fehmiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (4). |
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) CDR_3609-2013_00_00_TRA_AC.
(2) CDR_00789-2013_00_00_TRA_AC.
(3) CDR 3609-2013_00_00_TRA_AC
(4) CDR_2233-2012_00_00_TRA_RES (rapporteur: Marek Wozniak (PL/EPP)).
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/15 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-pakkett dwar il-Politika Industrijali
(2015/C 019/04)
|
I. MESSAĠĠI EWLENIN ABBAŻI TAL-ATTIVITAJIET TAL-MONITORAĠĠ TAL-EWROPA 2020 TAL-KTR
|
1. |
Mill-2010, il-KtR indirizza l-politika industrijali, b’mod partikolari mil-lat tal-inizjattivi ewlenin relatati fl-Istrateġija Ewropa 2020, li għall-evalwazzjoni tagħha l-KtR iddedika sensiela ta’ stħarriġiet u konferenzi (1). Din kienet wasslet għal evalwazzjoni globali u komprensiva tal-KtR dwar l-Istrateġija Ewropa 2020, ippreżentata nhar is-7 ta’ Marzu 2014 fid-Dikjarazzjoni ta’ Ateni (2) dwar viżjoni territorjali għat-tkabbir u l-impjiegi, flimkien ma’ Rapport ta’ Valutazzjoni ta’ Nofs it-Term (3). Fil-qosor, il-KtR huwa favur li:
|
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI:
|
2. |
jinnota li bl-involviment iktar mill-qrib tal-bliet fl-istadji kollha fiċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika, l-UE tkun tista’ tindirizza aħjar il-bidliet li ċ-ċittadini qed jiffaċċjaw madwar l-Ewropa. Dan jeħtieġ l-applikazzjoni ta’ approċċ ta’ governanza f’diversi livelli, ħidma mas-saffi kollha tal-gvernijiet (sħubija vertikali) u f’kooperazzjoni fuq skali differenti mal-partijiet interessati kollha (sħubija orizzontali); |
|
3. |
jipproponi li l-Kummissjoni żżid l-attivitajiet tagħha ta’ valutazzjoni komparattiva reġjonali u lokali, ta’ skambju tal-esperjenzi u tagħlim bejn il-pari – dawn huma kollha kruċjali għall-bini tal-kapaċità tal-innovazzjoni industrijali u għaldaqstant għandhom rilevanza kbira għall-Ewropa 2020. Sabiex ikollhom rwol ta’ koordinazzjoni u biex l-imsieħba jingħataw pjattaforma biex isibu soluzzjonijiet, jeħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn l-oqsma; |
Analiżi addizzjonali dwar id-dimensjoni territorjali tal-pakkett industrijali
|
4. |
Il-KtR analizza d-dimensjoni territorjali tal-Pakkett tal-Politika Industrijali u identifika l-kwistjonijiet u l-ħtiġijiet ewlenin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jimplimentaw il-politika industrijali: (1) ir-rwol tal-oqsma lokali u reġjonali fil-katina tal-valur globali; (2) l-impatt irregolari u persistenti tal-kriżi fuq il-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali; (3) il-koordinazzjoni tal-governanza f’diversi livelli u l-politika; (4) il-kapaċità istituzzjonali u l-governanza strateġika tal-politiki industrijali; (5) il-kapaċità li tiġi promossa l-iskoperta intraprenditorjali u li s-suq jiġi regolat b’mod ġust u effiċjenti; |
|
5. |
jinnota li l-analiżi tinkludi wkoll valutazzjoni tar-rabtiet bejn dawn il-problemi u l-ħtiġijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Pakkett Industrijali, u l-valutazzjoni komparattiva ta’ wħud mill-każijiet tal-aqwa prattika. Ir-riżultati jinkludu proposti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġjaw u jippromovu l-attivitajiet industrijali; |
|
6. |
Abbażi ta’ din l-analiżi, il-KtR jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fl-istrateġiji ta’ riċerka u innovazzjoni tagħhom għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti tal-RIS3, jagħtu attenzjoni speċjali għal dan li ġej, fejn f’ħafna każijiet l-implimentazzjoni se tiddipendi fuq il-miżuri tal-Kummissjoni:
|
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET BAŻIĊI TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
7. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li bażi industrijali b’saħħitha hija importanti ħafna għall-kompetittività tal-Ewropa u għal tkabbir kontinwu. Filwaqt li jenfasizza li l-industrija tfisser ħafna aktar mis-settur tradizzjonali ta’ manifattura li tipikament isir referenza għalih b’dal mod, u jenfasizza li l-proċessi industrijali u l-ekosistemi għandhom impatt enormi fuq is-soċjetà kollha, il-KtR iħeġġeġ biex jiġu implimentati malajr il-miżuri proposti f’din id-dikjarazzjoni; |
|
8. |
jirrimarka li l-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa fl-ekonomija globali jiġi prinċipalment mill-prodotti u s-servizzi tagħha li għandhom valur miżjud għoli u huma sostenibbli, u għalhekk li t-tnaqqis, matul perjodu ta’ kriżi ekonomika, tal-investiment fl-innovazzjoni, li huwa essenzjali għat-tiġdid industrijali, qed iwassal biex tinħoloq theddida serja għall-futur tal-Ewropa; |
|
9. |
iħeġġeġ lill-Ewropa tirrikonoxxi l-ħtieġa li tkompli tkun mexxejja globali f’setturi strateġiċi b’impjiegi ta’ valur għoli. Għal dan, l-industrija eżistenti jeħtieġ li tiġi stimulata permezz ta’ investiment f’teknoloġiji ġodda, billi jittejbu l-ambjenti tan-negozju, billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq u għall-finanzi, kif ukoll billi jiġi żgurat li l-ħaddiema jkollhom ħiliet industrijali rilevanti; |
|
10. |
jenfasizza li l-itwal kriżi li qatt esperjenzat l-UE enfasizzat l-importanza ta’ industrija b’saħħitha, kompetittiva u sostenibbli bħala bażi essenzjali għall-benesseri taċ-ċittadini. L-industrija tammonta għal aktar minn 80 % tal-esportazzjonijiet tal-Ewropa u 80 % tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur privat. Kważi wieħed minn kull erba’ impjiegi fis-settur privat huwa fl-industrija, li ta’ spiss jeħtieġ livell għoli ta’ ħiliet professjonali. Kull impjieg ġdid fil-manifattura jwassal għal 0,5-2 impjiegi f’setturi oħra. |
|
11. |
jenfasizza li, barra minn miżuri meħuda mis-soċjetà, il-kapaċità ta’ reazzjoni u l-miżuri meħuda minn kull negozju industrijali nnifsu huma kruċjali biex l-industrija – li hija s-sinsla tal-ekonomija reali u l-prosperità – tiżviluppa b’mod kompetittiv; |
|
12. |
jiġbed l-attenzjoni għal bidla fil-ħiliet ta’ ġestjoni fil-livell lokali madwar l-Ewropa. Il-kompetenzi industrijali kif ukoll politiċi jinkludu aktar minn qatt qabel il-fehim tal-proċessi ta’ negozju, il-ġestjoni tal-għarfien u t-teknoloġija, kif ukoll ħiliet ta’ interazzjoni personali. L-attivitajiet industrijali fi ħdan il-ktajjen ta’ valur u n-netwerks qed isiru dejjem usa’ u aktar kumplessi, peress li l-kumpaniji l-kbar u l-SMEs li joperaw f’setturi u pajjiżi differenti qed jinteraġixxu flimkien. Hemm bżonn li l-politiki tal-kumpaniji l-kbar u l-SMEs fis-settur industrijali jkunu marbutin ġenwinament mal-politiki industrijali konkreti tal-Istati u r-reġjuni fejn dawn ikunu jinsabu; |
|
13. |
juri li l-kunċett tradizzjonali ta’ katina tal-prodott bil-fażijiet u l-fatturi ta’ produzzjoni stabbiliti tiegħu qed isir inqas ċar peress li r-realtà hija bbażata fuq interazzjonijiet kumplessi f’ekosistemi f’netwerk globali. It-teknoloġiji jaqdu rwol prinċipali bħala faċilitaturi ta’ approċċi ġodda u sostenibbli; |
|
14. |
jenfasizza l-importanza li għandha l-modernizzazzjoni tal-industriji tradizzjonali tal-UE b’mod partikolari dawk li l-kompetittività tagħhom kienet imsejsa prinċipalment fuq fattur tal-ispejjeż tal-forza tax-xogħol u li għandhom għarfien espert importanti li jista’ jiġi kapitalizzat; |
|
15. |
jirrikonoxxi l-iżvilupp industrijali riċenti fejn prodotti u servizzi industrijali jikkomplementaw lil xulxin. Is-servizzi jirrappreżentaw madwar 40 % tal-valur miżjud fl-esportazzjonijiet Ewropej tal-manifattura. Madwar terz tal-impjiegi ġġenerati minn dawn l-esportazzjonijiet jinsabu f’kumpaniji li jfornu lill-esportaturi ta’ prodotti b’servizzi awżiljarji. Servizzi bħall-manutenzjoni u t-taħriġ huma elementi kruċjali fil-forniment ta’ prodotti manifatturati kumplessi. Servizzi speċjalizzati – bħall-finanzjament, il-komunikazzjonijiet, l-assigurazzjoni u s-servizzi kummerċjali speċjalizzati b’intensità għolja ta’ għarfien (Knowledge-Intensive Business Services – KIBS) qed jaqdu rwol dejjem akbar fil-produzzjoni tal-merkanzija manifatturata. Din hija waħda mid-diversi spjegazzjonijiet għall-kontribut dejjem jiżdied tas-servizzi għall-produzzjoni ġenerali ta’ ekonomija. |
|
16. |
jixtieq jenfasizza l-konsegwenzi tal-bidla fil-paradigma tal-ICT. Fil-preżent, in-netwerks tal-mowbajl huma aktar prevalenti fil-karozzi, l-elettroniċi tal-konsumatur, il-produzzjoni industrijali u l-kura tas-saħħa milli fl-attivitajiet ta’ kuljum tan-nies. Kumpanija moderna tal-għodda tal-makkinarju ta’ spiss ikollha iktar minn għaxar darbiet kompjuters u strumenti ta’ netwerk milli jkollu uffiċċju. Attivitajiet f’netwerk jeħtieġu ġestjoni effettiva tal-għarfien: mudellar tal-informazzjoni għas-sistemi kif ukoll l-innovazzjoni miftuħa u l-attività kooperattiva, b’benefiċċji għal dawk kollha kkonċernati. Hemm ħtieġa urġenti għall-immudellar tal-informazzjoni reġjonali fl-ippjanar urban, u ġestjoni tal-ipproċessar fil-livell muniċipali u reġjonali; |
|
17. |
jixtieq iħeġġeġ li fil-politika industrijali Ewropea jiġu adottati kunċetti proprji tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva bħala bażi ta’ ekonomija aktar produttiva, sostenibbli u inklużiva; |
Il-prijoritajiet ewlenin definiti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew f’Marzu 2014
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
18. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li għandha titlob lill-Istati Membri biex jieħdu f’idejhom il-kwistjoni tal-irkupru industrijali u jfittxu soluzzjonijiet komuni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u jkun żgurat it-tkabbir sostenibbli; huwa tal-fehma li min-naħa tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tisfrutta aħjar il-potenzjal kollu tagħha fir-rigward tal-politika industrijali definit fl-Artikolu 173 tat-TFUE, b’mod speċjali billi tieħu l-opportunità sabiex “tieħu kull inizjattiva utli sabiex tippromovi (dik i)l-koordinazzjoni (tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika industrijali), b’mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju tal-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perijodiċi”. |
|
19. |
jenfasizza li l-istrateġija industrijali ma tistax tiġi implimentata waħedha, peress li tinteraġixxi ma’ ħafna oqsma oħra ta’ politika; L-istrateġija industrijali għandha tkun marbuta mill-qrib mal-politiki dwar l-enerġija, it-taħriġ, ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RŻI), il-kummerċ, l-infrastruttura, ir-responsabbiltà soċjali u s-saħħa u s-sigurtà; għalhekk jitlob approċċ aktar integrat u interdixxiplinari għall-politika industrijali; |
|
20. |
josserva li l-SMEs jiġu rikonoxxuti bħala element strateġiku fil-politika industrijali Ewropea waqt li l-Komunikazzjoni dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar tiġi applikata b’mod effettiv; |
|
21. |
jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti li taqdi l-industrija primarja peżanti fl-iżvilupp tal-bijoindustriji fl-Ewropa, u jirrakkomanda li l-UE tintroduċi mekkaniżmi ġodda ta’ kooperazzjoni u ta’ finanzjament għall-applikazzjoni tal-aħħar teknoloġija Ewropea u għarfien ieħor fil-proġetti kumplessi fuq skala kbira għat-tiġdid tal-industrija primarja, speċjalment fiż-żoni li jbatu minn qgħad persistenti; |
|
22. |
jixtieq jenfasizza l-prijoritajiet proposti mill-Kummissjoni li għandhom jittieħdu sabiex tiġi appoġġjata l-kompetittività tal-industrija Ewropea. Madankollu, il-KtR jenfasizza li dawk huma rekwiżiti bażiċi li jeħtieġu aktar żvilupp u implimentazzjoni konkreta; |
|
23. |
jilqa’ d-deċiżjonijiet importanti fir-rigward tal-kompetittività industrijali li qed tiżdied meħuda mill-Kunsill Ewropew fl-20-21 ta’ Marzu 2014. Il-Kunsill qal li t-teknoloġiji abilitanti essenzjali (KET) għandhom jiġu konsolidati billi kemm jista’ jkun jiġu definiti proġetti ta’ interess Ewropew, u ngħatat ukoll attenzjoni speċjali lir-rwol tal-cleantech bħala element trażversali għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija; |
|
24. |
fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament 1260/2012 dwar il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-privattivi, iqis neċessarju li jinstab bilanċ ġust bejn il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali, ħalli l-innovazzjoni tiġi stimulata, u t-tixrid massimu tal-għarfien li jista’ jkun sors ta’ progress teknoloġiku fil-futur. Fil-livell Ewropew, hemm bżonn li jiġi evitat l-użu tal-privattivi bħala arma strateġika, pereżempju permezz tal-użu abbużiv ta’ labirinti ta’ privattivi (“patent thickets”) jew il-frammentazzjoni tal-privattivi u li jiġu promossi kriterji stretti ta’ privatibbiltà biex jiġi evitat id-dritt għal monopolju għal privattivi li ftit li xejn għandhom valur miżjud; |
|
25. |
jirrikonoxxi li l-Kunsill Ewropew, ukoll, ħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jindirizzaw bħala prijorità n-nuqqasijiet fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (il-ħiliet STEMS), b’aktar involviment tal-industrija; Huma meħtieġa b’mod urġenti miżuri sabiex dan iseħħ, u l-Kumitat jirrakkomanda li dawn jinkludu miżuri biex jitjiebu l-ħiliet lingwistiċi u b’hekk titjieb il-prestazzjoni tas-suq intern; |
|
26. |
jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri ta’ industrijalizzazzjoni mill-ġdid li jiffukaw fuq l-eċċellenza u l-promozzjoni tal-eċċellenza fir-reġjuni industrijalizzati tal-Ewropa, appoġġjati mill-programm Orizzont 2020. Il-programmi INTERREG ċertament huma strumenti neċessarji biex jissaħħaħ in-netwerking bejn l-universitajiet tax-xjenzi applikati li jinsabu fir-reġjuni industrijalizzati, madankollu, fid-dawl ta’ interazzjoni dejjem akbar bejn id-dinjiet tax-xjenza u tal-industrija, il-KtR jiddispjaċih dwar in-nuqqas tal-għodda “Reġjuni tal-Għarfien” tal-programm Orizzont 2020 mill-perijodu ta’ programmar 2014-2020, għodda li fil-passat tat prova li hija ta’ valur fil-programmi qafas f’termini ta’ koordinazzjoni tal-aġendi tar-riċerka tar-raggruppamenti reġjonali għal perijodu ta’ kważi għaxar snin; jenfasizza li l-ewwel sena ta’ operat tal-programm tal-Orizzont 2020 wriet li ma ġiet żviluppata l-ebda għodda effettiva ġdida biex tilħaq din il-ħtieġa. L-għodda tar-“Reġjuni tal-Għarfien” għandha tiġi żviluppata mill-ġdid u implimentata minnufih; |
|
27. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tenfasizza r-relazzjoni bejn ix-xjenza, l-intrapriża, is-soċjetà, il-pubbliku u t-tfassil tal-politika, u jappoġġja r-rwol importanti tar-reġjuni biex ilaqqgħu flimkien il-partijiet interessati kollha fil-kuntest tat-tliet spirali u f’ambjent kwadruplu; |
|
28. |
jirrimarka li l-Kunsill enfasizza wkoll li, biex jinkisbu l-għanijiet għall-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli Ewropej, għandhom jintużaw l-istrumenti kollha disponibbli, inklużi l-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE; |
Il-pakkett ta’ investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
|
29. |
jenfasizza r-responsabbiltà konġunta tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex joħolqu u jimplimentaw il-pakkett ta’ investiment ta’ EUR 300 biljun għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi, peress li għandhom kompetenzi legali u baġitarji komplementarji f’dan ir-rigward. Soluzzjonijiet ġodda kemm b’impatt fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul jistgħu jkunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
|
|
30. |
jappoġġja r-riċerka ta’ sorsi alternattivi ta’ finanzjament biex jissaħħu l-ekosistemi; dawn is-sorsi jinkludu crowdfunding, kapital ta’ riskju, u għodod innovattivi oħra sabiex tingħeleb id-dipendenza tradizzjonali fuq is-self mill-banek; |
III. RAKKOMANDAZZJONIJIET ĠENERALI FIR-RIGWARD TAL-POLITIKA TAL-UE
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
31. |
jirrikonoxxi li l-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa fl-ekonomija dinjija jibbaża fuq il-prodotti u s-servizzi ta’ valur miżjud u sostenibbli, fil-ġestjoni effettiva tal-ktajjen tal-valur u fl-aċċess għas-swieq mad-dinja; |
|
32. |
jindika li ambjent regolatorju stabbli u prevedibbli huwa prerekwiżit sabiex ikun hemm investiment fl-industrija fl-UE. Dawn l-istabbiltà u l-prevedibilità għandhom jinkisbu kemm fil-livell lokali u reġjonali, kif ukoll fil-livell nazzjonali u tal-UE. L-istabbiltà u l-prevedibilità bħala garanzija taċ-ċertezza legali għan-negozji għandhom jiġu xprunati mil-leġislazzjoni tal-UE, preferibbilment permezz ta’ Direttivi; |
|
33. |
jappoġġja l-politika tal-Kummissjoni tal-iżvilupp tas-Suq Uniku bħala fundament għal industrija kompetittiva u sostenibbli. Barra minn hekk, il-KtR juri li l-leġislazzjoni tas-suq intern għall-prodotti u s-servizzi huwa fattur ewlieni mhux biss għall-kompetittività tal-industrija Ewropea iżda wkoll għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-ambjent; |
|
34. |
jappoġġja d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li sabiex jibqa’ kompetittiv, is-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi industrijali jeħtieġ qafas regolatorju li jiffaċilita l-innovazzjoni u ma joħloqx xkiel żejjed għall-użu fil-ħin ta’ teknoloġiji ġodda u l-introduzzjoni fis-suq ta’ innovazzjonijiet. Il-leġislazzjoni u l-istandards tal-UE jridu jippermettu lill-prodotti, is-servizzi u t-teknoloġiji l-ġodda jkunu disponibbli fis-suq malajr, sabiex l-Ewropa tkun tista’ tisfrutta l-vantaġġ bħala attur fl-avangwardja fis-suq tax-xogħol globali; |
|
35. |
jenfasizza li r-reġjuni jridu jkunu jistgħu jiddefinixxu l-potenzjal ta’ tkabbir tagħhom stess u jagħtu bidu għall-innovazzjoni, billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu assoċjati fi proċess li jabbina l-approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq; |
|
36. |
itenni l-proposta tiegħu ta’ patti territorjali li tippermetti l-organizzazzjoni ta’ livelli differenti ta’ kooperazzjoni marbutin mal-proġetti ta’ żvilupp territorjali u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni bejn ir-reġjuni; jipproponi li dan l-approċċ jiġi trattat f’dokument uniku ta’ programmazzjoni biex b’hekk jiġi żgurat li l-politiki fil-livell reġjonali, nazzjonali u lokali jirriflettu l-politiki settorjali u ta’ koeżjoni tal-UE; |
|
37. |
jitlob li l-investimenti relatati mad-dokumenti uniċi tal-programmazzjoni jkunu jistgħu jiffurmaw parti minn pakkett ta’ self dedikat tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li jaħdem biex jinħolqu ekosistemi reġjonali ġodda għall-innovazzjoni ekonomika u soċjali. Dan jista’ jkun mezz speċjali biex jitħeġġu soluzzjonijiet innovattivi, biex l-intrapriżi jiġu provduti b’demostraturi u jiġi promoss il-ħolqien ta’ konsorzji f’oqsma li jeħtieġu sħubija ġdida bejn l-intrapriżi. Dawn l-ekosistemi jkunu sħubijiet pubbliċi/privati li jindirizzaw l-għan doppju li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi u l-effikaċja tas-servizz pubbliku (u b’hekk jgħinu fir-razzjonalizzazzjoni tal-infiq pubbliku); |
|
38. |
huwa konvint li l-komponent ewlieni biex jiġu appoġġjati l-ambizzjonijiet industrijali tal-UE huwa rrappreżentat mill-politika reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti RIS 3, ibbażata fuq analiżi sistematika tal-ispeċifiċitajiet reġjonali eżistenti u l-potenzjal għall-innovazzjoni u t-tkabbir; |
|
39. |
jissuġġerixxi li l-Istati Membri jadottaw politiki ta’ ġestjoni tat-territorju li jippermettu reazzjonijiet mgħaġġla fil-qasam tal-attribuzzjoni taż-żoni għal attivitajiet ekonomiċi u li ma joħolqux ostakoli inutli li jxekklu l-istabbiliment tal-intrapriżi; |
|
40. |
iħeġġeġ lir-reġjuni jevalwaw il-bżonn li t-teknoloġiji jippromovu l-iżvilupp maħsub fl-istrateġiji tagħhom għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) u sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-promozzjoni tal-politika industrijali bħala prijorità prinċipali ta’ finanzjament, kif ukoll miżuri sabiex iżidu s-sħubijiet tagħhom madwar l-UE sabiex jiksbu l-miri tagħhom; |
|
41. |
jappella lill-Kumissjoni biex tappoġġja lin-netwerks interreġjonali b’mod partikolari, il-kooperazzjoni bejniethom u t-tagħlim reċiproku. Eżempju wieħed huwa l-inizjattiva Vanguard, li ressqet ir-rinaxximent industrijali fil-qalba tal-attivitajiet S3 tagħhom, bil-għan li tippromovi l-iskambju ta’ esperjenzi, il-ħolqien ta’ skala tal-eċċellenza u l-ipproċessar konġunt ta’ applikazzjonijiet għal proġetti; |
|
42. |
jistieden lill-UE biex tiffinanzja lir-reġjuni sabiex tgħinhom joħolqu ekosistemi ta’ innovazzjoni u jieħdu inizjattivi Ewropej konġunti effiċjenti. Il-KtR jenfasizza li l-attivitajiet ta’ innovazzjoni deċentralizzati u appoġġjati mill-UE huma l-uniċi mezzi sabiex jinkisbu l-miri tal-RIS3 madwar l-Ewropa; |
|
43. |
jenfasizza li meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti tal-2007-2013, ir-regoli u l-prattiki definiti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali għandhom jiġġeddu sabiex jenfasizzaw u jkejlu r-riżultati u l-impatt. Dan jirrikjedi essenzjalment parteċipazzjoni ikbar tal-atturi ewlenin kollha tar-RŻI (riċerka, żvilupp u innovazzjoni) fir-reġjun fl-implimentazzjoni tal-RSI3 tar-reġjun, kif ukoll il-ħolqien ta’ netwerk effettiv fil-livell tal-UE; |
|
44. |
jaqbel mat-tħassib li qed jintwera minn bosta atturi madwar l-Ewropa li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali ma segwewx il-linji gwida tal-Kummissjoni għat-tnaqqis tal-burokrazija, it-tiġdid tal-finanzjament sabiex ikun ibbażat fuq l-RIS3, u l-bini ta’ sistema ta’ fondi flessibbli tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment immexxija mill-utenti; |
|
45. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu analiżi tal-kundizzjonijiet lokali tan-negozju bil-għan li l-proċeduri amministrattivi jsiru iżjed effiċjenti u titnaqqas il-burokrazija għall-intrapriżi. Dan se jagħmilha possibbli li jsir paragun ta’ kif proċeduri u prattiki regolatorji differenti jaffettwaw l-ambjent lokali tan-negozju; |
|
46. |
iħeġġeġ lir-reġjuni biex b’mod konġunt mal-Kummissjoni jġeddu l-RIS3 u l-pjani ta’ Sħubija Ewropea fir-rigward tal-KET. Skont ir-rapport tal-Pjattaforma S3, dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika reġjonali għandhom ħafna mistoqsijiet relatati mal-għajnuna mill-istat u l-finanzjament tal-KET, inklużi r-regoli tal-finanzjament tal-proġetti ta’ dimostrazzjoni u l-infrastruttura; |
|
47. |
juri li għandhom jintużaw ukoll l-istrumenti nazzjonali, prinċipalment dawk ibbażati fuq is-suq u strumenti oħra ta’ finanzjament innovattiv. Il-prijoritajiet il-ġodda ta’ finanzjament li qablu dwarhom il-Kummissjoni u l-BEI jipprovdu opportunità sinifikanti għall-kumpaniji li qegħdin fuq quddiem sabiex jinvestu fit-teknoloġiji abilitanti essenzjali; |
|
48. |
jenfasizza l-importanza tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment tal-programm Orizzont 2020 fit-tisħiħ tal-kompetittività industrijali tal-UE. Huwa partikolarment importanti li tittejjeb ir-riċerka multidixxiplinarja tal-ogħla livell u l-applikazzjoni prattika tas-sejbiet tagħha fil-livell reġjonali. Huma meħtieġa pakketti ta’ miżuri li jinvolvu ħafna fondi, u b’mod partikolari li l-aħħar għarfien tar-riċerka fl-ICT u l-KET jintuża biex jimmodernizza s-setturi industrijali varji u biex jinħolqu l-prattiki ġodda meħtieġa għall-kisba ta’ riżultati soċjali dejjiema; |
|
49. |
barra minn hekk, l-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni jibqa’ importanti bħala strument prattiku li jgħin lin-nies u lir-reġjuni jirkupraw mill-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u l-effetti tal-globalizzazzjoni billi jgħin lin-nies li jkunu tilfu l-impjieg biex jerġgħu jsibu wieħed; |
|
50. |
jiġbed l-attenzjoni għar-rwol kruċjali tal-kapital uman, il-kompetenzi għolja u l-ħiliet fl-indirizzar tal-isfidi industrijali. In-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u kwistjonijiet ta’ taħriġ ser ikunu sfida ewlenija għall-industrija tal-UE fis-snin li ġejjin, l-aktar minħabba li l-progress fit-teknoloġiji tal-manifattura iżid id-domanda għal għadd ta’ ħiliet u taħriġ speċifiċi; jemmen li trid tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u jridu jiġu stabbiliti programmi ta’ taħriġ u edukazzjoni li jkunu multidixxiplinarji u intersettorjali, sabiex is-sejbiet tar-riċerka u l-innovazzjoni jkunu jistgħu jiġu żviluppati aktar, u jsiru permanenti u jiġu implimentati; |
|
51. |
jisfida lill-ġenerazzjoni diġitali żagħżugħa u l-istart-ups tagħha biex jikkontribwixxu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti billi jgħinu fl-identifikazzjoni tal-lakuni u jirranġaw il-proċessi fil-katini ta’ valur meħtieġa fir-reġjuni. Is-soluzzjonijiet innovattivi ġodda għandhom jiffokaw kemm fuq il-proċessi industrijali pubbliċi u privati kif ukoll fuq l-imġiba taċ-ċittadini bħala klijenti; |
|
52. |
iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jindirizzaw il-fondi ta’ koeżjoni u tal-programm Orizzont 2020 lejn l-investimenti li jsaħħu l-kompetittività f’reġjuni industrijali transkonfinali, u f’opportunitajiet transkonfinali u transsettorjali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija, tat-trasport u dik diġitali, biex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi, l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista u l-kummerċ intern tal-UE msaħħaħ; |
Ħtieġa urġenti sabiex titħaffef il-bidla
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
53. |
appella fl-opinjonijiet tiegħu, għal riforma strutturali tal-industrija u enfasizza l-importanza tal-kapaċità tas-soċjetà u tal-kumpaniji li jaġixxu fil-pront fl-ambjent kompetittiv maħluq mill-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma marbutin ukoll ma’ miżuri li jżidu l-livell ta’ ħiliet meħtieġa u ma’ ħsieb tul iċ-ċiklu tal-ħajja li jenfasizza l-miri ġenerali ta’ impatt u ta’ tibdil tal-klima. Dawn l-istqarrijiet jinkludu:
|
|
54. |
diġà identifika l-bidliet ewlenin meħtieġa għall-politika industrijali u l-investiment neċessarju għall-immodernezzar tal-attività tan-negozju, kif ukoll il-mezzi għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-kwotazzjonijiet li ġejjin mill-opinjoni tal-KtR adottata tliet snin ilu juru li dawn l-istess linji gwida għadhom fil-fażi ta’ tħejjija u li l-miżuri tal-UE huma bil-mod wisq biex iwieġbu malajr għall-ħtiġijiet ekonomiċi u ta’ negozju li qed jinbidlu. Il-KtR (6):
|
|
55. |
jenfasizza li l-pass tal-bidla jista’ jiżdied billi jiġu allokati aktar riżorsi lil-livelli lokali u reġjonali. Neħtieġu attivitajiet pijunieri innovattivi u ta’ kwalità għolja kif ukoll replikazzjoni tar-riżultati madwar l-Ewropa. Ir-reġjuni huma lesti biex jibdew jesperimentaw u jwettqu prototipar rapidu, li huwa essenzjali biex jirnexxu; |
|
56. |
indika f’għadd ta’ opinjonijiet tiegħu x’għandu jiġi enfasizzat fl-implimentazzjoni. L-eżempji li ġejjin, meħuda mill-opinjoni dwar Orizzont 2020 (7), li l-KtR adotta sentejn ilu, huma rilevanti, fost affarijiet oħra, meta niġu għall-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Politika Industrijali. Il-KtR:
|
IV. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA SPEĊIFIĊI FIR-RIGWARD TAL-AMBJENT TAN-NEGOZJU
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
57. |
jirrikonoxxi li l-ambjent kompetittiv globali nbidel b’mod fundamentali u jeħtieġ li mhux biss jadatta għas-sitwazzjoni iżda jsir ukoll xprun tal-bidla f’ħafna aspetti. Jeħtieġ li l-kompetittività globali fit-tul tan-negozju tal-UE tingħata aktar piż meta jiġi vvalutat ir-regolament eżistenti tal-UE u meta tittieħed deċiżjoni dwar kif għandu jiġi mmirat il-finanzjament tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni; |
|
58. |
jenfasizza li l-leġislazzjoni tal-UE dwar il-prodotti industrijali tistabbilixxi r-rekwiżiti prinċipali għall-kumpaniji fir-rigward tas-sigurtà, is-saħħa u kwistjonijiet oħra ta’ interess pubbliku. Huwa partikolarment importanti li l-industrija ma tittaqqalx eċċessivament b’bidliet regolatorji frekwenti għalxejn, anzi għandu jkollha mekkaniżmi konkreti mmirati li jiffaċilitaw u jappoġġjaw l-investiment tal-intrapriżi. It-tneħħija kkontrollata tal-ostakli regolatorji hija importanti hekk kif it-teknoloġija tiżviluppa dejjem aktar b’mod mgħaġġel u l-ktajjen ta’ provvista globali jsiru dejjem aktar interkonnessi; |
|
59. |
iħeġġeġ lir-reġjuni u l-bliet Ewropej biex joħolqu u jimplimentaw qafas regolatorju li jistimula l-innovazzjoni u l-investiment tal-ICT fl-ekonomija kollha fit-territorji tagħhom. Ir-rwol ristabbilit tal-UE bħala innovatur globali se jniedi ċirku virtuż ta’ żieda fil-produttività, ta’ tkabbir u ħolqien tal-impjiegi; |
|
60. |
jirrimarka li l-Kummissjoni wegħdet li tiżgura li r-regolamenti jkunu stabbli fuq perjodu twil u li r-regoli jiġu ssemplifikati b’mod sostanzjali. Dan l-għan jeħtieġ li jingħata prijorità immedjata. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet ta’ impatt bir-reqqa tar-regoli l-ġodda. Fil-prattika, l-istandards tal-UE jservu ta’ mudell fid-dinja kollha, u l-Kummissjoni ser tkompli tippromovi sistema ta’ standards internazzjonali; |
|
61. |
għal darba oħra, jitlob lill-Kummissjoni biex tirfina l-kapaċità ta’ analiżi tagħha kif ukoll l-għodda ta’ appoġġ għall-intrapriżi billi tistudja l-possibbiltà li toħloq, kif aċċettat li tagħmel għall-industriji agroalimentari, kategorija ġdida ta’ intrapriżi medji, bejn l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar, li jkollhom bejn 250 u 750 ħaddiem u valur tal-bejgħ ta’ anqas minn EUR 200 miljun. Din il-kategorija ta’ intrapriżi tista’ tibbenefika minn rati ta’ appoġġ adatti, ogħla minn dawk għall-intrapriżi l-kbar u inqas minn dawk għall-SMEs (8); |
|
62. |
jirrimarka li r-regoli l-ġodda tal-għajnuna mill-istat għar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) u r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI) daħlu fis-seħħ f’Lulju 2014 (9). Ir-regoli l-ġodda jippermettu aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod speċjali f’raggruppamenti ta’ proġetti kumplessi fuq skala kbira, fejn għan wieħed huwa li jiġi influwenzat sew it-tiġdid industrijali; |
|
63. |
jinnota li l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE, billi jiġi estiż l-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, jirrappreżenta titjib sinifikanti; |
|
64. |
jinnota li r-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-għajnuna mill-istat tiġi eżentata mill-obbligu ta’ notifikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni, u li r-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jistabbilixxi limiti miżjuda ta’ notifikazzjoni u livelli ogħla ta’ għajnuna, u jintroduċi kategoriji ġodda addizzjonali ta’ għajnuna eżentata bħalma hi l-għajnuna lir-raggruppamenti ta’ innovazzjoni u għajnuna ta’ investiment għall-infrastruttura ta’ riċerka; |
|
65. |
jinnota li l-qafas għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jinkludi għajnuna għall-iżvilupp sperimentali u r-riċerka industrijali, u issa huma possibbli livelli ta’ għajnuna massima ogħla; |
|
66. |
jenfasizza li l-istrument IPCEI għal proġetti importanti ta’ interess komuni Ewropew għandu kamp ta’ applikazzjoni estiż lil hinn mir-riċerka u l-iżvilupp li jinkludi l-ewwel skjerament, u l-iskjerament tal-IPCEIs ta’ spiss jirrikjedi parteċipazzjoni sinifikanti mill-awtoritajiet pubbliċi peress li mingħajrha s-suq ma jiffinanzjax dawn il-proġetti; |
|
67. |
ifakkar li l-IPCEIs jistgħu jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-kompetittività għall-ekonomija u l-industrija tal-UE minħabba l-effetti konsegwenzjali pożittivi fuq is-suq intern u s-soċjetà tal-UE; |
|
68. |
jenfasizza li l-Istati Membri u l-industrija għandhom jagħmlu użu sħiħ tal-possibbilitajiet offruti mir-regoli l-ġodda tal-għajnuna mill-istat meta jippromovu l-attività ta’ negozju, it-tiġdid industrijali u l-ħolqien tal-impjieg fl-Ewropa; |
|
69. |
jenfasizza li minkejja li jiġu imposti kundizzjonijiet inġusti fuq il-kumpaniji Ewropej li joperaw fi swieq ewlenin emerġenti, il-kumpaniji Ewropej għandhom itejbu l-kapaċità ta’ innovazzjoni u jsiru atturi ewlenin fi ħdan ktajjen ta’ valur f’netwerk li qed jespandu b’mod dinamiku. |
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) http://portal.cor.europa.eu/europe2020/Pages/MTAR.aspx
(2) http://portal.cor.europa.eu/europe2020/Documents/2210%20Athens%20declaration%20A5%20indd.pdf
(3) http://portal.cor.europa.eu/europe2020/Documents/CoR%20Europe%202020%20mid-term%20assessment%20report.pdf
(4) CdR 2255/2012 fin.
(5) CdR 1997/2013 fin.
(6) CdR 374/2010 fin.
(7) CdR 402/2011 fin.
(8) Ara l-punt 18 CdR 2255/2012 fin.
(9) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014/C 188/02 u Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014.
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/24 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-innovazzjoni fl-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir
(2015/C 019/05)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
iqis li l-isfruttar tal-potenzjal tat-tkabbir blu huwa opportunità tajba biex tissaħħaħ l-ekonomija lokali u biex jinħolqu impjiegi ta' kwalità għolja fis-setturi ekonomiċi msejsa fuq l-għarfien u l-investiment; |
|
2. |
jinnota li l-ħarsien tal-ambjent naturali għandu jkompli jkun wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Istrateġija Ewropea tat-tkabbir blu; |
|
3. |
iqis li l-valutazzjoni tad-data xjentifika tista' tkun kontribut konsiderevoli fl-implimentazzjoni b'suċċess tar-riforma tal-politika komuni tas-sajd u hija waħda mill-kundizzjonijiet ewlenin għat-twettiq tal-komponent tar-reġjonalizzazzjoni tal-politika; |
|
4. |
jikkonferma l-fehma tiegħu li l-iżvilupp u l-appoġġ tal-akkwakultura Ewropea hija element ewlieni għall-ħolqien ta' impjiegi fl-oqsma strutturalment dgħajfa u tiżgura l-provvista ta' frott il-baħar ta' kwalità għolja għall-konsumaturi Ewropej; |
|
5. |
japprova l-isforz tal-Kummissjoni Ewropea fl-inizjattivi biex tistimola t-tkabbir tal-ekonomija blu; |
|
6. |
jenfasizza l-bżonn li jintuża approċċ transsettorjali integrat fil-koordinazzjoni tal-politika tar-riċerka, il-politika ekonomika, il-politika komuni tas-sajd u l-politika tat-trasport. Sabiex il-miżuri tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ekonomija blu jkunu iktar effettivi, il-politiki msemmija m'għandhomx jiġu trattati biss bħala oqsma separati. L-iżgurar tas-sinerġiji bejniethom iwassal biex l-inizjattivi adottati jkunu iktar effettivi u jagħtu valur miżjud ikbar; |
|
7. |
jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-applikazzjoni tar-riċerka xjentifika fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-politika komuni tas-sajd, permezz tal-ħarsien tal-ekosistemi tal-baħar u l-ġestjoni tar-riskju f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. Madankollu, jenfasizza li l-użu tar-riċerka xjentifika u l-implimentazzjoni tal-innovazzjoni għandhom jiffokaw l-iktar fuq it-tkabbir blu, li ma għandux jiġi interpretat biss bħala tkabbir ekonomiku fl-ekonomija tal-baħar, iżda wkoll bħala tkabbir li jkollu impatt pożittiv fuq partijiet oħra tal-ekonomija; |
|
8. |
jiġbed l-attenzjoni li filwaqt li l-isfruttar tal-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani fit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda huwa meħtieġ u mixtieq, m'għandux iwassal għad-degradazzjoni tal-ambjent naturali u l-qerda tal-ekosistemi tal-baħar; |
|
9. |
jappella għal fokus usa' fuq is-settur tal-akkwakultura u t-trasport marittimu, kostali u tal-kruċieri meta tiġi introdotta l-innovazzjoni, bil-għan li jkun hemm tkabbir ekonomiku ikbar u jinħolqu impjiegi ġodda; |
|
10. |
jappella għal koordinazzjoni usa' u iktar effettiva bejn l-istrateġija tat-tkabbir blu u strateġiji u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020; |
Ir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni għat-tkabbir blu
|
11. |
jenfasizza li filwaqt li l-proċess tar-riċerka xjentifika u l-introduzzjoni tal-innovazzjoni huma intiżi biex jiżviluppaw it-tkabbir blu, dawn m'għandux ikollhom biss impatt fuq l-ekonomija tal-baħar iżda anke fuq partijiet oħra tal-ekonomija; |
|
12. |
jappella għall-ħolqien ta' Komunità speċifika ta' Għarfien u Innovazzjoni għall-Ekonomija Blu bħala miżura addizzjonali għall-iżvilupp tal-ħiliet u biex l-ideat mir-riċerka tal-baħar jiġu trasferiti għas-settur privat; |
|
13. |
jaqbel li l-lakuni fl-għarfien u d-data dwar l-istat tal-ibħra u l-oċeani tagħna, ir-riżorsi ta' qiegħ il-baħar, il-ħajja marittima u t-theddid għall-ħabitats u l-ekosistemi jirrappreżentaw waħda mill-problemi ewlenin li qed ixekklu l-iżvilupp tal-ekonomija blu. Iktar għarfien dwar l-ibħra tagħna ser iħeġġeġ it-tkabbir tal-ekonomija blu, kemm permezz ta' għarfien aħjar tar-riżorsi tagħha kif ukoll fehim aħjar dwar l-użu tagħhom filwaqt li jinkisbu l-għanijiet fil-qasam tal-ħarsien ambjentali; |
|
14. |
jisħaq fuq ir-rwol tal-aċċess għad-data dwar l-istat tal-ibħra u l-oċeani tagħna fl-iżvilupp tal-ekonomija blu. Jekk tiżdied id-data u ssir iktar aċċessibbli, tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-kompetittività u s-sitwazzjonijiet ta' kriżi jkunu jistgħu jiġu ġestiti b'mod iktar effettiv filwaqt li jitnaqqsu l-inċertezzi relatati mal-oqsma marittimi; |
|
15. |
iqis li l-aċċess għad-data dwar l-istat tal-ibħra u l-oċeani tagħna m'għandux ikun limitat għall-informazzjoni ġenerali, rilevanti biss għal-livell tal-UE jew għall-Istati Membri individwali. Huwa kruċjali li jitqiesu l-ħtiġiet tar-reġjuni individwali u li iktar informazzjoni ssirilhom disponibbli fil-qasam imsemmi, li jistgħu jużawha b'mod effettiv mhux biss fis-settur pubbliku iżda anke fis-settur privat; |
|
16. |
jiġbed l-attenzjoni li għalkemm huwa importanti li d-data dwar l-istat tal-ibħra u l-oċeani tagħna tkun disponibbli fil-livell reġjonali, lokali u nazzjonali, il-proċess sħiħ għandu jiġi koordinat fil-livell tal-UE. B'hekk l-applikazzjoni tad-data ssir iktar effettiva u jkun jista' jsir skambju ta' informazzjoni adatt bejn il-partijiet interessati; |
|
17. |
jappella biex il-Kummissjoni Ewropea testendi l-użu tar-riċerka xjentifika fl-isforzi tagħha għar-reġjonalizzazzjoni tal-politika komuni tas-sajd. Użu iktar mifrux tar-riċerka xjentifika l-ewwel nett jirrifletti l-prinċipju ta' approċċ transsettorjali għall-ekonomija blu u t-tieni nett itejjeb il-ġestjoni razzjonali tar-riżorsi tal-ħut; |
|
18. |
jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tkompli tappoġġja l-akkwakultura bħala wieħed mis-setturi li qed jiżviluppaw l-iktar malajr fil-produzzjoni tal-ikel. Ir-riċerka xjentifika adatta li tagħti lill-kumpaniji informazzjoni ġdida u estensiva dwar l-istat tal-ibħra u l-oċeani b'hekk tista' tgħin biex issaħħaħ il-kompetittività tagħhom bir-riżultat li jiżdiedu l-impjiegi, b'mod partikolari fl-oqsma li huma strutturalment dgħajfa; |
|
19. |
jenfasizza li l-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-istat tal-ibħra u l-oċeani m'għandhomx joħolqu żvantaġġi jew piż amministrattiv addizzjonali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-operaturi ekonomiċi; |
|
20. |
jinnota li l-aċċess adegwat għall-informazzjoni dwar l-istat tal-ibħra u l-oċeani mhuwiex importanti biss għall-implimentazzjoni ta' miżuri innovattivi, il-ħarsien ambjentali jew il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ħut u l-akkwakultura iżda jista' jkun ukoll fattur abilitanti importanti għall-ġestjoni tar-riskju u l-adozzjoni ta' attivitajiet adatti ta' appoġġ f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. B'rabta ma' dan il-Kumitat tar-Reġjuni jappella biex jittieħdu passi biex jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-użu ta' data ta' immaġni bis-satellita mis-servizz tal-programm tas-satelliti Copernicus biex jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reazzjoni inizjali tagħhom f'każ ta' diżastri naturali; |
|
21. |
jenfasizza l-importanza li jsir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-innovazzjoni u t-tkabbir tal-ekonomija blu fuq bażi kontinwa biex jiġi żgurat li l-azzjoni li tittieħed tkun effettiva kemm jista' jkun possibbli. Għalhekk il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda li jiġu żviluppati indikaturi ta' prestazzjoni definiti b'mod ċar għat-tkabbir u l-innovazzjoni fl-ekonomija blu. L-indikaturi definiti b'dan il-mod ma jkunux utli biss għall-Kummissjoni iżda jgħinu wkoll jidentifikaw għanijiet adatti għall-Istati Membri u r-reġjuni; |
Il-ħarsien ambjentali tal-ibħra u l-oċeani
|
22. |
jiġbed l-attenzjoni li l-kwistjoni ewlenija tal-ekonomija blu mhijiex biss l-użu tal-għarfien marittimu bil-għan li jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku iżda hija l-iktar dwar l-użu tiegħu biex jiġu preservati l-ekosistemi tal-baħar u tinżamm il-kwalità tal-ambjent marittimu. Il-ħarsien u l-konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar għandhom ikunu elementi ewlenin tal-politiki marittimi Ewropej; |
|
23. |
jenfasizza li l-ambjent marittimu għandu jkun nadif u f'saħħtu. Għalhekk l-idea li jitfasslu pjani għat-tneħħija ta' residwi ta' materjal militari u skart kimiku li jintrema fil-baħar, kif stabbilit f'Opinjoni preċedenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (1), għandha tiġi kunsidrata uffiċjalment, filwaqt li l-informazzjoni dwar l-ibħra u l-oċeani għandha tintuża wkoll bil-għan li l-ambjent tal-baħar jitnaddaf u jiġġedded, ħaġa li tgħin tiżgura l-bijodiversità u l-fertilità tiegħu; |
|
24. |
jenfasizza li ambjent marittimu nadif u f'saħħtu abbażi taż-żoni tal-baħar protetti huwa importanti wkoll għall-iżvilupp tat-turiżmu, pereżempju l-għadis sostenibbli, li jirrappreżenta għodda strateġika għall-ksib tal-għarfien dwar l-ambjent tal-baħar u għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwaru; |
|
25. |
iqis li iktar kompetittività u impjiegi fis-settur tal-akkwakultura jwasslu għal żvilupp iktar dinamiku f'dan is-settur. Madankollu dan m'għandux iwassal għal kwalunkwe deterjorament fil-kwalità tal-prodotti tal-baħar favur il-kwantità. B'rabta ma' dan għandha tittieħed kull azzjoni neċessarja biex jiġi żgurat li l-konsumaturi Ewropej jiġu provduti bi prodotti ta' kwalità għolja. B'mod partikolari dan ifisser nuqqas ta' awtorizzazzjoni biex il-konsumaturi jiġu provduti organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM); |
Il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi tas-settur privat fl-ekonomija blu
|
26. |
japprezza l-importanza tal-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea intiżi biex jinfirex l-użu tar-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni fl-istrateġija tat-tkabbir blu. Madankollu, huwa importanti li niftakru li r-riżultat ewlieni u l-iktar mixtieq tal-istrateġija tat-tkabbir blu għandu jkun li tiġi żviluppata intraprenditorija bbażata fuq il-potenzjal mhux sfruttat tal-ibħra u l-oċeani tagħna; |
|
27. |
iqis li l-Komunikazzjoni ma tqisx ċerti oqsma li għandhom l-ikbar sehem tal-ekonomija blu, pereżempju l-industrija tal-bini tal-bastimenti, it-trasport marittimu u l-enerġija blu. Huwa ċar li l-Komunikazzjoni qed twitti t-triq għal inizjattivi futuri fix-xjenza u l-innovazzjoni iżda s-setturi ekonomiċi msemmija hawn fuq għadhom l-ixpruni tal-ekonomija blu; |
|
28. |
iqis li, meta jiġu analizzati l-possibbiltajiet tal-introduzzjoni tal-innovazzjoni fl-ekonomija blu, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-iżvilupp tat-trasport marittimu u t-turiżmu marittimu li għandhom potenzjal enormi mil-lat taż-żieda fl-impjiegi; |
|
29. |
jenfasizza li l-kumpaniji fis-settur privat jistgħu jaqdu rwol kruċjali fil-ħolqien tal-innovazzjoni u fl-użu tagħhom bil-għan li jiżdied it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu iktar impjiegi u impjiegi aħjar. B'mod partikolari, l-intrapriżi mis-settur tal-SMEs jistgħu jaqdu rwol importanti f'dan il-qasam; |
|
30. |
jiġbed l-attenzjoni li l-pjani tal-Kummissjoni biex iżżid il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-ekonomija blu għandhom jiġu appoġġjati minn għajnuna finanzjarja adegwata minn programmi kemm eżistenti kif ukoll futuri. Il-bżonn tal-finanzjament toħroġ fid-dieher b'mod partikolari fis-settur tal-akkwakultura fejn il-mikrointrapriżi jirrappreżentaw 90 % ta' dan is-settur u huma kapaċi jiġġeneraw il-livell mixtieq ta' innovazzjoni; |
|
31. |
jeħtieġ li jkun hemm qafas imsaħħaħ ta' politika għall-inklużjoni tal-intrapriżi privati fl-ekonomija blu. Sabiex tiġi żgurata l-aħjar sinerġija possibbli bejn is-settur pubbliku u l-ħtiġiet tas-settur privat, l-intrapriżi għandu jkollhom il-possibbiltà li jsemmgħu leħinhom sew fl-identifikazzjoni tal-ħtiġiet tar-riċerka u fit-tfassil ta' normi, standards u soluzzjonijiet adatti għall-intrapriżi; |
|
32. |
iqis li l-inklużjoni usa' ta' intrapriżi privati fl-ekonomija blu għandha ssir mingħajr l-ebda piż bla bżonn għas-settur privat; |
|
33. |
jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu biex itejbu l-kompetittività tal-atturi ekonomiċi Ewropej fis-settur marittimu. Jekk nifhmu l-ħtiġiet tas-settur privat fir-rigward tal-parteċipazzjoni fl-ekonomija blu, għandu jkun eħfef li nadattaw miżuri u politiki fil-livell tal-UE u dak nazzjonali u reġjonali biex jissodisfaw dawn il-ħtiġiet; |
|
34. |
jenfasizza li l-intraprenditorija fl-ekonomija l-blu tmur lil hinn mill-attivitajiet fl-ibħra u l-oċeani tagħna. Huwa importanti li jsir ippjanar adatt għall-appoġġ tal-intrapriżi fuq l-art tal-kumpaniji involuti fl-ekonomija blu, bħall-impjanti lokali tal-ipproċessar tal-ħut, sabiex jinħoloq ambjent kummerċjali sostenibbli għas-sajjieda lokali; |
|
35. |
jinnota li l-introduzzjoni tal-innovazzjonijiet fl-ekonomija blu għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi teħtieġ l-għażla ta' nies b'ħiliet adatti. Sabiex ix-xogħol marbut mal-baħar isir iktar popolari u attraenti għaż-żgħażagħ huwa kruċjali li ssir koordinazzjoni mill-qrib bejn it-tfassil tal-politika, l-edukazzjoni u l-kummerċ; |
|
36. |
jenfasizza li l-benefiċċji li jinbtu mill-ekonomija blu ser jinħassu kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat. Madankollu, kull finanzjament pubbliku għandu l-limiti tiegħu. Għalhekk huwa importanti li jinħoloq kapital privat biex jiġu finanzjati l-attivitajiet f'dan il-qasam. F'dan il-kuntest, għandha tiġi mħeġġa kooperazzjoni wiesgħa bejn is-settur pubbliku u dak privat, fost oħrajn permezz tas-sħubijiet pubbliċi-privati, fejn is-settur pubbliku jista' jgawdi mill-kapaċità finanzjarja tas-settur privat kif ukoll l-għarfien, l-esperjenza kummerċjali, il-ħiliet maniġerjali u l-potenzjal intellettwali tiegħu sabiex jiġu żviluppati u implimentati soluzzjonijiet innovattivi għall-ekonomija blu; |
|
37. |
jenfasizza li, minħabba d-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri individwali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-arranġamenti legali għas-sħubijiet pubbliċi privati, il-Kummissjoni taqdi rwol partikolarment importanti fil-promozzjoni ta' prattiki tajbin u soluzzjonijiet għall-użu tas-sħubijiet pubbliċi privati fis-settur tal-ekonomija blu. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-possibbiltà li jiġu implimentati sħubijiet pubbliċi-privati istituzzjonalizzati fid-dawl tal-ħolqien potenzjali ta' impjiegi ġodda; |
|
38. |
jinnota li mhux ser ikun possibbli li jiġu involuti rappreżentanti tas-settur privat – inklużi dawk tal-SMEs – bil-kooperazzjoni tas-settur pubbliku, sakemm kooperazzjoni bħal din ma tiġix promossa fil-livell reġjonali u lokali. Jeħtieġ ukoll li jiġu faċilitati u appoġġjati l-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-involviment tar-rappreżentanti tas-settur privat fit-twettiq ta' proġetti li jsiru fil-forma ta' sħubijiet pubbliċi-privati; |
|
39. |
jinnota li s-sħubijiet pubbliċi-privati fl-ekonomija blu m'għandhomx jintużaw biss biex jiġu akkwistati intrapriżi kbar bħala msieħba privati. Biex jiġu implimentati sew, is-sħubijiet pubbliċi-privati għandhom jikkunsidraw il-potenzjal finanzjarju u l-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju adattati għas-settur tal-SMEs, ħaġa li tippermetti lill-awtoritajiet iżgħar jużaw ir-riżorsi ta' dawn l-intrapriżi; |
|
40. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif inhuma mniżżla fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikoli 3 u 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ġew rispettati fil-Komunikazzjoni. |
Brussell, 3 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) CDR 2203/2012, Opportunitajiet ta' tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu, relatur: Adam Banaszak (PL/KRE).
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/28 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti
(2015/C 019/06)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
Kummenti ġenerali
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tqis li s-sistemi tas-saħħa għandhom itawlu l-ħajja u jtejbu l-kwalità tagħha wkoll u u b’hekk jikkontribwixxu biex tittejjeb is-saħħa taċ-ċittadini. Is-saħħa tal-individwi fejn b’“saħħa” qed nifhmu benesseri fiżiku u anke psikoloġiku tiddependi minn fatturi oħra u mhux minn miżuri tal-kura tas-saħħa biss; |
|
2. |
jitlob li s-saħħa titqies bħala valur fih innifsu u li l-ispiża tas-sistemi tas-saħħa titqies bħala investiment fis-saħħa tal-popolazzjoni li jista’ jkollu effetti pożittivi f’termini ta’ iktar produttività, provvista ta’ ħaddiema ikbar u finanzi pubbliċi sodi; |
|
3. |
jinnota li l-awtoritajiet sottonazzjonali qegħdin jiffaċċjaw l-istess sfidi fl-UE kollha: l-ispiża tal-kura tas-saħħa qed tiżdied u l-popolazzjoni qed tkompli tixjieħ u tintlaqat dejjem aktar minn mard kroniku u multimorbożità li qed jirriżultaw f’domanda ogħla għall-kura tas-saħħa. Il-Kumitat tar-Reġjuni jinnota li hija r-responsabbiltà tal-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali li jindirizzaw dawn l-isfidi; |
|
4. |
jilqa’ u jappoġġja l-prinċipju li ċ-ċittadini tal-UE għandu jkollhom aċċess għal trattament iktar effettiv u ta’ kwalità tajba u l-fatt li, fid-dawl tal-esperjenza tas-snin reċenti, il-Kummissjoni tixtieq tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji li jtejbu l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u li jiffaċċilitaw l-aċċess għall-kura medika; |
|
5. |
jikkonferma l-bżonn ta’ konformità mal-Artikolu 168 tat-Trattat tal-UE, li jistipula li s-saħħa pubblika hija essenzjalment responsabbiltà nazzjonali, u r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. B’rabta ma’ dan il-Kumitat tar-Reġjuni jfakkar li r-responsabbiltà tal-politika tas-saħħa hija tal-Istati Membri u fil-maġġoranza tal-każijiet, parti kbira mill-kompetenzi fil-qasam tas-saħħa taqa’ taħt l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
6. |
jinnota li fl-2013, ħdax-il Stat Membru irċevew rakkomandazzjoni għal riforma tas-sistema tas-saħħa tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew. F’dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-differenzi fis-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri jirriflettu deċiżjonijiet soċjali differenti u li, skont l-Artikolu 168 tat-Trattat tal-UE, ir-rwol tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika jikkomplementa l-politika nazzjonali; |
|
7. |
jaqbel li s-saħħa pubblika tiddependi ħafna mill-innovazzzjoni u għandha importanza ekonomika kbira. Madanakollu jirrakkomanda li l-valuri komuni rikonoxxuti mill-Kunsill (Saħħa) tal-2006 – l-universalità tas-sistemi tas-saħħa fl-UE, l-aċċess għall-kura medika ta’ kwalità, l-ugwaljanza u s-solidarjetà – jiġu qabel is-sitwazzjoni ekonomika attwali; |
|
8. |
jagħraf li l-kriżi ekonomika żiedet il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri iżda jfakkar ukoll li s-sistemi tas-saħħa għandhom jibqgħu sostenibbli biżżejjed biex jiggarantixxu valuri komuni fil-ġejjieni u anki fil-preżent; |
|
9. |
jilqa’ bi pjaċir il-fatt li fl-isforzi tagħha biex tassisti l-Istati Membri fl-evalwazzjoni tal-effettività tas-sistemi tas-saħħa tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tikkoopera iktar ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-WHO u l-OECD; |
|
10. |
jagħti parir lill-Kummissjoni Ewropea li timxi b’kawtela hija u tibni sistema komprensiva ta’ rapportaġġ għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa u jinnota li diġà tista’ tintuża d-data disponibbli tad-WHO u l-OECD, f’kooperazzjoni magħhom; |
|
11. |
jitlob lill-Istati Membri jsaħħu u, fejn hemm bżonn, jespandu l-kapaċità preżenti tagħhom sabiex jiżguraw ġbir kontinwu u awtomatiku tad-data dwar is-saħħa billi dan jikkontribwixxi għal żieda fil-kwalità tad-data internazzjonali f’organizzazzjonijiet bħad-WHO u l-OECD; |
|
12. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tkun ibbażata fuq indikaturi ġenerali u faċilment aċċessibbli bħar-rati ta’ sopravivenza ta’ ċertu tip ta’ mard jew il-ħinijiet ta’ stennija; jilqa’ qafas li jelenka kriterji komuni Ewropej għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, li jappoġġja d-dibattitu politiku u jinfluwenza l-prijoritajiet tal-Istati Membri; |
|
13. |
jaqbel li iktar mobbiltà fost il-pazjenti u l-persunal tas-settur tas-saħħa jfissru li s-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri ser ikollhom iktar influwenza fuq xulxin u jirrimarka li kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn is-sistemi tas-saħħa bil-għan li jiġi kkunsidrat dan il-fenomenu għandha tqis l-għarfien li jeżisti fil-livelli lokali u reġjonali; |
|
14. |
jinnota li d-disponibbiltà ta’ forza tax-xogħol imħarrġa tajjeb b’opportunitajiet tajbin għall-iżvilupp tal-ħiliet, il-ħolqien tal-ħiliet„ ġestjoni tajba u fluss adegwat ta’ informazzjoni huma elementi importanti tas-sistemi tas-saħħa u daqstant ieħor id-delegazzjoni tal-kompetenzi fil-livelli reġjonali u lokali; |
|
15. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-integrazzjoni tal-kura medika għandha sseħħ b’mod parallel ma’ żieda fl-involviment tal-pazjenti u enfasi fuq il-kwalità tal-kura u li l-ħidma tal-kumitati esperti tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-qasam u oħrajn għandha tiġi diskussa mal-awtoritajiet lokali u reġjonali pereżempju fil-forma ta’ seduti pubbliċi dwar ir-riżultati tal-ħidma tal-kumitati; |
|
16. |
jagħraf li s-sistemi tas-saħħa għandhom ikunu reżiljenti biżżejjed biex jadattaw għal kundizzjonijiet differenti u sfidi kbar anki f’kuntest ta’ riżorsi limitati u huwa tal-fehma li dawn il-karatteristiċi għandhom ikunu parti mir-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għas-saħħa pubblika; |
|
17. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tagħraf l-importanza tas-saħħa pubblika fil-ġlieda kontra l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi ekonomika iżda jenfasizza li l-deċiżjonijiet intiżi biex jindirizzaw kriżijiet/problemi ekonomiċi globali għandhom jiġu analizzati mill-perspettiva tal-impatt negattiv potenzjali tagħhom fuq is-saħħa pubblika b’mod li dawn l-effetti jiġu evitati; |
|
18. |
jilqa’ u jappoġġja t-tfassil ta’ strateġija għall-inklużjoni soċjali li tinkludi aċċess mifrux għal servizzi tas-saħħa tajbin u affordabbli bil-għan li tiġġieled l-inugwaljanzi li qed ikomplu jiżdiedu fejn tidħol saħħa fl-Istati Membri; |
Tisħiħ tal-effettività tas-sistemi tas-saħħa
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
19. |
jilqa’ u jappoġġja l-ħidma li għaddejja fuq is-sigurtà tal-pazjent fil-livell tal-UE u jitlob li l-esperjenzi, l-involviment tal-pazjenti u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-persunal jingħataw aktar prijorità fl-inizjattivi futuri tal-UE fil-qasam tas-saħħa; |
|
20. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huwa diffiċli li tiġi definita l-prestazzjoni tas-saħħa pubblika u dan jagħmel problematiku t-tqabbil bejn l-Istati Membri, iżda jaqbel li huwa importanti li titkejjel u titqabbel l-effettività tas-sistemi tas-saħħa; |
|
21. |
jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jitqabblu biss bil-għan li jinsilet tagħlim u jkun hemm skambju tal-esperjenzi tal-prattiki tajba. B’hekk l-Istati Membri jkollhom l-opportunità li jkomplu bl-isforzi tagħhom għat-titjib mil-lat internazzjonali; |
|
22. |
jagħraf li f’ċerti oqsma fejn id-data mill-organizzazzjonijiet internazzjonali (bħad-WHO u l-OECD) mhux biżżejjed, jista’ jkun utli li titwaqqaf bażi ta’ data Ewropea; |
Titjib fl-aċċess għas-sistemi tas-saħħa
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
23. |
jilqa’ l-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tfakkar il-prinċipji tal-Patt Soċjali Ewropew kif ukoll li tenfasizza l-importanza ta’ kriterji trasparenti għall-aċċess għall-kura medika u l-obbligu li jiġi żgurat li l-ebda grupp tal-popolazzjoni ma jisfa eskluż mill-aċċess għall-kura medika; |
|
24. |
jaqbel li l-aċċess diffiċli jitkejjel iżda jenfasizza li indikaturi bbażati fuq l-esperjenzi taċ-ċittadini huma sors a’ informazzjoni importanti dwar il-fehma taċ-ċittadini fuq l-aċċess għall-kura tas-saħħa; |
|
25. |
jaqbel li l-evalwazzjoni tal-aċċess għall-kura tas-saħħa għandha tiffoka fuq il-parti tal-popolazzjoni koperta mis-servizzi tas-saħħa kif ukoll l-iskop ta’ dawn is-servizzi, ifakkar madanakollu li d-differenzi bejn il-provvista u l-iskop tal-provvista jirriflettu d-deċiżjonijiet soċjali differenti li jittieħdu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
26. |
jaqbel mal-fatt li l-aċċessibbiltà hija kundizzjoni għall-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u hija relatata ma’ kwistjonijiet ta’ ħinijiet ta’ stennija, distanzi u persunal fil-qasam tas-saħħa pubblika, madanakollu jinnota li l-konċentrazzjoni ta’ trattamenti speċjalizzati f’postijiet ċentrali u r-rotot ta’ aċċess li dawn jinvolvu ħafna drabi ma jistgħux jiġu evitati biex ikunu jistgħu jiġu żgurati biżżejjed kompetenzi f’oqsma speċifiċi. Madankollu trid tingħata attenzjoni li anke l-persuni f’reġjuni bi żvantaġġi demografiċi u ġeografiċi jingħataw servizzi tas-saħħa speċjalizzati bħal dawn; |
|
27. |
ifakkar li r-reġjuni li għandhom żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi (popolazzjoni mxerrda ħafna, densità tal-popolazzjoni baxxa, tixjiħ demografiku qawwi, reġjuni insulari jew muntanjużi) iridu jiffaċċjaw sfidi speċifiċi li jinħassu bi ħruxija partikolari fil-qasam tas-saħħa; |
|
28. |
jagħraf li mudelli integrati ta’ kura u soluzzjonijiet tas-saħħa elettronika huma soluzzjonijiet parzjali għall-problema tal-aċċessibbiltà tas-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri u li jistgħu joffru soluzzjonijiet b’mod partikolari lir-reġjuni bi żvantaġġi demografiċi u ġeografiċi; |
|
29. |
f’dan il-kuntest iħoss in-nuqqas ta’ referenza għall-fatt li b’mod speċjali nies b’diżabbiltajiet għandhom aċċess limitat għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u fl-isfond tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea fl-impenji tagħha [COM(2010) 636 final] li tagħti attenzjoni speċjali lill-persuni b’diżabbiltà meta timplimenta strateġiji li jiġġieldu l-inugwaljanzi fis-saħħa; |
|
30. |
jilqa’ l-fatt li d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali tiġbed iktar attenzjoni lejn il-kwistjoni tar-responsabbiltà tas-sistemi tas-saħħa mill-aċċess għall-kura medika; |
|
31. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tqis bħala għan ċentrali tagħha li ltkompli tagħti rwol konsultattiv importanti lill-persunal tas-settur tas-saħħa, anki fil-ġejjieni, u li dan jista’ jseħħ f’kooperazzjoni ma’ setturi oħra; ifakkar li l-esperjenza kbira li għandhom il-livelli lokali u reġjonali fejn tidħol kooperazzjoni bħal din tista’ tintuża fil-ħidma li se tkompli ssir fil-qasam; |
|
32. |
jappoġġja l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-titjib fl-aċċess għall-prodotti mediċinali, iżda jenfsizza li d-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar u r-rimborż tal-ispejjeż tal-pazjenti huma r-riżultat ta’ għażliet soċjali u l-prijoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen madanakollu li iktar trasparenza fl-ipprezzar tal-prodotti mediċinali għandha twassal għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi; |
|
33. |
jinnota li l-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tkompli tappoġġja lill-Istati Membri fil-pjani tagħhom għall-forza tax-xogħol tas-settur tas-saħħa sabiex tgħinhom jindirizzaw l-isfidi relatati mal-mobbiltà tal-persunal tas-saħħa; |
|
34. |
huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jiżguraw implimentazzjoni korretta tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali; |
Titjib tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
35. |
jagħraf li l-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat li l-Istati Membri jwettqu riformi fis-sistemi tas-saħħa bħala parti mis-Semestru Ewropew; b’rabta ma’ dan jirreferi għall-Artikolu 168 tat-Trattat tal-UE li jgħid li r-rwol tal-UE fil-qasam tas-saħħa huwa biss dak li tikkumplementa l-politiki nazzjonali; |
|
36. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea qed tgħin lill-Istati Membri fir-riforma tas-sistemi tas-saħħa tagħhom permezz ta’ inizjattivi ta’ tagħlim u skambju tal-aħjar prattika ma’ Stati Membri u reġjuni oħra; |
|
37. |
jirrimarka li l-investimenti adegwati u fit-tul fis-sistemi tas-saħħa ’ fil-perjodu twil jistgħu jkunu irħas minn investimenti fil-perjodu qasir ibbażati fuq limiti finanzjarji ċikliċi; huwa tal-fehma li fil-futur l-identifikazzjoni tal-impatt qasir u twil tal-investimenti fis-saħħa pubblika għandha ssir qasam speċjali ta’ enfasi; |
|
38. |
jagħraf li s-sistemi tas-saħħa għandhom ikunu b’saħħithom finanzjarjament; huwa tal-fehma li l-kunsiderazzjonijiet finanzjarji ċikliċi fil-perjodu qasir m’għandhomx joħonqu l-valur tas-saħħa fih innifsu, is-sikurezza u l-parteċipazzjoni tal-pazjenti u l-iżvilupp tal-kompetenzi tal-persunal; |
|
39. |
jagħraf u jilqa’ l-ħidma li wettqet il-Kummissjoni Ewropea sabiex tidentifika sitt fatturi ta’ reżiljenza li jistgħu jikkontribwixxu sabiex is-sistemi tas-saħħa jkunu jistgħu jiggarantixxu servizzi tas-saħħa aċċessibbli u effettivi għall-popolazzjoni; |
|
40. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-għan ambizzjuż tan-netwerk tal-HTA (Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa) li twaqqaf taħt id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, u jaqbel li dan ser inaqqas ix-xogħol doppju għall-awtoritajiet; |
|
41. |
jinnota l-enfasi tal-Kummissjoni Ewropea fuq it-trasferiment tal-informazzjoni dwar il-pazjenti lejn il-provvedituri tal-kura tas-saħħa kkonċernati u jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tappoġġja lill-Istati Membri f’dan il-kompitu billi tippromovi l-iskambju tal-għarfien u tal-aqwa prattika fejn jidħlu flussi tal-informazzjoni; |
|
42. |
ifakkar li l-livelli lokali u reġjonali jafu ħafna dwar il-perċezzjoni tas-saħħa pubblika fost iċ-ċittadini u li huwa iktar importanti li dan l-għarfien jintuża b’mod attiv milli jiġu determinati l-possibbiltajiet ta’ konsorzju komprensiv għal infrastruttura Ewropea ta’ riċerka; |
|
43. |
jemmen li għadhom ma ġewx ottimizzati s-sinerġiji potenzjali bejn is-servizzi tas-saħħa li jinsabu fir-reġjuni tal-fruntieri. Kieku dan iseħħ, isir tfaddil kbir li jikkontribwixxi biex is-sistemi tas-saħħa jsiru aktar aċċessibbli, għall-benefiċċju tal-pazjenti. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappella lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri biex iħeġġu l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ kollaborazzjoni għal dan il-għan; |
|
44. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li kooperazzjoni mill-qrib mad-WHO u l-OECD tista’ twassal għall-użu tad-data eżistenti tagħhom u dan jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-infrastruttura tar-riċerka. |
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/32 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija makroreġjonali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Alpi
(2015/C 019/07)
|
Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2013 fejn talab lill-Kummissjoni Ewropea biex, flimkien mal-Istati Membri, tfassal strateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi sa Ġunju 2015; |
|
2. |
jenfasizza li dan iwassal ukoll għal tisħiħ sostanzjali tar-rwol tar-reġjuni fil-proċess tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi; u abbażi t’hekk, sabiex jiġi promoss aktar żvilupp, l-Ewropa għandha tirrikonoxxi u tisfrutta d-diversità tagħha pjuttost milli tfittex l-istandardizzazzjoni tad-differenzi. L-istrateġiji makroreġjonali huma strument li jista’ jikkontribwixxi b’mod konkret biex jiġu sfruttati l-ispeċifiċitajiet ta’ tkabbir tat-territorji differenti filwaqt li jitħarsu l-missjonijiet u l-karatteristiċi naturali tagħhom; |
|
3. |
jilqa’ l-kunċett tal-istrateġija makroreġjonali bħala qafas ġenerali, approvat mill-Kunsill Ewropew u appoġġjat mill-Parlament Ewropew, għall-Istati Membri u pajjiżi terzi fl-istess żona ġeografika li jservi biex jiġu indirizzati sfidi komuni u tissaħħaħ il-kooperazzjoni fir-rigward tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (1); |
|
4. |
huwa impenjat biex ikompli jappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali, kif diġà ġie iddikjarat fl-Opinjoni tiegħu dwar il-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali (2), u jenfasizza li l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali eżistenti diġà huwa rikonoxxut politikament u strateġikament (3); |
|
5. |
jinnota li l-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi ser tkun ir-raba’ strateġija makroreġjonali wara l-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Baħar Baltiku, dik għar-reġjun tad-Danubju u dik għall-makroreġjun Adrijatiku-Jonju u jafferma li, fid-dawl tal-isfidi kbar li qed jiġu ffaċċjati f’żoni oħra Ewropej, huwa lest jappoġġja l-ħolqien ta’ strateġiji makroreġjonali oħra; |
|
6. |
jilqa’ l-fatt li ħames Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija u s-Slovenja) u żewġ pajjiżi terzi (il-Liechtenstein u l-Isvizzera) ser jikkooperaw fil-qafas tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi u b’hekk ser jagħtu kontribut essenzjali għall-integrazzjoni Ewropea b’mod ġenerali. Dan l-aspett ta’ integrazzjoni joffri valur miżjud importanti lil din l-istrateġija makroreġjonali (4); |
|
7. |
jenfasizza li kien ir-reġjun tal-Alpi li ħa l-inizjattiva li jistabbilixxi pożizzjoni strateġika komuni għar-reġjun fil-livell tal-UE u li l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi tfasslet fi proċess ġenwin minn isfel għal fuq mir-reġjuni kkonċernati – mil-livell tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Alpi sal-livell Ewropew; |
|
8. |
jilqa’ li l-Kummissjoni Ewropea, f’konsultazzjoni mal-pajjiżi u r-reġjuni tal-Alpi u fi ħdan il-kumitat ta’ tmexxija tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi, żviluppat pjan ta’ azzjoni speċifiku għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija; |
|
9. |
jilqa’ l-fatt li konsultazzjoni pubblika wiesgħa dwar il-prijoritajiet li ġew stabbiliti s’issa għall-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi offriet il-possibbiltà lill-partijiet interessati u liċ-ċittadini kollha biex jevalwawhom, jipproponu u jfasslu temi differenti u addizzjonali kif ukoll li jindentifikaw atturi interessati sabiex jiġu stabbiliti l-għanijiet u l-aktar strumenti adatti bil-għan li jinkiseb il-livell għoli ta’ żvilupp u ta’ prosperità mixtieq mill-awtoritajiet kollha tar-reġjun tal-Alpi; |
|
10. |
jenfasizza li l-kooperazzjoni transkonfinali fir-reġjun tal-Alpi diġà għandha tradizzjoni twila u mis-sebgħinijiet ‘il hawn ħarġu ħafna strumenti ta’ kooperazzjoni minnha, bħall-Assoċjazzjoni tal-pajjiżi tal-Alpi (Arge-Alp), l-Alleanza Alpi-Adrijatiku, il-Konvenzjoni tal-Alpi, il-Programm tal-UE għar-reġjun tal-Alpi, l-istrutturi ta’ kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, bħall-“Eurorégion Alpes-Méditerranée” jew l-għaqda Ewropea għall-kooperazzjoni territorjali “Senza Confini” u “Europaregion Tirol-Südtirol-Trentino” kif ukoll diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
|
11. |
jenfasizza li l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi hija bbażata ħafna fuq approċċ minn isfel għal fuq u li għandha l-għan li tintegra l-ħidma sostanzjali tal-istrumenti eżistenti ta’ kooperazzjoni transkonfinali fir-reġjun tal-Alpi, u tkompli ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja ta’ din il-kooperazzjoni wiesgħa taħt qafas wieħed; |
|
12. |
ifakkar li valur miżjud sostanzjali tal-istrateġiji makroreġjonali huwa li jiġu indirizzati sfidi komuni permezz ta’ attivitajiet immirati għall-partijiet interessati filwaqt li jsir l-aħjar użu mill-istrumenti finanzjarji adatti, bħas-sħubijiet pubbliċi-privati; |
|
13. |
jinnota li l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi ser tipprovdi soluzzjonijiet komuni għall-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun tal-Alpi. Dawn l-isfidi jinkludu ż-żamma tal-kwalità tal-ħajja, livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u żvilupp ekonomiku sod fil-kundizzjonijiet tal-globalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima, il-bidliet demografiċi u b’mod partikolari l-bidliet strutturali fundamentali fl-agrikoltura u t-turiżmu, id-deindustrijalizzazzjoni, id-distakk diġitali u l-aċċess limitat għas-servizzi ta’ interess ġenerali f’ċerti oqsma; |
|
14. |
jenfasizza li l-punt ta’ referenza tal-Istrateġija huwa l-muntanji tal-Alpi u l-fatt li r-reġjun tal-Alpi huwa magħmul minn reġjun muntanjuż fil-qalba tiegħu, kif stabbilit fil-Konvenzjoni tal-Alpi, iżda wkoll miż-żona tal-madwar b’firxa ta’ bliet kbar. Dawn iż-żoni huma marbuta ma’ xulxin permezz ta’ interazzjonijiet mill-qrib u relazzjonijiet funzjonali, li jinfluwenzaw l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali; |
|
15. |
huwa konxju li ż-żoni muntanjużi u ż-żoni urbani tal-madwar sikwit ikollhom tħassib u prijoritajiet differenti u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ id-djalogu fuq livell ugwali bejn iż-żona prinċipali tar-reġjun tal-Alpi u ż-żona tal-madwar, sabiex jiġi żgurat li jinkiseb bilanċ adatt bejn l-interessi tal-popolazzjoni taż-żewġ żoni; |
|
16. |
jirrakkomanda approċċ flessibbli fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi, b’tali mod li l-firxa ta’ kooperazzjoni strateġika tiġi stabbiliti każ b’każ skont ir-rekwiżiti speċifiċi tal-qasam ta’ azzjoni u b’kunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet funzjonali bejn iż-żona prinċipali tar-reġjun tal-Alpi u ż-żona tal-madwar; |
L-għanijiet u t-temi tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi
|
17. |
jaqbel li permezz tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi għandu jingħata kontribut speċifiku u mfassal għar-reġjun favur l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 favur tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u b’hekk tiġi promossal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Ewropa; |
|
18. |
jirrakkomanda li l-prijoritajiet strateġiċi tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi jintgħażlu b’tali mod li l-interessi taż-żoni muntanjużi fil-qalba tar-reġjun tal-Alpi jingħataw prijorità u li l-interessi taż-żoni tal-madwar jiġu kkunsidrati b’mod adatt sabiex l-interazzjoni bejn dawn iż-żoni tiġi żviluppata għall-benefiċċju reċiproku tagħhom; |
|
19. |
huwa konvint li approċċi innovattivi li jippermettu l-armonizzazzjoni tal-komponenti orjentati lejn l-iżvilupp tal-Istrateġija mal-ħtieġa li jitħares l-ambjent huma ta’ importanza assoluta għas-suċċess tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi. Huwa biss b’dan il-mod li r-reġjun tal-Alpi jista’ jiġi stabbilit u preservat b’mod sostenibbli bħala żona ta’ għajxien, żona ekonomika u żona naturali fil-qalba tal-Ewropa; |
|
20. |
jirreferi għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar Strateġija makroreġjonali għall-Alpi (2013/2549 (RSP)) u jinnota wkoll li l-kontenut tal-Istrateġija għandu jkun konsistenti mal-Konvenzjoni tal-Alpi; |
|
21. |
jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni fi sħubija tal-partijiet interessati reġjonali u lokali kollha fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi; jilqa’ l-kontenut tat-tliet pilastri li ġew stabbiliti s’issa mill-kumitat tat-tmexxija tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi bil-parteċipazzjoni ugwali tar-reġjuni, il-pajjiżi u l-Kummissjoni Ewropea. It-tliet pilastri huma: l-iżgurar ta’ tkabbir sostenibbli u l-promozzjoni tal-livell massimu ta’ impjiegi, il-kompetittività u l-innovazzjoni permezz tal-konsolidazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi biex tissaħħaħ is-solidarjetà reċiproka bejn iż-żoni muntanjużi u ż-żoni urbani, il-promozzjoni tal-iżvilupp territorjali b’enfasi fuq il-mobbiltà ekoloġika, il-kooperazzjoni akkademika msaħħa, l-iżvilupp tas-servizzi, u l-politika tat-trasport u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni kif ukoll il-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-enerġija, ir-riżorsi naturali u kulturali, il-protezzjoni tal-ambjent u l-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-preservazzjoni taż-żoni naturali; |
|
22. |
fir-rigward tal-iżvilupp integrat ta’ dan il-kontenut fil-pjan ta’ azzjoni jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lit-temi li ġejjin: l-irkupru tal-impjiegi, l-iżvilupp tal-katini ta’ valur tat-turiżmu fir-reġjun tal-Alpi, l-iżvilupp ta’ netwerk ta’ intrapriżi fir-reġjun tal-Alpi fil-livell makroreġjonali, it-tisħiħ tal-interess ġenerali, is-solidarjetà reċiproka fost il-persuni li jgħixu fiż-żoni diversi tar-reġjun tal-Alpi, it-titjib tan-netwerking biex jingħeleb id-distakk diġitali fiż-żoni anqas vantaġġjati, it-tisħiħ tat-trasport intermodali u tal-interoperabbiltà tat-trasport bħall-konnessjoni tan-netwerks lokali u reġjonali tat-trasport mar-rotot ġenerali tat-trasport fl-Ewropa, l-isforzi għall-bidla fil-qasam tat-trasport tal-merkanziji mit-trasport bit-triq lejn dak bil-ferroviji, iż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija u l-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari l-użu tal-enerġija idrika, l-użu sostenibbli u effiċjenti tar-riżorsi naturali u kulturali kif ukoll l-iżvilupp ta’ ġestjoni ta’ diżastri naturali minħabba t-tibdil fil-klima, b’attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tal-istruttura idroġeoloġika u tal-ambjent; |
|
23. |
jistenna li l-pjan ta’ azzjoni jiżviluppa sinerġiji bejn id-diversi programmi eżistenti u jkun iffokat fuq għadd limitat ta’ prijoritajiet sabiex b’hekk ikun hemm konċentrazzjoni tar-riżorsi; |
Governanza f’diversi livelli
|
24. |
jieħu nota b’interess tar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-governanza tal-istrateġiji makroreġjonali (5) iżda jinnota li r-rapport ma jikkunsidrax biżżejjed ir-rwol tar-reġjuni bħala dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet; |
|
25. |
jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiġi żgurat li l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi tassumi approċċ li jirrifletti r-realtà, kif mistenni miċ-ċittadini. Jisħaq li għandhom jiġu żviluppati l-kundizzjonijiet li fihom anke l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jimplimentaw proġetti ewlenin; |
|
26. |
jinnota li s-suċċess tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi jiddependi minn kemm l-atturi ta’ politika fil-livell lokali u reġjonali, li jinkludu wkoll ir-raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali, jibqgħu jiġu involuti fit-tmexxija politika ta’ dan il-proċess f’diversi livelli u minn kemm jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fil-liġi tal-UE; f’dan ir-rigward, jidher li jkun opportun li anke l-atturi soċjali, ekonomiċi u kulturali fi ħdan it-territorji kkonċernati jiġu involuti aktar; |
|
27. |
b’konformità mal-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli skont il-Karta tal-Kumitat tar-Reġjuni (6), jitlob li l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-Istrateġija jitfasslu b’mod li jiżguraw li l-livell reġjonali jiġi involut b’mod ugwali għal-livell nazzjonali, skont is-setgħat rispettivi tagħhom; |
|
28. |
jenfasizza li l-grupp interreġjonali dwar il-makroreġjun tal-Alpi, li ġie stabbilit f’Ġunju 2014, jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi tar-reġjun tal-Alpi, bis-saħħa tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom, fl-iżvilupp u l-appoġġ għal strateġija għar-reġjun tal-Alpi. Dan il-grupp jassisti wkoll fit-tħejjija tal-pjan ta’ azzjoni billi jenfasizza l-identità komuni taż-żona metropolitana tiegħu li tikkontribwixxi għal profil ikbar fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, u b’hekk jenfasizza l-potenzjal enormi tar-reġjun; |
|
29. |
jirrakkomanda li jkun utli li tiġi stabbilita presidenza fuq bażi ta’ rotazzjoni, implimentata mill-Istati u/jew ir-reġjuni ta’ kull Stat Membru biex tistabbilixxi l-linji gwida ġenerali tal-istrateġija; kull Stat Membru milqut mill-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi jassumi t-tmexxija għal sena, b’konformità ma’ prinċipju miftiehem ta’ rotazzjoni bejn l-istati membri tal-istrateġija tal-reġjun tal-Alpi, bil-għan li l-pajjiżi u r-reġjuni parteċipanti jkunu jistgħu jieħdu sehem fit-tfassil b’mod ibbilanċjat u sabiex ix-xogħol relatat mat-tmexxija tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi jinqasam b’mod ugwali. It-tmexxija tal-presidenza tista’ tinkludi wkoll il-ħolqien u l-organizzazzjoni ta’ forum tal-istrateġija; |
|
30. |
jirrakkomanda li r-reġjuni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi jistabbilixxu l-funzjoni ta’ koordinatur abbażi tal-mudell tal-koordinaturi Ewropej tat-TEN-T. Dan il-koordinatur ma jkollu l-ebda mandat politiku jew setgħa żekuttiva waqt il-kariga tiegħu, u jkun ta’ appoġġ għall-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza biex jiżguraw li l-Istrateġija tkun ankrata b’mod aktar sod fl-istituzzjonijiet Ewropej; |
|
31. |
jirrakkomanda li l-funzjoni ta’ koordinatur għall-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi tingħata lil persuna b’esperjenza fil-qasam tal-kooperazzjoni interreġjonali u transkonfinali fir-reġjun tal-Alpi u li tkun ġejja mir-reġjuni. Dan huwa ta’ importanza deċiżiva b’mod partikolari fil-kuntest tal-aspett tal-approċċ minn isfel għal fuq tal-Istrateġija; |
|
32. |
huwa tal-opinjoni li t-tfassil ibbilanċjat tal-istrutturi ta’ tmexxija politika għandu jiżgura li l-interessi tal-pajjiżi u r-reġjuni jingħataw importanza ugwali daqs il-Kummissjoni Ewropea; |
|
33. |
iqis li l-Kummissjoni Ewropea taqdi rwol importanti fit-tmexxija strateġika tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi, b’mod partikolari biex tiżgura l-koerenza mal-politiki u l-pożizzjonijiet tal-UE u li jiġi kkunsidrat il-kunċett makroreġjonali fil-miżuri tal-UE, speċjalment fil-programmi u l-istrumenti ta’ finanzjament Ewropej; |
|
34. |
jemmen li l-governanza tal-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi għandha tiġi applikata fid-dawl ta’ distribuzzjoni mifruxa tar-responsabbiltà fil-livell tal-prijoritajiet individwali fi ħdan kull pilastru u li b’mod partikolari għal kwistjonijiet trasversali, bħat-tibdil fil-klima, għandhom jiġu żviluppati forom speċjali ta’ organizzazzjoni; |
|
35. |
jinsab konvint li l-istrateġiji u l-politiki Ewropej ma jistgħux jiġu implimentati b’mod effettiv mingħajr governanza f’diversi livelli u jissuġġerixxi li r-raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom jiġu kkunsidrati bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji; |
|
36. |
jirreferi għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar strateġija makroreġjonali għall-Alpi (2013/2549 (RSP)) u jinnota wkoll li n-netwerks u l-kooperazzjonijiet transkonfinali eżistenti għandhom jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi; |
|
37. |
huwa konxju li riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ proġetti speċifiċi li jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi u jitlob li jitneħħew l-ostakoli legali u amministrattivi li qed ifixklu l-implimentazzjoni; |
|
38. |
jenfasizza li l-istrateġiji makroreġjonali jipprovdu qafas adatt għall-involviment tal-imsieħba tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi, sabiex jinkisbu sinerġiji ma’ inizjattivi eżistenti u jiġu ottimizzati r-riżorsi; f’dan ir-rigward, u sabiex l-involviment imsemmi jsir aktar konkret u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess u l-użu tar-riżorsi finanzjarji disponibbli, jidher li jkun opportun li jiġu stabbiliti ftehimiet u protokolli ta’ kooperazzjoni mal-istess atturi tas-soċjetà ċivili, bħal pereżempju l-assoċjazzjonijiet tas-setturi, il-kmamar tal-kummerċ, l-universitajiet u l-atturi soċjali u ekonomiċi l-oħrajn fit-territorji kkonċernati; |
|
39. |
jaqbel li l-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, għandu jiġi involut fil-proċess makroreġjonali għall-Alpi, speċjalment peress li tnejn mill-pajjiżi li jagħmlu parti mill-istrateġija makroreġjonali – l-Isvizzera u l-Liechtenstein – mhumiex membri tal-UE iżda huma membri tal-Kunsill tal-Ewropa; |
Finanzjament
|
40. |
jinsab sodisfatt li r-Regolament jippermetti regoli komuni u li l-kooperazzjoni territorjali Ewropea tappoġġja l-prijoritajiet makroreġjonali permezz tal-fondi strutturali u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tidentifika kif dawn il-fondi jistgħu jintużaw skont il-ftehim ta’ sħubija u l-programm operattiv reġjonali fir-reġjun tal-Alpi; |
|
41. |
jagħraf li “ir-regola tat-tliet negazzjonijiet” (l-ebda regolamentazzjoni ġdida, l-ebda istituzzjoni tal-UE ġdida, l-ebda fondi addizzjonali) ikkontribwixxiet biex tiżgura li r-riżorsi finanzjarji għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea jintużaw b’mod aktar effikaċi fir-reġjuni fejn diġà teżisti strateġija makroreġjonali. Madankollu, jixtieq jenfasizza l-importanza ta’ finanzjament fit-tul. Il-finanzjament fit-tul huwa meħtieġ b’mod partikolari mill-istituzzjonijiet li jkunu responsabbli għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija. L-Istati Membri konċernati u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, fil-qafas ta’ governanza f’diversi livelli, għandhom jassumu responsabbiltà ikbar u jallokaw biżżejjed riżorsi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija makroreġjonali għar-reġjun tal-Alpi; |
|
42. |
itenni li, b’konformità mal-Opinjoni tiegħu dwar l-istrateġiji makroreġjonali eżistenti (7), fl-istess ħin għandha tapplika “r-regola ta’ tliet affermazzjonijiet” (aktar koordinazzjoni fl-użu tar-riżorsi finanzjarji eżistenti, aktar koordinazzjoni istituzzjonali u aktar ideat u proġetti) u jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti b’mod effettiv fil-koordinazzjoni; |
|
43. |
jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-kooperazzjoni transnazzjonali tal-programm “Spazju Alpin” 2014-20 tipprevedi prijorità li tippermetti l-appoġġ għal mudelli ta’ governanza innovattivi; |
|
44. |
jistenna li l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi tikkoordina aħjar il-fondi disponibbli fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u għaldaqstant jappella b’mod partikolari lill-Kummissjoni Ewropea u lis-servizzi tagħha responsabbli, biex fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, kemm rigward il-programmi operattivi tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment kif ukoll rigward il-programmi taħt ġestjoni diretta, jiżguraw l-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-miżuri tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Alpi fil-qafas ta’ dawn l-istrumenti u l-politiki. |
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) COM(2013) 468 final.
(2) CDR5074-2013_00_00_TRA_AC.
(3) Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar il-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali.
(4) COM(2013) 468 final.
(5) COM(2014) 284 final.
(6) COR-2014-01728-00-00-RES-TRA.
(7) Ara pereżempju l-Opinjoni CDR1272-2012_00_00_TRA_AC dwar l-Istrateġija riveduta tal-UE għar-reġjun tal-Baħar Baltiku.
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/36 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Servizzi ta’ informazzjoni u ppjanar u bejgħ ta’ biljetti għall-ivvjaġġar multimodali
(2015/C 019/08)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jirrimarka li sistema ta’ informazzjoni aġġornata u funzjonali fl-Ewropa kollha li taqdi s-sewwieqa u l-vjaġġaturi u li tkopri l-modi kollha ta’ trasport hija strument ewlieni sabiex tiġi eżerċitata waħda mil-libertajiet fundamentali tal-UE, jiġifieri ċ-ċirkolazzjoni libera tal-persuni. Sabiex dan jitwettaq, mhux biżżejjed li sempliċement neliminaw l-ostakli: għandu jsir b’tali mod li jkun l-aktar faċli possibbli għaċ-ċittadini. Din hija r-raġuni għalfejn għandu jkun obbligatorju li jiġu ppubblikati l-ħinijiet u informazzjoni oħra tal-ivvjaġġar u li dawn ikunu aċċessibbli – bis-sħiħ u mingħajr distinzjoni – għaċ-ċittadini tal-UE kollha b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jużawhom bl-aktar mod faċli u effettiv possibbli. Fil-kuntest ta’ sistema bħal din, l-UE u kull wieħed mill-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-ebda operatur tat-trasport pubbliku ma jiġi favorit minn din is-sistema għad-detriment tal-oħrajn. Għandhom jagħtu garanzija wkoll lill-operaturi tal-ivvjaġġar u tat-trasport ta’ aċċess ugwali għal dawn is-sistemi. Huwa wkoll b’din l-istampa wiesgħa f’moħħna li jeħtieġ li nfasslu l-leġislazzjoni Ewropea, biex imbagħad tiġi trasposta fil-leġislazzjonijiet nazzjonali differenti. Dan l-approċċ għandu jittieħed mhux biss għall-informazzjoni “statika”, jiġifieri ħinijiet fissi, iżda wkoll għall-informazzjoni “dinamika”, bħal pereżempju l-post fil-ħin reali tal-vetturi tat-trasport pubbliku fi triqithom. Dan ir-rekwiżit biex tinġabar data dwar il-post fil-ħin reali tal-vetturi għandu jħeġġeġ ukoll l-użu tas-segment spazjali ta’ Galileo li diġà twaqqaf; |
|
2. |
jilqa’ l-attenzjoni li qed tagħti l-Kummissjoni Ewropea għall-kwistjoni tal-informazzjoni dwar it-trasport u s-servizzi ta’ bejgħ ta’ biljetti għall-ivvjaġġar multimodali u jqis li l-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument ta’ ħidma huwa pass fid-direzzjoni t-tajba li għandu jistimola aktar id-diskussjoni, it-tfittxija għas-soluzzjonijiet u l-proċess ta’ implimentazzjoni; |
|
3. |
huwa konxju tal-kumplessità tal-kwistjoni kollha u, filwaqt li jilqa’ l-inklużjoni tat-trasport individwali kif ukoll dak pubbliku fl-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea, jemmen li estensjoni ġdida tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, minkejja li żgur għandha l-vantaġġ li tkun komprensiva, ser tikkomplika ħafna l-problema kollha f’din il-fażi, li jfisser li ser iddum ma tinstab soluzzjoni u ser tkun aktar kumplessa. Għaldaqstant, jirrakkomanda li nipproċedu permezz ta’ fażijiet intermedjarji, billi nibdew bit-trasport pubbliku tal-passiġġiera u mbagħad wara nżidu t-trasport individwali għas-sistema operattivi tat-trasport pubbliku. Il-pass tal-integrazzjoni tal-modi varji ta’ trasport mistenni jvarja fir-reġjuni differenti tal-UE skont fuq liema parti tas-suq jaħdem mod tat-trasport partikolari; |
|
4. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fit-tul jeħtieġ li t-trasport individwali jingħata attenzjoni iktar bir-reqqa u li jitħejjew soluzzjonijiet legali u tekniċi. Għalhekk jirrakkomanda li titħejja skeda għal din il-ħidma li tiżgura l-livell ta’ effikaċja meħtieġa minn dawn il-miżuri; |
|
5. |
jirrimarka li d-dokument ta’ ħidma juri biċ-ċar li l-aktar fażi kkumplikata f’termini ta’ informazzjoni ta’ vjaġġar u forniment tas-servizz hija dik ta’ “l-ewwel u l-aħħar kilometru”, li ġeneralment tikkorrespondi ma’ dik il-parti tal-vjaġġ li b’mod ġenerali taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għaldaqstant huwa assolutament essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti kemm fl-implimentazzjoni tal-metodi kollha kif ukoll fil-monitoraġġ ta’ kif jaħdmu sabiex ikun żgurat li s-sistema kollha taħdem sew; |
|
6. |
jirrimarka li s-soluzzjoni għall-problema tas-sistemi ta’ informazzjoni u ta’ reġistrazzjoni fil-qasam tat-trasport pubbliku (inklużi s-servizzi tal-bejgħ tal-biljetti) tkopri għadd ta’ fażijiet: 1) tfittxija għall-konnessjonijiet adegwati, 2) riżervazzjoni ta’ post, 3) ħlas tal-biljett, 4) reġistrazzjoni bil-biljett tul il-vjaġġ; għaldaqstant jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet għal kull waħda minn dawn il-fażijiet filwaqt li jitqies il-fatt li huwa fundamentali li tinstab soluzzjoni għall-ewwel fażi (tfittxija għall-konnessjonijiet adegwati), peress li s-soluzzjoni tal-fażijiet l-oħra kollha jiddependu fuqha; |
|
7. |
jirrimarka li fil-preżent, il-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE m’għandhomx sistema nazzjonali ta’ ħinijiet tat-trasport fissi, li tiġbor flimkien il-ħinijiet kollha li qed jintużaw bħalissa u li tippermetti li wieħed isib u jirriżerva l-konnessjonijiet tat-trasport pubbliku f’pajjiż wieħed; għaldaqstant iqis li huwa indispensabbli li l-ewwel nett jinħolqu sistemi bħal dawn fil-livell ta’ Stat Membru, peress li huwa f’dan il-livell nazzjonali li wieħed jista’ jfassal leġislazzjoni sabiex din tiġi imposta fuq it-trasportaturi – pubbliċi u privati – biex dawn jagħtu lill-Istat din l-informazzjoni dwar il-ħinijiet tagħhom. Kull Stat Membru għandu jwaqqaf sistema nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-ħinijiet li tintegra l-iskedi tal-ħinijiet reġjonali kollha ta’ intrapriżi pubbliċi u privati. Għandu jiġi żgurat ukoll li din is-sistema tiġi aġġornata u ssirilha manutenzjoni b’mod regolari speċjalment f’każijiet ta’ tibdil fl-iskedi tal-ħinijiet. Dan huwa l-ewwel pass meħtieġ biex tinħoloq sistema bħal din għall-Ewropa kollha. Kull Stat Membru għandu jiggarantixxi wkoll li l-informazzjoni fis-sistema nazzjonali tiegħu hija preċiża; din is-sistema għandha tippermetti li fil-livell nazzjonali l-vjaġġi jiġu riservati u jitħallsu għalkollox onlajn. Għalhekk, huwa meħtieġ li minbarra l-informazzjoni dwar il-ħinijiet għandu jkun hemm it-tariffi mitluba mill-kumpaniji kollha; |
|
8. |
huwa tal-fehma li għandu jiġi definit il-kontenut minimu tal-informazzjoni neċessarja biex tiġi żgurata l-kwalità tas-sistema f’kull Stat Membru, abbażi ta’ konsultazzjoni tal-partijiet interessati u l-esperti settorjali, u abbażi tar-riżultati ta’ testijiet u proġett pilota; |
|
9. |
peress li l-informazzjoni relatata mal-ħinijiet tinġabar u tiġi pproċessata l-aktar fil-livell reġjonali u mhux f’dak nazzjonali, u li teżisti wkoll sensiela ta’ sistemi reġjonali ta’ informazzjoni, jeħtieġ li dawn is-sistemi l-ewwel jiġu konnessi flimkien u mbagħad lil hinn mill-fruntieri. Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ b’sodisfazzjon li l-informazzjoni dwar it-trasport multimodali hija parti mill-objettiv tematiku 7 dwar “Il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-tneħħija ta’ ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin”, iżda jirrimarka li għandha tiġi żgurata koordinazzjoni u konċentrazzjoni aħjar tal-istrument fi ħdan, u bejn, programmi operattivi individwali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, sabiex tintlaħaq din l-interkonnessjoni, b’mod speċjali fil-kuntest transkonfinali; |
|
10. |
iqis li, jekk irridu verament nipprogressaw fis-servizzi ta’ informazzjoni u l-bejgħ tal-biljetti għall-modi kollha tat-trasport, huwa essenzjali li r-riżorsi tal-ESIF, l-iżjed fi programmi operattivi individwali korrispondenti, jiġu allokati għall-implimentazzjoni konkreta tas-sistemi u mhux biss għar-riċerka u l-iżvilupp jew miżuri oħra relatati; |
|
11. |
f’dan il-kuntest jenfasizza l-ħtieġa li din il-kwistjoni tiġi indirizzata fit-totalità tagħha billi jiġu indirizzati uħud mill-isfidi l-aktar sempliċi iżda konkreti tagħha. Dawn jinkludu l-armonizzazzjoni fi ħdan l-UE tat-terminoloġija attwali u s-simboli, il-ġbir tal-ħinijiet stabbiliti f’kull wieħed mill-Istati Membri, u l-iżgurar tal-użu tagħhom lil hinn mill-fruntieri. Fir-rigward tal-bejgħ tal-biljetti, jeħtieġ li jinħoloq mudell ta’ referenza għas-settur kollu li jitfa’ dawl fuq in-nuqqasijiet u l-possibbiltajiet li toffri dis-sistema, filwaqt li jinstabu l-mezzi sabiex is-sistemi ta’ riżervazzjoni jinfetħu fuq bażi reċiproka bejn it-trasportaturi u l-fornituri kollha; |
|
12. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sistemi moderni għall-ħruġ ta’ biljetti b’mod elettroniku bl-użu ta’ smart cards li ma jkunux interoperabbli mas-sistema tal-pajjiż ġar se joħoloqu fruntieri ġodda u jagħmlu t-trasport transkonfinali aktar diffiċli; għaldaqstant, jappella għall-iżvilupp ta’ sistema għall-ħruġ tal-biljetti ġdida Ewropea għat-trasport pubbliku li tkun taħdem fl-Istati Membri kollha u tgħodd għall-vjaġġi transkonfinali; |
|
13. |
jemmen li mhijiex realistika, fuq perijodu qasir ta’ żmien, li jitfasslu regoli obbligatorji fl-Ewropa kollha għal din il-kwistjoni iżda jeħtieġ li tkun garantita xi forma ta’ interoperabbiltà, jiġifieri li s-sistemi differenti jikkomunikaw aħjar bejniethom. Għal dan il-għan jeħtieġ li tinħoloq speċifikazzjoni komuni għall-konnessjonijiet interreġjonali u transkonfinali differenti li għandha tiġi eżaminata f’fażi operattiva pilota. Ikun xieraq li f’dan ir-rigward tiġi definita f’territorju partikolari “speċifikazzjoni teknika komuni” li tippermetti li jkun żgurat li s-sistemi eżistenti, jew dawk li jinħolqu ġodda fil-kuntest ta’ dan it-territorju, ikunu jistgħu jikkomunikaw flimkien. Għal dan il-għan jeħtieġ ukoll li jkun żgurat li l-konformità ma’ din l-“ispeċifikazzjoni teknika komuni” ma titqiesx bħala kriterju diskriminatorju fil-proċeduri ta’ akkwist; |
|
14. |
jemmen ukoll li, meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-konnessjonijiet bejn is-sistemi differenti ta’ informazzjoni, jeħtieġ li dawn isiru mhux biss abbażi tal-informazzjoni statika li turi l-ħinijiet fissi, iżda wkoll tal-possibbiltajiet vasti li toffri l-informazzjoni li wieħed jista’ jikseb permezz tas-sistemi GNSS, inkluża s-sistema Ewropea ta’ navigazzjoni Galileo. B’hekk ikun possibbli li jintużaw sistemi li jagħmlu użu biss mill-informazzjoni statika sabiex jinħolqu sistemi intelliġenti li jirreaġixxu għas-sitwazzjoni reali tal-flussi tat-trasport u tal-kapaċitajiet disponibbli għat-trasportaturi. Dawn is-sistemi, imbagħad, ikunu jistgħu mhux biss jipprovdu l-informazzjoni għall-vjaġġaturi fil-ħin reali skont is-sitwazzjoni tat-traffiku u jipproponulhom alternattivi oħra, iżda jipprovdu wkoll informazzjoni aktar fil-wisa’ “fil-ħin” lill-fornituri tat-trasport pubbliku u individwali u b’hekk jippermettu li dawn jirreaġixxu malajr. Hija proprju din it-trasformazzjoni tas-sistemi lokali u reġjonali eżistenti bil-għan li jibbenefikaw mill-informazzjoni dinamika relatata mat-trasport – u fl-istess ħin it-trasformazzjoni tagħhom f’sistemi ta’ livell ogħla ta’ kwalità – li għandha tagħti l-istimolu ewlieni sabiex jiġu stabbiliti sistemi ta’ informazzjoni interkonnessi. Sabiex tinkiseb informazzjoni dinamika dwar it-trasport, ikun aħjar li jsir rikors għas-sistema Ewropea ta’ navigazzjoni Galileo li diġà twaqqfet li, bid-differenza ta’ sistemi oħra simili, toffri wkoll servizz bi kwalità definita ta’ sinjal ta’ lokalizzazzjoni. Din l-informazzjoni li hija indispensabbli għall-ġestjoni moderna tat-trasport tista’ tintuża mhux biss mill-fornituri tat-trasport, iżda wkoll mis-sistemi ta’ informazzjoni fil-qasam tat-trasport multimodali u mill-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali. Dawn tal-aħħar jistgħu jużaw id-data miksuba minn applikazzjonijiet varji għall-finijiet ta’ ppjanar fit-tul (pereżempju tal-ħinijiet, l-itinerarji, eċċ.), teħid ta’ deċiżjoni strateġika u ta’ ġestjoni ta’ kriżi; |
|
15. |
jipproponi li, bil-għan li jissolvew bosta sitwazzjonijiet, b’mod speċjali dawk ta’ kriżi, u li l-fornituri tat-trasport pubbliku (il-biċċa l-kbira awtoritajiet lokali u reġjonali) ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr, is-sistemi ta’ informazzjoni tat-trasport multimodali jkunu interkonnessi wkoll mal-programm tal-UE Copernicus għall-monitoraġġ tal-Ambjent u s-Sigurtà (li qabel kien il-GMES). L-applikazzjonijiet varji użati minn dawn iż-żewġ sorsi jippermettu mhux biss li jiġu identifikati kriżijiet potenzjali, iżda wkoll, pereżempju, li jiġu proposti l-miżuri meħtieġa mhux biss biex jinstabu rotot alternattivi, iżda wkoll il-mezzi tat-trasport sostituti meħtieġa għall-użu u li jiġu proposti itinerarji oħra lil kull vjaġġatur; |
|
16. |
jirrimarka wkoll li sabiex il-vjaġġaturi jkunu jistgħu jużaw is-sistema ta’ informazzjoni tat-trasport multimodali bis-sħiħ u b’mod attiv, dawn għandu jkollhom aċċess garantit għan-netwerks bil-broadband fil-vetturi tat-trasport pubbliku, fil-postijiet ta’ stennija, minn fejn issir ir-reġistrazzjoni u l-post għall-imbarkar. L-assigurazzjoni ta’ konnessjoni kostanti u ta’ kwalità hija waħda mill-prerekwiżiti essenzjali li jippermettu li s-sistema taħdem b’mod intelliġenti u li l-vjaġġaturi jibbenefikaw mill-benefiċċji offruti mill-informazzjoni dinamika pproċessata dwar il-kundizzjonijiet attwali tal-mezzi tat-trasport; |
|
17. |
jinnota li d-drittijiet tal-passiġġieri Ewropej japplikaw biss b’mod separat għal kull kuntratt ta’ ġarr; peress li huwa impossibbli li jinxtraw biljetti globali fil-każ ta’ ħafna vjaġġi transkonfinali, jew fil-każ ta’ vjaġġi multimodali, il-passiġġieri ma jistgħux iserrħu fuq id-drittijiet tal-passiġġieri tas-soltu; għalhekk jitlob li jkun hemm leġislazzjoni li tistabbilixxi skema ta’ drittijiet tal-passiġġieri Ewropej għat-trasport multimodali; |
|
18. |
juri li s-sistemi li jipprovdu l-informazzjoni fil-qasam tat-trasport multimodali għandhom jiġu ppreżentati bl-aktar mod attraenti possibbli għall-utenti; għaldaqstant jeħtieġ li jiġu konnessi ma’ appoġġi kartografiċi u ġeografiċi aġġornati. Barra minn hekk ikun opportun, u interessanti għall-utenti tagħhom, li dawn is-sistemi ikunu konnessi ma’ applikazzjonijiet relatati ma’ servizzi ta’ informazzjoni lokali u reġjonali oħra ta’ natura turistika, bħal pereżempju dik relatata mal-offerta ta’ akkomodazzjoni, id-destinazzjonijiet turistiċi, avvenimenti kulturali u oħrajn; |
|
19. |
jenfasizza li l-interkonnessjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni kumplessi fil-qasam tat-trasport multimodali mas-sistemi tal-GNSS, u b’mod speċjali Galileo, mal-appoġġi kartografiċi u ġeografiċi, mal-programm Copernicus u sorsi oħra ta’ informazzjoni u data għandha twitti t-triq għall-ħolqien ta’ firxa vasta ta’ applikazzjonijiet. Dawn l-applikazzjonijiet joffru l-possibbiltà li rotot tat-trasport jiġu ppjanifikati b’mod effettiv, li jkun hemm reazzjoni malajr għall-ħtiġijiet hekk kif dawn jinħolqu, li jiġu riżolti sitwazzjonijiet eċċezzjonali jew ta’ kriżi varji, li jtejbu sew l-effikaċja tat-trasport (li jfisser tfaddil tal-enerġija, tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2 u titjib ambjentali inġenerali), li jagħtu spinta lill-mobbiltà tal-persuni billi jagħtuhom aktar opportunità li jwieġbu għar-riklami dwar postijiet tax-xogħol vakanti, eċċ. Iżda qabel xejn, ser tinħoloq fergħa kompletament ġdida fl-ipproċessar tad-data, fil-ħolqien u l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet u fl-użu tar-riżultati tagħhom, li min-naħa tagħhom ser joħolqu għadd kbir ta’ impjiegi. F’ħafna każijiet, dawn l-impjiegi l-ġodda ser ikollhom il-vantaġġ li jistgħu jitwettqu ‘l bogħod mill-post tax-xogħol, u b’hekk jipprovdu opportunitajiet ta’ xogħol f’reġjuni ‘l bogħod u anqas żviluppati; |
|
20. |
jinnota li l-applikazzjonijiet tal-mowbajl dwar is-servizzi ta’ ppjanar u ta’ informazzjoni għall-ivvjaġġar multimodali qed isiru dejjem aktar disponibbli, u li dawn ta’ spiss jinħolqu minn żviluppaturi kreattivi fis-settur privat; jappella sabiex l-operaturi u l-awtoritajiet rilevanti jikkooperaw u jagħmlu d-data tagħhom disponibbli fuq bażi ta’ sors miftuħ; |
|
21. |
jirrimarka, bħala konklużjoni, li peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma pilastri ewlenin fil-ħolqien ta’ din is-sistema komprensiva, jeħtieġ li jiġu riżolti l-kwistjonijiet li ġejjin biex dawn l-awtoritajiet u l-korpi li jaħdmu taħthom, ikollhom rwol ħafna aktar attiv u jsiru mutur li jmexxi ‘l quddiem il-proċess kollu:
|
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/40 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Rabta mill-ġdid bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha – aktar komunikazzjoni aħjar fil-livell lokali
(2015/C 019/09)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI TAL-UNJONI EWROPEA
Prinċipji Ġenerali
|
1. |
jenfasizza li n-nuqqas ta’ fiduċja fir-rigward tal-istituzzjonijiet u l-politika b’mod ġenerali, iż-żieda fil-voti li kisbu l-partiti kontra l-UE fl-elezzjonijiet Ewropej tat-22-25 ta’ Mejju 2014 u r-rata storikament għolja ta’ astensjoni jikkostitwixxu twissija ġdida li minnha għandna nisiltu malajr kemm jista’ jkun il-konsegwenzi; |
|
2. |
jinsisti fuq il-fatt li r-rikonċiljazzjoni taċ-ċittadini mal-Unjoni Ewropea u li jiġi stimulat l-impenn Ewropew tagħhom jikkostitwixxu sfida politika, demokratika, kif ukoll ta’ komunikazzjoni li għandha tiġi indirizzata fil-livelli kollha tal-governanza tal-Unjoni u fit-territorji; |
|
3. |
jenfasizza li hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet Ewropej li jipproponu mod ġdid ta’ komunikazzjoni fi sħubija dwar il-proġett Ewropew għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-UE; dan il-proċess deċentralizzat u kreattiv għandu jara li l-istituzzjonijiet jaqblu dwar kunċett ta’ komunikazzjoni li jgħaqqad u jippromovi l-Unjoni Ewropea, l-identità, il-ħsieb fundamentali u l-valuri tagħha, u r-riżultati konkreti tal-politiki tagħha fil-ħajja taċ-ċittadini. Il-kunċett ta’ komunikazzjoni għandu jikkunsidra l-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini; |
|
4. |
jirrimarka li r-reġjuni u l-bliet għandhom tradizzjoni u għarfien espert stabbiliti ta’ konsultazzjoni u djalogu maċ-ċittadini li huwa bbażat b’mod partikolari fuq mekkaniżmi parteċipatorji li huma assi importanti ħafna għall-komunikazzjoni istituzzjonali tal-UE; |
Il-prinċipju ta’ governanza f’diversi livelli u l-komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea
|
5. |
itenni li biex inqarrbu l-Unjoni Ewropea lejn iċ-ċittadini tagħha jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għat-titjib tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għal djalogu aktar demokratiku, aktar trasparenti bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew; |
|
6. |
jilqa’ l-inizjattivi bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika fil-livell tal-UE, bħall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, u jilmenta dwar it-tnaqqis fil-baġit għall-Programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid; |
|
7. |
kif indikat fir-Riżoluzzjoni adottata fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tal-KtR u fil-Karta tiegħu għall-governanza f’diversi livelli fl-Ewropa, jinsisti li l-azzjoni tal-UE tkun aktar qrib tal-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini u tikkontribwixxi valur miżjud reali, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; |
|
8. |
jinsab konvint li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw aktar responsabbiltà bħala msieħba tal-ewwel livell għall-implimentazzjoni ta’ komunikazzjoni li timmira li toħloq ponti bejn iċ-ċittadini u l-Ewropa. Il-membri tal-KtR, fil-kostitwenzi rispetti tagħhom, flimkien mar-rappreżentanti politiċi reġjonali u lokali, għandhom ikunu atturi importanti għall-integrazzjoni Ewropea u, fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, għandhom ikunu kelliema tal-opinjonijiet pubbliċi lokali tagħhom. B’mod reċiproku huwa f’idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, notevolment dawk li ġew eletti, biex permezz ta’ attività ta’ sensibilizzazzjoni komprensiva jinformaw liċ-ċittadini kollha dwar l-interventi tal-UE fit-territorji tagħhom stess, kif inhu previst tabilħaqq fir-regoli ta’ komunikazzjoni dwar il-fondi strutturali. Sabiex jassumu bis-sħiħ dawn ir-responsabbiltajiet reċiproċi, ta’ min jiġi riservat post għalihom fil-protokoll tal-manifestazzjonijiet lokali u Ewropej; |
|
9. |
iqis li jeħtieġ li jiġu evitati l-frammentazzjoni u l-multiplikazzjoni tal-mezzi, il-prijoritajiet, ir-riżorsi u l-istili ta’ komunikazzjoni bil-għan li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-istrateġiji, l-attivitajiet tal-komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea; |
|
10. |
josserva wkoll li jeħtieġ li jkun hemm konverġenza tal-politiki speċifiċi ewlenin ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex tiġi promossa viżjoni olistika tal-proġett Ewropew miċ-ċittadini; jiġbed l-attenzjoni wkoll lejn l-importanza li l-lingwaġġ speċifiku għall-UE jiġi “tradott” b’mod li jifhmuh iċ-ċittadini u li permezz ta’ materjal ta’ informazzjoni ċar nikkontribwixxu biex in-nies jifhmu aħjar l-istrutturi istituzzjonali tal-UE; |
|
11. |
iqis li hemm bżonn li l-istituzzjonijiet tal-UE jissoktaw bl-isforzi tagħhom bil-għan li jipprofessjonalizzaw u jippromovu l-politiki ta’ komunikazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tagħhom. Il-komunikazzjoni għandha tkun marbuta mal-interessi taċ-ċittadini u m’għandhiex tkun limitata għal kampanji istituzzjonali u li jsiru fl-aħħar minuta lejliet elezzjonijiet Ewropej. Pereżempju, il-ħidma li ssir mill-Parlament Ewropew, bl-appoġġ tal-partiti politiċi matul il-kampanja elettorali Ewropea, għandha sservi ta’ mudell fil-komunikazzjoni ta’ kuljum tal-UE; |
Il-Pjan ta’ Komunikazzjoni 2015-2019: rabta mill-ġdid bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha
|
12. |
jappella biex l-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu impenn komuni favur “Pjan ta’ komunikazzjoni 2015-2019: rabta mill-ġdid bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha” sal-elezzjonijiet Ewropej li jmiss billi jistabbilixxu objettivi, kwantifikabbli u li jistgħu jitkejlu, ta’ mobilizzazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika fir-rigward tal-proġett Ewropew, ibbażati fuq inizjattiva ta’ komunikazzjoni kkordinata u deċentralizzata u oqsma ta’ prijorità strateġiċi; |
|
13. |
jenfasizza li l-Pjan għandu jabbanduna l-approċċ tradizzjonali minn fuq għal isfel li jikkonsisti fl-għoti ta’ spjega u l-“bejgħ” tal-Ewropa. It-twaqqif ta’ djalogu, maċ-ċittadini u bejniethom, ser jippermetti komunikazzjoni bidirezzjonali u għoti ta’ informazzjoni li tkun ġejja mis-sors; |
|
14. |
jipproponi li sa Mejju 2019 il-maġġoranza taċ-ċittadini li jieħdu sehem fl-istħarriġ “Standard” tal-Ewrobarometru jqisu li “leħinhom jgħodd fl-Ewropa”, li “jifhmu l-proċessi prinċipali tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-politiki ewlenin tal-UE”, li jkunu “informati tajjeb dwar il-kwistjonijiet Ewropej” u li jkollhom “idea pożittiva tal-UE” (1); |
Il-kontenut u n-narrattiva tal-Pjan ta’ Komunikazzjoni 2015-2019: rabta mill-ġdid bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha
|
15. |
iqis li l-kontenut tal-Komunikazzjoni tal-UE għandu jiġi adattat għall-kundizzjonijiet qafas lokali, kulturali, soċjali u ekonomiċi u, jikkunsidra l-isfidi nazzjonali; iqis li jkun aktar rilevanti u operattiv li jiġu ewropeizzati l-isferi lokali, reġjonali u nazzjonali eżistenti pjuttost milli jkun hemm ħidma biex tinħoloq b’mod uniformi sfera pubblika Ewropea; |
|
16. |
jirrakkomanda li l-komunikazzjoni tkun immirata u mfassla speċifikament għall-bżonnijiet u l-interessi taċ-ċittadini, b’mod speċjali, iż-żgħażagħ, il-popolazzjoni dejjem tikber ta’ persuni avvanzati fl-età kif ukoll l-abitanti ta’ żoni rurali u periurbani; |
|
17. |
jenfasizza b’mod speċifiku li ż-żgħażagħ huma grupp importanti f’kull reġjun. Iż-żgħażagħ attivi fi programmi ta’ mobbiltà tal-UE, fi skambji tal-iskola, semestri barra minn pajjiżhom, inkontri internazzjonali taż-żgħażagħ u sħubijiet skolastiċi huma l-ambaxxaturi tal-Unjoni Ewropea ta’ għada; jitlob għalhekk li ħafna żgħażagħ ikunu lesti li jilqgħu l-opportunità li jieħdu sehem fi programmi u sħubijiet Ewropej bħal pereżempju l-programm Erasmus+ li għandu jsir iktar popolari fir-reġjuni; |
|
18. |
iqis essenzjali li biex il-Pjan ta’ Komunikazzjoni 2015-2019 ikollu suċċess għandhom jinħolqu għodod ta’ pubbliċità li jservu sabiex jinvolvu u jimmotivaw liċ-ċittadini Ewropej u biex jiġi żviluppat l-aspett emozzjonali ta’ li persuna tkun u tħossha Ewropea. F’dan ir-rigward, ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom pjattaformi web/soċjali li jistgħu jkunu utli ħafna sabiex jintlaħaq il-pubbliku u jinkiseb l-involviment tiegħu fil-proġett Ewropew; |
|
19. |
itenni l-ħtieġa li jiġu enfasizzati l-fatti dwar l-impatt u l-influwenza tal-politiki tal-UE fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini; |
|
20. |
ifakkar fl-importanza tal-multilingwiżmu u għaldaqstant ifakkar li l-informazzjoni tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; |
|
21. |
iħeġġeġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu informazzjoni li tiġġieled kontra għajdut u informazzjoni falza li għandhom l-għan li jiskreditaw l-Ewropa billi jiffalsifikaw il-fatti; isejjaħ lir-rappreżentanti politiċi fil-livelli kollha biex jiġġieldu direttament kontra “l-attakki fuq Brussell” bla bażi, speċjalment meta joriġinaw minn gvernijiet nazzjonali u partiti politiċi għal raġunijiet politiċi domestiċi; jixtieq jivvalorizza l-irġiel u n-nisa li jikkostitwixxu l-Ewropa fil-ħajja ta’ kuljum u jipprovaw jiddibattu kwistjonijiet Ewropej abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva u preċiża; |
|
22. |
jappoġġja l-approċċ li jikkonsisti fil-promozzjoni ta’ “narrattiva dwar l-Ewropa” li jista’ jippermetti riflessjoni fl-opinjoni pubblika Ewropea dwar il-fundamenti storiċi, kulturali, filosofiċi u soċjoloġiċi tal-integrazzjoni Ewropea, inklużi l-prezz ta’ “Non-Ewropa”, mingħajr ma jkun imponut minn fuq għal isfel jew direzzjonat lejn eżerċizzju ta’ leġittimazzjoni minn qabel tal-politiki tal-UE; |
|
23. |
għaldaqstant, jenfasizza l-importanza li fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew jintużaw setturi ta’ attività innovattivi, Ewropejizzati u li s’issa għadhom sottostmati u mhux użati biżżejjed bħall-isport biex jissaħħaħ “in-narrattiva dwar l-Ewropa”, li jibni fuq narrattiva komuni u approċċ pedagoġiku; |
|
24. |
jipproponi li jsaħħaħ din in-“narrattiva dwar l-Ewropa” billi jipproduċi mezzi ta’ komunikazzjoni (clips, applikazzjonijiet għal apparat mobbli, kartuns, eċċ.) dwar familja hi u tesperjenza l-avvenimenti importanti tal-Ewropa u billi fuq il-flus tal-karti fiż-żona tal-euro jesponi personalitajiet li jinkarnaw il-valuri tal-UE; jirrakkomanda wkoll li jiġu provduti pjattaformi u kundizzjonijiet qafas li jiffaċilitaw in-netwerking u l-iskambji bejn il-professjonisti li jaħdmu fl-oqsma kulturali u intellettwali u jikkontribwixxu għal din “in-narrattiva ġdida”; |
L-organizzazzjoni tal-Pjan ta’ Komunikazzjoni 2015-2019: rabta mill-ġdid bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha Ir-rwol ta’ dawk li jikkomunikawaha
|
25. |
jitlob li l-Grupp Interistituzzjonal dwar l-Informazzjoni (IGI) jitlaqqa’ kull trimestru taħt il-kopresidenza tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Ministri u tal-Kummissjoni, fil-qafas ta’ mandat ċar, biex ifassal, jimplimenta u jevalwa l-prijoritajiet strateġiċi komuni u jindirizza aħjar il-bżonnijiet ta’ kull istituzzjoni fir-rigward tal-komunikazzjoni; jirrakkomanda wkoll li jiġi attivat il-grupp “Informazzjoni” tal-Kunsill sabiex f’kull Stat Membru jitwaqqfu strutturi ta’ koordinazzjoni bejn dawk responsabbli mill-komunikazzjoni dwar l-UE fil-livell nazzjonali u sottonazzjonali; |
|
26. |
iqis li l-Parlament Ewropew wera r-rilevanza ta’ kampanja ta’ informazzjoni ċentralizzata fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet Ewropej 2014, li fiha pparteċipa sew il-Kumitat tar-Reġjuni, iżda josserva li l-operazzjonijiet ta’ komunikazzjoni fil-livell kontinentali jeħtieġu li tiġi żviluppata kooperazzjoni deċentralizzata mar-reġjuni u l-komuni, is-soċjetà ċivili u l-midja; jinnota, f’dan ir-rigward, ir-ristrutturar tal-politika tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li huwa mistenni jgħin biex din il-kooperazzjoni tintlaħaq; |
|
27. |
jipproponi li matul perjodu ta’ ħames snin l-istituzzjonijiet tal-UE jorganizzaw 500 “djalogu taċ-ċittadini” filwaqt li tiġi żgurata l-kopertura tat-territorju kollu tal-Ewropa u jiġi evitat li l-laqgħat isiru biss fil-metropoli l-kbar; jenfasizza li dawn il-laqgħat taċ-ċittadini għandhom jinvolvu b’mod sistematiku l-uffiċċji ta’ informazzjoni tal-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom ir-riżorsi, l-esperjenza u l-għarfien tal-ispeċifiċitajiet lokali meħtieġa; dawn id-djalogi taċ-ċittadini għandhom jiġu organizzati f’postijiet simboliċi u jindirizzaw politika settorjali tal-UE, dossiers importanti ħafna għal popolazzjoni jew reġjun partikolari. Il-politiċi responsablli fil-livell lokali u reġjonali, b’mod partikolari l-membri tal-KtR u l-MEPs, jistgħu jiġu mitluba jipparteċipaw u jiżguraw segwitu konkret; ikun utli li din l-inizjattiva tkun ikkoordinata man-Netwerk ta’ Ċentri ta’ Informazzjoni “Europe Direct”, li twaqqaf mill-Kummissjoni Ewropea, jinsab fl-Istati Membri kollha u għandu esperjenza fit-tixrid tal-proġett Ewropew fil-kuntest reġjonali u lokali; |
|
28. |
jappella bil-ħerqa li kull sena jintbagħat Kummissarju Ewropew f’kull wieħed mill-277 reġjun tal-Ewropa biex jismal-koċittadini tagħna u jippromovi l-azzjoni tal-UE; |
|
29. |
ikun utli li l-membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni jipparteċipaw kull sena fl-inizjattiva Back to School (Lura l-iskola) bħalma jagħmlu ta’ kull sena l-uffiċjali tal-KE; |
|
30. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-kampanji ta’ komunikazzjoni “pilota” li tniedu fit-tieni semestru tal-2014 mill-Kummissjoni Ewropea f’sitt Stati Membri li jistgħu jikkostitwixxu pilastru ieħor tal-Pjan ta’ komunikazzjoni 2015-2019 tal-UE bħala kampanji ta’ viċinanza li juru l-effetti konkreti tal-politiki u tal-leġislazzjoni Ewropea; jipproponi li jiġu estiżi għall-Istati Membri l-oħra u li jiġu involuti r-reġjuni u l-bliet u li tiżdied taqsima interattiva; |
|
31. |
jappella biex is-servizzi ta’ komunikazzjoni istituzzjonali fl-Istati Membri (ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea, l-uffiċċji ta’ informazzjoni tal-Parlament Ewropew, iċ-ċentri ta’ informazzjoni “Europe Direct”, l-awtoritajiet ġestjonali responsabbli għall-implimentazzjoni globali tal-fondi Ewropej) jikkooperaw b’mod aktar attiv mas-setgħat lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom u jinkludu informazzjoni rilevanti dwar il-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-proċess leġislattiv u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE sabiex jiġu promossi l-importanza u l-effetti tal-politiki Ewropej fil-livell lokali u biex jippromovu inizjattivi li jikkunsidraw id-dubji u t-tħassib taċ-ċittadini u sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jesprimu l-preokkupazzjonijiet tagħhom; |
|
32. |
jappella lil dawn is-servizzi ta’ komunikazzjoni li jinsabu fl-Istati Membri sabiex ifasslu inventarju ta’ inizjattivi pubbliċi u privati għall-parteċipazzjoni pubblika sabiex jitwassal il-messaġġ permezz tagħhom, u b’hekk il-messaġġi jkunu interattivi u jħallu impatt kbir fil-livell lokali. Għal dan il-għan ikun rakkomandabbli li jinħolqu netwerks u li dawn jiġu integrati fil-Pjan ta’ Komunikazzjoni bħala għodod fundamentali ta’ tixrid; |
|
33. |
jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali sikwit ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-midja tagħhom stess, li tkun mifruxa b’mod estiż u tista’ tintuża għall-komunikazzjoni u biex tqajjem dibattitu dwar l-informazzjoni Ewropea adattata għall-kuntest lokali. L-UE tista’ tibgħat lil dawn il-100 000 awtorità lokali materjali ta’ komunikazzjoni ewlenin u mingħajr kliem tekniku (artikoli għar-rivisti ta’ informazzjoni, dijagrammi, clips, eċċ.). L-assoċjazzjonijiet territorjali nazzjonali u d-delegazzjonijiet nazzjonali tal-KtR jikkostitwixxu l-punt ta’ dħul tajjeb biex jiġi stabbilit kuntatt ma’ dan il-grupp immirat ta’ awtoritajiet sottonazzjonali; |
|
34. |
ifakkar li l-awtoritajiet lokali huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ parti sinifikanti mil-leġislazzjoni tal-UE. Għalhekk huwa essenzjali li jkunu assigurati l-aħjar opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni possibbli fil-proċess leġislattiv Ewropew. Madankollu, il-proposta konġunta riċenti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew li tobbliga lill-awtoritajiet lokali u l-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali biex jirreġistraw bħala lobbyists tillimita b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk isejjaħ għal reviżjoni ta’ dan l-aspett tal-proposta u għall-eżenzjoni tal-awtoritajiet lokali u l-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni, bħal ma huma eżentati r-reġjuni; |
|
35. |
jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-obbligi ta’ komunikazzjoni marbuta mal-allokazzjoni ta’ sussidji Ewropej għall-awtoritajiet Ewropej (daqs tas-sinjali, pożizzjoni, logos tal-UE fuq il-materjal ta’ komunikazzjoni, eċċ.). Il-frażi “kofinanzjat/a mill-Unjoni Ewropea” għandha tissostitwixxi l-akronimi tat-tip FEŻR, FAEŻR u FSE li ma jinftehmux min-nies fit-triq. iqis li l-isforzi li saru minn ċerti reġjuni bil-għan li jamalgamaw il-baġits tal-komunikazzjoni ta’ programmi differenti tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u biex jużawhom għal kampanji aktar effikaċi għandhom iservu ta’ mudell. jirrakkomanda wkoll li jinstabu sinerġiji (permezz tal-portal europa.eu) bejn il-proġetti differenti onlajn (2) tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Istati Membri, tal-Parlament, tal-KtR, li lkoll huma bbażati fuq karti interattivi li jippreżentaw il-proġetti appoġġjati mill-UE fil-livell lokali; |
|
36. |
jirrakkomanda użu msaħħaħ u akbar tal-għodda ta’ komunikazzjoni onlajn u tal-midja soċjali bħala għodda ewlenija tal-Pjan ta’ Komunikazzjoni 2015-2019. jilqa’ l-inizjattivi bil-għan li jiżviluppaw metodi innovattivi ta’ parteċipazzjoni onlajn u ta’ ġbir ta’ kontributi taċ-ċittadini f’diversi Stati Membri u jenfasizza l-potenzjal enormi ta’ multiplikatur li għandhom il-politiċi responsabbli fil-livell lokali u reġjonali fid-dawl tal-viżibbiltà tagħhom fin-netwerks soċjali; |
Mezzi u riżorsi għall-Pjan ta’ komunikazzjoni 2015-2019
|
37. |
jopponi t-tnaqqis tar-riżorsi disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-qasam tal-komunikazzjoni għall-perjodu 2014-2020; |
|
38. |
jipproponi li 20 % tal-baġit tal-komunikazzjoni tal-UE jiġi deċentralizzat għal-livell lokali u nazzjonali, b’mod partikolari lejn iċ-ċentri ta’ informazzjoni “Europe Direct” – Dar l-Ewropa sabiex dawn il-korpi jissaħħu u jiġu stabbiliti kooperazzjonijiet strutturali mal-imsieħba lokali jew reġjonali u jolqtu lil pubbliku dejjem akbar; |
|
39. |
jipproponi t-tisħiħ tal-kampanji pubbliċitarji għall-promozzjoni tal-azzjoni tal-Ewropa u sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-mekkaniżmi ta’ deċiżjoni; jipproponi li jiġu konklużi ftehimiet ta’ sħubija ma’ 500 stazzjon tat-televiżjoni u tar-radju u l-istampa lokali biex jiġu organizzati dibattiti u tingħata l-kelma lil dawk li jgħixu u qed jibnu l-Ewropa fil-ħajja ta’ kuljum; jenfasizza li l-ftehimiet ta’ sħubija għandhom jagħtu indipendenza editorjali sħiħa lill-edituri u lix-xandara; L-istituzzjonijiet Ewropej jappoġġjaw l-isforzi tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-ġurnalisti lokali u reġjonali billi jiġu organizzati attivitajiet regolari magħhom; |
|
40. |
jirrakkomanda li jitfasslu mudelli ġodda għall-kofinanzjament tal-istrateġiji tal-komunikazzjoni tal-UE minflok il-programm tas-sħubija tal-ġestjoni li ġie stabbilit fl-2013. Jenfasizza li l-istruttura mfassla għandha tippermetti wkoll is-sħubijiet diretti mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri. Josserva li l-proġetti pilota ta’ sħubija strateġika, li ġew implimentati dan l-aħħar bejn ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet reġjonali, jistgħu jservu ta’ mudell u jiġu applikati f’livell ogħla bil-kundizzjoni li jinkludu impenji finanzjarji reċiproċi; |
|
41. |
jipproponi li jiġu konklużi 500 sħubija strateġika bbaġitjati bejn ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qafas tal-Pjan ta’ Komunikazzjoni 2015-2019: Rabta mill-ġdid bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha: |
|
42. |
jenfasizza s-siwi tan-netwerks soċjali, bħall-konferenza annwali EuroPCom tal-KtR li kull sena tlaqqa’ fi Brussell aktar minn 700 persuna fil-qasam tal-komunikazzjoni istituzzjonali, u tal-azzjonijiet ta’ appoġġ li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali. jipproponi li sal-2019 jingħaqdu tal-inqas 5000 muniċipalità, belt u reġjun “Ħbieb tal-Ewropa” f’dan in-netwerk sabiex jiġu mobilizzati, mħarrġa u megħjuna dawk responsabbli mill-komunikazzjoni fl-Istati Membri; |
|
43. |
iħeġġeġ lir-rappreżentanzi istituzzjonali tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri sabiex jorganizzaw fir-reġjuni, fi Brussell u fi Strasburgu, laqgħat ma’ dawk fil-qasam tal-komunikazzjoni pubblika u l-uffiċjali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali u reġjonali; |
|
44. |
jirrakkomanda li jiġi evalwat l-impatt tal-Pjan ta’ Komunikazzjoni 2015-2019 tal-UE kif ukoll li jitwettqu aktar stħarriġiet tal-Ewrobarometru reġjonali li jsiru fil-livell lokali u reġjonali u li tiġi stabbilita metodoloġija komuni sabiex jitkejjel l-impatt tal-komunikazzjonijiet dwar l-UE fil-livell lokali billi jintuża l-għarfien espert tal-awtoritajiet deċentralizzati u l-fehim tagħhom tal-opinjoni pubblika. |
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) Ewrobarometru standard Nru 81/Ġunju 2014.
(2) Siti elettroniċi, portals, bażijiet tad-data u għodda oħra onlajn.
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/45 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-viċinat f’salib it-toroq: l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-2013
(2015/C 019/10)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Kummenti preliminari
|
1. |
jixtieq jenfasizza l-importanza tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) bħala l-istrument politiku estern tal-Unjoni Ewropea (UE) li jindirizza lill-pajjiżi fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Unjoni u li għandu l-għan li jinkisbu relazzjonijiet iktar stretti bejn dawn il-pajjiżi u l-UE; |
|
2. |
jenfasizza n-natura komprensiva u multidimensjonali tar-relazzjonijiet fil-qafas tal-PEV, u l-governanza f’diversi livelli, li jitolbu l-appoġġ għad-dimensjoni reġjonali u lokali tal-PEV li tikkomplementa l-kooperazzjoni fil-livell tal-gvernijiet nazzjonali; |
|
3. |
għalhekk jitlob biex ir-rappreżentant għoli li nħatar issa jinvolvi l-livell lokali u reġjonali kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi tal-PEV, f’aktar żvilupp tal-politika u biex jaħdmu mill-qrib mal-KtR sabiex itejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-PEV fil-prattika; |
|
4. |
jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiddaħħal flessibbiltà ikbar f’din l-azzjoni u li jiġi adottat approċċ divrenzjat u ‘mfassal apposta’, bħala appoġġ għall-bidliet demokratiċi għat-twettiq tar-riforma ekonomika fil-pajjiżi benefiċjarji individwali; |
|
5. |
jenfasizza l-importanza ta’ żewġ inizjattivi, is-Sħubija tal-Lvant u l-Unjoni għall-Mediterran, li jirrappreżentaw id-dimensjoni reġjonali tal-PEV, u mhumiex biss elementi tematiċi fil-politika tal-UE, iżda jirriflettu wkoll prijoritajiet f’bosta politiki esterni tal-Istati Membri individwali tal-UE fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali; |
|
6. |
jappella biex l-awtoritajiet sottonazzjonali jieħdu sehem b’mod iktar attiv u li jkunu iktar involuti fil-proċess ta’ implimentazzjoni tal-PEV. It-twaqqif mill-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) ta’ żewġ pjattaformi operattivi għad-djalogu u l-kooperazzjoni, li jaħdmu b’mod parallel, jiġifieri l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u l-Konferenza ta’ Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP), jipprovdi opportunitajiet biex din id-dimensjoni tal-PEV tiġi żviluppata aktar permezz ta’ kooperazzjoni konkreta u djalogu dirett fil-livell lokali u reġjonali; |
|
7. |
japprezza l-isforzi tal-Unjoni Ewropea li tappoġġja l-proċessi ta’ riforma kostituzzjonali u ekonomika bl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku adatt lill-pajjiżi msieħba fil-PEV, li madankollu jeħtieġ li jiġu semplifikati u organizzati iktar. Iż-żieda fl-għajnuna mill-UE għall-pajjiżi tal-viċinat għandha tiddependi mill-progress fil-bidliet kostituzzjonali, il-livell ta’ demokratizzazzjoni, ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-ugwaljanza bejn is-sessi; dan il-progress sar aktar urġenti wara l-aħħar avvenimenti traġiċi u jrid iseħħ fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-għoti taċ-ċittadinanza sħiħa liċ-ċittadini tal-minoranzi kollha reliġjużi u etniċi mill-pajjiżi interessati; |
|
8. |
jiġbed l-attenzjoni għar-rwol fundamentali tal-livell reġjonali u lokali fil-proċess tal-previżjonijiet tajbin, l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi u l-istrumenti ta’ appoġġ. Huwa jipproponi wkoll li jitħaffef l-aċċess tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-fondi u li l-mekkaniżmi u l-proċeduri f’dan il-qasam jiġu semplifikati; |
|
9. |
jenfasizza l-bżonn li tiġi promossal-governanza demokratika u b’saħħitha fil-livell sottonazzjonali u jiġbed l-attenzjoni għall-kwistjonijiet tad-demokrazija lokali fil-pajjiżi msieħba, u anke l-problemi fit-tħaddim tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għalhekk, huwa favur il-proċess ta’ deċentralizzazzjoni, b’mod partikolari fil-qasam fiskali, u jirrakkomanda wkoll li jiġu appoġġjati inizjattivi b’approċċ minn isfel għal fuq, u li jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-twettiq tar-riformi interni neċessarji; |
Kummenti introduttorji
|
10. |
jenfasizza li s-sena 2013 kienet ikkaratterizzata minn dinamika ta’ tibdil enormi fiż-żona koperta mill-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fis-sena li għaddiet, il-PEV, li kellha l-għan li tiżviluppa r-relazzjonijiet speċjali bejn l-UE u l-pajjiżi individwali tal-viċinat, sabiex jissaħħu s-sigurtà, il-prosperità u r-relazzjonijiet tajba bejn il-pajjiżi ġirien, kisbet uħud mill-għanijiet tagħha iżda nqalgħu wkoll xi problemi kbar. Il-PEV kollha kemm hi trid tiġi analizzata b’mod kritiku sabiex jiġi evalwat hijiex adegwata fil-format attwali tagħha; |
|
11. |
mil-lat pożittiv, tħaffef il-pass ta’ riformi demokratiċi diffiċli f’xi pajjiżi tal-viċinat tan-nofsinhar bħat-Tuneżija, il-Marokk u sa ċertu punt, l-Eġittu. Barra minn hekk, l-approvazzjoni, f’Novembru 2013, ta’ żewġ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni (inklużi dokumenti dwar żoni ta’ kummerċ ħieles approfonditi u komprensivi) ma’ żewġ pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fil-PEV, jiġifieri l-Ġeorġja u l-Moldavja, u wara, fl-2014, l-Ukraina. L-iffirmar ta’ dawn il-ftehimiet minn dawn il-pajjiżi kien frott proċess ta’ negozjar fit-tul, u stabbilixxa l-bażi għall-ħidma fuq aġenda ta’ implimentazzjoni tal-impenji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet; |
|
12. |
jinnota, madankollu, li l-2013 kienet ukoll perjodu ta’ ħafna taqlib politiku u ta’ kriżijiet soċjoekonomiċi f’ħafna pajjiżi tal-PEV. It-theddida tas-sigurtà nazzjonali u reġjonali (fil-pajjiżi tal-PEV kemm tan-Nofsinhar kif ukoll tal-Lvant) żdiedet. Il-ġrajjiet drammatiċi fl-Ukraina, il-gwerra ċivili fis-Sirja u l-eskalazzjoni tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina wasslu biex l-isfida ta’ politika Ewropea konsistenti għall-promozzjoni tal-istabbilità, b’dimensjoni lokali u reġjonali b’saħħitha, qiegħda ssir dejjem akbar; |
|
13. |
jappella biex jittieħdu miżuri adatti bil-għan li tingħata għajnuna lill-awtoritajiet lokali f’din il-kriżi umanitarja, b’mod partikolari biex jiffaċċjaw il-mewġa ta’ rifuġjati b’riżultat tas-sitwazzjonijiet instabbli f’ħafna pajjiżi tal-PEV, bħalissa speċifikament fis-Sirja u l-Ukraina Il-flussi ta’ migrazzjoni, b’mod partikolari fiż-żona tal-Baħar Mediterran, jeħtieġu approċċ fit-tul u komprensiv bil-parteċipazzjoni attiva tal-Istati Membri kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u mhux biss il-partijiet konċernati minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom; Il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni għandu jkollhom appoġġ adatt għall-kontroll tal-fruntieri esterni u l-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi emerġenzi tas-saħħa, li jinħolqu mill-immigrazzjoni; |
|
14. |
jinnota li hemm differenzi kbar bejn il-pajjiżi differenti tal-PEV fif-rigward tal-aġendi u r-rieda politika biex titwettaq ir-riforma politika, soċjali u ekonomika meħtieġa. Inizjattivi taħt il-PEV għalhekk għandhom jiġu adatti skont kemm il-gvernijiet individwali jinsabu tabilħaqq lesti jwettqu t-tibdil neċessarju u li jsaħħu r-relazzjonijiet mal-UE, kif ukoll mir-rieda tagħhom li jippromovu r-riformi u jiksbu l-appoġġ pubbliku għalihom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ċentrali f’dan ir-rigward iżda ta’ sikwit huma dipendenti minn gvernijiet nazzjonali – madankollu għandhom jiġu kkunsidrati bħala interlokoturi ewlenin; |
|
15. |
jaqbel li għall-UE huwa kruċjali li tinbena d-demokrazija fil-pajjiżi msieħba. Id-demokratizzazzjoni u d-deċentralizzazzjoni huma neċessarji għall-iżvilupp soċjoekonomiku u huma ta’ importanza fundamentali għall-proċessi ta’ trasformazzzjoni fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant u l-baċir tal-Mediterran. Il-PEV hija inizjattiva effettiva għall-appoġġ għal dawn il-proċessi, u l-CORLEAP u l-ARLEM huma pjattaformi adatti li jippromovu s-sħubija u l-ftuħ fil-proċess tad-demokratizzazzjoni u l-bini tas-soċjetà ċivili; |
|
16. |
jappoġġja għalkollox l-idea tal-Komunikazzjoni Konġunta li l-PEV għandha tkompli sservi bħala inizjattiva attraenti għall-kooperazzjoni li tindirizza l-ħtiġijiet tal-imsieħba tagħha. Fil-fatt, l-UE għandha tkun imsieħba strateġika għall-pajjiżi membri tal-PEV, billi tappoġġjahom fl-iżvilupp ekonomiku, u anke fit-twettiq ta’ governanza aħjar, filwaqt li tirrispetta s-sovranità tagħhom; |
|
17. |
ifakkar li s-sħubija futura mal-Unjoni hija waħda mill-inċentivi ewlenin li l-UE għandha biex tħeġġeġ lill-pajjiżi msieħba jibdew iwettqu r-riformi. Għalhekk, hija ta’ importanza kruċjali li dan l-istrument jintuża b’mod adatt, trasparenti u realistiku, skont is-sitwazzjoni speċifika fil-pajjiż inkwistjoni; |
|
18. |
ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni fil-promozzjoni u t-tfassil tal-proċess demokratiku; dawn huma msieħba strateġiċi fil-proċess għal governanza tajba u biex jinkiseb effett pożittiv fuq l-iżvilupp, u huma wkoll atturi importanti fil-politika esterna tal-UE; |
|
19. |
fl-istess ħin jenfasizza li jeħtieġ ukoll li l-implimentazzjoni tal-PEV tiġi valutata fil-ġejjieni skont kemm ikunu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali u tar-rappreżentanti tagħhom fil-livell sovranazzjonali, ħaġa li ma tissemmiex fil-Komunikazzjoni; |
Relazzjonijiet reċiproċi komprensivi, effettivi u f’diversi livelli
|
20. |
jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ il-PEV bilaterali permezz ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali u f’diversi livelli, abbażi tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat, u anke bejn il-pajjiżi individwali. Dan jista’ jseħħ billi jissaħħu u jiżdiedu l-opportunitajiet għal kollaborazzjoni li diġà jeżistu, b’mod partikolari fil-qafas tal-inizjattivi tal-UE, bejn ir-reġjuni u n-netwerks tar-reġjuni Ewropej, kemm jekk huma membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk mhumiex; |
|
21. |
jinnota li l-Politika Ewropea tal-Viċinat hija inizjattiva interattiva u l-implimentazzjoni effikaċi tagħha teħtieġ involviment u kooperazzjoni fil-livelli kollha tal-governanza. Huwa biss f’dan il-kuntest li l-pajjiżi tal-PEV li huma lesti li jwettqu riformi interni jkunu jistgħu jaħdmu mal-UE b’mod effettiv u dan iwitti t-triq għall-appoġġ politiku min-naħa tal-UE, għall-konklużjoni ta’ ftehimiet kummerċjali komprensivi, miżuri għall-faċilitazzjoni tal-viżi, u għal għajnuna teknika u finanzjarja; |
|
22. |
jistqarr li d-diversi toroq li jistgħu jittieħdu għar-riforma fil-pajjiżi tal-viċinat, id-differenzi fil-ksib ta’ relazzjonijiet iktar stretti mal-UE, u l-ħafna sfidi li ffaċċjaw il-pajjiżi individwali tal-PEV dan l-aħħar wasslu biex l-Unjoni tieħu approċċ individwali, adattat skont iċ-ċirkostanzi, fir-rigward tal-PEV, mhux biss b’rabta mar-reġjuni ġeografiċi (tan-Nofsinhar u tal-Lvant) iżda anke skont l-istennijiet, l-opportunitajiet u l-kompiti ta’ pajjiżi msieħba partikolari; |
|
23. |
jaqbel mal-fehma li l-UE għandha tinvesti fi strumenti finanzjarji settorjali, tematiċi u strutturati. Approċċ bħal dan għandu jħeġġeġ skambju aktar mifrux tal-aħjar prattiki u l-ħolqien ta’ strateġiji għall-iżvilupp f’oqsma ta’ politika ewlenin, pereżempju r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, id-deċentralizzazzjoni fiskali u l-kooperazzjoni territorjali; |
|
24. |
jixtieq jenfasizza l-importanza tal-appoġġ għall-isforzi biex tinbena demokrazija aktar b’saħħitha u jinkisbu riformi politiċi fil-pajjiżi msieħba. Mingħajr dubju l-politika tal-viċinat implimentata fir-reġjuni u mir-reġjuni tista’ tkun għodda effettiva għall-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE, jiġifieri d-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-minoritajiet; |
|
25. |
jappella biex tingħata attenzjoni partikolari lill-importanza u l-valur tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fi proġetti ta’ kooperazzjoni konkreti tal-UE u l-pajjiżi tal-PEV. Il-ksib b’suċċess ta’ dawn l-għanijiet, jiddependi ħafna mil-livell tal-iżvilupp reġjonali u l-kapaċità individwali tal-pajjiżi li jiggvernaw b’mod effettiv fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali; |
|
26. |
jappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jqisu r-rakkomandazzjonijiet u l-esperjenza tal-membri tal-KtR b’appoġġ tal-proċess tal-bidla politika u ekonomika fil-pajjiżi msieħba u kollaborazzjoni iktar effettiva fil-livelli kollha ta’ gvern; |
|
27. |
jenfasizza li n-natura ta’ diversi livelli tal-politika esterna tal-pajjiżi individwali hija rilevanti wkoll. Sfida fundamentali f’dan il-qasam hija l-ħolqien ta’ sinerġiji bejn id-dimensjonijiet tal-politiki esterni nazzjonali u sottonazzjonali fil-pajjiżi individwali. B’rabta ma’ dan, il-CORLEAP u l-ARLEM huma mekkaniżmi ideali biex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-ħtiġijiet u jsir skambju tal-esperjenzi; |
Azzjoni effettiva u kooperazzjoni koordinata f’livelli differenti ta’ governanza
|
28. |
jixtieq jenfasizza li, bis-saħħa tal-kuntatti internazzjonali u parteċipazzjoni attiva fil-ħajja ekonomika, l-awtoritajiet reġjonali u lokali qed isegwu wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-integrazzjoni Ewropea – li jistimulaw l-iżvilupp soċjoekonomiku. Jiġbed l-attenzjoni li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jieħdu sehem fil-proċessi tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-PEV, b’mod partikolari f’dawk l-oqsma li fihom għandhom kompetenza u esperjenza diretti; |
|
29. |
jagħraf li l-bini tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva huwa ta’ importanza fundamentali għall-maġġoranza tal-pajjiżi tal-PEV. Element importanti f’din id-dimensjoni ta’ politika jikkonċerna speċifikament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-KtR u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għalhekk għandhom jaqdu rwol attiv fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Programmi għall-Iżvilupp Komprensiv Istituzzjonali (CIB), imnedija mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri bil-għan li jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; |
|
30. |
iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex, flimkien mal-gvernijiet, jieħdu sehem fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, id-dokumenti strateġiċi u l-pjani ta’ azzjoni miftiehma mill-UE u l-pajjiżi msieħba; |
|
31. |
jenfasizza l-importanza ta’ inizjattivi lokali minn isfel għal fuq koordinati sew, li jappoġġjaw ukoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi tal-PEV u l-UE, li b’hekk jikkontribwixxu għall-appoġġ tal-proċess għall-ħolqien ta’ strutturi tad-demokrazija lokali u tas-soċjetà ċivili; |
|
32. |
iqis li tkun ħaġa ġustifikata li jiġu appoġġjati inizjattivi f’oqsma prattiċi għall-bliet u r-reġjuni tal-PEV li jistgħu jiġu implimentati mill-awtoritajiet sottonazzjonali, pereżempju kooperazzjoni bejn bliet imsieħba, kif ukoll kooperazzjoni transkonfinali, kulturali u ekonomika; |
|
33. |
Ir-riformi amministrattivi demokratiċi fil-livell tal-gvern ċentrali għandhom ikunu komplementati b’miżuri fil-livell lokali u reġjonali. Dan huwa ferm importanti għall-bini tal-kapaċità istituzzjonali u għall-applikazzjoni ta’ ftehimiet mal-UE, bħall-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew l-iżvilupp ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles approfonditi u komprensivi; |
|
34. |
jisħaq li l-iżvilupp reġjonali fil-pajjiżi msieħba għandu jkun għan importanti tal-fondi tal-UE, bi kriterji definiti b’mod ċar għall-implimentazzjoni tiegħu, abbażi ta’ strateġiji definiti u miftiehma għall-iżvilupp reġjonali, għanijiet u riżultati speċifiċi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili għandhom jiġu rrappreżentati b’mod adatt fil-korpi li jimmonitorjaw l-użu ta’ dawn il-fondi; |
|
35. |
jappella għall-introduzzjoni fiż-żewġ dimensjonijiet tal-PEV ta’ mekkaniżmi li jħeġġu d-djalogu dirett, l-iskambju tal-informazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien espert, li minnu jibbenefikaw il-livell lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-PEV (b’konformità mal-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali); |
|
36. |
jixtieq jara użu iktar effettiv tal-istrumenti ta’ appoġġ, bħall-ġemellaġġ jew it-TAIEX bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u l-kontrapartijiet tagħhom fil-pajjiżi tal-PEV, biex il-pajjiżi tal-PEV jiġu appoġġjati ħalli jiżviluppaw strutturi amministrattivi effiċjenti u moderni, fost affarijiet oħra permezz ta’ kollaborazzjoni mill-viċin bejn l-amministrazzjonijiet li tipprevedi, bħala aspett essenzjali, is-sekondar ta’ uffiċjali bejn l-amministrazzjoni pubblika tal-Istat Membru u dik tal-pajjiż tal-PEV. Barra minn hekk, ir-reġjuni tal-UE jistgħu jsaħħu r-rwol tagħhom ta’ appoġġ għall-parteċipanti potenzjali fil-programmi UE għall-perjodu 2014-2020 li jiffokaw fuq pajjiżi terzi bħall-IPA II (Strument ta’ assistenza qabel l-adeżjoni), is-sezzjoni Relazzjonijiet Internazzjonali tal-programm Orizzont 2020 u programmi tal-UE bil-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi membri u pajjiżi terzi, bħall-Programm ENPI CBC MED 2007-2013, li qed ikompli jiffinanzja l-kooperazzjoni transkonfinali anke taħt il-Programm ENPI CBC MED 2014-2020; |
It-tisħiħ tar-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni
|
37. |
jinsab konvint li l-involviment iktar mill-qrib tal-KtR fil-ħidma tal-pjattaformi tematiċi ser iwassal biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiksbu azzjoni iktar effettiva u riżultati ta’ kwalità ogħla. Fil-fatt, il-KTR għandu rwol ewlieni x’jaqdi f’dan ir-rigward bis-saħħa tan-natura komplementari tiegħu u l-appoġġ tiegħu għad-deċiżjonijiet meħuda mill-CORLEAP u l-ARLEM; |
|
38. |
jenfasizza l-impenn tal-KtR biex jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea u s-servizzi tagħha fit-tfassil tal-kriterji għall-finanzjament mill-UE u l-proċeduri ta’ applikazzjoni, biex jiġi żgurat li tali finanzjament ikun aċċessibbli u utli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Madankollu, dawn il-kriterji għandhom imorru id f’id ma’ responsabbiltà akbar mill-awtoritajiet lokali koperti mill-PEV għall-organizzazzjoni u r-riżultati miksuba; |
Komunikazzjoni, fluss ta’ informazzjoni u skambju tal-esperjenza adegwati
|
39. |
iqis li l-isforzi tal-UE biex jinħolqu strutturi politiċi u amministrattivi dejjiema għandhom jinkludu wkoll programmi ta’ taħriġ (fuq il-post jew mill-bogħod) għar-rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali biex itejbu l-ħiliet professjonali tagħhom u jippermettu li l-fondi jintużaw b’mod effettiv; |
|
40. |
ifakkar fil-proġetti li diġà qed jiġu implimentati fi ħdan il-KtR għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tad-devoluzzjoni tal-poteri fil-pajjiżi tal-viċinat. Dawn l-għodod, inkluża pjattaforma onlajn, jistgħu jintużaw fil-futur mhux biss bħala sors ta’ informazzjoni iżda wkoll bħala bażi għall-iżvilupp ta’ prijoritajiet ġodda u biex jiġu emendati dawk eżistenti; |
|
41. |
iqis li informazzjoni dwar il-programmi ta’ finanzjament disponibbli u l-proċeduri ta’ applikazzjoni għall-fondi tal-UE għandha tingħata lil dawk kollha kkonċernati fil-pajjiżi tal-PEV. L-awtoritajiet reġjonali u lokali, min-naħa tagħhom, għandhom jikkomunikaw il-bżonnijiet tagħhom għat-taħriġ u miżuri oħra bħala appoġġ għall-“governanza tajba” fil-livell lokali u reġjonali lill-imsieħba adatti fil-livell nazzjonali u dak sovranazzjonali. Komunikazzjoni u djalogu effettivi bejn l-imsieħba għandhom iservu bħala dak l-element kruċjali li jgħaqqad il-Politika Ewropea tal-Viċinat; |
|
42. |
jirrakkomanda li titfassal gwida elettronika għall-pajjiżi tal-PEV u għall-istrumenti ta’ finanzjament disponibbli li jkunu mmirati lejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-PEV u disponibbli għalihom, abbażi tas-sit tal-Internet tal-politika reġjonali “inforegio”. Din il-gwida tista’ tintuża biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi msieħba, jingħataw informazzjoni ċara u aġġornata; |
|
43. |
fl-aħħar nett jappella lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jaħtar “persuni ta’ kuntatt” f’kull uffiċċju ta’ rappreżentanza tal-UE fil-pajjiżi tal-PEV. Minn naħa, dawn il-persuni ta’ kuntatt jistgħu jipprovdu informazzjoni lill-organizzazzjonijiet territorjali tal-pajjiż ospitanti u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali dwar l-inizjattivi pjanati u eżistenti fil-livell sottonazzjonali, u min-naħa l-oħra jistgħu jservu bħala kanal ta’ informazzjoni bejn il-KtR u l-imsieħba fil-pajjiżi tal-PEV. |
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/50 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Qafas ta’ kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tat-tibdil u r-ristrutturar
(2015/C 019/11)
|
I. KUMMENTI ĠENERALI
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Rilevanza għal-livell reġjonali u lokali
|
1. |
ifakkar li ġeneralment ir-ristrutturar u t-tibdil strutturali jagħmlu parti integrali mill-evoluzzjoni naturali tal-ekonomija; |
|
2. |
jinnota li l-impatt tar-ristrutturar jinħass ħafna fil-livell reġjonali. Dawn jistgħu jinfluwenzaw l-iżvilupp strutturali tar-reġjuni u l-kompetittività tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju sa dak twil. Konsegwentement, jinħtieġu approċċi reġjonali (politiki deċentralizzati adattati għall-ħtiġijiet lokali u implimentati bl-involviment tal-imsieħba prinċipali) (1); |
|
3. |
ifakkar li r-ristrutturar jolqot b’mod partikolarment aħrax lir-reġjuni anqas żviluppati, li normalment ikollhom nisġa industrijali inqas kompetittiva u inqas innovattiva u rati għoljin ta’ qgħad, u għalhekk jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lil dawn ir-reġjuni; |
Approċċ li jinvolvi l-imsieħba ewlenin kollha
|
4. |
għaldaqstant, jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-qafas ta’ kwalità jirrikonoxxi r-responsabbiltà konġunta tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jirrimarka li l-problema inkwistjoni tikkonċerna daqstant ieħor l-awtoritajiet lokali, (u b’mod partikolari l-bliet kbar); dawn huma l-ikbar sors ta’ min iħaddem u għandhom rwol ewlieni fil-gwida tal-ekonomija ta’ ċentri urbani iżgħar fil-viċin; |
|
5. |
jirrimarka li ġestjoni kondiviża hija kundizzjoni ewlenija għas-suċċess tal-approċċi proposti. L-UE għandha hi wkoll tinkoraġġixxi t-tisħiħ tas-sħubijiet bejn l-atturi prinċipali. Ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-Istat u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali huwa essenzjali wkoll, peress li l-opinjonijiet tal-ħaddiema u tal-impjegaturi dwar proċessi ta’ ristrutturar spiss ma jaqblux; |
Rabta mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020
|
6. |
iqis li sabiex l-Istrateġija Ewropa 2020 tirnexxi fis-sitwazzjoni soċjoekonomika attwali, bilfors irridu niffokaw l-isforzi kollha għat-tkattir tal-impjiegi (il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi); |
Prijorità lill-antiċipazzjoni tat-tibdil (suq intern/ħiliet meħtieġa)
|
7. |
jisħaq dwar l-importanza tal-antiċipazzjoni tat-tibdil u l-kapaċità tal-partijiet interessati kollha biex jadattaw. Dan jinkludi tliet linji ta’ azzjoni:
|
Ir-rwol tal-UE
|
8. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni, bħal pereżempju ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tat-tibdil (“European Monitoring Centre on Change” – EMCC) jew inkella l-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar tal-intrapriżi (“European Restructuring Monitor” – ERM) (2) u jipproponi li jitkompla jissaħħaħ aktar, pereżempju permezz ta’ pariri mfassla apposta li jingħataw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’sitwazzjonijiet speċifiċi; |
|
9. |
japprezza wkoll li l-fondazzjoni Eurofound tiffoka l-attivitajiet tar-riċerka tagħha fuq l-impatt tar-ristrutturazzjoni fil-livell reġjonali, li f’dawn l-aħħar snin irreaġixxa b’mod effettiv ukoll fin-nuqqas ta’ informazzjoni f’dan il-qasam; |
|
10. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha telenka l-aħjar prattiki u tipproponi l-adozzjoni tagħhom fuq bażi volontarja. Barra minn hekk, jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex taġixxi fuq it-talba tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni (3) biex tirrevedi l-qafas leġislattiv dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-kuntest tal-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tar-ristrutturar li tiegħu l-Kummissjoni nnifisha tfakkar in-nuqqasijiet attwali fil-komunikazzjoni preżenti; |
|
11. |
jipproponi li l-Kummissjoni tikkoopera mal-imsieħba kollha involuti fl-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kwalità, u li f’dan il-proċess tqis ukoll il-proċeduri eżistenti jew ftehimiet bejn l-imsieħba f’kull Stat Membru; |
Prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità
|
12. |
jirrimarka li l-qafas ta’ kwalità propost mill-Kummissjoni, li jkopri ġabra ta’ rakkomandazzjonijiet u prattiki tajbin, li l-Kummissjoni tirrakkomanda l-adozzjoni tagħhom fuq bażi volontarja, ma jirreferi għal ebda bażi legali speċifika fit-Trattati. Għaldaqstant, l-approċċ tal-Kummissjoni ma jippermettix lill-Parlament Ewropew biex jieħu pożizzjoni b’mod effettiv. Madankollu, meta wieħed iqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija fil-qafas tal-kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fil-qasam tal-politika soċjali kif definit fl-Artikoli 151 u 153 tat-TFUE u li l-iskambju ta’ esperjenzi u eżempji tal-aħjar prattiki fil-livell tal-UE għandhom valur miżjud ċar; il-proposta tal-Kummissjoni tidher konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-antiċipazzjoni tat-tibdil
Evalwazzjoni tal-ħtiġijiet f’termini ta’ impjiegi u ħiliet
|
13. |
jenfasizza r-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu fit-tbassir tal-ħiliet meħtieġa u t-tqabbil tagħhom mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol (4) permezz ta’ miżuri, partikolarment fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ. L-Istati Membri għandhom jagħrfu dan ir-rwol u jipprovdu r-riżorsi adatti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ta’ ħaddiema żgħażagħ mit-taħriġ għall-ħajja professjonali, peress li spiss huma proprju l-awtoritajiet lokali li jassumu r-rwol ta’ fornituri ta’ servizzi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi (5); |
Promozzjoni ta’ mobilità
|
14. |
itenni l-fatt li l-kwistjonijiet bħall-mobilità professjonali jew l-ibbilanċjar tal-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol fuq livell lokali għandhom impatt kritiku fuq l-effikaċja tal-proċessi tar-ristrutturar li tnedew. Il-mobilità tal-ħaddiema għandha tiġi promossa permezz tal-provvista ta’ servizzi personalizzati għat-tfittxija ta’ impjieg, esperjenzi ta’ xogħol u korsijiet ta’ taħriġ sabiex huma jkunu jistgħu jadattaw il-kompetenzi tagħhom għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol (6). Dan jikkonċerna fuq kollox lill-gruppi speċifiċi li jkunu ilhom qiegħda għal żmien twil (iż-żgħażagħ, dawk b’ħiliet baxxi, persuni kbar fl-età, immigranti, u persuni b’diżabilità); |
|
15. |
jisħaq, fir-rigward tar-reġjuni konfinali, dwar l-importanza tal-iffaċilitar ta’ mobilità vera tal-forza tax-xogħol bejn il-fruntieri bit-tneħħija tal-ostakli marbuta mad-dritt għall-impjieg u s-sigurtà soċjali (it-tneħħija tal-ostakli fiskali, l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad u t-trasferibbiltà tad-drittijiet għall-pensjoni) (7). L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol importanti wkoll fil-qasam ta’ konsulenzi għal persuni li jivvjaġġaw bl-użu ta’ servizzi tal-EURES jew strutturi transkonfinali eżistenti (8); |
|
16. |
iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali jikkooperaw iktar fil-qasam tal-iskambju tal-informazzjoni dwar l-offerta tal-impjiegi fis-swieq lokali u reġjonali. Azzjoni konġunta favur il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-persuni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol jistgħu jżidu l-impjiegi fi professjonijiet imfittxija, u fejn hemm nuqqas ta’ taħriġ fis-suq lokali/reġjonali partikolari; |
Il-promozzjoni ta’ adattament ekonomiku reġjonali
|
17. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar “Rinaxximent Industrijali Ewropew” (COM(2014)14), ippreżentata f’Jannar 2014, u jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora l-antiċipazzjoni tat-tibdil u l-ġestjoni tar-ristrutturar bħala miżuri attivi biex jappoġġaw politika industrijali Ewropea aktar mifruxa. It-tibdil strutturali għandu effett fuq l-industrija fir-reġjuni u l-bliet. Għalhekk, kwalunkwe dibattitu dwar it-tibdil strutturali għandu wkoll jindirizza r-rwol tal-politiki industrijali u reġjonali fl-antiċipazzjoni ta’ dan it-tibdil; |
|
18. |
jenfasizza r-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu fl-użu tal-Fondi Strutturali tal-UE bħal pereżempju l-FSE u l-FEŻR, kif ukoll il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fir-reġjuni rilevanti, biex jippromovu l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u tranżizzjonijiet inklużivi; Għandu jiġi żgurat li l-iffinanzjar ta’ miżuri relatati għall-antiċipazzjoni tat-tibdil u r-ristrutturar jiġi minn diversi sorsi, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom; |
|
19. |
jenfasizza l-importanza tal-istrateġiji ta’ riċerka u innovazzjoni abbażi tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) li jippermettu t-tibdil prijoritizzat mir-reġjuni. Min-natura tagħha, RIS3 hija proċess maħsub sabiex jinkieb tibdil għall-ambjent tan-negozju l-ewwel u qabel kollox billi tgħin lir-reġjun jikseb aċċess għall-aqwa kapaċitajiet ta’ innovazzjoni u l-aqwa msieħba. Il-kooperazzjoni Ewropea enfasizzata fil-proċess RIS3 żżid valur konsiderevoli lill-implimentazzjoni tat-tibdil strutturali; |
Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġestjoni tal-proċessi ta’ ristrutturar
L-iffaċilitar tas-sħubijiet
|
20. |
iqis li l-aktar rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-proċess tar-ristrutturar huwa li jikkoordinaw il-partijiet interessati kollha. Fil-prattika, strutturi ta’ koordinazzjoni permanenti wrew li huma kruċjali għal rispons rapidu u effettiv fil-livell reġjonali; |
|
21. |
jaqbel mat-talba tal-KESE għal koordinazzjoni u kooperazzjoni iktar mill-qrib fil-livell tal-UE bejn il-politiki u s-servizzi tal-Kummissjoni, l-aġenziji u d-diversi osservatorji, sabiex il-kumpaniji li qed jirristutturaw jirċievu appoġġ ċar u konsistenti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, l-SMEs u l-mikrointrapriżi, sabiex ikunu jistgħu jantiċipaw ir-ristrutturar, għandhom jibbenefikaw minn mekkaniżmi adegwati u speċifiċi ta’ għajnuna u ta’ gwida (9). |
Brussell, 3 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) Ara s-sommarju tal-abbozz ta’ opinjoni tar-riċerka tal-fondazzjoni Eurofound dwar “L-effetti tar-ristrutturar fil-livell reġjonali u approċċi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi”, ippreżentat waqt il-konsultazzjoni tar-relatur mal-imsieħba ewlenin fit-30 ta’ Ġunju 2014, fi Brussell.
(2) Ara pereżempju l-bażi tad-data tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) dwar strumenti ta’ appoġġ għar-ristrutturar, li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri meħuda fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u fin-Norveġja.
(3) Ara l-punt 12 tar-Riżoluzzjoni dwar il-Prijoritajiet politiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2014 abbażi tal-Programm leġislattiv u ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea (RESOL-V-009, 29.11.2013) u l-punt 29 tal-Opinjoni tal-KtR dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar CARS 2020 (ECOS-V-038, relatur: is-Sur Buchmann (PPE/AT), 8 ta’ Ottubru 2013).
(4) Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar l-inizjattiva ewlenija “Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda”, il-maġġoranza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li ġew mistħarrġa jqisu li l-kriżi ekonomika qed taċċellera t-tibdil strutturali fis-suq tax-xogħol, żiedet il-qgħad u aggravat in-nuqqas ta’ tlaqqigħ bejn il-ħiliet disponibbli u l-ħtiġijiet ta’ min iħaddem.
(5) COR-2014-00111 Opinjoni dwar “Qafas ta’ kwalità għall-apprendistati”.
(6) CdR 340/2006 fin Opinjoni ta’ prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-fatturi ta’ suċċess sabiex ikun antiċipat u akkompanjat ir-ristrutturar fil-bliet u r-reġjuni”.
(7) CDR 1186-2012_ 00_ 00_TRA_AC “Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tat-tkabbir u t-tisħiħ tal-ħolqien ta’ impjiegi”.
(8) 87 % tat-tweġibiet għall-“Istħarriġ ta’ nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020 mill-perspettiva tal-bliet u r-reġjuni”, indikaw li għandhom jitqiesu r-relazzjonijiet transkonfinali u li l-istrateġiji (inkluż l-iffissar tal-għanijiet) għandhom jikkollegaw ir-reġjuni fuq il-bażi tal-prossimità ġeografika tagħhom u l-interkonnessjoni tagħhom.
(9) CCMI/102 CESE 1591/2012 – “Ristrutturazzjoni u antiċipazzjoni tal-bidla: X’tgħallimna mill-esperjenza reċenti?”
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/54 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-isforzi biex tiġi promossa solidarjetà ġenwina għal politika Ewropea reali dwar il-migrazzjoni
(2015/C 019/12)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Rakkomandazzjonijiet ġenerali
|
1. |
jenfasizza li hija meħtieġa enfasi aktar qawwija dwar l-impenn tal-UE li tiżgura l-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà sabiex tinħoloq politika ta’ migrazzjoni komprensiva li tindirizza l-kwistjonijiet kollha li jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’dan ir-rigward, il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon il-prijorità li l-Presidenza Taljana tat għal strateġija komprensiva rigward kwistjonijiet ta’ migrazzjoni, u l-importanza mogħtija lill-promozzjoni ta’ solidarjetà ġenwina dwar politika Ewropea reali għall-migrazzjoni fir-rigward tal-migranti, il-pajjiżi terzi ta’ oriġini u pajjiżi ta’ tranżitu, kif ukoll pajjiżi, reġjuni u bliet ta’ destinazzjoni, u bejn il-livelli differenti ta’ governanza; |
|
2. |
jilqa’ l-fatt li l-Presidenza Taljana qed tistabbilixxi bħala prijorità ċara l-iżvilupp ta’ Politika Ewropea Komuni dwar il-Migrazzjoni, imsejsa fuq ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, is-solidarjetà, il-fiduċja reċiproka, l-obbligi internazzjonali, u r-responsabbiltà kondiviża bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li tista’ tikkontribwixxi għall-aġenda tat-tkabbir tal-UE, flimkien ma’ strateġija għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi tal-oriġini tal-immigranti; |
|
3. |
jemmen li l-governanza f’diversi livelli hija strument ewlieni u prerekwiżit biex jinkisbu l-aqwa riżultati fl-integrazzjoni tal-migranti u tat-tieni ġenerazzjonijiet. Il-livelli kollha tal-gvern permezz tal-UE għandhom jaqsmu r-responsabbiltà li jilqgħu u jintegraw lir-rifuġjati u lill-migranti, u jtejbu l-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u s-solidarjetà interreġjonali permezz tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ qsim tar-responsabbiltà bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, b’kunsiderazzjoni tal-limiti strutturali, ir-riżorsi, il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, is-sitwazzjoni demografika u fatturi rilevanti oħra (bħar-riunifikazzjoni tal-familja). F’dan il-qafas huwa kruċjali li l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili, l-assoċjazzjonijiet tal-migranti, il-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu tal-migranti barra mill-UE, u l-komunitajiet lokali, kif ukoll li jilqgħu l-kontribut tagħhom. |
|
4. |
jixtieq jifraħ lill-Italja fir-rigward tal-attivitajiet tagħha fil-kuntest tal-operazzjoni Mare Nostrum biex jiġu salvati l-ħajjiet fil-Baħar Mediterran; jikkundanna, għalhekk, id-deċiżjoni tal-Ministri tal-UE biex jissostitwixxuha b’operazzjoni tal-Frontex li m’għandhiex enfasi ċara biex issalva l-ħajjiet u persuni li huma fil-periklu; jappella b’mod urġenti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jipprovdu l-mezzi neċessarji biex jiġu evitati l-imwiet fil-baħar; |
|
5. |
iqis li, f’qasam sensittiv u strateġiku bħal dan, l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet prinċipali tagħha għandhom ifasslu politika ta’ migrazzjoni ġenwina u jassumu r-responsabilità politika għall-implimentazzjoni tagħha. Dan il-kompitu m’għandux jitħalla għall-istati individwali, b’mod partikolari l-istati fuq il-fruntiera; minflok l-istati u l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu inklużi fi strateġija għall-migrazzjoni komuni flimkien ma’ miżuri operattivi xierqa; |
|
6. |
ifakkar li 15-il sena wara l-ewwel tentattivi biex titfassal politika komuni dwar il-migrazzjoni, għad hemm qabża kbira bejn il-prattika u l-prinċipji u l-valuri ddikjarati. Ma ntużax biżżejjed l-Artikolu 80 TFUE għall-adozzjoni ta’ miżuri li jipprevedu solidarjetà u kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà fir-rigward tal-mobilità, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri. L-impenji fir-rigward tal-migrazzjoni u r-rimpatriju kienu kompletament volontarji u, f’xi każijiet, ċerti awtoritajiet lokali ħadu l-inizjattiva biex dawn l-impenji jsiru realtà; |
|
7. |
jinsab sodisfatt bil-Linji Gwida Strateġiċi tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2014 għall-ippjanar leġislattiv u ta’ politika fil-qasam tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja, li jagħmlu t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) prijorità assoluta; |
|
8. |
ifakkar li l-Unjoni Ewropea teħtieġ il-migrazzjoni kemm bħala l-libertà tal-moviment taċ-ċittadini tagħha bejn l-Istati Membri, kif ukoll bħala immigrazzjoni minn pajjiżi terzi, bħala reazzjoni għall-bidliet demografiċi u n-nuqqas potenzjali tal-forza tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex ikompli l-azzjoni tiegħu, b’kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tan-nuqqas ta’ solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà. Madankollu, l-enfasi fil-fażi leġislattiva li jmiss ma għandhiex tkun biss fuq il-konsolidazzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli eżistenti waqt li għad m’hemmx definizzjoni preċiża ta’ kif il-prinċipju tas-solidarjetà jista’ jiġi inkoraġġit u waqt li m’hemmx politika tal-migrazzjoni tal-UE li hija realment komprensiva; |
|
9. |
jenfasizza li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-linji gwida strateġiċi fil-livelli kollha, l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa essenzjali. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa lest li jikkoopera mill-qrib fit-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni. Mill-2015, l-ambitu tal-Forum Ewropew dwar l-Integrazzjoni, stabbilit mill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, se jitwessa’ biex jinkludi l-qasam tal-politika tal-immigrazzjoni u l-asil. Dan il-pjan ta’ azzjoni jista’ jibbenefika mill-għarfien espert ta’ forum imkabbar bil-kontribut tal-KtR. Għalhekk, il-KtR itenni t-talba biex isir membru tal-Bureau tal-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni futur flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; |
Ewropa bbażata fuq approċċ prammatiku u legali lejn is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà
|
10. |
Bħalissal-awtoritajiet lokali u reġjonali jerfgħu piż finanzjarju konsiderevoli fir-rigward tal-akkoljenza tal-migranti. Madankollu, il-kondiviżjoni tal-akkoljenza hija żbilanċjata wkoll fi ħdan il-pajjiżi u bejniethom, u b’hekk xi awtoritajiet lokali u reġjonali jerfgħu responsabbiltà ikbar peress li jilqgħu parti kbira mill-persuni li jkunu għadhom kif waslu li spiss jeċċedu l-kapaċità tar-reġjuni individwali; |
|
11. |
huwa tal-fehma li d-diviżjoni żbilanċjata tal-persuni li qed ifittxu l-asil u tar-rifuġjati bejn il-bliet u r-reġjuni u fi ħdan ir-reġjuni hija sfida kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Kwistjoni oħra huwa n-nuqqas ta’ ppjanar bil-quddiem u l-inabbiltà li ssir tħejjija għall-akkoljenza fi żmien propizju. Is-soluzzjonijiet ad hoc jista’ jkollhom konsegwenzi soċjali negattivi, u dan jagħmilha aktar diffiċli għall-individwi li jkunu għadhom kif waslu biex jagħmlu użu mill-għodod meħtieġa biex jibdew il-proċess tal-integrazzjoni; |
|
12. |
għalhekk jemmen li wasal iż-żmien biex jiġu stabbiliti b’mod l-iżjed ċar u realistiku l-implikazzjonijiet tas-solidarjetà fil-qasam tal-asil u l-miġrazzjoni fl-UE u fl-Istati Membri. Huwa ċar li pajjiżi, reġjuni u muniċipalitajiet differenti jipprovdu argumenti differenti għal dak li huma jqisu bħala kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet u s-solidarjetà abbażi taċ-ċirkustanzi u x-xewqat speċifiċi tagħhom. |
|
13. |
jinnota li s-solidarjetà hija prinċipju li jservi ta’ xprun fid-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet lokali li kellhom jagħtu akkoljenza lil ħafna migranti. Postijiet bħal Lampedusa fl-Italja, Ceuta u Melilla fi Spanja u Calais fi Franza huma biss uħud mill-punti ta’ dħul u ta’ tranżitu għall-persuni li jfittxu l-asil u l-migranti fi ħdan l-UE, madankollu huma xhieda tad-diffikultajiet li xi awtoritajiet lokali jkollhom jiffaċċjaw f’termini tal-akkoljenza ta’ migranti, l-ġestjoni tal-flussi tal-migranti li jaħarbu pajjiżhom u r-risponsi umanitarji; |
|
14. |
huwa tal-fehma li kooperazzjoni effettiva u fiduċja fost il-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE f’dak li jirrigwarda l-kondiviżjoni tar-riżorsi u r-responsabbiltajiet hija indispensabbli għall-akkoljenza sostenibbli u ġusta ta’ dawk li qed ifittxu l-asil u tal-migranti. |
|
15. |
jikkunsidra li l-istrutturi eżistenti jipprovdu l-għodod u mezz għad-djalogu politiku bejn il-livell tal-UE, l-Istati Membri fil-livell nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, iżda d-djalogu politiku bejn il-livelli lokali/reġjonali u dak Ewropew huwa frammentat jew isir fuq bażi ad hoc. |
|
16. |
jissuġġerixxi li ssir analiżi dwar id-disponibbiltà tal-mezzi finanzjarji għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom rigward il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, filwaqt li jkun żgurat li dawn ikollhom aċċess għall-fondi nazzjonali u tal-UE (pereżempju l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond għall-Fruntieri Esterni); |
Is-solidarjetà bħala tweġiba kkordinata għal problema ta' sigurtà u umanitarja.
|
17. |
jenfasizza li t-tisħiħ tal-kontrolli tal-fruntieri u l-miżuri għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari huma essenzjali, iżda ma jistgħux jiġu qabel l-obbligi internazzjonali (taħt UNCLOS, SOLAS u SAR, pereżempju) biex jiġu salvati l-ħajjiet u jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, jew qabel id-dritt li wieħed ifittex asil fl-UE, li għandha tibqa’ art ta’ kenn għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, jixtieq jenfasizza li fil-każ tal-persuni minorenni li qed ifittxu l-asil, ir-rifuġjati, il-migranti u r-rifuġjati minorenni mhux akkumpanjati dejjem għandha tiġi rispettata l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal; |
|
18. |
jitlob it-tisħiħ tal-Frontex għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-fruntieri nazzjonali iktar effettiva, imsaħħa b’mod effiċjenti u semplifikata, u għall-protezzjoni tal-migranti u tal-fruntieri esterni tal-UE kif ukoll għall-kollaborazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; |
|
19. |
jappoġġja l-isforzi biex ikomplu jiġu mmonitorjati u implimentati l-istrateġiji deskritti fl-“Azzjoni tal-UE dwar Pressjonijiet Migratorji”, li tistieden lill-Unjoni Ewropea biex tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq il-ħtieġa li tikkoordina l-azzjoni tal-Istati Membri bir-rwol ċentrali meħud mill-aġenziji rilevanti tal-UE, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), il-EUROPOL u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO); |
|
20. |
iqis li huwa essenzjali li jitkomplew l-isforzi lejn aktar żvilupp tal-ġestjoni tal-fruntieri integrata u bbilanċjata sabiex jittejjeb il-kontroll tal-fruntieri esterni u jiġu ttrattati b’mod aktar effettiv l-immigrazzjoni irregolari, il-kuntrabandu ta’ migranti, it-traffikar tal-bnedmin u forom oħra ta’ kriminalità transkonfinali u l-kriminalità transnazzjonali marbuta mat-traffikar tal-bnedmin; |
|
21. |
jappoġġja l-“Pakkett tal-Fruntieri Intelliġenti” li għandu l-għan li jħaffef, jiffaċilita u jsaħħaħ il-proċeduri tal-kontroll fuq il-fruntieri għall-barranin li jivvjaġġaw lejn l-UE, inkluż il-Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP) u s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), iżda jfakkar fi ftit mit-tħassib fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u l-kosteffikaċja tal-proposti li esprima fl-2013. Il-KtR jieħu nota tar-riżultati tal-istudju tekniku mill-Kummissjoni Ewropea u eu-LISA li jipproponi soluzzjoni fit-tul għall-ġestjoni operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira, li huma strumenti essenzjali għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE dwar l-asil, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni. |
|
22. |
jissuġġerixxi li tingħata attenzjoni partikulari biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn id-diversi korpi u sistemi stabbiliti s’issa, fuq il-bażi tal-mandat speċifiku u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom: pereżempju Frontex, SIS II u EUROSUR, li joperaw fil-kuntest tal-migrazzjoni u l-moviment ta’ persuni u, f’termini ta’ sigurtà, u EUROJUST, li jaħdmu biex jipprevjenu u jeqirdu r-reati kriminali assoċjati mat-transiti illegali; |
|
23. |
jippromwovi, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-EUROSUR, l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament adottat riċentament sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-telf ta’ ħajjiet fuq il-baħar; |
|
24. |
jinkoraġġixxi l-isforzi biex jiġu studjati miżuri għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni rregolari, biex jinħolqu rotot alternattivi sikuri u legali lejn l-Ewropa, sabiex jiġi evitat aktar telf ta’ ħajjiet umani matul vjaġġi perikolużi. Dawn jistgħu jinkludu l-istabbiliment ta’ “kuritur umanitarju”, ħruġ ta’ aktar viżi għal raġunijiet umanitarji, iż-żieda fil-kwoti tar-risistemazzjoni u t-twaqqif ta’ ċentri tal-akkoljenza f’pajjiżi ta’ tranżitu għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-asil jew biex tiġi determinata l-eliġibbiltà għad-dħul legali f’pajjiż tal-UE (1). F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom rwol utli ħafna; |
|
25. |
jilqa’ b’sodisfazzjon it-Task Force tal-Mediterran (2), li ġie mwaqqaf wara l-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tas-7 u t-8 ta’ Ottubru 2013 biex ikun hemm rispons tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjoni. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jidentifika l-għodod adatti biex tiġi evitata repetizzjoni tal-avvenimenti traġiċi bħal dawk li seħħew “il barra mill-kosta ta” Lampedusa u biex jiġi żviluppat approċċ strateġiku, olistiku u fit-tul għas-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fiż-żona tal-Mediterran. Il-KtR ifakkar f’dan il-kuntest dwar il-ħidma tiegħu fi ħdan l-ARLEM, u b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport dwar “ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġestjoni tal-migrazzjoni fil-Mediterran”, adottat reċentement mill-ECOTER tal-ARLEM; |
|
26. |
jixtieq jenfasizza li l-operazzjoni “Frontex plus”, li tnediet fis-27 ta’ Awwissu 2014 u għandha tieħu post Mare Nostrum, ma tkoprix l-attivitajiet li bħalissa jitwettqu minn Mare Nostrum. Il-baġit tal-Frontex ġie limitat skont il-qafas finanzjarju pluriennali. Frontex Plus se jkollha tiddependi mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. Apparti l-kunsiderazzjonijiet finanzjarji, l-ispirtu taż-żewġ operazzjonijiet huwa wkoll differenti – Mare Nostrum għandha approċċ umanitarju waqt li Frontex hija reazzjoni għall-interess primarju tal-kontroll fuq il-fruntieri; |
Il-bini ta’ konnessjonijiet ma’ pajjiżi terzi fil-livell lokali
|
27. |
iħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ta’ oriġini u tranżitu tal-flussi tal-migrazzjoni, b’konformità mal-Approċċ Globali tal-UE għall-Migrazzjoni u l-Mobilità, permezz tal-istrument tas-Sħubijiet għall-Mobiltà u permezz tad-djalogi u l-proċessi reġjonali, bħall-Proċess ta’ Rabat; |
|
28. |
jappoġġja l-isforzi tal-Frontex immirati lejn il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni operattiva ma’ pajjiżi terzi dwar il-kontroll tal-fruntieri u l-immigrazzjoni irregolari, li għandhom jippromwovu s-sjieda mill-pajjiżi terzi kkonċernati; |
|
29. |
jilqa’ bi pjaċir l-inizjattiva mnedija mill-Presidenza Taljana biex jiġi stabbilit djalogu simili mal-pajjiżi tal-Lvant tal-Afrika. Il-promozzjoni tal-migrazzjoni legali hija maħsuba biex tgħin l-isforzi tal-UE għat-tkabbir u b’hekk tipprevjeni l-abbuż possibbli tal-kanali ta’ migrazzjoni legali li jista’ jwassal biex tiddgħajjef il-kredibilità tal-proċess kollu tas-sistema Ewropea tal-migrazzjoni; |
|
30. |
jenfasizza l-importanza tal-kunċett ta’ migrazzjoni ċirkolari li jista’ jgħin biex jiġi bbilanċjat l-impatt tal-migrazzjoni kemm fuq ir-reġjun ta’ oriġini kif ukoll dak ospitanti, u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp tat-tnejn li huma. Dan jinkludi l-ħtieġa ta’ politika ta’ ritorn effettiva u sostenibbli, li tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-migranti u li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-pajjiżi ta’ oriġini. Għal dan l-għan, il-koperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet lokali u l-pajjiżi terzi rilevanti għandha tkun imtejba sabiex tinkoraġġixxi u toħloq sistemi l-aktar effiċjenti ta’ ritorn volontarju; |
|
31. |
jemmen li l-awtoritajiet fil-livelli kollha għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-ħarsien u l-promozzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi biex jappoġġjaw konkretament modi ta’ dħul legali fil-livelli politiċi u ekonomiċi, kif ukoll biex jipprevjenu u jittrattaw l-immigrazzjoni irregolari u l-forom kollha ta’ kriminalità billi jtejbu l-kapaċitajiet istituzzjonali u operazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-pajjiżi; |
|
32. |
jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol fl-isforz konġunt mal-UE u mal-livell nazzjonali u ma’ pajjiżi terzi biex jindirizzaw u jipprevjenu l-migrazzjoni irregolari permezz ta’ attivitajiet fil-pajjiżi tal-oriġini (eż. kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, informazzjoni dwar ir-riskji tal-qsim illegali tal-fruntieri, miżuri li jħejju il-persuni għall-integrazzjoni, taħriġ, assistenza fil-qasam tar-riunifikazzjoni tal-familja, korsijiet tal-lingwa u miżuri biex jittejjeb id-djalogu interkulturali) u fil-pajjiżi tad-destinazzjoni (eż. jitwaqqfu sistemi lokali ta’ għażla skont il-bżonnijiet lokali, miżuri ta’ akkoljenza u appoġġ, eċċ.). Dawn jistgħu jgħinu wkoll biex jiġu identifikati u protetti l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u biex jgħinu fir-riintegrazzjoni tal-migranti irregolari li jmorru lura lejn pajjiżhom. Fl-istess ħin, il-politiki ta’ migrazzjoni legali u integrazzjoni effettivi fil-livell lokali u reġjonali huma mezz għall-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija; |
|
33. |
jissuġġerixxi li ż-żieda fir-risistemazzjoni ta’ rifuġjati fl-UE għandha tkun parti integrali mill-isforzi tal-UE biex tappoġġja l-pajjiżi tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran li qed jiffaċċjaw influssi ta’ ħafna rifuġjati (3). Dan huwa qasam fejn il-bliet u r-reġjuni Ewropej kellhom rwol prinċipali, billi ppromovew l-integrazzjoni tar-rifuġjati fil-komunitajiet lokali u ħadu passi biex isaħħu l-koeżjoni soċjali; |
|
34. |
jitlob biex jiġu promossi “Sħubijiet ta’ Migrazzjoni u Integrazzjoni” bejn il-bliet u r-reġjuni tal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni, sabiex tiżdied il-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka u b’hekk tiġi żgurata ġestjoni iktar deċentralizzata tal-migrazzjoni. Il-Kumitat tar-Reġjuni itenni wkoll is-suġġeriment tiegħu (4) li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti fl-iżvilupp ta’ “Sħubijiet ta’ Migrazzjoni u Integrazzjoni” ma’ pajjiżi terzi; |
Is-solidarjetà tiġi bis-sensibilizzazzjoni: l-iskambju tal-aħjar prattiki, id-data u linji gwida komuni?
|
35. |
jenfasizza li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Aġenda Ewropea rinnovata għall-Integrazzjoni (5) tisħaq li għandha tittieħed aktar azzjoni fil-livell lokali u tenfasizza approċċ ġenwin minn isfel għal fuq għall-iżvilupp tal-politiki ta’ integrazzjoni. |
|
36. |
jargumenta li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom rwol iktar sinifikanti biex jistabilixxu l-kuntest iktar wiesa’ fl-indirizzar tal-politika dwar il-migrazzjoni; |
|
37. |
jenfasizza l-bżonn li jkun hemm skambju tal-aħjar prattika fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar tat-talbiet ta’ dawk li qed ifittxu l-asil u r-rifuġjati, il-politiki tal-integrazzjoni u l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari. Il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ jgħin fil-proċess biex jinkiseb involviment aktar effettiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ migrazzjoni u ta’ integrazzjoni, b’konformità mal-governanza f’diversi livelli u l-prinċipju tas-sussidjarjetà; dan jista’ jgħin biex jiġu indirizzati disparitajiet bejn l-Istati Membri u reġjuni fil-kundizzjonijiet li fihom jiġu rċevuti u ospitati dawk li qed ifittxu l-asil, ir-rifuġjati jew il-migranti; |
|
38. |
jissuġġerixxi li l-Aġenzija tal-UE għal Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira, eu-LISA, tiżviluppa fil-futur qrib, sistema ta’ qsim ta’ data kompluta dwar is-suġġett tal-migrazzjoni u l-awtoritajiet lokali, ibbażata fuq is-sistema tal-VIS. Sistema bħal din tista’ tkun utli ħafna fil-qsim tal-għarfien espert u l-kondiviżjoni tal-esperjenza f’termini tal-ġestjoni tal-akkomodazzjoni, l-ipproċessar tat-talbiet tal-persuni li jfittxu l-asil u r-rifuġjati, il-politiki ta’ integrazzjoni u l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, u toffri soluzzjonijiet prattiċi biex jitħeġġeġ il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-awtoritajiet lokali; |
|
39. |
jipproponi li tiġi mfassla bażi ta’ data li tikkontribwixxi għas-sorveljanza tal-flussi migratorji bejn l-Istati Membri. Din il-bażi ta’ data għandha tinkludi tagħrif dwar varjazzjonijiet fil-popolazzjoni bejn il-pajjiż tal-oriġini u l-pajjiż ta’ destinazzjoni. L-għarfien ta’ dawn il-flussi għandu jiffaċilita t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell lokali, reġjonali u Ewropew; |
|
40. |
jemmen li l-kooperazzjoni u s-solidarjetà jistgħu jiġu ffaċilitati jekk isir sforz akbar fir-rigward ta’ soluzzjonijiet prattiċi u prammatiċi. L-għarfien espert tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ma għandux jiġi injorat meta jkunu qed jiġu identifikati il-kwistjonijiet ewlenin; |
|
41. |
jemmen li l-UE għandha taħtaf kull opportunità biex tikkoopera mal-imsieħba istituzzjonali u biex trawwem id-dibattitu fl-oqfsa rilevanti kollha. Organizzazzjonijiet bħal l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (OIM) u l-assemblej bħall-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) tal-KtR huma msieħba importanti f’dan ir-rigward; |
|
42. |
jilqa’ l-fatt li l-konferenza ministerjali li jmiss tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) li ser issir f’Ottubru 2015 se tiffoka fuq kif il-bliet jistgħu jikkontribwixxu għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u ser isservi bħala pjattaforma eċċellenti għad-djalogu globali bejn il-bliet. jixtieq jiġi involut f’din il-konferenza u jistenna b’interess li jikkontribwixxi għad-diskussjonijiet. |
Brussell, 4 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) OIM Discussion Paper: Addressing Complex Migration Flows und Upholding the rights of Migrants along the Central Mediterranean Route (21 ta’ Ottubru 2013); Komunikazzjoni – Ewropa miftuħa u sigura: Inwettqu dan, COM(2014) 154 final, 11 ta’ Marzu 2014.
(2) COM(2013) 869 final, SWD(2014) 173 final.
http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/jha/139937.pdf
(3) Fl-2007, dawn il-pajjiżi laqgħu 39 % tar-rifuġjati fid-dinja. Philippe Fargues (ed.) CARIM Mediterranean migration 2008-2009 report, Robert Schuman Centre for Advanced Studies, European University Institute, 2009, in http://cadmus.eui.eu/bitstream/handle/1814/11861/CARIM%20Migration_Report%202008-2009%20revised%20Oct09.pdf?sequence=3
(4) Riżoluzzjoni tal-KtR 2333/2014.
(5) COM(2011) 455 final.
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/59 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-importanza ta’ Ewropa iktar interkonnessa b’enfasi fuq il-potenzjal tas-settur tal-ICT bħala sors ta’ tkabbir
(2015/C 019/13)
|
I. L-IMPORTANZA TA’ EWROPA IKTAR INTERKONNESSA
|
1. |
Fuq talba tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-UE, il-Kumitat tar-Reġjuni qed ifassal proposti sodi dwar kif Ewropa interkonnessa tista’ sservi bħala bażi biex jiġi sfruttat il-potenzjal enormi offrut mis-settur tal-ICT bħala sors ta’ tkabbir u impjiegi ġodda, speċjalment fil-ħames snin li ġejjin. |
|
2. |
Fl-era tar-rivoluzzjoni industrijali l-ġdida, l-Ewropa tista’ tuża d-diġitalizzjoni biex tixpruna t-tkabbir soċjali u ekonomiku skont l-Istrateġija Ewropa 2020. Jeħtieġ li nifhmu x’tip ta’ servizz jeħtieġ il-klijent u li nafu kif niżviluppaw it-teknoloġija rilevanti, u li nintebħu li l-klijent ma jridx jixtri sempliċiment prodott iżda produttività, sigurtà tal-impjieg u s-sodisfazzjon tal-klijenti. Dan kollu jista’ jinkiseb billi tiġi sfruttata d-diġitazzjoni. L-ekonomija ċirkolari, id-diġitalizzjoni u d-disinn tas-servizz jistgħu jintużaw biex jinħolqu impjiegi ġodda ekoloġiċi u biex tingħata ħajja mill-ġdid lill-industrija tradizzjonali. Skont studji tal-Kummissjoni, sal-2020 l-Ewropa tista’ żżid il-PDG tagħha b’4 % billi tixpruna t-tkabbir tas-suq intern diġitali, u l-amministrazzjoni pubblika tista’ tnaqqas l-ispejjeż tagħha bi 15-20 % billi tagħmel is-servizzi pubbliċi diġitali (1). Anke matul perjodu ta’ ħafna qgħad, l-Internet qed joħloq ħames impjiegi ġodda għal kull tnejn li qed jintilfu. Ġie stmat li miżuri konġunti tal-UE taħt l-istrateġija tad-diġitalizzazzjoni jistgħu joħolqu sa 3,8 miljun impjieg ġdid fuq perjodu twil fis-setturi kollha ekonomiċi. |
|
3. |
Madankollu, il-kapaċità tal-Ewropa li tiġġenera t-tkabbir u toħloq impjiegi permezz tad-diġitalizzazzjoni bl-ebda mod m’hija adegwata. Peress li nofs il-popolazzjoni għandhom livell baxx ta’ ħiliet fl-ICT jew l-ebda ħiliet f’dan il-qasam, jeħtieġ li l-ħiliet taċ-ċittadini fl-ICT jiġu żviluppati. Billi f’ambjent globali s-servizzi jiġu żviluppati bl-IT, huwa importanti li tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-Ewropa kemm mil-lat tal-produzzjoni kif ukoll minn dak tal-iżvilupp. Anke l-intrapriżi qed joperaw f’ambjent ta’ sfida: l-ebda kumpanija Ewropea tal-CT m’hija fost l-għaxar aħjar kumpaniji abbażi tal-bejgħ. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA: Messaġġi ewlenin
|
— |
Is-sinerġiji bejn id-diversi mekkaniżmi ta’ finanzjament u bejn is-settur pubbliku u dak privat għandhom jiġu inkoraġġuti u ppjanati sew biex tiġi stabbilita infrastruttura ta’ kwalità għolja u affordabbli, kapaċi li tappoġġja l-cloud computing, il-big data u l-konnessjonijiet broadband b’veloċità għolja. |
|
— |
L-awtoritajiet fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jistabbilixxu bħala prijorità li ċ-ċittadini jiġu provduti bil-ħiliet diġitali u intraprenditorjali adatti li bihom ikunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ tat-teknoloġiji l-ġodda, janalizzaw il-big data, jifhmu l-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà ċibernetika, isaħħu l-kapaċità tagħhom għall-impjieg u joħolqu opportunitajiet ġodda għall-kummerċ. |
|
— |
L-awtoritajiet fil-livell tal-UE, nazzjonali u sottonazzjonali għandhom jimmiraw li jkollhom qafas regolatorju flessibbli li jnaqqas l-ispiża tal-ħolqien tal-intrapriżi tal-ICT u li jiffaċilita dan il-ħolqien filwaqt li jippermetti aċċess faċli għall-finanzjament u l-inkoraġġiment tal-innovazzjoni inkluż it-tħeġġiġ ta’ politiki ta’ valutazzjoni u ta’ premjar. |
|
— |
Fl-azzjonijiet kollha li jmiss għall-ikkompletar tas-suq uniku għandhom jitqiesu: ir-rwol ewlieni u l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-taħriġ diġitali taċ-ċittadini, fil-ħolqien u l-ġestjoni tal-infrastruttura diġitali, ħafna drabi f’kollaborazzjoni transkonfinali jew interreġjonali, fil-proċess tal-iskoperti tal-innovazzjoni u l-intraprenditorija u fl-implimentazzjoni tal-gvern elettroniku. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
4. |
laqa’ l-proposti għal miżuri relatati mas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi li jippromovu tkabbir dinamiku u sostenibbli fis-setturi kollha tal-ekonomija u joħolqu l-impjiegi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Ir-rwol ewlieni u l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-gvern elettroniku għandhom jiġu kkunsidrati f’kull leġislazzjoni futura biex jiġi kkompletat is-suq uniku diġitali; |
|
5. |
jinnota r-rwol kruċjali tal-inizjattivi ewlenin, inkluż l-Aġenda Diġitali, bħala għodod għat-tkabbir. L-inizjattivi ewlenin għandhom iservu ta’ lieva biex il-koordinazzjoni tal-politika tmur għall-aħjar fil-livelli kollha, fil-kuntest tal-miri tal-Ewropa 2020 u għandhom jintużaw fid-dokumenti prinċipali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ukoll ikomplu jużaw l-inizjattivi ewlenin bħala qafas ta’ referenza, mhux biss għall-ippjanar tal-politika tagħhom, iżda anke meta jkollhom x’jaqsmu ma’ livelli ogħla fil-gvern u ma’ partijiet interessati oħra. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali (u l-korpijiet pubbliċi bħal-libreriji, l-isptarijiet, jew l-iskejjel) jistgħu jaqdu rwol ikbar fil-pubbliċità tar-riżultati tal-Orizzont 2020 u fl-applikazzjoni tagħhom; |
|
6. |
jinnota li t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi ma jistgħux jinkisbu permezz ta’ ottimizzazzjoni parzjali: minflok jeħtieġ mentalità, tmexxija u miżuri olistiċi. Pereżempju, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu iktar kapaċi japplikaw id-diġitalizzazzjoni fl-attivitajiet proprji tagħhom jekk il-prattiki u l-indikaturi baġitarji jeħtieġu riżultat globali tajjeb u jħeġġu l-kooperazzjoni bejn is-setturi. Sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati proċeduri amministrattivi ġodda, huwa importanti wkoll li jinżamm bilanċ bejn ir-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi u l-iżviluppi innovattivi l-ġodda. Kien hemm esperjenzi pożittivi bil-finanzjament esperimentali, li intuża biex jindirizza l-problemi minn qabel jew fl-iżvilupp u l-prova ta’ innovazzjonijiet soċjali ġodda; |
|
7. |
jirrakkomanda li l-miżuri minn isfel għal fuq jiġu abbinati ma’ tmexxija strateġika minn fuq għal isfel. L-atturi lokali u reġjonali huma forza mexxejja fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tad-diġitalizzazzjoni. Il-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali, il-ħaddiema u ċ-ċittadini regolari huma riżorsi abilitanti, sakemm ikollhom l-għarfien u l-ħiliet neċessarji, kif ukoll attitudni pożittiva lejn id-diġitalizzazzjoni. Ir-responsabbiltà tal-garanzija ta’ dawn il-ħiliet hija f’idejn l-atturi lokali u reġjonali. Il-livell lokali u reġjonali għandu jimmonitorja lilu nnifsu biex jiżgura li l-atturi lokali u reġjonali ma jsirux ostakli għall-iżvilupp tagħhom stess; |
|
8. |
jinnota li f’Ewropa taċ-ċittadini d-diġitalizzazzjoni tagħmilha possibbli biex in-nies ikunu jistgħu jibnu n-netwerks u jżommu l-kuntatti biex ikunu jistgħu jiddiskutu, jitgħallmu minn xulxin, isawru fehmiet komuni u jsemmgħu t-tamiet u l-għanijiet tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tisħiħ ta’ identità Ewropea komuni. L-impjiegi l-ġodda huma bbażati fuq is-swieq u s-swieq jinħolqu iktar faċilment jekk l-Ewropa jkollha identità diġitali b’saħħitha u ċ-ċittadini jkunu jridu jużaw id-diġitalizzazzjoni u tabilħaqq jesiġu soluzzjonijiet diġitali ġodda; |
|
9. |
jinnota li billi bidlet il-metodi ta’ ħidma, id-diġitalizzazzjoni inevitabbilment wasslet biex xi impjiegi jiġu eliminati u dan ifisser li l-kumpaniji u s-settur pubbliku għandhom ikunu jistgħu jtejbu u jsibu użu għal forza tax-xogħol ikkwalifikata sew biex joħolqu iktar valur miżjud. Permezz tad-diġitalizzazzjoni n-nies jistgħu anke jfittxu mezz ta’ għixien ibbażat fuq il-mikrointraprenditorija. Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni għandha tintuża biex nimmiraw lejn intraprenditorija ta’ tkabbir għoli, peress li permezz tagħha l-prodotti u s-servizzi jistgħu jinħolqu u jitwasslu mingħajr restrizzjonijiet tal-ħin jew tal-post. Anke l-operaturi fir-reġjuni mbiegħda għandhom l-istess opportunitajiet biex jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni; |
|
10. |
jenfasizza li fil-livell tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri hemm bżonn strateġija ta’ tkabbir li tqis l-opportunitajiet offruti minn strateġija diġitali biex jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ impjiegi aħjar u iktar permanenti għaż-żgħażagħ b’mod partikolari. L-impjegabbiltà mhijiex biss ir-responsabbiltà tal-individwu: il-partijiet kollha interessati – l-intrapriżi, l-universitajiet, l-iskejjel u l-kulleġġi u ż-żgħażagħ – għandhom ikunu involuti; |
|
11. |
jinnota li l-iżgurar ta’ provvista ta’ riżorsi naturali u t-tnaqqis tal-marka tal-karbonju huma aspetti ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli. Għalhekk, it-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa għandu jkun ibbażat fuq xi ħaġa oħra apparti ż-żieda fil-produzzjoni tal-prodotti għall-konsumatur. Il-prodotti u s-servizzi li jistgħu jiġu prodotti u mibjugħa b’mod diġitali jistgħu joħolqu t-tkabbir b’piż eħfef fuq ir-riżorsi naturali (2); |
|
12. |
jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jevalwaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-użu tal-ICT, tal-immudellar tal-informazzjoni u ta’ approċċ ibbażat fuq il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” biex tittejjeb is-sostenibbiltà taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ assi pubbliċi – partikolarment l-ambjent mibni u l-bini; |
|
13. |
jinnota li minbarra l-iżvilupp tal-prodotti bbażat fuq it-teknoloġija, huwa importanti li niffokaw fuq l-iżvilupp ta’ tekniki, servizzi u prodotti ċentrati fuq il-kontribut tal-bniedem, inkluż id-disinn iċċentrat fuq l-utent, il-kokreazzjoni u l-pilotaġġ rapidu. Il-Kumitat jappoġġja l-inizjattiva tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li tista’ tintuża biex tiġi żviluppata infrastruttura ġdida għas-servizzi pubbliċi diġitali u biex ikun hemm qbil aħjar bejn il-problemi tad-diversi reġjuni u s-soluzzjonijiet proposti minn partijiet differenti tal-Ewropa. Dawn il-miżuri ser jiżguraw li l-prodotti diġitali jissodisfaw il-ħtiġiet ġenwini tas-suq, inklużi l-ħtiġiet tas-settur pubbliku, b’mod iktar pront u effettiv, u li l-kompetittività tal-prodotti u l-intrapriżi Ewropew jittejbu; |
|
14. |
jirrakkomanda li jiġi stabbilit jekk il-lakuna bejn l-ICT u l-“attivitajiet ta’ negozju” tistax tingħalaq billi s-servizzi tas-sistemi tal-informazzjoni jiġu ġestiti bl-użu ta’ Arkitettura għall-Intrapriżi, i.e. mhux biss ġestjoni ta’ informazzjoni jew operazzjonijiet iżda approċċ olistiku. Il-qofol tal-mudell tal-Arkitettura għall-Intrapriżi huwa li l-ambjent tal-informazzjoni u t-teknoloġija mixtieq jiġi integrat b’mod ġestit tajjeb u sistematiku fil-ħtiġijiet strateġiċi u operattivi tal-attività ewlenija; |
|
15. |
f’dan is-sens jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni fl-assigurazzjoni ta’ aċċess ugwali u bi prezz affordabbli tal-broadband f’żoni li fihom is-suq ma jasalx u jħeġġeġ li proġetti ta’ żvilupp diġitali fiż-żoni rurali u dawk b’popolazzjoni baxxa jiġu rikonoxxuti bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (3); |
|
16. |
jinnota li l-ICT tista’ tintuża fl-innovazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjoekonomiċi, u jipproponi qafas ta’ politika ġdid li permezz tiegħu l-Unjoni Ewropea tħeġġeġ lill-kummerċ ibbażat fuq l-ICT biex jiżviluppa fid-direzzjoni li twassal biex jiġu indirizzati l-problemi soċjetali ewlenin bħat-tibdil tal-klima, il-kwistjonijiet tal-enerġija jew is-soċjetajiet li qed jixjieħu. It-tixjiħ attiv u f’saħħtu huwa wieħed mis-Sħubijiet ta’ Innovazzjoni Ewropej ewlenin, u s-servizzi diġitali jistgħu jiġu żviluppati biex jiġi appoġġat it-tixjiħ attiv (“tixjiħ attiv diġitali”). L-investiment fis-servizzi diġitali għall-promozzjoni tas-saħħa u l-integrazzjoni soċjali tal-anzjani jista’ jagħmel lill-Ewropa pijunier f’dan il-qasam, u joħloq is-sisien għal suq tal-esportazzjoni globali ġdid, filwaqt li titnaqqas il-pressjoni tal-ispejjeż marbuta mat-tixjiħ; |
|
17. |
jara opportunità biex jiġu stimulati t-tkabbir u l-impjieg billi jkun hemm rabta bejn id-diġitalizzazzjoni u s-setturi tradizzjonali Ewropej b’saħħithom, bħat-turiżmu u l-kultura b’mod ġdid u innovattiv. Pereżempju, il-provvedituri u l-utenti tas-servizzi jistgħu jitlaqqgħu permezz ta’ pjattaformi u approċċi diġitali ġodda innovattivi. L-operaturi lokali u reġjonali jistgħu jgħinu lill-provvedituri tas-servizzi tat-turiżmu u l-kultura biex isibu provvedituri ta’ servizzi simili f’partijiet oħra tal-Ewropa sabiex ikollhom l-aċċess għan-netwerk ta’ xulxin u flimkien jsaħħu l-profil tagħhom billi jużaw approċċi diġitali. Il-konsumaturi tat-turiżmu u l-kultura jistgħu kemm jużaw kif ukoll jipproduċu kontenut permezz tal-finanzjament kollettiv (crowd-sourcing). Ir-repożitorji tad-data pubblika għar-riżorsi diġitali tal-mużewijiet, l-arkivji u l-libreriji jistgħu jservu bħala sorsi ta’ servizzi ġodda tat-turiżmu u l-kultura; |
|
18. |
jirrakkomanda li d-diġitalizzazzjoni tiġi promossa billi jiġu adottati mudelli kummerċjali kumplementari li jistgħu jintużaw pereżempju minn intrapriżi soċjali u operaturi tat-tielet settur biex jipproduċu servizzi li mhumiex koperti mis-settur pubbliku u fejn is-settur privat għadu ma jarax opportunitajiet kummerċjali; |
|
19. |
jirreferi għas-sejba li l-investiment fl-ICT jista’ jikkontribwixxi iktar għat-tkabbir reġjonali minn investiment kapitali ieħor u għalhekk jirrakkomanda li jiġu stabbiliti bħala prijoritajiet l-ikkompletar tas-Suq Diġitali Uniku sal-2015 u li jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta’ investiment fl-infrastruttura tat-telecoms billi jsir użu sħiħ tal-fondi strutturali tal-UE, billi tiġi faċilitata taħlita adatta ta’ investiment pubbliku u privat, billi jintużaw strumenti finanzjarji oħra bħall-Bank Ewropew tal-Investiment u billi jitwaqqaf qafas regolatorju tajjeb f’dan ir-rigward. Ir-reġjuni b’densità għolja ta’ popolazzjoni jistgħu jiġu appoġġjati minn investiment privat fl-infrastruttura, filwaqt li reġjuni oħra iktar ikollhom bżonn jaċċessaw il-fondi pubbliċi biex jappoġġjaw l-infrastruttura tagħhom; |
|
20. |
jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea “Komunitajiet Konnessi”, intiża biex tagħti lill-muniċipalitajiet, lill-membri tas-sħubijiet tal-broadband lokali u lill-operaturi linji gwida dwar kif jiksbu l-finanzjament u jiżviluppaw mudelli kummerċjali adattati biex jiġi provdut broadband b’veloċità għolja lill-komunità tagħhom. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-atturi lokali u reġjonali biex jagħmlu użu mill-finanzjament u l-appoġġ il-ġdid tal-broadband fl-UE; |
|
21. |
jemmen li l-implimentazzjoni ta’ netwerks b’veloċità għolja li jkunu aċċessibbli u t-tnaqqis fl-ispejjeż tagħhom ser joħolqu impjiegi għall-intrapriżi Ewropej, jixprunaw l-iżvilupp ta’ servizzi moderni, jippromovu l-kummerċ elettroniku u jipprovdu opportunitajiet kummerċjali fl-oqsma tal-Internet tal-oġġetti u t-teknoloġiji bejn magna u magna (M2M – machine-to-machine). Il-Kumitat jinsab imħasseb dwar it-tendenza li permezz tagħha t-teknoloġija tal-ġenerazzjoni li jmiss (il-cloud computing, l-istampar 3-D, is-saħħa elettronika, il-bliet intelliġenti, is-servizzi tad-divertiment, it-telepreżenza, il-big data, l-Internet fil-karozzi, eċċ.) qed tesiġi wisa’ tal-banda ikbar u servizz mingħajr xkiel fl-Ewropa kollha u l-mudelli kummerċjali żviluppati biex jintroduċu din it-teknoloġija qed joħolqu pressjonijiet minħabba fl-ispejjeż li mhumiex sostenibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huwa importanti għall-istruttura globali tal-ispejjeż tal-proġetti tal-broadband li jqisu mhux biss l-ispejjeż tal-bidu iżda anke l-ispejjeż futuri li ser jinħolqu b’riżultat ta’ żvilupp teknoloġiku rapidu; |
|
22. |
jinnota li s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) dwar l-inizjattiva “Bliet u komunitajiet Intelliġenti” (4) hija pjattaforma li b’mod effettiv tippromovi tkabbir sostenibbli bbażat fuq id-diġitalizzazzjoni. Biex jaħdmu tajjeb, il-pjattaformi għall-iżvilupp u t-testjar tal-prodotti jeħtieġu wkoll ekosistema tal-innovazzjoni u l-kummerċ li tiffunzjona kif suppost. Il-kooperazzjoni bejn il-bliet intelliġenti interkonnessi twassal biex l-operaturi lokali u reġjonali jippromovu l-avvanz ta’ soluzzjonijiet li joħorġu bihom il-kumpaniji bl-iktar mod effettiv possibbli u b’hekk jagħtu spinta lill-kompetittività tal-kumpaniji f’ambjent kummerċjali globali; |
|
23. |
jirrakkomanda li meta tkun qed titfassal strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3), ir-reġjuni jibbażaw fuq id-diġitalizzazzjoni fl-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni magħżula minnhom sabiex joħolqu iktar valur miżjud u b’hekk tkabbir b’ritmu iktar mgħaġġel fir-reġjun. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex joħolqu proċessi ta’ skoperti innovattivi u intraprenditorjali u mekkaniżmi ta’ governanza biex jiġu sfruttati kemm jista’ jkun is-sinerġiji bejn id-diversi mekkaniżmi ta’ finanzjament fis-settur pubbliku u dak privat, biex jiġu orkestrati s-sinerġiji bejn id-diversi portafolji tal-proġetti reġjonali u lokali u biex tinbena konċentrazzjoni fuq il-bini ta’ sħubijiet Ewropej bis-saħħa tal-Orizzont 2020, l-INTERREG, il-Makroreġjuni, eċċ. |
|
24. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sabiex tiżgura li r-reġjuni jirċievu linji gwida ċari dwar kif jimplimentaw l-istrateġiji tal-RIS3 bl-użu ta’ impriżi fuq skala kbira (“mega endeavours”), finanzjati minn fondi differenti, u portafolli ta’ proġetti kbar li jiġu organizzati bl-orkestrar ta’ kooperazzjoni sinerġistika aktar milli bil-ġestjoni ta’ proġetti individwali. L-għodod diġitali għall-ġestjoni ta’ proġetti kif ukoll l-ambjenti ta’ ħidma virtwali ser ikunu ċentrali għal dan l-iżvilupp fil-kultura tax-xogħol; |
|
25. |
jinnota li qabel kien approva l-fehma li: “L-istrumenti li jorbtu r-riċerka, l-innovazzjoni u l-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti ser jiġu implimentati kemm fl-Orizzont 2020 kif ukoll fil-Fondi Strutturali sabiex jinħolqu indikaturi oġġettivi għall-iskala tal-eċċellenza u l-bini taż-ŻER (Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni)” (5). L-indikaturi żviluppati jistgħu jiġu adattati biex jivvalutaw il-benefiċċji tal-proġetti ta’ riċerka mwettqa bil-fondi pubbliċi. Il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq ir-riżultati u l-impatti bħall-benefiċċju għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, opportunitajiet kummerċjali ġodda u l-ħolqien ta’ impjiegi, it-titjib tad-disinn, il-funzjonalità, kemm hu faċli l-użu u l-effiċjenza tal-produzzjoni tas-servizz, il-kwalità globali tal-prodotti u s-servizzi jew il-kontribut għas-sistemi tal-innovazzjoni b’mod ġenerali; |
|
26. |
f’Opinjonijiet preċedenti enfasizza l-użu attiv ta’ akkwist pubbliku innovattiv u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri, u ħeġġeġ l-amministraturi lokali u reġjonali biex japplikaw dawn il-prinċipji bil-għan li jaċċelleraw l-espansjoni tal-approċċi diġitali; |
|
27. |
jinnota kemm hu importanti għall-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività tal-ekonomija diġitali li l-kontributuri għan-netwerk tal-valur – il-persuni li joħolqu l-kontenut, l-atturi tal-marketing, il-kanali tad-distribuzzjoni, il-kummerċ elettroniku, il-kumpaniji tas-softwer, l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet u l-provvedituri tal-finanzi, u r-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-ispeċjalisti tal-IPR – jitlaqqgħu biex isibu soluzzjonijiet diġitali. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-atturi lokali u reġjonali jkunu iktar involuti fit-tfassil u l-orkestrazzjoni tan-netwerks ta’ valur pan-Ewropej u interreġjonali; |
|
28. |
jinnota li t-tkabbir u l-impjiegi l-ġodda jistgħu jingħataw spinta billi jinfetħu l-għarfien, il-proċessi, l-ispazji pubbliċi u l-innovazzjoni li jinħarġu bħala prodotti sekondarji tal-proċessi tar-riċerka u l-iżvilupp finanzjati mill-fondi pubbliċi. Pereżempju, il-muniċipalitajiet jistgħu jappoġġjaw il-mikrointraprendituri u jimmobilizzaw gruppi differenti tal-popolazzjoni billi jagħtu aċċess għall-Internet fl-ispazji pubbliċi u jagħmlu tagħmir disponibbli għall-individwi bi prezz miftiehem; |
|
29. |
jinnota li skont studji tal-Kummissjoni, l-aċċess miftuħ għad-data mis-settur pubbliku u l-entitajiet finanzjati mill-fondi pubbliċi jsaħħu t-tkabbir ekonomiku u joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju, fosthom in-negozji ż-żgħar, irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu; id-data pubblika miftuħa tgħin biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ suq intern diġitali li jiffunzjona fejn il-konsumaturi jistgħu jingħataw aċċess faċli, sigur u flessibbli għal servizzi u kontenut diġitali legali (6); |
|
30. |
josserva li t-teknoloġija neċessarja biex tinfetaħ id-data pubblika hija diġà avvanzata sew, iżda l-livell lokali u dak reġjonali mhux dejjem jafu jħaddmuha tajjeb biżżejjed u jista’ jkun li m’għandhomx l-għodod meħtieġa biex isibu l-informazzjoni disponibbli għall-użu mill-ġdid (7). Il-metadata hija aspett importanti tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-metadata f’format standardizzat tista’ ssaħħaħ b’mod konsiderevoli l-iskambju transkonfinali, l-aċċessibbiltà u l-kummerċjalizzazzjoni tal-għarfien; |
|
31. |
jinnota li l-ammont ta’ informazzjoni disponibbli fl-Internet dejjem qed jiżdied. L-użu ta’ “big data”, jew ammonti kbar ta’ informazzjoni, huwa mistenni jiġġenera opportunitajiet ġodda ta’ negozju u impjiegi fis-snin li ġejjin, iżda tali data għadha biss kemm bdiet tintuża fis-settur pubbliku, pereżempju fil-kura tas-saħħa, it-trasport jew is-servizzi tal-impjieg. Għad hemm potenzjal kbir x’jiġi sfruttat mill-integrazzjoni tad-data miftuħa u l-big data, u r-repożitorji tad-data pubbliċi u privati. Il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha titfassal b’tali mod li tippermetti l-applikazzjoni adatta tal-big data mingħajr ma tikser id-drittijiet individwali tal-protezzjoni tad-data; |
|
32. |
jirrakkomanda li l-ambjent tal-Internet tal-UE jsir l-iktar sigur fid-dinja u jirrakkomanda li l-Ewropa tippreżenta lilha nnifisha/tibni reputazzjoni fis-suq globali bħala ambjent ta’ negozju sigur u stabbli bi struttura ta’ telekomunikazzjonijiet tajba, li abbażi tagħha tista’ tiġbed kumpaniji ffokati fuq l-għarfien biex jinvestu u jespandu l-attivitajiet tagħhom fir-reġjuni tal-Ewropa. il-waqfiet fin-netwerk minħabba ħsara, l-attaki u l-kriminalità għandhom jitrażżnu kemm jista’ jkun peress li huma ta’ dannu għar-reputazzjoni ta’ kumpanija, inaqqsu l-produttività tax-xogħol u jagħmlu ħsara lill-għarfien li huwa kruċjali għall-intrapriżi; |
|
33. |
jirrakkomanda li jinbnew pjattaformi teknoloġiċi fl-Ewropa u li jiġi ċċarat jekk għal raġunijiet ta’ ċibersigurtà għandux jinbena netwerk tal-Internet iktar ristrett bi swit l-Internet attwali, li jagħti vantaġġ kompetittiv lill-intrapriżi bbażati fuq il-fiduċja, is-servizzi tal-cloud computing u r-riċerka. L-Unjoni Ewropea tista’ tmexxi wkoll lill-benefiċjarji tal-fondi tal-UE lejn dawn il-pjattaformi u b’hekk tiffaċilita s-suċċess kummerċjali tas-soluzzjonijiet il-ġodda; |
|
34. |
jinnota li huwa ta’ importanza kruċjali li f’kull livell jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ sigurtà bil-għan li jiġu żgurati livelli ottimi ta’ privatezza u protezzjoni tad-data personali u li jiġi mxekkel it-traċċar mhux awtorizzat ta’ kwalunkwe tip ta’ profil u informazzjoni personali u l-użu ta’ dik l-informazzjoni, inklużi l-preferenzi fix-xiri, l-istat mediku, ir-rekords tas-saħħa, eċċ. Il-protezzjoni tal-privatezza għandha titqies ukoll b’rabta ma’ modi biex id-data f’fajls differenti tkun tista’ tingħaqad b’mod awtomatiku u jinħoloq profil personali ħafna tal-individwi (8); |
|
35. |
huwa konxju li d-diġitalizzazzjoni – inkluż il-korsijiet onlajn miftuħin massivi (MOOCs) – qed iġġib magħha l-istess tip ta’ bidla fl-edukazzjoni għolja li diġà ttrasformat pereżempju l-ambjent tal-midja. Hemm ir-riskju li l-edukazzjoni għolja fl-Ewropa taqa’ lura meta mqabbla ma’ partijiet oħra tad-dinja li qed jinvestu fl-istrateġija bbażata fuq l-ICT biex jimmodernizzaw l-edukazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-atturi lokali u reġjonali jistgħu wkoll jużaw id-diġitalizzazzjoni biex jimmodernizzaw is-settur tal-edukazzjoni f’kooperazzjoni mal-universitajiet. Dan itejjeb il-kundizzjonijiet għall-operaturi Ewropej biex jirnexxu f’suq globali tal-edukazzjoni li qed jikber u jipprovdi wkoll opportunità biex jinħolqu impjiegi ġodda fis-settur tal-edukazzjoni għolja. L-universitajiet li adottaw id-diġitalizzazzjoni jistgħu jimmodernizzaw setturi oħra b’mod iktar kredibbli fir-reġjun tagħhom, abbażi tal-prinċipju tat-trijangolu tal-għarfien (l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni), u b’hekk jgħinu lill-kumpaniji biex joħolqu impjiegi ġodda u lis-settur pubbliku biex jiżviluppa l-gvern elettroniku u s-servizzi elettroniċi; |
|
36. |
iqis b’mod pożittiv l-isforzi fi sħubija mal-industrija permezz tal-Gran Koalizzjoni għall-Impjiegi Diġitali (9), biex jiġu promossi l-ħiliet neċessarji għall-prattikanti tal-ICT. Kemm l-organizzazzjonijiet kif ukoll l-individwi qed ikollhom iżjed ta’ spiss jitgħallmu affarijiet ġodda u jitgħallmu iżjed biex iżommu ruħhom aġġornati mal-iżviluppi. Għalhekk, l-intrapriżi u l-amministrazzjoni pubblika għandhom interess dejjem akbar li jiżviluppaw modi innovattivi biex jiżguraw li fil-ġejjieni jkunu disponibbli l-ħiliet meħtieġa. L-akbar ostaklu għalihom huwa n-nuqqas tal-għarfien u l-ħiliet adatti. Il-ħiliet diġitali tal-persuni qiegħda b’mod partikolari għandhom jittejbu u l-persuni bi kwalifiki vokazzjonali jew universitarji għandhom jingħataw l-opportunità li jitgħallmu ħiliet tal-kummerċ elettroniku. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappoġġja l-inizjattiva għall-iżvilupp tal-intraprenditorija onlajn Ewropea; |
|
37. |
għalhekk, huwa appoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-programmi edukattivi l-ġodda Erasmus+ u Orizzont 2020 jintużaw biex jappoġġjaw l-istabbilimenti edukattivi fl-iżvilupp ta’ mudelli kummerċjali u edukattivi ġodda, u jitnedew attivitajiet biex jiġu ttestjati metodi pedagoġiċi innovattivi, biex jiġi żviluppat il-kurrikulu u ssir valutazzjoni tal-ħiliet (10). Il-Kumitat iħeġġeġ lill-atturi lokali u reġjonali biex jiżviluppaw l-istabbilimenti edukattivi li jmantnu u jiffinanzjaw f’ambjenti għall-iżvilupp, l-ittestjar u l-pilotaġġ ta’ approċċi diġitali ġodda għat-tagħlim (living labs); |
|
38. |
jinnota li t-tagħlim tul il-ħajja jseħħ f’kull stadju tal-ħajja, inkluż barra s-sistema formali tal-edukazzjoni. Bis-saħħa tat-teknoloġiji miftuħa u l-korsijiet tal-Internet kull individwu jista’ jitgħallem, f’kull post u kull mument, permezz ta’ kwalunkwe għodda, u bl-appoġġ ta’ min ikun. Permezz ta’ dan jistgħu jiġu żviluppati l-ħiliet taċ-ċittadini fl-ICT u l-protezzjoni tad-data. L-atturi lokali u reġjonali għandhom jiżguraw li l-litteriżmu medjatiku jiġi żviluppat b’mod sistematiku f’kull livell, mill-edukazzjoni bikrija sal-istudju li jwassal għal kwalifika vokazzjonali jew akkademika. Pereżempju, l-istandards u ċ-ċertifikazzjoni għall-akkreditazzjoni tal-ħiliet diġitali jistgħu jittejbu u jintużaw bħala inċentivi fl-Ewropa; |
|
39. |
jilqa’ l-portal tat-tagħlim elettroniku mniedi mill-Kummissjoni, u l-fondi tal-Erasmus+ allokati għalih. Fil-ġejjieni, ir-riżorsi ta’ tagħlim miftuħ li jiġu prodotti għal portal uniku komuni u, pereżempju, is-sejbiet ewlenin tal-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp finanzjati mill-UE jistgħu jtejbu l-għarfien u l-kompetittività Ewropej. |
Brussell, 4 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) L-isfida diġitali tal-Ewropa – Il-kontribut tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2013 http://ec.europa.eu/europe2020/pdf/20131010_mt.pdf
(2) CdR 626/2012.
(3) CdR 5960/2013.
(4) http://ec.europa.eu/eip/smartcities/about-partnership/how-do-i-get-involved/index_en.htm
(5) CdR 2414/2012
(6) CdR 626/2012.
(7) CdR 626/2012.
(8) CdR 626/2012.
(9) Sħubija ta’ diversi partijiet interessati biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħiliet diġitali fl-Ewropa u l-postijiet vakanti relatati mal-ICT li ma mtelewx. https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/grand-coalition-digital-jobs
(10) CdR 6183/2013.
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/65 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Politika u l-Governanza tal-Internet
(2015/C 019/14)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jinnota li l-Internet bħala spazju globali tal-informazzjoni huwa parti inseparabbli mis-soċjetà tal-lum il-ġurnata u sar riżorsa pubblika; għalhekk, il-funzjonament tajjeb tiegħu huwa kwistjoni ta’ interess pubbliku internazzjonali; |
|
2. |
jilqa’ l-impenji attwali biex tissaħaħ il-governanza internazzjonali tal-Internet u b’mod partikolari l-passi tal-gvern tal-Istati Uniti, li qeda rwol ewlieni fil-ħolqien tal-Internet, għall-promozzjoni ta’ tranżizzjoni lejn governanza globali u komprensiva tal-Internet; |
|
3. |
jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tipparteċipa b’mod attiv fil-proċess tal-ħolqien ta’ governanza globali tal-Internet, sabiex l-eżempju tagħha fil-qasam tal-governanza tajba jiġi kkonsolidat u msaħħaħ; f’dan ir-rigward jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li toħroġ Komunikazzjoni dwar il-politika u l-governanza tal-Internet, biex jiġi ċċarat ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-politika globali dwar il-governanza tal-Internet kif ukoll l-għan tal-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, li jinħolqu suq diġitali uniku u aġenda diġitali unika; |
L-ASPETTI RELATATI MAL-VALURI TAL-POLITIKA FIL-QASAM TAL-GOVERNANZA TAL-INTERNET
|
4. |
jenfasizza li l-iżvilupp tal-Internet bħala spazju teknoloġiku ta’ interazzjoni u skambju ta’ data bejn il-bnedmin ma jistax jitqies b’mod separat mill-valuri essenzjali għar-relazzjonijiet interpersonali u, għaldaqstant, ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-politika dwar it-titjib tal-Internet ma jistax jiġi separat mill-valuri fundamentali tal-komunità; |
|
5. |
għaldaqstant jenfasizza li l-approċċ Ewropew għall-futur tal-Internet għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tal-libertà, it-trasparenza u n-newtralità; |
|
6. |
jenfasizza l-importanza tal-Internet bħala mezz għaż-żamma u l-promozzjoni tad-diversità kulturali, li hija waħda mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1); għalhekk, ir-rwol tiegħu fil-politika fil-qasam tal-governanza tal-Internet għandu jkompli jirrifletti, iħares u jippromovi d-diversità kulturali u lingwistika; |
|
7. |
jilqa’ l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li l-proċessi li jinvolvu diversi partijiet interessati b’rabta mal-Internet għandhom ikunu konformi mad-drittijiet fundamentali u ma’ dawn il-prinċipji: it-trasparenza (il-possibbiltà li jipparteċipaw il-partijiet interessati kollha), l-inklużjoni u l-bilanċ (l-obbligu li dawk responsabbli joffru kull possibbiltà ta’ parteċipazzjoni lill-atturi interessati kollha) u l-kontabbiltà (l-obbligu li jingħata rendikont regolari dwar l-attivitajiet proprji lill-partijiet interessati kollha) (2); |
|
8. |
jirreferi għad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-aċċess għall-Internet għandux jiġi rikonoxxut bħala dritt tal-bniedem, għad-deċiżjonijiet korrispondenti ta’ diversi pajjiżi, inklużi xi Stati Membri tal-UE (3), u għall-fehmiet opposti li skonthom l-Internet huwa biss għodda teknika li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali (4); jirrakkomanda li l-użu tal-Internet jiġi dikjarat bħala dritt ċiviku inaljenabbli, u l-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali jistgħu jgħinu biex jinfurzawh fi ħdan l-ambiti tagħhom; |
|
9. |
ifakkar li l-linji gwida stabbiliti fl-Aġenda ta’ Tunis għas-Soċjetà tal-Informazzjoni tal-2005 (5) dwar l-iżvilupp tal-Internet, fejn jiġi ddikjarat li l-gvernijiet, is-settur privat u s-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti fil-governanza tal-Internet (punt 34), bl-ebda mod m’għandhom jiġu mifhuma fis-sens strett, jiġifieri li jirreferu biss għall-gvernijiet nazzjonali, iżda għandu jiġi mifhum li dan għandu jinkludi wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala l-livell ta’ gvern li jinsab l-eqreb taċ-ċittadini kollha; |
|
10. |
jinnota li ‘l fuq minn 1 00 000 awtorità lokali u reġjonali li jirrappreżentaw il-livell ta’ governanza sottonazzjonali fit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma atturi importanti fil-qasam tal-politika tal-Internet, mhux biss għax joħolqu kontenut għall-Internet iżda wkoll għax jiżguraw li jittejjeb l-aċċess għalih; għal din ir-raġuni għandu jkollhom biżżejjed opportunitajiet biex jipparteċipaw direttament fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew fid-definizzjoni ta’ pożizzjoni Ewropea dwar il-politika fil-qasam tal-governanza tal-Internet; |
|
11. |
jenfasizza li l-istrateġija politika tal-UE dwar il-governanza tal-Internet tista’ tkun mezz effettiv biex fil-livell internazzjonali titpinġa stampa attraenti tal-Unjoni Ewropea u l-UE tiġi rappreżentata bħala attur ewlieni fit-tfassil tal-politika tal-Internet u fl-istabbiliment ta’ standards għall-prattiki politiċi tajbin fil-livell dinji; |
APPROĊĊ KOMUNI GĦALL-GOVERNANZA TAL-Internet
|
12. |
jinnota li ftit li xejn hemm differenzi fl-approċċi tal-livell internazzjonali fil-qasam tal-governanza tal-Internet (stabbiliti fl-Aġenda ta’ Tunis, il-konklużjonijiet tal-Konferenza NETmundial (6), id-dikjarazzjoni tal-OECD u l-konklużjonijiet tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni (WSIS) (7)) u dan jindika li hemm kunsens globali dwar il-kwistjoni tal-governanza tal-Internet; |
|
13. |
jenfasizza r-rilevanza tal-approċċ stabbilit fl-Aġenda ta’ Tunis dwar il-ġejjieni tal-Internet, li jista’ jiġi sintesizzat permezz tal-akronimu COMPACT u li jiddikjara li l-Internet għandu jkun spazju ta’ responsabbiltà ċivika (Civic responsibilities), riżorsa waħda mhux frammentata rregolata permezz ta’ approċċ minn diversi partijiet interessati (One unfragmented resource governed via a Multi-stakeholder approach) għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem (to Promote democracy and human rights), ibbażat fuq arkitettura teknika soda (sound Architecture) li trawwem fiduċja u tiffaċilita governanza trasparenti (Transparent governance) kemm tal-infrastruttura bażika tal-Internet kif ukoll tas-servizzi bbażati fuqha; dan l-approċċ għandu jservi bħala linja gwida għad-definizzjoni tal-pożizzjoni Ewropea f’dan ir-rigward; |
|
14. |
jilqa’ l-impenn tal-gvern tal-Istati Uniti biex jirristruttura l-allokazzjoni tat-Top-Level-Domains (ccTLD) lil hinn mill-mudell ta’ allokazzjoni unilaterali – ICANN (Korporazzjoni tal-Internet dwar l-Ismijiet u n-Numri Assenjati) u IANA (Awtorità tan-Numri Assenjati tal-Internet) – u lejn mudell ibbażat fuq sħubija dinjija; għaldaqstant jitlob li, b’konformità mal-konklużjonijiet tal-konferenza globali b’diversi partijiet interessati dwar il-ġejjieni tal-governanza tal-Internet ta’ April 2014, jitlob li din l-inizjattiva tiġi implimentata bis-sħiħ; |
|
15. |
japprova l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tiżviluppa l-Osservatorju Globali tal-Politika tal-Internet (Global Internet Policy Observatory, GIPO), li Jaġixxi bħala konnessjoni bejn il-partijiet interessati kollha u li għandu jsir għodda onlajn għall-iżvilupp u r-regolazzjoni tal-politika tal-Internet kif ukoll għall-koordinazzjoni ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi; |
|
16. |
jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni, li skontu l-GIPO futur huwa riżorsa globali, fejn il-parteċipanti individwali jew il-partijiet interessati ma jistgħux jimponu r-rieda tagħhom fuq l-oħrajn u jħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha, u b’mod partikolari lill-awtoritajiet loklai u reġjonali, biex jimpenjaw ruħhom fir-rigward tal-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni adatti sabiex jindirizzaw il-kwistjoni tal-governanza tal-Internet; |
|
17. |
jenfasizza li fid-diskussjonijiet dwar il-ġejjieni tal-Internet il-prinċipju ewlieni tan-newtralità tan-netwerk m’għandux jintmiss, irrispettivament mill-valuri li jikkwotaw il-partijiet interessati; |
|
18. |
jilqa’ l-fatt li fil-Komunikazzjoni COM(2014) 72, il-Kummissjoni tħabbar li ser twettaq analiżi tar-riskji minħabba kunflitt fil-kompetenzi ġuridiċi u leġislazzjonijiet fil-qasam tal-Internet u li ser tiżviluppa mekkaniżmu ta’ rispons tal-Unjoni; |
ASPETTI TEKNIĊI TAL-GOVERNANZA TAL-Internet
|
19. |
jisħaq li jibqgħu jiġu applikati, anke fil-futur, l-istandards li huma stabbiliti mill-istruttura teknika attwali esperta abbażi tal-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma internazzjonali “Internet Engineering Task Force”; |
|
20. |
jilqa’ l-isforzi taċ-ċirkoli tekniċi għall-introduzzjoni ta’ kunċetti għad-definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet li jikkunsidraw il-kwistjonijiet topiċi attwali bħall-protezzjoni tal-privatezza fil-livell tal-protokoll, l-integrazzjoni ta’ possibbiltajiet ta’ ismijiet ta’ dominji multilingwi u aċċess imtejjeb għall-persuni b’diżabbiltà; jilqa’ wkoll il-progress li qed tagħmel l-UE hi u tinkludi dawn il-kisbiet fl-atti legali tagħha (8); |
|
21. |
fid-dawl tal-fatt li l-pajjiżi għandhom interessi differenti u possibbiltajiet differenti biex jinfurzaw dawn l-interessi, jenfasizza l-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea fin-negozjati dwar il-ġejjieni tal-governanza tal-Internet, u għalhekk jenfasizza li l-prinċipju tas-sussidjarjetà m’għandux jiġi injorat fin-negozjati dwar regoli komuni tal-UE għall-ġejjieni tal-Internet; |
|
22. |
jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u sigur tal-Internet, speċjalment meta jitqies li l-maġġoranza tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni huma operati b’mod privat u jirrakkomanda li l-kumpaniji ma jġarrbu l-ebda spiża addizzjonali minħabba din il-kooperazzjoni; |
|
23. |
jenfasizza l-importanza tal-infrastruttura tan-netwerk, speċjalment in-netwerk tal-broadband, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-Internet, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippromovu kopertura wiesgħa kemm jista’ jkun tal-Internet, kemm mil-lat tal-kopertura territorjali kif ukoll mil-lat tad-disponibbiltà għas-sezzjonijiet kollha tal-popolazzjoni; |
|
24. |
jindika l-importanza ta’ sħubija vertikali komprensiva biex jiġu sfruttati l-possibbiltajiet li jinsabu previsti fid-dispożizzjonijiet attwali tal-FEŻR, speċifikament dawk marbuta mat-titjib tal-aċċess, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, permezz tal-estensjoni tal-broadband u n-netwerks ta’ veloċità kbira u permezz ta’ appoġġ għal teknoloġiji u netwerks emerġenti għall-ekonomija diġitali, u b’hekk jissaħħaħ il-potenzjal tar-reġjuni Ewropej u tal-Ewropa inġenerali; |
|
25. |
huwa ferm kontra ċ-ċensura tal-Internet, irrispettivament mill-għan tagħha, iżda fl-istess ħin jinnota wkoll li sabiex l-Internet ma jsirx mezz li jippromovi attivitajiet estremi, radikali jew kriminali l-isforzi adatti għandhom jiġu kkoordinati, bil-għan li jiġu rispettati d-drittijiet tal-gruppi tal-popolazzjoni li huma partikolarment vulnerabbli; |
L-UŻU TAL-INTERNET GĦAT-TITJIB TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA U T-TISĦIĦ TAD-DEMOKRAZIJA LOKALI
|
26. |
jinnota li l-istituzzjonijiet pubbliċi, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom ikunu eżempji ta’ politika ta’ użu sigur u responsabbli tal-Internet, u bl-azzjonijiet prattiċi u l-eżempju tagħhom għandhom ikunu ta’ inċentiv għal żvilupp teknoloġiku innovattiv, li jagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u b’impatt baxx fuq l-ambjent; |
|
27. |
jinnota li l-istituzzjonijiet pubbliċi, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jistgħu u għandhom ikunu l-pijunieri għall-iżvilupp ta’ Internet sigur u jistabbilixxu standards għoljin dwar l-użu responsabbli tal-Internet, pereżempju billi tiġi żgurata l-protezzjoni kif dovuta tad-data personali kunfidenzjali (li tinkludi t-tħassir tad-data meta din ma tibqax tintuża għal għan partikolari), il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet adatti għall-prevenzjoni tagħha, inkluża l-protezzjoni adatta tas-sistemi tal-ICT; |
|
28. |
jinnota l-possibbiltajiet tal-Internet bħala mezz biex jiġu provduti servizzi pubbliċi u jitlob lill-awtoritajiet tal-UE biex iħaffu r-rilokazzjoni tas-servizzi amministrattivi fl-ispazju diġitali; jitlob ukoll lill-Istati Membri biex jipprovdu l-bażi legali meħtieġa għal dan il-għan; |
|
29. |
jitlob lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE biex mhux biss jagħmlu użu iżjed estensiv mill-possibbiltajiet tal-Internet biex itejbu ħidmithom u jagħmluha aktar trasparenti u eqreb iċ-ċittadini, iżda wkoll biex jipparteċipaw b’mod iżjed attiv fit-tfassil ta’ pożizzjonijiet nazzjonali u Ewropej dwar il-ġejjieni tal-Internet; |
|
30. |
f’dan ir-rigward, jenfasizza b’mod partikolari l-opportunitajiet li tipprovdi l-identifikazzjoni elettronika sigura biex iċ-ċittadini jibdlu d-data uffiċjali tagħhom u biex ir-reġjuni tal-Istati Membri tal-UE jintroduċu l-votazzjoni elettronika; |
L-AWTORITAJIET LOKALI U REĠJONALI U S-SIGURTÀ FL-INTERNET
|
31. |
jinnota li huwa importanti għall-partijiet interessati kollha li jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità tal-infrastruttura u l-kontenut tal-Internet peress li dan sar parti fundamentali tal-ekonomija, l-amministrazzjoni u l-ħajja privata; |
|
32. |
jinnota li bl-għadd dejjem akbar ta’ utenti tal-Internet u l-emerġenza ta’ teknoloġiji ġodda jiżdiedu wkoll il-każijiet ta’ abbuż u t-telf assoċjat miegħu u li anke l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri, li jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà tal-Internet, għandhom infrastruttura tal-Internet żviluppata ħafna u huma viżibbli ħafna fis-soċjetà, sikwit jisfaw vittmi ta’ attakki fuq l-Internet; |
|
33. |
jiddispjaċih li sikwit jitwettqu reati kriminali permezz tat-teknoloġiji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, li jikkontribwixxu biex jitlaqqgħu l-individwi u jiġu aċċellerati l-iskambju tal-informazzjoni, l-esperjenza u l-aħbarijiet; għaldaqstant jitlob lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità b’kull mod possibbli u, flimkien ma’ partijiet interessati oħra, joħolqu ambjent fejn iċ-ċiberkriminalità mhijiex tollerata; |
|
34. |
jinnota li l-mezzi elettroniċi joffru wkoll il-possibbiltà biex jitwettqu attivitajiet oħra – sikwit b’mod anonimu – li għalkemm mhux dejjem ikunu kriminali, jew ma jiġux kategorizzati bħala tali, jagħmlu ħsara lid-dinjità tal-bniedem ta’ individwi oħra; għaldaqstant jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni tal-bullying fuq l-Internet u riskji oħra li jista’ jkun hemm fuq l-Internet li, b’mod partikolari, jaffettwaw id-drittijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ u gruppi soċjali vulnerabbli oħra; |
|
35. |
għaldaqstant jenfasizza li l-Internet jista’ jkun ta’ suċċess biss jekk tiġi ċċarata l-kwistjoni tas-sigurtà tiegħu u jappoġġja t-tħassib tal-Kummissjoni espress minn Neelie Kroes sabiex jiġi żgurat li l-UE toffri l-aktar ambjent sigur fuq l-Internet fid-dinja (9); jitlob lill-Kummissjoni sabiex fl-istess ħin tiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-governanza tal-Internet u l-problema tas-sigurtà tal-Internet; |
|
36. |
jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni tal-Istati Membri kollha u l-imsieħba esterni sabiex tiġi miġġielda ċ-ċiberkriminalità u jiġu solvuti l-problemi tas-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, inkluża l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet bikrija (10) u l-inklużjoni ta’ dawn il-miżuri fl-istrateġija komuni tal-UE dwar il-governanza tal-Internet; |
|
37. |
jenfasizza li fil-livell tal-Istati Membri jinħtieġu miżuri nazzjonali effettivi għall-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ ksur fl-Internet kif ukoll mekkaniżmi ta’ appoġġ Ewropej għall-eliminazzjoni ta’ riskji bħal dawn; |
|
38. |
jinnota li b’referenza għal wieħed mid-drittijiet tal-bniedem, id-dritt għall-privatezza, l-istrateġija għal governanza dinjija tal-Internet għandha tagħti attenzjoni dovuta lill-ħtieġa ta’ regolament internazzjonali għat-talba, l-użu u l-ħżin ta’ data personali, il-protezzjoni ta’ din l-informazzjoni kontra żvelar mhux intenzjonat u illegali, kif ukoll it-telf, l-iskambju u t-tħassir tad-data personali maħżuna f’bażijiet tad-data elettroniċi. Il-prattiki tajba f’dan il-qasam jistgħu jkunu bbażati fuq il-leġislazzjoni eżistenti tal-UE (11); |
|
39. |
jirrakkomanda li l-UE tistabbilixxi pożizzjoni ċara dwar l-użu tad-data personali fuq l-Internet u tirrappreżentaha fil-livell internazzjonali. Din il-pożizzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju li l-individwi għandu jkollhom l-opportunità jiddeċiedu x’informazzjoni jridu jaqsmu u, fid-dawl tan-natura globali tal-Internet u l-possibbiltajiet konsiderevoli ta’ abbuż, għandha tirrikjedi li l-użu ta’ kwalunkwe data personali onlajn ikun ristrett u permess biss għal skopijiet konkreti, magħrufin minn qabel u definiti b’mod ċar; |
|
40. |
jinnota li l-kumpaniji l-kbar tal-IT sikwit jabbużaw il-poter strutturali tagħhom, billi jiġbru u jużaw b’mod illegali data personali tal-utenti kemm għal finijiet kummerċjali kif ukoll politiċi; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li abbużi bħal dawn jiġu evitati madwar id-dinja; |
|
41. |
jenfasizza wkoll li meta tiġi analizzata r-responsabbiltà għall-kriminalità relatata mal-użu tal-Internet, huwa importanti ħafna li jiġi stabbilit il-prinċipju li l-provvedituri tas-servizz tal-Internet ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-kontenut li ma jkunux ħolqu huma stess, iżda li din ir-responsabbiltà limitata ma tintużax bħala raġuni biex jiġu rifjutati talbiet legali għall-kooperazzjoni mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, fejn ikunu jeżistu sanzjonijiet ġuridiċi adatti; |
|
42. |
jenfasizza li l-UE għandha rwol pijunier fil-qasam tal-istrutturi emerġenti tal-governanza tal-Internet, bħal f’ħafna oqsma oħra, u għalhekk tista’ u għandha sservi ta’ mudell għal kultura globali ta’ użu u governanza responsabbli tal-Internet, u b’hekk tgħin biex tinbena kultura globali tal-Internet. |
Brussell, 4 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) Artikolu 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Politika u l-Governanza tal-Internet. Ir-rwol tal-Ewropa fid-definizzjoni tal-futur tal-Governanza tal-Internet; COM(2014) 72 final.
(3) Pereżempju, fl-2009 il-Qorti Kostituzzjonali Franċiża rrikonoxxiet id-dritt għall-aċċess għall-Internet bħala dritt fundamentali. Ittieħdet deċiżjoni simili fil-livell kostituzzjonali fil-Greċja. Sentenzi jew stqarrijiet politiki oħra jinkludu fost l-oħrajn dawk li saru mill-Costa Rica, l-Estonja, il-Finlandja, Spanja u saħansitra fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.
(4) Pereżempju, din hija l-fehma ta’ Vinton Cerf, wieħed mill-fundaturi tal-Internet: Vinton Cerf, “Internet Access Is Not a Human Right” (L-aċċess għall-Internet mhuwiex dritt tal-bniedem), http://www.nytimes.com/2012/01/05/opinion/internet-access-is-not-a-human-right.html
(5) Aġenda ta’ Tunis għas-Soċjetà tal-Informazzjoni http://itu.int/wsis/docs2/tunis/off/6rev1.html
(6) Dikjarazzjoni tal-Konferenza NETmundial ta’ diversi partijiet interessati tal-24 ta’ April 2014, http://netmundial.br/wp-content/uploads/2014/04/NETmundial-Multistakeholder-Document.pdf
(7) Ara Declaration of Principles. Building the Information Society: a global challenge in the new Millennium, http://www.itu.int/wsis/docs/geneva/official/dop.html
(8) Ara r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li twaqqaf Pjattaforma Ewropea ta’ bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT, 2011/C 349/04.
(9) Stqarrija ta’ N. Kroes tat-13 ta’ April 2014 wara l-votazzjoni dwar id-Direttiva dwar iċ-ċibersigurtà fil-Parlament Ewropew. Great news for cyber security in the EU: The EP successfully votes through the Network Information Security (NIS) directive, European Commission [Aħbar tajba għaċ-ċibersigurtà fl-UE: il-PE jivvota favur id-Direttiva dwar iċ-Ċibersigurtà] – STATEMENT/14/68, 2014 03 13, http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-14-68_en.htm
(10) Pereżempju, ara l-Proposta għal Direttiva dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni, COM(2013) 48 final.
(11) Ara r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data.
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/70 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – il-Film Ewropew fl-era diġitali
(2015/C 019/15)
|
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni Ewropea li l-implimentazzjoni ta’ ambjent stimulanti li jippermetti lill-industrija ċinematografika Ewropea tisfrutta l-potenzjal kulturali u ekonomiku sħiħ tagħha għandu jiddependi mill-parteċipazzjoni ta’ dawk li huma fis-settur fil-livelli kollha: fi ħdan is-settur, fl-Istati Membri, mill-livell lokali sal-livell nazzjonali u spiss f’kuntest transkonfinali wkoll; |
|
2. |
jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni u l-valorizzazzjoni tal-kultura, billi jippreżervaw il-patrimonju kulturali u jippromovu l-innovazzjoni artistika (1), fid-definizzjoni tal-istrateġiji kulturali, l-iżvilupp ta’ inizjattivi settorjali kif ukoll l-offerta ta’ infrastrutturi adatti; |
|
3. |
iqis li l-industriji kulturali jikkontribwixxu ħafna għall-iżvilupp lokali u reġjonali għaliex jagħmlu r-reġjuni Ewropej aktar attraenti, jiżviluppaw it-turiżmu sostenibbli u joħolqu opportunitajiet tax-xogħol ġodda (2); |
|
4. |
ifakkar li t-tranżizzjoni għad-diġitali tipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ rabtiet bejn ir-reġjuni Ewropej differenti; din it-tranżizzjoni tista’ toffri opportunità biex is-swali jiġbdu lejhom udjenzi ġodda, japprofittaw minn kontenut alternattiv, jipprovdu servizzi ġodda, jagħtu aktar viżibbiltà lill-kreazzjonijiet minn reġjuni differenti kif ukoll biex tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni kulturali interreġjonali. Il-KtR jinsisti wkoll li t-tranżizzjoni għad-diġitali timplika spejjeż li jistgħu jkunu kwistjoni importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, u dan għandu jitqies kif xieraq; |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
Kummenti ġenerali
|
5. |
jieħu impenn li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u s-segwitu ta’ strateġija ġdida għaċ-ċinema Ewropew li tnediet mill-Kummissjoni bil-Komunikazzjoni tagħha “Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għal tkabbir u l-impjiegi fl-UE” (3), li timmira li ssaħħaħ il-kompetittività ta’ dawn is-setturi li qed jikbru b’rata mgħaġġla, kif ukoll ir-redistribuzzjoni tal-qligħ tagħhom lejn setturi oħra bħall-innovazzjoni jew it-teknoloġiji tal-informazzjoni; |
|
6. |
jixtieq jipparteċipa b’mod attiv fil-ħidma tal-Forum tal-film Ewropew biex jippromovi dibattitu Ewropew dwar l-evoluzzjoni li dejjem qed issir aktar mgħaġġla tas-settur awdjoviżiv u biex jidħol fi djalogu mal-partijiet kollha ikkonċernati mill-politika ċinematografika. L-iskambju tal-aħjar prattiki għandhom jippermettu fost l-oħrajn titjib tal-vantaġġi kompetittivi Ewropej, l-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni u r-rispett tad-diversità kulturali u ċ-ċittadini/konsumaturi skont it-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, għandha tiġi promossal-protezzjoni effettiva tal-minorenni madwar l-Ewropa kollha, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta’ persuni bi problemi ta’ smigħ u tal-vista fl-ambitu ċinematografiku; |
|
7. |
jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li dan id-dibattitu jiġi kuntestwalizzat fl-inizjattiva tal-Kummissjoni “Aġenda Diġitali għall-Ewropa (4)”; |
|
8. |
jilqa’ b’sodisfazzjoni l-iskadenzi stabbiliti mill-Kummissjoni biex tippubblika l-inizjattiva tagħha, filwaqt li l-programm il-ġdid “Ewropa kreattiva” u b’mod aktar speċifiku is-sottoprogramm MEDIA li jirrigwarda is-settur awdjoviżiv, tnedew din is-sena 2014. Wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ dan is-sottoprogramm filfatt huwa li tissaħħaħ it-talba għall-films, li tiġi faċilitata d-distribuzzjoni tagħhom lil hinn mill-fruntieri u li jintlaħaq il-pubbliku potenzjali fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja; |
|
9. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ koordinat sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi l-ġodda dwar l-evoluzzjoni mgħaġġla tas-settur ċinematografiku Ewropew, jiġifieri, minn naħa li jingħeleb id-distakk li dejjem qed jiżdied bejn il-pubbliku Ewropew u l-offerta kulturali b’mod ġenerali (5) u minn naħa l-oħra, li jkun hemm adattament għall-użanzi l-ġodda tal-konsum diġitali tal-istess pubbliku (6). Illum huwa essenzjali għas-settur li jirnexxielu jifhem u jutilizza t-tipi differenti ta’ pjattaformi konnessi (streaming, VOD,...) u l-applikazzjonijiet il-ġodda ta’ konsum (smartphones, tablettes diġitali, televiżjonijiet konnessi), biex jiżdied il-potenzjal ta’ diffużjoni tal-films Ewropej u biex b’hekk jinġibdu udjenzi ġodda; |
|
10. |
iqis li fid-dawl tal-prinċipju tal-intanġibbiltà tad-diversità kulturali minn naħa u l-aspetti marbutin mal-kompetittività minn naħa l-oħra, hemm bżonn li jiġi żviluppat approċċ koordinat bejn l-operaturi lokali, reġjonali, interreġjonali, nazzjonali u Ewropej li jitratta d-diffikultajiet strutturali tal-industrija ċinematografika Ewropea biex tilħaq il-pubbliku potenzjali fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja. Fost id-diffikultajiet il-Kummissjoni identifikat:
|
|
11. |
iqis li fl-istat attwali l-azzjonijiet proposti fil-Komunikazzjoni ma jidhrux li qed iqajmu xi kwistjoni dwar il-konformità tagħhom mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Madankollu, f’isem il-governanza f’diversi livelli, ikun tajjeb li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jipparteċipaw b’mod sistematiku hekk kif il-miżuri mmirati li jġibu żvilupp fis-settur ċinematografiku Ewropew ikunu qed jitfasslu jiġu implimentati u mmexxija; |
Reviżjoni tal-qafas finanzjarju – is-sistemi ta’ finanzjament pubbliku
|
12. |
jinnota li bis-saħħa ta’ aktar minn 600 sistema ta’ għajnuna nazzjonali, reġjonali u lokali (7), l-Istati Membri implimentaw firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ filmati, ta’ programmi għat-televiżjoni u ta’ xogħolijiet oħra awdjoviżivi, fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kemm kulturali kif ukoll industrijali u l-għan prinċipalment kulturali li nkunu attenti li l-kulturi reġjonali u nazzjonali u l-potenzjal kreattiv tagħhom isibu espressjoni fil-mezzi awdjoviżivi; |
|
13. |
jaqbel mal-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kumplimentarjetà u l-koerenza globali tal-għajnuniet pubbliċi biex tikber l-effikaċja ġenerali tagħhom, billi jiġbru flimkien il-livelli reġjonali, interreġjonali, nazzjonali u sovranazzjonali ta’ finanzjament u billi jkopru l-attivitajiet finanzjarji differenti; |
|
14. |
jinsisti fuq l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jżommu l-possibblità li jipprovdu għall-eżiġenzi ta’ nfiq lokalizzat, dan huwa essenzjali biex tinħoloq il-massa kritika ta’ attività meħtieġa biex tinħoloq id-dinamika li twassal għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-industrija ċinematografika; |
|
15. |
jenfasizza l-effett ta’ konsolidazzjoni fil-livell lokali u reġjonali li għandhom il-fondi ta’ investiment ekonomiku mmirati li jappoġġjaw is-settur awdjoviżiv fil-livell reġjonali, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni ta’ finanzjament tal-produzzjonijiet u l-koproduzzjonijiet tax-xogħolijiet awdjoviżivi; |
|
16. |
ifakkar li, skont l-istudju dwar ir-riperkussjonijiet ekonomiċi u kulturali tal-kundizzjonijiet tat-territorjalizzazzjoni fis-sistemi tal-għajnuna għaċ-ċinema, kull sena jingħataw għajnuniet supplimentari li huma stmati għal biljun Euro mill-Istati Membri permezz ta’ inċentivi fiskali għaċ-ċinema (8); |
|
17. |
jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi li jistudjaw l-iżvilupp ta’ inċentivi fiskali mmirati li jinkoraġġixxu l-produzzjoni tax-xogħolijiet awdjoviżivi u ċinematografiċi, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmi li jippermettu lill-imsieħba privati li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet mill-qligħ taxxabbli tagħhom; |
|
18. |
jaqbel ma’ dak li nnotat il-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li jsir sforz biex jinħoloq bilanċ fl-ispejjeż bejn il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u r-reklamar tal-films; |
|
19. |
madankollu jqis li, filwaqt li huwa minnu li d-distribuzzjoni u r-reklamar jidhru li għandhom sehem inqas mill-fondi tal-baġits għall-produzzjoni, il-baġits li jintefqu f’suq bħalma hu dak tal-Istati Uniti ma jistgħux jintużaw bħala mudell biex isir l-argument favur distribuzzjoni aktar ibbilanċjata ta’ dawn il-baġits. Jeżisti qbil komuni li l-għajnuna hija importanti biex tappoġġja l-produzzjoni awdjoviżiva Ewropea u li huwa diffiċli għall-produtturi li jiksbu appoġġ kummerċjali inizjali biżżejjed biex jiġbru l-fondi li jeħtieġu ħalli jwettqu l-proġetti tagħhom, bil-konsegwenza diretta li ċerti films ikunu neqsin mill-fondi u l-kwalità tagħhom tintlaqgħat ħażin. Żieda fl-ispejjeż tar-reklamar u tal-ħruġ ma jistgħux ipattu għall-problemi marbutin man-nuqqas ta’ finanzi adegwati għall-film u mhux ser jippermettulu li jilħaq pubbliku aktar mifrux; filwaqt li ż-żieda fil-baġits tad-distribuzzjoni u tar-reklamar hija mixtieqa f’termini assoluti, fl-ebda każ m’għandha sseħħ bi spiża għall-baġits li huma previsti għall-films Ewropej; |
|
20. |
josserva li spiss id-diffikultà li jiltaqgħu magħha l-films Ewropej biex jiġbdu l-udjenza ġejja min-nuqqas ta’ ħsieb dwar il-pubbliku li jkunu qed jindirizzaw il-proġetti fil-bidu tagħhom. Il-films, li mill-iżvilupp tal-kopjun jimmiraw għal pubbliku speċifiku, b’mod ġenerali jsibuha aktar faċli li jiġbdu dik l-udjenza minn dawk immirati għal pubbliku ġenerali. Kif indikat il-Kummissjoni, dan jista’ jirriżulta wkoll mill-baġits ta’ reklamar li huma limitati wisq biex jippermettu diffużjoni mifruxa u viżibbli tal-film; |
|
21. |
jixtieq ifakkar li ċ-ċinema huwa industrija ta’ prototipi u huwa impossibbli tipprevedi b’ċertezza s-suċċess ta’ film; |
|
22. |
jaqbel li għadd ta’ films jagħmlu qligħ jekk ikunu aktar żviluppati qabel ma jidħlu fil-produzzjoni; għaldaqstant huwa indispensabbli li jkun hemm għajnuna għall-fażi tal-iżvilupp li tikkumplimenta l-għajnuniet tal-programm “Ewropa Kreattiva” u s-sottoprogramm tiegħu MEDIA; |
Reviżjoni tal-qasam ta’ finanzjament – l-inklużjoni ta’ atturi ġodda fil-katina tal-valur
|
23. |
iqis li l-konverġenza progressiva, it-tibdil fl-imġieba tal-konsumaturi u d-dehra ta’ mudelli ekonomiċi ġodda għandhom influwenza fuq il-finanzjament tal-produzzjonijiet awdjoviżivi. It-tendenza li l-pjattaformi VOD jinvestu f’kontenut oriġinali juri li dawn l-atturi ġodda huma investituri potenzjali fil-kontenut awdjoviżiv; |
|
24. |
jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-atturi l-ġodda (pjattaformi VOD, operaturi tat-telekomunikazzjoni, operaturi OTT eċċ) li jagħmlu l-qligħ mill-produzzjonijiet Ewropej, jikkontribwixxu lejn l-iffinanzjar tagħhom u jkollhom l-istess limitazzjonijiet li għandhom l-operaturi nazzjonali biex tinħoloq garanzija ta’ kompetizzjoni sana bejn l-operaturi nazzjonali u dawk mhux Ewropej li qed jistabbilixxu ruħhom fl-Ewropa u biex jiżdied il-finanzjament għall-produzzjonijiet alternattivi u b’hekk tiġi garantita d-diversità kulturali; |
|
25. |
f’dan ir-rigward, għandu l-ħsieb li jiftaħ dibattitu mal-atturi kollha kkonċernati sabiex isir rieżami tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini kif inhu previst mid-“Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva” (9),filwaqt li jiġi evalwat il-funzjonament tiegħu fil-kuntest tat-trasformazzjoni attwali fil-kamp awdjoviżiv; |
|
26. |
jinsisti fuq il-prinċipji li hemm fil-Konvenzjoni tal-Unesco tal-2005 dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali, fosthom id-dritt li l-istati u l-awtoritajiet lokali jikkonservaw, jadattaw u jimplimentaw politiki adatti għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-diversità kulturali, fosthom bl-appoġġ għall-ħruġ, il-produzzjoni u d-diffużjoni ta’ materjal, ikun x’ikun il-mezz użat (televiżjoni klassiku, fuq talba, Internet...); |
|
27. |
huwa tal-fehma li l-informazzjoni li nġabret mill-“arthouse cinemas” (fil-qafas tal-programm MEDIA) kif ukoll l-istatistiċi tal-operaturi l-kbar fuq l-Internet, b’mod partikolari l-aggregaturi l-kbar u s-settur tal-VOD, kif ukoll dawk li jxandru r-radju pubbliku (u privat jekk igawdu minn għajnuniet pubbliċi jew għal raġuni ta’ kompetizzjoni) jridu jinaqsmu u jsiru disponibbli għall-industrija tal-film kemm fil-livell reġjonali kif ukoll dak nazzjonali. Filfatt hemm bżonn li tingħeleb in-nuqqas ta’ trasparenza li hemm bħalissa u li qed iżżomm lill-awtoritajiet pubbliċi milli jilleġiferaw dwar l-operaturi l-ġodda u jirregolawhom billi b’mod partikolari jpoġġulhom l-obbligi ta’ politika ġenerali li bħalissa jiġu applikat għal dawk li jxandru r-radju pubbliku permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni jew mezzi oħra; |
Twaqqif ta’ ambjent kummerċjali innovattiv
|
28. |
jistenna r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika mnedija fil-qafas tal-green paper tal-Kummissjoni Ewropea bit-titlu “It-tħejjija għal Dinja Awdjoviżiva Konverġenti b’Mod Komplet: Tkabbir, Ħolqien u Valuri” (10), biex nifhmu safejn id-Direttiva tas-Servizzi tal-Media awdjoviżiva (11) għadha tirrispondi għall-għanijiet tagħha li tippromovi l-ħolqien, id-distribuzzjoni, id-disponibbiltà, u l-attrattiva kummerċjali tax-xogħolijiet awdjoviżivi fi ħdan is-suq uniku diġitali; |
|
29. |
madankollu jenfasizza d-differenza fit-trattament fi ħdan id-Direttiva tas-Servizzi tal-Media awdjoviżiva f’dak li jirrigwarda minn naħa s-servizzi awdjoviżivi lineari, li għalihom id-Direttiva tistabbilixxi perċentwali ta’ xogħolijiet Ewropej u indipendenti li x-xandara tar-radju tal-UE bilfors iridu jipprogrammaw u minn naħa l-oħra s-servizzi awdjoviżivi mhux lineari, li għalihom l-istess obbligu huwa formulat b’aktar flessibbiltà. It-tnedija ta’ servizzi awdjoviżivi mhux lineari u l-esperjenza minnhom jistgħu jgħinu fl-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aktar mezzi effikaċi għall-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej f’servizzi bħal dawn; |
|
30. |
jaqbel li l-iżviluppi mgħaġġla fis-settur għandhom jimmotivaw lill-Kummissjoni Ewropea li tkompli bl-inizjattivi pilota fil-qasam tal-kronoloġija tal-media (eż: day and date) biex tivvaluta, jekk hemmx bżonn li r-regoli jsiru aktar flessibbli fl-ambitu tat-tieqa tad-disponibbiltà. Il-KtR jenfasizza li l-atturi lokali u dawk li għandhom xi drittijiet għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ mudell kummerċjali adatt filwaqt li jiġu sfruttati l-funzjonalitajiet il-ġodda offruti mit-teknoloġiji diġitali filwaqt li tissaħħaħ l-aċċessibbiltà għall-materjal liċ-ċittadini kollha. Għandhom jitqiesu wkoll l-attitudnijiet ġodda u l-aspettattivi tal-konsumaturi li jkunu jixtiequ aċċess immedjat għal kontenut ġdid fejn u meta jixtiequ, filwaqt li jkun posssibbli l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ mudelli kummerċjali ġodda għall-finanzjament u t-tixrid ta’ dan il-materjal; |
|
31. |
irid ifakkar fil-ħtieġa li ssir ħidma biex jiġi stabbilit qafas modern dwar id-dritt tal-awturi, li jiffaċilita t-tpoġġija u l-aċċessibbiltà tal-films fuq l-Internet fl-UE b’mod li jiggarantixxi r-rikonoxximent u l-ħlas effettiv ta’ dawk li għandhom id-drittijiet; li jingħataw inċentivi sostenibbli għall-kreattività, id-diversità kulturali u l-innovazzjoni; li jitwessa’ l-aċċess tal-utenti finali għall-offerti leċiti; li jippermetti l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ekonomiċi; li jiġġieled b’mod aktar effikaċi l-offerti illeċiti u l-piraterija (12); |
Tisħiħ tal-ambjent kreattiv
|
32. |
jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li t-talenti għandhom jiġu inkuraġġuti u li jiġu żviluppati l-kompetenzi professjonali fl-industrija Ewropea u jħeġġeġ is-sħubijiet kreattivi bejn l-iskejjel taċ-ċinema u d-dinja professjonali. Jenfasizza l-importanza li dan il-għan ta’ appoġġ isib postu fil-qafas tal-programmi “Ewropa Kreattiva” u “Erasmus+”; |
|
33. |
ifakkar fil-ħtieġa li jiġi adottat approċċ iżjed proattiv li jappoġġja l-iżvilupp ta’ sinerġiji bejn is-setturi tal-kultura u l-kreattività, kif ukoll mal-atturi ekonomiċi u soċjali f’ambiti oħra biex jiġu appoġġjati oqsma ġodda ta’ attività innovattiva, bħall-crossmedia, il-mezzi soċjali, l-ippubblikar diġitali, it-turiżmu kreattiv, eċċ. (13); |
Aċċessibbiltà u twessiegħ tal-pubbliku
|
34. |
jenfasizza l-importanza li jintlaħqu u jinbnew udjenzi ġodda għall-films Ewropej u jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li jiġu żviluppati għodod li jippermettu li jiżdiedu l-possibbiltajiet ta’ aċċess u t-talba għall-films Ewropej, b’mod partikolari fil-każ ta’ films li m’humiex nazzjonali; |
|
35. |
jirrikonoxxi l-utilità li jiġu mifhuma l-fatturi li jistgħu jikkontribwixxu għas-suċċess ta’ film billi tinġabar informazzjoni dwar il-preferenzi tal-pubbliku, iżda jixtieq jiġbed l-attenzjoni li għalkemm il-films li jiġbdu s-simpatija tal-pubbliku nazzjonali u reġjonali għandhom it-tendenza li jimmiraw lejn pubbliku lokali, dan ma jfissirx li jridu jiġu eliminati l-aspetti lokali ta’ produzzjoni biex din ikollha possibbiltajiet akbar li tidħol fis-swieq tal-Istati Ewropej l-oħra u tiġbed l-udjenzi. Il-KtR iqis li jekk film jikseb suċċess fis-suq tiegħu stess huwa jista’ jinteressa lid-distributuri barranin u b’hekk jiġi distribwit f’żona oħra. Tkun ħaġa kontroproduċenti jekk naħsbu li l-films iridu jiġu maħsuba fuq il-bażi ta’ “l-inqas denominatur komuni Ewropew”. Id-diversità kulturali timponi b’mod ġust li l-partikolaritajiet lokali u reġjonali jingħataw importanza għaliex huma dawn l-ispeċifiċitajiet li jiffurmaw l-identità Ewropea; |
|
36. |
jaħseb li r-revoluzzjoni diġitali tista’ toffri aktar flessibbiltà għad-distribuzzjoni tal-films u toħloq alternattivi għas-sistemi ta’ distribuzzjoni tradizzjonali billi jistgħu jirrispondu għat-talba taċ-ċittadini li jirċievu l-materjal aktar malajr u fuq aktar mezzi; |
|
37. |
iqis li huwa indispensabbli li l-awtoritajiet pubbliċi jinkoraġġixxu l-pjattaformi tal-VOD nazzjonali biex b’mod espliċitu jippromovu l-films Ewropej li jkunu fuq il-katalogi tagħhom permezz ta’ strateġiji editorjali kif ukoll kampanji ta’ pubbliċità u dan iseħħ permezz ta’ poltiki nazzjonali jew reġjonali; |
|
38. |
barra minn hekk, jenfasizza li l-koproduzzjoni li spiss hija indispensabbli għall-pakkett finanzjarju u artistiku tal-films Ewropej, tiffavorixxi wkoll iċ-ċirkolazzjoni tal-films u tista’ tittejjeb b’antiċipazzjoni aħjar mill-koprodutturi stess tal-kundizzjonijiet tal-ħruġ fiż-żoni differenti tal-koprodutturi; |
|
39. |
jilqa’ b’sodisfazzjon id-djalogu kostruttiv li qed iseħħ fil-qafas “Liċenzji għall-Ewropa” partikolarment f’dak li jirrigwarda l-ħtieġa ta’ proċeduri li jiġu segwiti biex jiġi diġitalizzat, restawrat u jsir disponibbli l-patrimonju ċinematografiku Ewropew għaċ-ċittadini, speċjalment fuq pjattaformi konnessi, li b’hekk jippermettu lill-istituzzjonijiet depożitarji ta’ dan il-patrimonju li joħorġu xogħolijiet maħżuna fl-arkivji tagħhom, filwaqt li jagħtu lil dawk li għandhom id-drittijiet sehem ekwu mid-dħul; |
|
40. |
ifakkar, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li jitjieb u jiġu żviluppati d-disponibbiltà ta’ għadd akbar ta’ verżjonijiet lingwistiċi ta’ film jew films b’sottotitoli f’pajjiż partikolari (14) fuq dawn il-pjattaformi konnessi, dejjem bl-iskop li l-patrimonju ċinematografiku Ewropew isir aċċessibbli għall-akbar pubbliku possibbli; |
|
41. |
jinsisti fuq il-ħtieġa li l-industrija ċinematografika timmodernizza permezz ta’ proġetti ta’ diġitalizzazzjoni u inizjattivi ta’ taħriġ, bl-użu tal-Fondi Strutturali tal-UE, biex din l-industrija tieħu sehem fi strateġija ta’ żvilupp lokali u reġjonali mmirata lejn iċ-ċittadini, filwaqt li tqis id-diversità kulturali u lingwistika u l-varjetà ta’ pajsaġġi awdjoviżivi nazzjonali; |
|
42. |
jiġbed l-attenzjoni li l-edukazzjoni għaċ-ċinema għadu qasam li m’huwiex finanzjat biżżejjed u li għandhom jiġu dedikati lilu fondi Ewropej; dan huwa settur ewlieni li minn naħa jwassal biex iż-żgħażagħ jiġu sensibilizzati dwar l-eżistenza ta’ alternattiva għaċ-ċinema Amerikan u għall-aspetti differenti tal-identità Ewropea permezz ta’ din il-vettura kulturali li huwa ċ-ċinema; |
|
43. |
iqis li huwa importanti li l-Kummissjoni tagħraf l-importanza tad-dimensjoni territorjali u l-ġustifikazzjoni tal-finanzjament pubbliku tal-awdjoviżwali fil-livell lokali, reġjonali u interreġjonali, permezz tal-politika ċinematografika tagħha, pereżempju biex tħares id-diversità kulturali. It-trattati Ewropej u l-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tad-diversità u l-espressjoni kulturali jistgħu jiġu applikati b’mod sħiħ hawnhekk; |
Brussell, 4 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) CdR 293/2010 final.
(2) COM(2010) 183 final.
(3) COM(2012) 537 final.
(4) COM(2010) 245 final.
(5) Ara r-riżultati tal-Ewrobarometru speċjali dwar l-aċċess u l-parteċipazzjoni fil-kultura ppublikat f’Novembru 2013 f’dan is-sit: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_399_en.pdf
(6) Ara Studju dwar “A profile of current and future audiovisual audience” sinteżi eżekuttiva http://bookshop.europa.eu/is-bin/INTERSHOP.enfinity/WFS/EU-Bookshop-Site/en_GB/-/EUR/ViewPublication-Start?PublicationKey=NC0114077
(7) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn (ĠU C 332, 15.11.2013), minn punt 6 ‘il quddiem
(8) http://ec.europa.eu/avpolicy/info_centre/library/studies/index_fr.htm#territorialisation
(9) Direttiva 2010/13/KE (ĠU L 95, 15.4.2010).
(10) COM(2013) 231 final.
(11) Direttiva 2010/13/KE (ĠU L 95, 15.4.2010).
(12) COM(2012) 789.
(13) CdR 2391/2012 final.
(14) http://ec.europa.eu/internal_market/copyright/docs/licences-for-europe/131113_ten-pledges_en.pdf
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/75 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali
(2015/C 019/16)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Kuntest Ewropew
|
1. |
għalkemm l-Ewropa għandha ħafna assi, bosta sfidi iridu jiġu indirizzati fil-qasam tal-edukazzjoni, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-istrateġija Ewropa 2020. Matul l-aħħar ftit snin, ir-rikonoxximent tat-tagħlim mhux formali u informali kien is-suġġett ta’ diversi analiżijiet komparattivi mal-UE kollha li ġabu fehim aħjar dwar il-livell sa fejn ġie implimentat ir-rikonoxximent ta’ tagħlim mhux formali u informali preċedenti; |
|
2. |
mill-2004, l-istituzzjonijiet Ewropej appoġġjaw l-iżviluppi nazzjonali f’dan il-qasam permezz ta’ diversi inizjattivi, inklużi l-Prinċipji Komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (1), il-Linji gwida Ewropej għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (Cedefop, 2009) (2) u diversi edizzjonijiet tal-Inventarju Ewropew dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (3). Dawn l-isforzi wasslu biex f’Diċembru tal-2012, tiġi adottata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (4) li tistieden lill-pajjiżi tal-UE jistabbilixxu r-regoli għall-validazzjoni marbuta mal-oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali u b’konformità mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki li jippermettu lill-individwi biex jiksbu kwalifiki sħaħ jew parzjali rikonoxxuti abbażi tat-tagħlim mhux formali jew informali. Issa wasal iż-żmien biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jieħdu l-opportunità li jitkellmu dwar din il-kwistjoni. |
L-importanza tal-validazzjoni tal-ħiliet akkwistati permezz tat-tagħlim mhux formali u informali fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja
— Nenfasizzaw ħiliet aħjar u ħiliet iktar utli;
|
3. |
il-kompetenzi u l-għarfien ma jiġux akkwistati biss mis-sistema tal-edukazzjoni formali, iżda anke permezz ta’ tagħlim li jsir barra l-qafas tal-edukazzjoni formali. Dan jikkonċerna l-akkwist mhux formali ta’ kompetenzi tul il-ħajja tal-individwu li ma jkunux relatati ma’ kwalunkwe kwalifika rikonoxxuta u validata formalment. Pereżempju, il-ħiliet li jiġu akkwistati mix-xogħol fid-dar, it-tagħlim fuq il-post tax-xogħol, l-għajnuna fix-xogħol ta’ razzett, matul il-kura tal-morda, tal-anzjani, tat-tfal eċċ.; |
|
4. |
it-tagħlim informali jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn l-individwu jitgħallem u jakkwista ħiliet permezz ta’ diversi tipi ta’ attivitajiet li ma jinvolvux ċertifikazzjoni jew akkreditazzjoni tat-tali ħiliet. Dawn jikkonċernaw, pereżempju, seminars, korsijiet miftuħin għal kulħadd u għall-apprendistati, kif ukoll pereżempju, l-isport mhux professjonali jew ix-xogħol tal-volontarjat fil-komunitajiet lokali. Il-ħiliet miksuba b’mod mhux formali u informali jistgħu jkunu relatati kemm ma’ aspetti tekniċi (pereżempju esperjenza prattika) kif ukoll ma’ aspetti soċjali, (bħall-għarfien tal-lingwi); |
|
5. |
il-prinċipju tat-tagħlim tul il-ħajja bħalissa jifforma s-sisien tal-politika Ewropea dwar l-edukazzjoni u l-impjieg, u għaldaqstant, huwa kruċjali għall-inklużjoni. Ir-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-kompetenzi u l-għarfien akkwistati permezz tal-edukazzjoni mhux formali u informali jiffurmaw wieħed mill-prinċipji ewlenin ta’ dan l-approċċ li għandu jwassal għal edukazzjoni iktar flessibbli, u mobbiltà fost il-forza tax-xogħol, iktar opportunitajiet għall-impjieg, inkluż għaż-żgħażagħ u l-inklużjoni tal-migranti u valutazzjoni mill-ġdid tal-idea tal-edukazzjoni (b’mod partikolari t-tagħlim tal-adulti). Bis-saħħa tal-validazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali, l-individwi mhux biss jirċievu ċertifikat li jkunu laħqu ċertu livell f’kompetenza miksuba barra s-sistemi formali tal-edukazzjoni, iżda, f’ċerti sitwazzjonijiet jiġi żgurat ukoll li jistgħu jittrasferixxu għal livell ieħor ta’ edukazzjoni, skont il-qafas ta’ akkreditazzjoni adatt; |
|
6. |
fil-Komunikat ta’ Bruges ta’ Diċembru 2010 (5), il-Ministri Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, l-Imsieħba Soċjali Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea ddikjaraw li l-Istati Membri għandhom jibdew jiżviluppaw, mhux aktar tard mill-2015, proċeduri nazzjonali għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, appoġġjati kif xieraq mill-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki; |
|
7. |
iżda sadattant ir-realtà għadha ‘l bogħod milli tilħaq l-ambizzjonijiet ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Hemm ħafna differenzi nazzjonali u reġjonali sinifikanti fil-proċeduri ta’ rikonoxximent u validazzjoni tal-għarfien/ħiliet mhux formali u informali fis-sistemi edukattivi (aktar minn 100 definizzjoni differenti ta’ dawn il-proċessi fil-livelli nazzjonali u reġjonali). Xi pajjiżi u reġjuni tal-UE għadhom lura f’termini ta’ rikonoxximent tal-edukazzjoni/tagħlim mhux formali u informali; |
|
8. |
għal din ir-raġuni, il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza din il-kwistjoni waqt ir-reviżjoni tal-prijoritajiet ta’ politika fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 imġedda u tieħu azzjoni immedjata fir-rigward tal-impenn tagħha biex toħloq żona Ewropea tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba mhux biss permezz tat-tagħlim formali, iżda wkoll dak mhux formali filwaqt li tiġi żgurata l-possibbiltà ta’ ċaqliq bejn livelli differenti ta’ edukazzjoni. Din hija prijorità ewlenija għall-KtR, li hija inkluża wkoll fil-proposti tiegħu għall-mandat leġislattiv il-ġdid tal-UE (6), peress li r-rikonoxximent reċiproku ta’ dawn il-kwalifiki jiffaċilità, fost oħrajn, il-mobbiltà transkonfinali tal-ħaddiema, issaħħaħ il-kompetittività u żżid il-koeżjoni territorjali u soċjali. |
|
9. |
peress li jqis li l-edukazzjoni mhux formali hi mezz ta’ integrazzjoni fis-soċjetà, il-KtR talab fl-Opinjonijiet tiegħu f’għadd ta’ okkażjonijiet, għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-kompetenzi u l-kwalifiki miksuba permezz tal-edukazzjoni mhux formali. Matul is-snin, it-tagħlim u l-edukazzjoni mhux formali ġew ikkonfermati ripetutament bħala prijoritajiet ewlenin tal-KtR; |
|
10. |
il-Kumitat tar-Reġjuni huwa tal-fehma li l-mekkaniżmi pan-Ewropej għar-rikonoxximent, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi u l-ħiliet informali u mhux formali jistgħu jikkontribwixxu biex jiżdiedu l-effikaċja u l-valur tal-edukazzjoni mhux formali li tingħata fil-qafas tal-programmi kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew; |
|
11. |
madwar l-UE, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet ewlenin għall-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u għandhom rwol essenzjali fl-oqsma tal-politika taż-żgħażagħ u l-impjiegi; |
|
12. |
l-istituzzjonijiet edukattivi, l-universitajiet u l-provvedituri tal-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET) u provvedituri oħra, l-aġenziji tax-xogħol, l-NGOs u s-servizzi pubbliċi li joperaw f’reġjun partikolari iridu jiġu involuti u koordinati – u l-istess jgħodd għan-negozji. F’dan il-kuntest, id-dimensjoni territorjali għandha tiġi kkunsidrata huma u jitfasslu u jiġu implimentati l-arranġamenti dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali. Madankollu, il-Kumitat iqis li huwa importanti li l-istabbilimenti tal-edukazzjoni u l-intrapriżi jkunu miftuħa u jadattaw għall-kuntesti ġodda li jirriżultaw mir-rikonoxximent tat-tagħlim mhux formali u informali, kif ukoll mill-esplojtazzjoni tal-possibbiltajiet u l-perspettivi li jippreżentaw; |
|
13. |
barra minn hekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma sorsi ta’ għarfien prezzjuż rigward l-opportunitajiet tax-xogħol, l-edukazzjoni disponibbli (informali u mhux formali) kif ukoll il-ħtiġiet tar-reġjuni u l-bliet tagħhom. Għalhekk, l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa essenzjali biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-ħiliet li jkun jaqbel mal-ħtiġiet tal-impjiegi; |
— It-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-mobbiltà fis-suq tax-xogħol
|
14. |
f’dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni jappella għal kooperazzjoni abbażi ta’ sħubija bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-intrapriżi, il-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet tagħhom kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-riallokazzjoni tar-riżorsi relatati mal-edukazzjoni tul il-ħajja abbażi tal-prinċipju tal-validazzjoni tal-ħiliet mhux formali u informali; |
|
15. |
jenfasizza l-importanza li kemm jista’ jkun jinkisbu kompetenzi trasversali, speċjalment fir-rigward tal-kompetenzi intraprenditorjali, u r-rwol tagħhom fil-kollaborazzjoni bejn it-tagħlim formali, mhux formali u informali u s-suq tax-xogħol; |
|
16. |
jiġbed l-attenzjoni għall-importanza kbira tal-partijiet interessati ewlenin li qed joperaw barra mis-sistema formali tal-edukazzjoni li huma involuti direttament jew li għandhom interess fir-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet akkwistati barra mis-sistema formali tal-edukazzjoni; |
|
17. |
jenfasizza li jeħtieġ li jinħolqu oqfsa komuni għall-kwalità ta’ apprendistati tal-persuni involuti fl-edukazzjoni. F’dan il-kuntest jappoġġja l-miżuri tal-Kunsill tal-UE li f’Marzu adotta lista ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan il-qasam (7). |
Niżguraw il-koerenza ġenerali tal-għodod u l-politiki u li jkompli jiġi implimentat l-approċċ tar-riżultati tat-tagħlim
|
18. |
il-miżuri legali u organizzattivi speċifiċi ffinanzjati mill-fondi pubbliċi u li jiġu adottati biex jinkisbu ċerti għanijiet għandhom ikunu jagħtu rendikont tar-riallokazzjoni tal-ispejjeż f’qasam partikolari; |
|
19. |
meta l-persuni li jkunu qed jitgħallmu jitqiegħdu fil-qalba tal-politiki dwar it-tagħlim tul il-ħajja, jista’ jsir iktar titjib fir-rigward tal-użu tar-riżorsi għall-iżvilupp tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Ir-rikonoxximent tal-importanza tal-persuna li tkun qed titgħallem wassal għal bidla fil-fokus tal-mudelli ta’ finanzjament għall-edukazzjoni u t-taħriġ b’tali mod li m’hemmx duplikazzjoni bla bżonn fl-allokazzjoni tar-riżorsi mis-sorsi differenti (formali, mhux formali u informali) u huma adattati skont il-ħtiġiet individwali tal-persuni li jkunu qed jitgħallmu. Għalhekk f’dan il-kuntest, skont il-prinċipju tat-tagħlim tul il-ħajja, hija il-persuna li tkun qed titgħallem, u mhux l-istituzzjoni/istituzzjonijiet jew is-sistema, li tkun qed tmexxi r-riżorsi u li tibbenefika l-iktar minnhom; |
|
20. |
dan l-approċċ lejn il-validazzjoni tal-ħiliet miksuba barra s-sistema tal-edukazzjoni formali jista’ jgħin biex itejjeb b’mod konsiderevoli r-rispons mogħti għall-ħtiġiet ġodda tal-persuni li jkunu qed jitgħallmu, u li sa ċertu punt jiddependu mill-bidliet ekonomiċi u soċjali, li min-naħa tagħhom jitolbu ħiliet u kwalifiki ġodda; |
|
21. |
il-Kumitat tar-Reġjuni huwa tal-fehma li l-applikazzjoni ġenerali tal-mekkaniżmi għall-validazzjoni tal-ħiliet akkwistati mit-tagħlim mhux formali u informali mhux ser tfisser tibdil radikali għas-sistemi għat-taħriġ vokazzjonali. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fis-sistemi attwali għat-taħriġ diġà hemm mekkaniżmi ta’ validazzjoni, iżda huma frammentati, insuffiċjenti u varjati; |
|
22. |
jenħtieġ li l-validazzjoni ta’ qabel it-tkomplija tal-istudji ssir f’kuntest lokali/reġjonali fejn jiġu trattati l-appoġġ għall-ippjanar tal-istudji, konsulenza dwar tagħlim u karriera fuq bażi individwali, il-kwistjonijiet dwar l-appoġġ finanzjarju lill-istudenti, l-appoġġ biex jikkombinaw l-istudji tagħhom fil-livelli differenti ta’ tagħlim u d-djalogu mad-dinja tax-xogħol dwar il-ksib ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-ħiliet; |
Niżguraw regoli u proċeduri ċari għar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki biex jippermettu tagħlim addizzjonali, u nagħmlu enfasi ikbar fuq il-kwalità
|
23. |
il-Kumitat tar-Reġjuni jiġbed l-attenzjoni li hemm bżonn li fil-livell tal-UE tiġi żgurata l-kwalità u l-ekwivalenza tal-proċeduri ta’ validazzjoni, bil-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati miksuba minn din il-validazzjoni madwar l-UE; għaldaqstant, jikkunsidra ta’ importanza kbira l-iskambju tal-aqwa prattiki fost l-Istati Membri f’termini ta’ evalwazzjoni ta’ kwalità u proċeduri ta’ validazzjoni; Dawn il-proċeduri m’għandhomx ikunu tqal wisq jew wisq fit-tul; |
|
24. |
jappella għal implimentazzjoni rapida u bir-reqqa tal-proposti mressqa fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, b’enfasi partikolari fuq il-bżonn li jkun hemm rabta bejn il-proċeduri tal-validazzjoni, l-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, u l-bżonn li jiġu stabbiliti regoli ċari li jiżguraw li l-kwalità ta’ dawn is-soluzzjonijiet b’konformità mad-dispożizzjonijiet li huma diġà applikabbli; |
|
25. |
bl-istess mod, il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li, filwaqt li ssir enfasi xierqa fuq il-kwalità, il-proċeduri ta’ validazzjoni għandhom ikunu ċari u mhux wisq ikkumplikati sabiex ma jbiegħdux il-persuni li jixtiequ jifformalizzaw ir-riżultati tat-tagħlim tagħhom milli jagħmlu dan u biex it-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà. Barra minn hekk, il-mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità tul ir-rikonoxximent u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali huma importanti biex jiżguraw li dan it-tagħlim qed jiġi ttrattat fuq l-istess livell tat-tagħlim formali; |
Politika ta’ informazzjoni adatta
|
26. |
sabiex il-proċeduri ta’ validazzjoni jkunu leġittimi, jeħtieġ li jkun hemm rabta qawwija mal- fil-ħajja tax-xogħol. F’ħafna każijiet, l-iżvilupp ta’ metodi għar-rikonoxximent fir-rigward ta’ oqsma differenti għandu jsir mill-industrija kkonċernata jew bil-kooperazzjoni mill-qrib tagħha; |
|
27. |
il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li politika ta’ informazzjoni mifruxa biżżejjed, komprensiva, li tinfiehem u immirata lejn iċ-ċittadini u l-intrapriżi biex iżżommhom infurmati dwar l-opportunitajiet u l-vantaġġi ta’ validazzjoni tal-kompetenzi, hija ta’ importanza kruċjali għas-suċċess tal-proċeduri ta’ validazzjoni implimentati: barra minn hekk, din il-politika għandha titfassal b’kunsiderazzjoni tal-persuni li għalihom hija mmirata; |
|
28. |
jissuġġerixxi li l-attivitajiet ta’ informazzjoni jsiru b’mod separat għal kull livell ta’ kompetenza (8)(b’mod partikolari bejn it-tielet u s-sitt livell ta’ kompetenza) tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; |
|
29. |
jissuġġerixxi wkoll li għandhom jiġu koordinati u parzjalment kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Erasmus+, taħt l-Azzjoni Ewlenija 3 (appoġġ għar-riforma ta’ politika); |
|
30. |
aħna u nfasslu dawn il-proposti ta’ politika niġbdu l-attenzjoni li madwar l-Unjoni Ewropea l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet ewlenin għall-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ; |
|
31. |
l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi ewlenin fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll għarfien dirett tal-kompetenzi mitlubin mis-suq lokali fiż-żona tagħhom kif ukoll il-bżonnijiet ta’ taħriġ taċ-ċittadini tagħhom. Għalhekk jikkontribwixxu u jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż il-validazzjoni tal-ħiliet mhux formali u informali b’rispett sħiħ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
32. |
il-Kumitat tar-Reġjuni huwa tal-fehma li l-proċess ta’ validazzjoni tal-ħiliet akkwistati barra s-sistema formali tal-edukazzjoni huma element fundamentali fil-bidla tal-mudell Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Mil-lat tar-reġjuni dawn mhumiex biss mekkaniżmu importanti għall-iżvilupp ta’ suq tax-xogħol sostenibbli iżda jikkontribwixxu wkoll biex is-sistemi edukattivi jsiru iktar flessibbli u jkunu iktar adatti għal dinja li qed tinbidel malajr malajr waqt li jtejbu r-rabta bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg; |
|
33. |
iqis li huwa essenzjali li tiġi kondiviża l-prattika tajba lokali u reġjonali fil-qasam tat-tagħlim mhux formali, informali u professjonali, li jiġi trasferit l-għarfien u li tiġi garantita l-parteċipazzjoni fil-proġetti ta’ kollaborazzjoni għall-partijiet ikkonċernati; |
|
34. |
il-Kumitat tar-Reġjuni jiġbed l-attenzjoni għat-tagħlimiet li jistgħu jinsiltu mill-proċessi ta’ validazzjoni tal-ħiliet informali u mhux formali f’dawk il-każijiet fejn is-sistemi tal-edukazzjoni vokazzjonali mhumiex allinjati mal-ħtiġiet tas-suq tax-xogħol; |
|
35. |
il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li għandhom jiġu stabbiliti oqfsa komuni pan-Ewropej għas-sistemi li jintużaw biex jivvalidaw il-ħiliet mhux formali u informali biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku; |
|
36. |
il-validazzjoni tal-ħiliet mhux formali u informali għandhom, b’mod partikolari, iħaddnu l-ħames livell ta’ referenza, livell li fih kien hemm tnaqqis drastiku fil-provvista ta’ korsijiet edukattivi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; |
|
37. |
jappella biex jinħoloq qafas komuni u konkret fil-livell tal-UE għar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba mhux biss permezz tat-tagħlim formali iżda wkoll dak mhux formali u informali, filwaqt li tiġi assigurata l-possibbiltà ta’ ċaqliq bejn livelli differenti ta’ edukazzjoni; |
|
38. |
l-interess politiku fil-varjetà ta’ proċessi edukattivi bbażati fuq il-prattika, meqjusa bħala tagħlim mhux formali, sar dejjem aktar iffukat fuq standards tal-kwalità, validazzjoni u strateġiji għar-rikonoxximent; |
|
39. |
hemm bżonn qawwi li tinħoloq strateġija pan-Ewropea (fil-forma ta’ linji gwida u xenarji possibbli ta’ implimentazzjoni) bil-għan li jiġi stabbilit qafas komuni għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni/tagħlim informali u mhux formali sabiex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ proċeduri nazzjonali rilevanti; |
|
40. |
għandu jkun ċar li l-azzjonijiet proposti ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE. L-azzjonijiet proposti jinkludu aspetti transkonfinali li ma jistgħux jiġu regolati sew mill-Istati Membri jew l-awtoritajiet lokali u reġjonali jekk jaġixxu waħidhom. Barra minn hekk, l-azzjonijiet proposti għandhom jipprovdu benefiċċju ċar meta mqabbla ma’ azzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali bis-saħħa, pereżempju, ta’ valutazzjoni ta’ politika globali bbażata fuq evidenza jew qafas komuni biex tiġi appoġġjata interazzjoni mal-bqija tad-dinja fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Fid-dawl tal-aspetti transkonfinali anke s-sħubijiet transkonfinali (kemm dawk pubbliċi kif ukoll dawk privati) għandhom ikunu involuti fit-twaqqif tal-proċeduri ta’ validazzjoni; |
|
41. |
fl-istess ħin, l-UE għandha taġixxi biss sa fejn dan huwa meħtieġ, filwaqt li l-kontenut u l-forma tal-azzjoni għandhom ikunu adatti u adegwati biex jinkiseb l-għan mixtieq. Fejn hemm bżonn li jiġu stabbiliti standards fil-livell tal-UE, għandu jitqies il-bżonn li jiġu stabbiliti standards minimi li jħallu l-Istati Membri u lir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali kompetenti fil-libertà li jistabbilixxu standards aktar għoljin (il-prinċipju tal- proporzjonalità). Il-forma proposta għall-attivitajiet għandha tkun sempliċi kemm jista’ jkun, għandha tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet u tħalli iktar lok kemm jista’ jkun għal deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. |
Brussell, 4 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) Abbozz ta’ Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill dwar il-Prinċipji Komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (18 ta’ Mejju 2004) http://www2.cedefop.europa.eu/etv/Information_resources/EuropeanInventory/publications/principles/validation2004_en.pdf
(2) http://www.cedefop.europa.eu/EN/Files/4054_en.pdf
(3) Cedefop: European Inventory on the validation of non-formal and informal learning – Home http://www.cedefop.europa.eu/en/about-cedefop/projects/validation-of-non-formal-and-informal-learning/european-inventory.aspx
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2012:398:0001:0005:EN:PDF
(5) Il-Komunikat ta’ Bruges dwar Kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu 2011-2020 http://ec.europa.eu/education/policy/vocational-policy/doc/brugescom_en.pdf
(6) COR-2014-02333-00-00-RES
(7) Rakkommandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas tal-Kwalità għall-Apprendistati (10 ta’ Marzu 2014) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/141424.pdf
(8) Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) jipprevedi 8 livelli ta’ riżultati tat-tagħlim, li jippermettu pparagunar ħafna aktar faċli bejn il-kwalifiki nazzjonali.
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/80 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – “Is-saħħa mobbli”
(2015/C 019/17)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali
|
1. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni miftuħa sabiex tiġbor fehmiet dwar il-Green Paper dwar is-saħħa mobbli (mHealth). L-iżvilupptas-saħħa mobbli jpoġġi fiċ-ċentru tal-attenzjoni wħud mill-iktar kwistjonijiet urġenti tas-sistema tal-kura tas-saħħa Ewropea, pereżempju l-użu iżjed effiċjenti tar-riżorsi disponibbli, saħħa aħjar, pożizzjoni msaħħa taċ-ċittadini, kundizzjonijiet tax-xogħol tajba għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-kura, użu aħjar tal-innovazzjonijiet u titjib fil-kwalità tal-kura tas-saħħa; |
|
2. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-implimentazzjoni b’suċċess tas-saħħa mobbli tiddependi ferm minn kif dan l-iżvilupp ser jiġi kkoordinat mal-isforzi l-oħra li jsiru fil-kura tas-saħħa u kif ser jiġu indirizzati sfidi ċentrali oħra bħall-interoperabbiltà, il-ħarsien tal-privatezza u l-assigurazzjoni tal-kwalità tad-data; |
|
3. |
iqis li huwa partikolarment importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jnisslu l-fiduċja taċ-ċittadini fil-ġestjoni tad-data. L-iżvilupp tas-saħħa mobbli għandu jqis l-interess leġittimu tal-individwi kollha għall-ħarsien tal-privatezza tagħhom. Għandhom jiġu indirizzati r-riskji speċifiċi tal-privatezza marbuta mal-użu ta’ soluzzjonijiet mobbli fost iċ-ċittadini għall-ġestjoni ta’ data sensittiva dwar is-saħħa u dik personali; |
|
4. |
jiġbed attenzjoni għall-fatt li l-iżvilupp tas-saħħa mobbli għandu jibbenefika liċ-ċittadini kollha tal-UE u ma għandux iwassal għal żieda fl-inugwaljanza f’dak li jirrigwarda l-aċċess għall-kura tas-saħħa mobbli u l-użu tas-servizzi relatati; għalhekk jeħtieġ li jsir progress lejn l-użu bla ħlas tan-netwerks li jipprovdu aċċess għas-servizzi bbażati fuq is-saħħa mobbli. Fl-iżvilupp tas-saħħa mobbli l-enfasi għandha ssir fuq l-interess tal-individwu għal kura tas-saħħa tajba u sikura; |
|
5. |
iqis li s-saħħa mobbli hija fattur ewlieni fl-isforzi għat-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet aħjar sabiex ikunu jistgħu jikkontrollaw is-saħħa tagħhom. Is-saħħa mobbli tista’ tkun ta’ għajnuna kbira għall-persuni mdaħħlin fl-età, il-persuni b’diżabilità u dawk li jbatu minn mard kroniku u tippermettilhom iktar sigurtà u indipendenza fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. L-iżvilupp għandu għalhekk jiġi adattat għall-kundizzjonijiet differenti tal-individwi. L-applikazzjonijiet tekniċi ġodda għandhom ikunu aċċessibbli u jsaħħu ferm l-indipendenza tal-persuni b’diżabilita, il-persuni mdaħħlin fl-età u ċ-ċittadini vulnerabbli. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x’jaqdu fil-promozzjoni tat-taħriġ fl-użu ta’ teknoloġija ġdida u l-ġestjoni tad-data sensittiva, kemm għall-persunal tas-saħħa u tal-kura kif ukoll għaċ-ċittadini; |
II. PUNTI TA’ RILEVANZA GĦALL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
6. |
jiġbed l-attenzjoni li f’ħafna mill-Istati Membri tal-UE l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma koresponsabbli għall-ippjanar, it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-politika tas-saħħa u l-assistenza soċjali. Għalhekk, hija ħaġa naturali li jkunu involuti mill-qrib f’kull riforma li ssir li għandha impatt fuq il-kura tas-saħħa u s-sigurtà soċjali; |
|
7. |
jiġbed l-attenzjoni li s-saħħa mobbli u s-saħħa elettronika jinsabu ‘l fuq fl-aġenda ta’ bosta awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ewropa. Madanakollu l-livell ta’ żvilupp ivarja bejn żona u oħra u reġjun u ieħor. Hemm bżonn iktar kooperazzjoni u skambju tal-esperjenza politika u prattika fil-livell interreġjonali sabiex dawk li qegħdin minn ta’ quddiem fil-qasam tas-saħħa mobbli jkunu jistgħu jgħaddu l-għarfien tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tikkontribwixxi fil-ġbir u l-iggruppar tal-għarfien u l-aħjar prattiki; |
|
8. |
jinnota li l-isfidi li jiffaċċjaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej huma simili: żieda fl-ispejjeż tal-kura tas-saħħa, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, żieda fir-riskju ta’ mard kroniku u komorbidità, nuqqas ta’ persunal f’ċerti oqsma tal-kura tas-saħħa, problemi ta’ żbilanċi fil-provvista u nuqqas ta’ aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa. Uħud minn dawn l-isfidi joħorġu fid-dieher b’mod partikolari f’żoni b’densità baxxa tal-popolazzjoni u b’popolazzjoni mifruxa ħafna. Is-saħħa mobbli hija waħda minn għadd ta’ soluzzjonijiet biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Għaldaqstant, fattur importanti għall-iżvilupp tal-kura tas-saħħa u l-ġejjieni tal-qasam tas-saħħa u l-kwalità ta’ ħajjet iċ-ċittadini Ewropej huwa sa liema punt is-saħħa mobbli ser tiġi ġestita kif imiss u tissarraf f’benefiċċji prattiċi għall-pazjenti u l-persunal tal-kura tas-saħħa; |
Opportunitajiet
|
9. |
iqis li wieħed mill-fatturi għas-suċċess kemm tal-ħidma favur it-titjib tal-kura tas-saħħa kif ukoll għaż-żieda fil-benesseri taċ-ċittadini huwa li ċ-ċittadini jingħataw iktar opportunità li jinfluwenzaw u jipparteċipaw fi kwistjonijiet li jolqtu s-saħħa u l-kura ta’ saħħithom. Is-saħħa mobbli hija rekwiżit għall-ġbir ta’ informazzjoni biex jittieħdu iktar deċiżjonijiet b’mod konġunt relatati mal-kura tas-saħħa li permezz tagħha ċ-ċittadini jistgħu jingħataw iktar opportunitajiet biex jissorveljaw id-data dwar saħħithom, jgħixu f’saħħithom jew, f’każ ta’ bżonn, sabiex jikkontrollaw il-marda tagħhom. Hija tipprovdi opportunitajiet ukoll għall-membri tal-familja u qraba biex, bil-kunsens tal-klijent, dawn ikunu informati dwar is-saħħa tal-membru kkonċernat u jipparteċipaw u jikkontribwixxu fil-kuntatti tal-persuna kkonċernata mas-servizzi tal-kura tas-saħħa u tal-assistenza soċjali; |
|
10. |
jenfasizza b’mod partikolari li l-estensjoni tad-diġitalizzazzjoni u livell ogħla ta’ għarfien dwar kwistjonijiet tas-saħħa jistgħu jikkontribwixxu biex persuni minn żoni remoti, żoni b’popolazzjoni baxxa jew bi żvantaġġi oħra jkollhom aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità u għall-kura tas-saħħa preventiva kif ukoll aċċess għal servizzi mediċi u l-kura ta’ monitoraġġ. Huma joħolqu wkoll kundizzjonijiet aħjar sabiex il-persuni kkonċernati jibqgħu kemm jista’ jkun fi djarhom u jkunu awtonomi iżjed fit-tul. Is-saħħa mobbli tista’ tikkontribwixxi b’diversi modi għal sistema tal-kura tas-saħħa li tiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-individwu; |
|
11. |
huwa konvint mill-potenzjal tas-saħħa mobbli li tippromovi ħidma bbażata fuq l-evidenza u li tħaffef u t-ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Huma jkunu jistgħu jaraw li l-informazzjoni tkun disponibbli preċiżament fiż-żmien opportun u jaraw li tiġi ddokumentata informazzjoni importanti waqt il-viżti tal-pazjent jew li jkun hemm konsultazzjoni mill-bogħod mal-pazjent. Jekk nixtiequ li s-saħħa mobbli ssir għodda ġenwina għat-titjib u l-effiċjenza, jinħtieġ li s-servizzi li jiġu żviluppati u użati f’dan il-qasam jappoġġjaw b’mod konkret lill-persunal fil-ħidma tagħhom mal-pazjenti; |
|
12. |
huwa tal-fehma li servizzi tas-saħħa mobbli tajbin u effiċjenti jistgħu jaqdu rwol prinċipali fit-titjib tal-kwalità u l-effiċjenza tal-kura tas-saħħa. Pereżempju, permezz tagħhom jista’ jonqos l-għadd ta’ pazjenti li jbatu minn mard kroniku u l-għadd ta’ ġranet tagħhom fl-isptar u jieħdu r-riedni f’idejhom għall-biċċa l-kbira tal-kura tagħhom. Għalhekk huwa importanti li l-iżvilupp tas-saħħa mobbli ma jkunx separat mis-sistemi tal-kura tas-saħħa, iżda għandu safejn possibbli jiġi integrat fihom filwaqt li jitqies li s-saħħa mobbli hija mezz ta’ għajnuna li ser itejjeb ir-riżultati għall-utent; |
|
13. |
jassumi li żieda fl-investiment fis-saħħa mobbli jista’ jkollha effetti pożittivi fuq l-intraprenditorija u l-impjieg fir-reġjuni. Dan jgħodd ukoll għall-iżvilupp ta’ servizzi nazzjonali u internazzjonali. Sabiex ikompli jitħeġġeġ spirtu intraprenditorjali akbar, jeħtieġ li jittieħdu inizjattivi differenti, pereżempju taħriġ u edukazzjoni, kompetizzjonijiet intraprenditorjali, linji gwida dwar kif wieħed jista’ jiġi stabbilit fis-suq, eċċ. Barra minn hekk, sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw applikazzjonijiet li jippermettu l-iskambju tal-informazzjoni mal-provvedituri tas-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa, l-intrapriżi jeħtieġu għarfien aħjar tal-istandards tekniċi u semantiċi li jimxu magħhom l-atturi fil-qasam tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi soċjali. L-attività tal-iżvilupp titlob li tiġi stabbilita kooperazzjoni effettiva bejn is-settur pubbliku u l-qasam tan-negozju; |
Kundizzjonijiet
|
14. |
jenfasizza li s-saħħa mobbli tikkompleta u tagħmel parti integrali mis-sistema tradizzjonali tal-kura tas-saħħa. Din ma tinvolvix il-ħolqien ta’ sistema parallela jew sistema maħsuba biex tieħu post il-kompetenzi professjonali tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa. L-iskop lanqas mhuwa li jiġi eliminat kompletament il-kuntatt personali bejn il-pazjent u l-persunal tal-kura tas-saħħa. L-għan tas-saħħa mobbli huwa li l-pazjenti jkollhom influwenza akbar u jkunu infurmati aħjar u li jitrawmu relazzjonijiet ġodda bejn il-pazjenti u l-persunal tal-kura tas-saħħa. Sabiex is-saħħa mobbli tkun strument b’saħħtu kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-persunal tal-kura tas-saħħa, hemm bżonn li jsiru sforzi favur komunikazzjoni adattata għal gruppi speċifiċi, l-iżvilupp tal-ħiliet u sens ta’ tmexxija b’saħħitha għall-ġestjoni tal-bidla; |
|
15. |
S’issa, il-biċċa l-kbira tal-iżvilupp li sar fil-qasam tas-saħħa elettronika sar bis-saħħa ta’ atturi pubbliċi tal-kura tas-saħħa. L-iżvilupp b’suċċess tas-saħħa mobbli jitlob perspettiva iktar miftuħa u kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn il-provvedituri tal-kura tas-saħħa, il-fornituri u l-intrapriżi pubbliċi u privati u naturalment bejn il-pazjenti u l-organizzazzjonijiet tagħhom; |
Kwistjonijiet ekonomiċi
|
16. |
għalkemm hemm differenzi kbar fil-qasam, jinnota li ħafna mill-mudelli attwali ta’ rimborż fis-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej huma bbażati fuq interventi, viżti fiżiċi u l-ammont ta’ pazjenti li jirċievu l-kura. Tipikament, jingħata rimborż lil persuna fil-bżonn tal-kura iżda ma jingħatax rimborż li jgħin liċ-ċittadini jżommu ruħhom f’saħħithom jew jikkuraw lilhom innifishom fuq skala iktar wiesgħa. Għalhekk sabiex jintuża l-potenzjal sħiħ tas-saħħa mobbli u saħansitra għall-promozzjoni tas-saħħa jista’ jkun utli li jiġu previsti mudelli ta’ rimborż iktar ibbażati fuq il-valur; |
|
17. |
jiġbed l-attenzjoni li, skont id-data tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika (EPC) tal-Unjoni Ewropea, fl-Istati Membri tal-UE 30-40 % tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa jintefqu fuq dawk li għandhom iktar minn 65 sena u li t-tbassir juri li l-proporzjon ta’ dan il-grupp ta’ nies fil-popolazzjoni sħiħa għandu jiżdied minn 17 % fis-sena 2010 għal 30 % fl-2060. Barra minn hekk, huwa mistenni li sal-2050 għal kull persuna ta’ iktar minn 65 sena ser ikun hemm żewġ ħaddiema għall-kuntrarju ta’ erba’ ħaddiema għal kull persuna mdaħħla fl-età fl-2004. Is-saħħa mobbli għandha l-potenzjal li tgħin tindirizza l-isfidi deomografiċi u ż-żieda fl-ispejjeż tal-kura tas-saħħa billi, fost affarijiet oħra, twassal għal inqas ospitalizzazzjonijiet, kura li ssir mill-pazjent stess u standard ogħla ta’ saħħa fost iċ-ċittadini tal-UE; |
Interoperabbiltà
|
18. |
jinnota li l-iżvilupp tas-saħħa mobbli jixħet dawl fuq il-bżonn ta’ interoperabbiltà legali, lingwistika u teknika. L-iskambju elettroniku effettiv tad-data bejn il-professjonisti differenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa differenti u bejnhom u l-pazjenti huwa fundamentali għal żieda fil-kwalità, l-effettività u r-rwol tal-pazjenti f’dan kollu. Għalhekk jeħtieġ li s-soluzzjonijiet tas-saħħa mobbli jippermettu minn naħa l-iskambju tal-informazzjoni kemm bejn l-applikazzjonijiet differenti u min-naħa l-oħra bejn applikazzjonijiet u s-sistemi operattivi li jintużaw tal-kura tas-saħħa. Dawn huma rekwiżiti bażiċi billi r-reġjuni Ewropej jiffaċċjaw l-istess sfidi. L-UE tista’ taqdi rwol importanti f’dan ir-rigward billi tippromovi l-iżvilupp ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni. Fl-istess ħin, iż-żieda fl-interoperabbiltà ġġib magħha bilanċ importanti bejn il-ftuħ u s-sigurtà, peress li ż-żieda fl-interoperabbiltà qatt ma għandha twassal għal fluss bla kontroll ta’ data. Wieħed mill-prerekwiżiti jibqa’ li l-komunikazzjoni tissejjes fuq għażliet konxji abbażi ta’ regolamenti attwali u rekwiżiti tas-sigurtà; |
Sigurtà u ħarsien tal-privatezza
|
19. |
jenfasizza li l-iżvilupp b’suċċess tas-saħħa mobbli jiddependi minn kemm ser titħares il-privatezza. Il-fiduċja taċ-ċittadini fil-kura tas-saħħa u fil-ġestjoni tal-informazzjoni dwar is-saħħa hija prerekwiżit biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jipprovdu kura tajba u sigura. Naturalment irid jiġi żgurat li d-data sensittiva ma tispiċċax f’idejn min m’għandux l-awtorità għaliha u li ma tintużax għal skopijiet sekondarji li għalihom il-persuna kkonċernata ma tkunx tat il-permess tagħha. Għalhekk, jista’ jkun hemm raġunijiet sodi biex, minbarra l-leġislazzjoni fis-seħħ f’dan il-qasam, jiġi diskuss il-bżonn ta’ iżjed kontrolli, linji gwida jew ċertifikazzjonijiet rigward is-servizzi tas-saħħa mobbli li joffru l-provvedituri. Barra minn hekk, tkun ħaġa tajba li jiġi xprunat l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet affidabbli u siguri li jidentifikaw il-persuni permezz ta’ data bijometrika; |
|
20. |
huwa tal-fehma li huma u jitfasslu l-atti legali għandha tingħata attenzjoni li dawn ma jitfgħux piż fuq ir-riċerka u t-titjib sistematiku fil-kwalità apparti dak meħtieġ għall-garanzija tal-protezzjoni tad-data tal-pazjenti. Jeħtieġ li jinstab bilanċ mifrux kemm jista’ jkun bejn il-bżonn li titħares il-privatezza u t-tradizzjoni eżistenti tal-kura tas-saħħa billi l-informazzjoni li tinġabar tintuża sabiex tinkiseb kwalità iktar għolja u riżultati aħjar għall-pazjenti tal-lum u ta’ għada; F’dan il-kuntest, jenfasizza l-bżonn li dan l-aspett jitqies fil-ħidma li ssir fuq Proposta għal Direttiva ġdida dwar il-protezzjoni tad-data b’tali mod li, għal finijiet ta’ ottimizzazzjoni, jinkiseb bilanċ adatt bejn iż-żewġ għanijiet; |
|
21. |
iqis li huwa partikolarment importanti li ċ-ċittadini jiġu assigurati li s-servizzi tas-saħħa mobbli li joffrulhom l-atturi tal-kura tas-saħħa jew jiġu rakkomandati minnhom huma siguri u li jikkontribwixxu għal saħħa u għal kwalità tal-ħajja aħjar. Fost affarijiet oħra, huwa importanti li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ kwalità possibbli tas-servizzi tas-saħħa mobbli mil-lat mediku. F’dan ir-rigward, jirrakkomanda li ssir distinzjoni ċara bejn l-applikazzjonijiet tal-istil tal-ħajja u l-mezzi mediċi. Is-servizzi tas-saħħa mobbli miġbura fl-aħħar kategorija msemmija għandhom jiġu evalwati permezz ta’ mudelli miftiehma b’mod ġenerali għall-valutazzjoni ta’ mezzi u metodi mediċinali u għandhom ikunu soġġetti għad-Direttiva 93/42/KEE dwar mezzi mediċi. Barra minn hekk, hemm bżonn ukoll ta’ informazzjoni b’mod li l-konsumaturi, il-pazjenti u l-persunal fil-qasam tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jagħżlu s-saħħa mobbli li l-iżjed tissodisfa l-ħtiġijiet attwali tagħhom; |
Sussidjarjetà
|
22. |
jitlob li l-Istati Membri jkunu responsabbli għall-organizzazzjoni u l-provvista tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. F’ħafna mill-Istati Membri tal-UE l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għall-politika tas-saħħa u tal-assistenza soċjali kollha kemm hi jew partijiet importanti tagħha. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ċentrali fl-iżvilupp tal-kura tas-saħħa u d-diġitalizzazzjoni permezz tas-saħħa elettronika u s-saħħa mobbli. Għalhekk, hija u tissokta l-ħidma tagħha fil-qasam tas-saħħa mobbli, jeħtieġ li l-UE tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà. |
Brussell, 4 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
III Atti preparatorji
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
21.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/84 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni - Pakkett ta' politika dwar il-produzzjoni organika
(2015/C 019/18)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Għanijiet tal-pakkett ta' politika
|
1. |
jaqbel mal-għanijiet proposti mill-Kummissjoni għall-produzzjoni organika; it-tneħħija tal-ostakli għall-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni organika, il-promozzjoni ta' żvilupp effiċjenti tas-suq uniku u l-garanzija ta' kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u l-atturi fis-suq, u ż-żamma jew iż-żieda fil-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi; |
|
2. |
jirrakkomanda li jittejjeb ir-Regolament fis-seħħ (KE) nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi. F'dan il-kuntest, jekk jibqa' impenjat lejn l-għan li jiġu rispettati l-prinċipji tal-agrikoltura organika, il-KtR jesprimi l-preferenza tiegħu fost ix-xenarji previsti mill-Kummissjoni għall-għażla ta' politika għat-titjib tal-istatus quo billi tiġi emendata l-leġislazzjoni attwali u tiġi implimentata b'mod aħjar. Il-KtR jinnota li l-Kummissjoni għażlet għal bidla radikali fil-leġislazzjoni b'tali mod li l-istandards isiru iktar stretti u titneħħa kull forma ta' flessibbiltà. Il-KtR huwa tal-fehma li l-integrità tal-intraprendituri u tas-sistema ta' produzzjoni, kif ukoll l-adattament tagħha għas-sitwazzjonijiet agroklimatiċi differenti u ta' żvilupp tar-reġjuni tal-UE huma l-bażi għal tkabbir sostenibbli u l-fiduċja tal-konsumatur. Għalhekk, l-integrità ma tistax tkun infurzata biss billi r-regoli jsiru iktar stretti. Ir-regoli iktar stretti għandhom impatt dirett fuq il-kontinwità tas-settur. Il-Kummissjoni tqis li dan l-effett huwa wieħed temporanju. Il-KtR iqis li m'hemmx biżżejjed evidenza li tappoġġja din il-pożizzjoni u, sakemm toħroġ valutazzjoni bħala prova, jagħżel l-għażla evoluzzjonarja – it-titjib tar-regolament fis-seħħ – minflok l-għażla rivoluzzjonarja ta' proposta għal bidla radikali fil-leġislazzjoni; |
|
3. |
jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni fasslet pjan ta' azzjoni biex tappoġġja t-tranżizzjoni lejn il-qafas legali l-ġdid. Iżda l-KtR huwa diżappuntat bil-pjan ta' azzjoni minħabba tliet raġunijiet. L-ewwel nett il-pjan ta' azzjoni m'għandu l-ebda għan speċifiku fis-sens ta' mira kwantifikata għall-iżvilupp tas-settur. It-tieni nett il-pjan m'għandu l-ebda baġit proprju, ħlief il-baġit tal-FAEŻR. Il-baġit tal-FAEŻR huwa limitat u hemm il-probabbiltà li parti sostanzjali tal-flus disponibbli trid tintuża għal kumpens għad-danni, pereżempju l-Artikolu 20 (Il-preżenza ta' prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati) tar-Regolament il-ġdid. It-tielet nett, id-dimensjoni lokali u reġjonali hija nieqsa, għad li din id-dimensjoni hija parti mill-prinċipji ġenerali tal-produzzjoni organika stipulati fl-Artikolu 4(g) tal-Proposta għal Regolament. Il-KtR iqis li din hija opportunità mitlufa peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma involuti direttament fl-iżvilupp tal-agrikoltura organika bħala kofinanzjaturi tal-miżuri fil-programmi għall-iżvilupp rurali u jitlob li dan il-pjan jissaħħaħ u jiġi finanzjat aħjar; |
Sussidjarjetà u proporzjonalità
|
4. |
Xi miżuri proposti, notevolment it-tneħħija tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jagħmlu eċċezzjonijiet, iqajmu tħassib mil-lat tas-sussidjarjetà, peress li huwa dubjuż humiex neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa u jipprovdu benefiċċju ċar. Barra minn hekk, il-proposta tmur lil hinn minn dak meħtieġ; ir-reviżjoni kompleta tal-leġislazzjoni preżenti hija prematura u tolqot wisq aspetti, barra milli tirrappreżenta potenzjal ta' ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità billi hemm modi oħrajn inqas restrittivi kif jistgħu jintlaħqu r-riżultati mixtieqa. It-tħassib imsemmi hawn fuq ġie enfasizzat fil-konsultazzjoni dwar is-sussidjarjetà li twettqet mill-Kumitat tar-Reġjuni (1). |
L-istruttura tar-Regolament
|
5. |
jirrakkomanda li l-atti delegati previsti fil-Kapitolu III – Ir-regoli dwar il-produzzjoni – jiġu żviluppati bħala parti mir-Regolament prinċipali biex il-KtR ikollu l-opportunità joffri fehmtu dwar din il-parti essenzjali tar-Regolament. Il-leġislazzjoni hija magħmula minn regolament wieħed u annessi li jinkludu r-regolamenti speċifiċi għall-produzzjoni. Ir-Regolament huwa magħmul minn 45 artikolu li minnhom 29 jipprevedu atti delegati. Il-KtR m'għandux il-kompetenza li jivvaluta l-atti delegati għalkemm dawn jinsabu fil-partijiet kollha tar-Regolament. B'mod partikolari t-13-il att delegat dwar ir-regoli ta' produzzjoni huma kruċjali għall-kontinwità tas-settur organiku fil-livell lokali u reġjonali. L-Artikolu 290 tat-TFUE jistabbilixxi li l-elementi essenzjali ta' qasam għandhom ikunu riservati għall-att leġislattiv u għaldaqstant ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' delega ta' setgħa. Għalhekk l-istruttura tar-Regolament mhijiex konformi mal-prinċipju tat-TFUE; |
|
6. |
jirrakkomanda li l-Proposta tiġi prevista b'rabta mal-Proposta għal Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali. Il-kontroll marbut mar-regoli dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi diġà ġie elaborat fir-Regolament propost dwar il-kontrolli uffiċjali. Il-KtR, fl-Opinjoni tiegħu dwar dan ir-Regolament, oġġezzjona għall-kompetenza tal-Kummissjoni li tistabbilixxi atti delegati għal regoli speċifiċi dwar it-twettiq ta' kontrolli uffiċjali. Il-KtR enfasizza li huwa assolutament neċessarju li jiġu previsti direttament fir-Regolament id-dispożizzjonijiet kollha li għandhom konsegwenzi konsiderevoli għall-fattibbiltà tal-kontrolli u għall-baġits tal-Istati Membri; |
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
|
7. |
jirrakkomanda li jiġi limitat b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġislazzjoni speċifika dwar il-produzzjoni u l-kontroll, li għandu jinkludi l-mument meta l-prodott organiku jkun ippakkjat, ittikkettat u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur aħħari f'imballaġġ invjolabbli jew, jekk ikun hemm bżonn u fil-każ li jiġi kkummerċjalizzat bl-ingrossa, mingħajr l-imballaġġ oriġinali tiegħu jew f'imballaġġ li mhuwiex invjolabbli, sal-mument meta jiġi kkummerċjalizzat għall-konsumatur aħħari; |
|
8. |
jirrakkomanda li d-definizzjoni ta' “grupp ta' operaturi” fl-Artikolu 3 tiġi bbażata wkoll fuq id-definizzjoni reġjonali tal-“operaturi ż-żgħar” abbażi tal-introjtu. Il-Kummissjoni tiddefinixxi “grupp ta' operaturi” biex tnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ż-żgħar individwali. Il-KtR japprezza din l-intenzjoni iżda ma jistax jaqbel mad-definizzjoni tal-“operaturi ż-żgħar” abbażi biss tal-ettari ta' art għall-kultivazzjoni; fil-fatt 5 ettari ta' ortikultura fis-serer huma meqjusa bħala impriża kbira, filwaqt li 5 ettari ta' superfiċje ta' mergħat fil-muntanji jitqiesu bħala impriża fuq skala żgħira; |
Ir-regoli tal-produzzjoni
|
9. |
jirrakkomanda li tinżamm il-possibbiltà ta' agrikoltura parallela. Bl-Artikolu 7(1)(a) dwar ir-regoli ġenerali tal-produzzjoni, il-Kummissjoni twaqqaf il-prattika eżistenti tal-impriżi li jaħdmu b'taħlita ta' metodi organiċi u konvenzjonali. Madwar kwart mill-operaturi organiċi fl-Ewropa jipproduċu prodotti kemm konvenzjonali kif ukoll organiċi. L-operaturi tal-agrikoltura parallela kollha kemm huma jiġu kontrollati mill-awtoritajiet ta' kontroll għall-prodotti organiċi. Il-KtR huwa tal-fehma li dawn l-impriżi b'attivitajiet imħallta huma tajbin għall-interazzjoni bejn l-agrikoltura organika u dik konvenzjonali u b'hekk jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà u l-innovazzjoni fl-agrikoltura. Il-KtR jibża' li bil-projbizzjoni tal-impriżi b'attivitajiet imħallta parti mill-produtturi organiċi ser jispiċċaw jew biex isalvaw iridu jfittxu strutturi amministrattivi (separazzjonijiet) biex jevitaw din ir-regola; |
|
10. |
jirrakkomanda li flimkien mal-impriżi ta' trobbija u ta' riproduzzjoni tal-annimali jintlaħaq ftehim dwar perjodu ta' tranżizzjoni realistiku biex jaqilbu għar-regola ta' 100 % tal-materjal organiku. Il-Kummissjoni eliminat diversi eċċezzjonijiet għar-regoli u fl-Artikoli 10, 11 u 12 tipproponi li fil-produzzjoni tal-pjanti organiċi, il-prodotti veġetali, l-annimali u l-algi u l-annimali tal-akkwakultura jista' tintuża biss materja prima organika. Ħafna mir-reġjuni għadhom 'il bogħod ħafna minn din il-prattika għax m'hemmx biżżejjed materja prima organika. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed tipprevedi perjodu ta' tranżizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2021. Il-KtR huwa tal-fehma li dan il-perjodu mhux se jkun realistiku jekk ma jkunx akkumpanjat minn miżuri ta' appoġġ speċifiċi u jitlob li fl-2019 issir valutazzjoni ta' din l-iskadenza biex jiġi żgurat li ma twassalx għal nuqqas ta' materja prima organika u telf ta' produzzjoni; |
|
11. |
jirrakkomanda li l-modalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-varjetajiet organiċi fil-lista uffiċjali jiġu adattati qabel ma jitneħħew l-eċċezzjonijiet għall-użu taż-żrieragħ. Fl-Opinjoni dwar “Ir-riżorsi ġenetiċi agrikoli – mill-konservazzjoni sal-użu sostenibbli” (CdR 1277/2014 fin) il-KtR iqis li r-regoli dwar l-inklużjoni fil-lista uffiċjali ta' tipi u varjetajiet mhumiex adatti għaż-żrieragħ organiċi. Fil-fehma tal-KtR, il-proposta l-ġdida għal regolament dwar il-produzzjoni u l-offerta fis-suq ta' materjal għall-kultivazzjoni tal-pjanti għandha toffri l-possibbiltà biex iż-żrieragħ organiċi jiġu ċċertifikati abbażi tal-kriterji li jkunu adatti għall-agrikoltura organika; |
|
12. |
iqis li l-Kummissjoni qed tgħaddi minn sistema ta' obbligu li jsir sforz għal obbligu ta' riżultati billi tnaqqas il-livell limitu għal materjali mhux permessi fil-prodotti organiċi fl-Artikolu 20. Il-KtR ma jappoġġjax sistema apparti ta' obbligu ta' riżultati għas-settur organiku u huwa tal-fehma li l-ikel kollu Ewropew għandu jkun konformi mal-istess regoli tas-sigurtà tal-ikel; |
|
13. |
jekk jiddaħħal livell limitu għall-materjali mhux permessi fil-prodotti organiċi iktar fit-tul, ikun hemm bżonn qabel kollox li r-regoli jiġu ċċarati b'tali mod li l-produtturi jiġu kkumpensati mill-Istati Membri għat-telf li jkunu ġarrbu. Il-bdiewa tal-prodotti organiċi ma jistgħux jevitaw li l-prodotti tagħhom ikollhom residwi jekk il-ġirien li jipproduċu prodotti konvenzjonali ma jieħdu l-ebda miżura ta' protezzjoni kontra t-tniġġis potenzjali. Il-KtR huwa tal-fehma li danni bħal dawn li jirriżultaw mid-deċertifikazzjoni m'għandhomx ikunu r-responsabbiltà tal-produttur tal-prodotti organiċi jew l-awtoritajiet lokali jew reġjonali. Il-Proposta għal Regolament tipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu ħlasijiet nazzjonali mill-istrumenti tal-PAK biex jikkumpensaw għat-telf li jkun iġġarrab. Madankollu, il-Kummissjoni ma tagħti l-ebda idea tal-konsegwenzi baġitarji ta' din il-miżura għax ir-regoli għall-kumpens mhumiex ċari; |
Kummerċ ma' pajjiżi terzi
|
14. |
il-Kummissjoni tipproponi li l-prinċipju tal-ekwivalenza jiġi żviluppat għall-kummerċ ma' pajjiżi terzi fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali. B'hekk, il-paragun tal-miżuri ta' kontroll u r-regoli ta' produzzjoni jsiru parti mill-ftehim kummerċjali. Il-KtR iqis li dan mhuwiex trasparenti biżżejjed u jista' jkun ta' ħsara għall-fiduċja tal-konsumatur u jirrakkomanda li, fir-rigward tal-kwistjoni tal-ekwivalenza għall-ftehimiet kummerċjali, jiġu stabbiliti regoli ta' proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun tista' tidħol f'negozjati ma' pajjiżi terzi b'mod trasparenti. Biex tiżdied it-trasparenza waqt it-tħejjija tal-ftehimiet, huwa importanti li l-Kunsill jagħti mandat li jinkludi regoli assoċjati u li l-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Kunsill dwar il-ftehimiet konklużi; |
Dispożizzjonijiet proċedurali, tranżizzjonali u finali
|
15. |
jirrakkomanda li tinżamm il-prattika eżistenti tal-kontrolli regolari fuq il-post. L-Artikolu 44(3) tal-Proposta għal Regolament jinkludi emenda għall-Artikolu 23 tal-Proposta għal Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali. Il-prattika attwali tal-kontrolli annwali fuq il-post b'hekk qed tiġi sostitwita b'sistema ta' kontroll ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju. Din l-emenda saret biex jitnaqqsu l-ispejjeż. L-istess bħall-IFOAM, AREPO u l-EOCC, il-KtR iqis dan bħala żvilupp mhux mixtieq. Il-kontrolli huma importanti għall-fiduċja tal-konsumatur u permezz tagħhom il-produtturi jingħataw feedback utli; |
Pjan ta' azzjoni għall-biedja organika
|
16. |
jirrakkomanda li tiġi stabbilita pjattaforma għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-pjan ta' azzjoni bil-għan li tippromovi u tivvaluta l-implimentazzjoni tiegħu. Il-parteċipanti f'din il-pjattaforma jkunu jiġu mit-trijangolu tad-deheb magħmula minn intraprendituri, il-gvernijiet u l-qasam tal-edukazzjoni u r-riċerka. Speċifikament din il-pjattaforma għandha tinkludi r-rappreżentanti tal-kumpaniji, l-edukazzjoni u x-xjenza, l-Istati Membri u r-reġjuni flimkien ma' kumitat ta' konsumaturi u ta' assoċjazzjonijiet ambjentalisti. Il-KtR jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mira ta' 10 % tal-art ikkultivata b'mod organiku sal-2020 għall-pjan ta' azzjoni. Fil-punti 17 u 18 hawn taħt jissemmew azzjonijiet meħuda mir-reġjuni li jistgħu jiġu koordinati minn din il-pjattaforma; |
|
17. |
iħeġġeġ l-introduzzjoni tal-prodotti organiċi fil-catering industrijali. Il-catering industrijali għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, dawk tal-gvern, l-istituti tal-kura u l-kumpaniji jistgħu jagħtu spinta lill-iżvilupp u l-organizzazzjoni tal-produzzjoni organika lokali. L-introduzzjoni ta' prodotti organiċi fil-kċejjen industrijali ħafna drabi taqa' fil-qafas tal-politika lokali. Il-KtR jirrakkomanda li jsiru sforzi biex jiġi żgurat li 75 % mill-ikel fil-canteens tal-iskejjel ikun ġej minn prodotti tajbin għas-saħħa, organiċi u/jew lokali u biex tinħoloq bażi tad-data ta' informazzjoni u suġġerimenti għall-prodotti tajbin għas-saħħa, organiċi u reġjonali fil-catering industrijali; |
|
18. |
jirrakkomanda l-protezzjoni tas-sorsi tal-ilma u ż-żoni naturali permezz tal-biedja organika. Diversi reġjuni kellhom esperjenzi pożittivi bit-taħlita ta' protezzjoni u sorsi tal-ilma fiż-żoni naturali permezz tal-biedja organika. Il-KtR jirrakkomanda li jsir skambju tal-esperjenzi biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jitħeġġu jiġu involuti f'dan l-approċċ. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Premessa 9 ġdida
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
|
Għandha tiġi prevista ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta' produzzjoni, b'tali mod li l-istandards u l-ħtiġiet tal-kundizzjonijiet klimatiċi jew ġeografiċi lokali jkunu jistgħu jiġu adattati għall-prattiki ta' trobbija partikolari u għall-istadji tal-iżvilupp tal-prodotti organiċi. Bis-saħħa t'hekk għandhom ikunu jistgħu jiġu applikati r-regoli eċċezzjonali iżda biss fil-limiti tal-kundizzjonijiet speċifiċi previsti mil-leġislazzjoni tal-UE. Livell ikbar ta' flessibbiltà m'għandux imur kontra l-ħidma ta' ċertifikazzjoni li għandha tkun effettiva u armonizzata u dan ifisser li ser ikollhom jiġu stabbiliti b'mod ċar il-kriterji u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet u li dawn għandhom jiġu inklużi fir-regolament bażiku. |
Raġuni
L-emenda tfasslet b'tali mod biex tiżgura li l-Proposta għal Regolament attwali jinkorpora l-flessibbiltà meħtieġa biex jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali.
Emenda 2
Artikolu 2(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“It-Trattat”) u għal xi prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, safejn dawk il-prodotti agrikoli u dawk il-prodotti l-oħrajn huma maħsubin li jiġu prodotti, ippreparati, distribwiti, kummerċjalizzati, importati jew esportati bħala organiċi. |
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“It-Trattat”) u għal xi prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, safejn dawk il-prodotti agrikoli u dawk il-prodotti l-oħrajn huma maħsubin li jiġu prodotti, ippreparati, distribwiti, kummerċjalizzati, importati jew esportati bħala organiċi u sakemm ikunu ppakkjati, tikkettati u lesti għall-konsum finali tagħhom f'imballaġ invjolabbli, jekk ikun hemm bżonn u fil-każ li jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa, mingħajr l-imballaġġ oriġinali tagħhom jew f'imballaġġ li mhuwiex invjolabbli, sal-mument meta jaslu għand il-konsumatur aħħari; |
|
Il-prodotti tal-kaċċa u tas-sajd ta’ annimali selvaġġi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala prodotti organiċi. |
Il-prodotti tal-kaċċa u tas-sajd ta' annimali selvaġġi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala prodotti organiċi. |
Raġuni
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kamp ta' applikazzjoni u r-regoli tal-produzzjoni jkunu definiti b'mod ċar sa minn meta l-prodott jitlaq mir-razzett sal-mument meta jkun invjolabbli u/jew jilħaq il-konsumatur aħħari.
Emenda 3
Artikolu 3(7)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
'grupp ta' operaturi' tfisser grupp li fih kull operatur huwa bidwi li għandu azjenda sa ħames ettari ta' erja agrikola utilizzata u li jista', minbarra l-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf, ikun involut fl-ipproċessar tal-ikel jew tal-għalf; |
'grupp ta' operaturi' tfisser grupp li fih kull operatur huwa bidwi li skont l-istandards fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat jista' jiġi definit bħala bidwi b'attività agrikola fuq skala żgħira għandu azjenda sa ħames ettari ta' erja agrikola utilizzata u li jista', minbarra l-produzzjoni tal-ikel u/jew tal-għalf, ikun involut fl-ipproċessar tal-ikel u/jew tal-għalf; |
Raġuni
L-interpretazzjoni ta' “bidwi b'attività agrikola fuq skala żgħira” tiddependi ħafna mill-kuntest lokali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinterpretaw din id-definizzjoni huma stess.
Emenda 4
Artikolu 7(1)(a)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
L-operaturi għandhom jikkonformaw mar-regoli ta' produzzjoni ġenerali li ġejjin: |
L-operaturi għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ produzzjoni ġenerali li ġejjin: |
||||
|
|
Raġuni
Attività kummerċjali mħallta hija tajba għall-interazzjoni bejn il-biedja agrikola u dik konvenzjonali. Projbizzjoni fuq attività kummerċjali mħallta twassal biex parti mill-produtturi organiċi jisparixxu.
Emenda 5
Artikolu 20
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Il-preżenza ta' prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati |
Il-preżenza ta' prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-KtR ma jappoġġjax sistema apparti għall-obbligu tar-riżultati għas-settur organiku.
Emenda 6
Artikolu 30
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
L-ekwivalenza skont ftehim kummerċjali |
L-ekwivalenza skont ftehim kummerċjali |
||
|
Pajjiż terz rikonoxxut imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 28(1)(b) (ii) huwa pajjiż terz li l-Unjoni rrikonoxxiet skont ftehim kummerċjali, li għandu sistema ta’ produzzjoni li tilħaq l-istess għanijiet u prinċipji bl-applikazzjoni tar-regoli li jiżguraw l-istess livell ta’ garanzija ta’ konformità bħal dawk tal-Unjoni. |
|
||
|
|
|
||
|
|
|
Raġuni
Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur il-prinċipju ta' ekwivalenza għandu jkun ibbażat fuq it-tqabbil tal-miżuri ta' kontroll u r-regoli ta' produzzjoni.
Emenda 7
Artikolu 36(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
L-eżerċitu tad-delega |
L-eżerċitu tad-delega |
||||
|
|
Raġuni
Il-KtR huwa tal-fehma li bħala l-korp konsultattiv Ewropew għandu jkun jista' jagħti opinjoni dwar suġġetti li huma ta' interess kruċjali għar-reġjuni. Peress li t-Trattat ma jippermettix li l-KtR jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-atti delegati, il-KtR jixtieq ikun jista' jagħti opinjoni lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-atti delegati.
Emenda 8
Artikolu 44(3)(3)(c)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
B'rabta mar-regoli msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2), l-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar: |
B'rabta mar-regoli msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2), l-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar: |
||||
|
|
Raġuni
Il-kontrolli regolari fuq il-post huma importanti għall-fiduċja tal-konsumatur u permezz tagħhom il-produtturi jingħataw feedback utli. Għalhekk huwa importanti li dawn il-kontrolli jiġu infurzati.
Emenda 9
Anness II, Parti II, 1.4.1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Dan ir-rekwiżit iwassal biex jgħibu ħafna impriżi tat-trobbija organika tal-bhejjem f'għadd ta' reġjuni Ewropej, peress li llum il-ġurnata huwa diffiċli ferm għall-bdiewa li jiddependu kompletament mill-impriża proprja jew oħra fil-viċin biex jitimgħu l-bhejjem tagħhom.
Brussell, 4 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel LEBRUN
(1) Konsultazzjoni ta-Netwerk tal-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà u l-Grupp ta' Esperti dwar is-Sussidjarjetà, li ġiet organizzata bejn is-16 ta' April u s-26 ta' Mejju 2014. Rapport disponibbli hawn: http://portal.cor.europa.eu/subsidiarity/Observations2014/COM%20(2014)%20180%20860ce890ecc54e2dbf32defbd5e433c4/Report%20consultation%20Organic%20farming.pdf