ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 13

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
16ta' Jannar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 013/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 013/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

2

2015/C 013/03

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 013/04

Sejħa għal proposti — GR/001/15 — Appoġġ għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-Proprjetà Intellettwali u d-danni tal-falsifikazzjoni u l-piraterija

3

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 013/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7491 — LIXIL/Grohe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2015/C 013/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7457 — CVC/Paroc) ( 1 )

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Jannar 2015

(2015/C 13/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1708

JPY

Yen Ġappuniż

136,48

DKK

Krona Daniża

7,4346

GBP

Lira Sterlina

0,76720

SEK

Krona Żvediża

9,4611

CHF

Frank Żvizzeru

1,0280

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9140

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,841

HUF

Forint Ungeriż

322,39

PLN

Zloty Pollakk

4,3008

RON

Leu Rumen

4,4964

TRY

Lira Turka

2,6720

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4143

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3855

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0751

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4883

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5479

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 262,95

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,4057

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2509

HRK

Kuna Kroata

7,6877

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 674,67

MYR

Ringgit Malażjan

4,1689

PHP

Peso Filippin

52,216

RUB

Rouble Russu

75,4100

THB

Baht Tajlandiż

38,338

BRL

Real Brażiljan

3,0537

MXN

Peso Messikan

16,9345

INR

Rupi Indjan

72,3361


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 13/02)

Stat Membru

Ċipru

Rotta kkonċernata

Larnaka–Brussell (Zaventem)–Larnaka

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligu tas-servizz pubbliku

Id-29 ta’ Marzu 2015

Indirizz minn fejn jistgħu jinksibu t-test u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumenti rilevanti relatati mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Department of Civil Aviation

Alpha Business Centre

Pindarou St. 27

Nicosia

CYPRUS

Tel. +357 22404104

Fax +357 22766552

Sit elettroniku: http://www.mcw.gov.cy/mcw/dca/

Għall-attenzjoni ta’: Is-Sur Antonis Lemesianos

Posta elettronika: director@dca.mcw.gov.cy


16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 13/03)

Stat Membru

Ċipru

Rotta kkonċernata

Larnaka–Brussell (Zaventem)–Larnaka

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

id-29 ta’ Marzu 2015 – it-28 ta’ Marzu 2019

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumenti rilevanti relatati mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Department of Civil Aviation

Alpha Business Centre

Pindarou St. 27

Nicosia

CYPRUS

Tel. +357 22404104

Fax +357 22766552

Sit elettroniku: http://www.mcw.gov.cy/mcw/dca/

Għall-attenzjoni ta’: Is-Sur Antonis Lemesianos

Posta elettronika: director@dca.mcw.gov.cy


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/3


Sejħa għal proposti

GR/001/15

Appoġġ għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-Proprjetà Intellettwali u d-danni tal-falsifikazzjoni u l-piraterija

(2015/C 13/04)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

L-għan ġenerali tas-sejħa għal proposti huwa s-sensibilizzazzjoni dwar il-valur, il-benefiċċji tal-Proprjetà Intellettwali (IP) kif ukoll id-danni tal-ksur billi jiġu involuti l-partijiet interessati, il-multiplikaturi, il-midja u jiġu stimulati l-laqgħat bejn il-persuni.

L-għanijiet speċifiċi ta’ din is-Sejħa għal Proposti huma li tiffamiljarizza liċ-ċittadini tal-UE mal-proprjetà intellettwali u l-valur li għandha, kif ukoll biex tinformahom dwar il-perikli tal-falsifikazzjoni u l-piraterija, turi liċ-ċittadini tal-UE x’impatt għandha l-proprjetà intellettwali fuq il-ħajja ta’ kuljum tagħhom, tinterpreta jew ixxejjen l-ideat żbaljati u tbiddel il-mentalità dwar l-IP u b’mod partikolari dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija.

Ir-riżultati mistennija għandhom:

Jinfurmaw liċ-ċittadini tal-UE u b’mod speċjali lill-gruppi fil-mira ta’ prijorità bħal dawk li jfasslu l-politika u l-midja, l-SMEs u ż-żgħażagħ, dwar l-IP u kwistjonijiet relatati mal-IP, b’mod partikolari billi jittejjeb il-fehim tal-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-IP permezz ta’ mezz aktar kreattiv u pożittiv ta’ għoti ta’ informazzjoni, b’tali mod li l-IP ikollha rabta iżjed mill-qrib mal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u tingħata informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-IP f’termini tal-innovazzjoni, il-kreattività, it-tkabbir u l-impjiegi.

Joħolqu responsabbiltà, billi jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ relazzjoni emozzjonali mal-IP sabiex il-benefiċċji tal-IP jiġu pperċepiti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, billi tinħoloq konnessjoni bejn l-iżviluppi fil-qasam tal-IP u l-ħajja tal-konsumaturi

Ibiddlu l-mentalità u finalment l-imġiba, billi jikkontribwixxu biex jikkontestaw prekonċezzjonijiet u jippreżentaw l-IP permezz ta’ azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni minn angolu ta’ interess personali.

2.   Applikanti eliġibbli

L-applikanti meqjusa eliġibbli biex jirrispondu għal din is-sejħa għandhom:

ikunu entità ġuridika, pubblika jew privata. Organizzazzjoni bħal din tista’ tkun:

organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, assoċjazzjoni, NGOs;

korp pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;

università, fondazzjoni …

ikunu rreġistrati f’wieħed mit-28 Stat Membru u jipprovdu evidenza mill-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tagħhom li tiċċertifika li l-applikant huwa stabbilit u rreġistrat b’mod korrett għal aktar minn sentejn.

Entitajiet pubbliċi li jirċievu fondi jew appoġġ mill-UASI permezz ta’ miżuri oħra ta’ finanzjament bħal programmi ta’ kooperazzjoni, li għandhom l-għan li jsegwu l-istess għanijiet bħal din is-sejħa mhumiex eliġibbli (eż. uffiċċji nazzjonali u reġjonali tal-IP, organizzazzjonijiet internazzjonali).

Fil-każ li jkun jaġixxi ma’ sħab assoċjati li jipparteċipaw fi proposta irrispettivament mir-rwol tagħhom fil-proġett, kull sieħeb għandu jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà kif applikabbli għall-applikant innifsu u għandu jiffirma ittra ta’ intenzjoni.

Applikazzjoni tista’ tiġi kkoordinata u sottomessa biss — f’isem il-parteċipanti kollha - minn applikant wieħed, ir-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni applikanti.

Persuni fiżiċi ma jistgħux japplikaw għal għotja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

It-tul massimu (perjodu ta’ eliġibbiltà) huwa ta’ 12-il xahar mid-data tal-firma tal-ftehim tal-għotja. Tista’ tingħata estensjoni għal massimu ta’ 6 xhur addizzjonali.

Setturi jew temi speċifiċi li għandhom jirrelataw magħhom l-azzjonijiet huma l-proprjetà intellettwali u kwistjonijiet relatati mal-falsifikazzjoni u l-piraterija ta’ drittijiet tal-IP.

L-azzjonijiet għandhom jitwettqu f’wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: it-28 Stat Membru tal-UE.

Tipi ta’ azzjoni li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa: attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, li jistgħu jitkejlu u jiġu evalwati kontra indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin pre-definiti. L-azzjonijiet b’dimensjoni interattiva, inkluż konnessjonijiet ma’ midja soċjali/pjattaformi online huma mħeġġa.

It-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin mhumiex eliġibbli:

proġetti li għandhom x’jaqsmu biss jew prinċipalment ma’ sponsorizzazzjonijiet individwali għal attivitajiet ta’ parteċipazzjoni jew fejn wieħed jitkellem f’sessjonijiet ta’ ħidma, seminars, konferenzi u kungressi jew kwalunkwe avveniment ieħor;

proġetti li għandhom x’jaqsmu biss jew prinċipalment ma’ boroż ta’ studju individwali għal studji jew korsijiet ta’ taħriġ;

L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa jkopru pereżempju (mhux eżawrjenti):

attivitajiet tal-midja u tal-midja soċjali,

produzzjoni u tixrid ta’ materjali awdjoviżivi, pubblikazzjonijiet, komunikazzjonijiet elettroniċi

organizzazzjoni ta’ avvenimenti, fieri, wirjiet, attivitajiet ta’ taħriġ, eċċ.

inforikreazzjoni (dibattiti, programmi taż-żgħażagħ, kwiżżijiet, programmi tal-mużika …)

għodod, attivitajiet, soluzzjonijiet, eċċ. ibbażati fuq l-Internet

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 6 tal-Linji Gwida għall-applikanti.

4.   Kriterji tal-esklużjoni

L-applikanti ma għandhomx ikunu f’sitwazzjoni li jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni u/jew mill-għoti kif definit mir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli ta’ applikazzjoni tiegħu.

5.   Kriterji tal-għażla

L-applikanti għandhom jissottomettu dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, mimlija u ffirmata, li tiċċertifika l-istatus tagħhom bħala persuna ġuridika u l-kapaċità finanzjarja u operattiva tagħhom biex iwettqu l-attivitajiet proposti.

6.   Kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti għall-ivvalutar ta’ proposta jiġu allokati minn total ta’ 100 abbażi tal-ponderazzjoni li ġejja:

 

Limitu minimu

Punteġġ massimu

1.

Rilevanza u interess ġenerali tal-proġett

15

25

2.

L-ilħiq u l-impatt

15

25

3.

Sostenibbiltà tal-proġett u marġini għar-replikazzjoni

12

20

4.

Metodoloġija

12

20

5.

Kosteffettività

6

10

Total

60

100

Sabiex jitqiesu għall-finanzjament, il-proposti għandu jkollhom punteġġ ta’:

mill-inqas 60 punt globalment

u

mill-inqas il-punti minimi f’kull wieħed mis-sottokriterji.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 9 tal-Linji Gwida għall-applikanti.

7.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa attwali huwa ta’ EUR 500 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UASI ma tistax taqbeż it-80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli sottomessi mill-applikant u għandha tkun fl-ammont ta’ bejn EUR 15 000 u EUR 50 000.

L-UASI tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

8.   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

Il-pakkett ta’ applikazzjoni huwa disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://oami.europa.eu/ohimportal/en/grants

L-applikazzjonijiet għall-għotja għandhom jitfasslu f’waħda mil-lingwi li ġejjin: Ingliż, Franċiż, Spanjol, Ġermaniż u Taljan u bl-użu tal-pakkett ta’ applikazzjoni uffiċjali. Applikazzjonijiet bl-Ingliż huma mħeġġa.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015 abbażi tat-timbru tal-posta jew il-konsenja bl-idejn lill-UASI fl-indirizz li ġej:

Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji)

Avenida de Europa 4

03008 Alicante

ESPAÑA

Ma huwa se jiġi aċċettat l-ebda metodu ieħor ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni.

L-applikazzjonijiet li ma jinkludux l-annessi kollha stipulati u li ma jiġux sottomessi qabel l-iskadenza mhumiex se jiġu kkunsidrati.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 14 tal-Linji Gwida għall-applikanti.

9.   Id-dettalji kollha

It-test sħiħ tal-linji gwida għall-applikanti huwa disponibbli fl-indirizz tal-Internet li ġej: https://oami.europa.eu/ohimportal/en/grants

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti.

10.   Kuntatt

Jekk tiltaqa’ ma’ problema teknika fir-rigward tal-pakkett ta’ applikazzjoni jew jekk għandek mistoqsijiet speċifiċi dwar il-proċess ta’ applikazzjoni, tista’ tibgħat posta elettronika fuq l-indirizz elettroniku li ġej: grants@oami.europa.eu


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7491 — LIXIL/Grohe)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 13/05)

1.

Fid-9 ta’ Jannar 2015 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża LIXIL Group Corporation (“LIXIL”, il-Ġappun) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża Grohe Group S.àr.l kollha hi. (“Grohe”, il-Lussemburgu), permezz ta’ emendi kuntrattwali. Grohe bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn LIXIL u Development Bank of Japan.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal LIXIL: provvista ta’ materjali għall-bini u tagħmir għad-djar; inklużi l-prodotti sanitarji,

—   għal Grohe: provvista ta’ prodotti sanitarji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7491 — LIXIL/Grohe, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7457 — CVC/Paroc)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 13/06)

1.

Fit-8 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku indirett ta’ Paroc Group kollu kemm hu (“Paroc”, il-Finlandja) permezz tax-xiri ta’ ishma f’Safari Finco 1 Oy, il-kumpanija prinċipali ta’ Paroc.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CVC: konsulenza lil u ġestjoni ta’ fondi tal-investiment;

—   għal Paroc: il-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali għall-użu fil-bini u applikazzjonijiet industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza: M.7457 — CVC/Paroc, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Brussels/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).