ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 6

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
10ta' Jannar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 006/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7463 — CVC/Betafence) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 006/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

2

2015/C 006/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 006/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 006/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7469 — Itochu / Hitachi Construction Machinery / Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia / JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 006/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

6

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7463 — CVC/Betafence)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 6/01)

Fil-5 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7463. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

10.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

(2015/C 6/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

Il-Kunsill biħsiebu jġedded il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK. Il-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu elementi ġodda li jikkonċernaw il-persuni kollha elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011. Il-persuni kkonċernati huma b’dan infurmati li huma jistgħu jagħmlu talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni marbuta magħhom, qabel il-15 ta’ Jannar 2015, f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011.


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


10.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

(2015/C 6/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001:

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista' jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELĠJU

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 101/2011.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE.

Id-data personali se tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


Il-Kummissjoni Ewropea

10.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Jannar 2015

(2015/C 6/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1813

JPY

Yen Ġappuniż

140,81

DKK

Krona Daniża

7,4393

GBP

Lira Sterlina

0,77990

SEK

Krona Żvediża

9,4883

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0605

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

28,062

HUF

Forint Ungeriż

317,39

PLN

Zloty Pollakk

4,2699

RON

Leu Rumen

4,4892

TRY

Lira Turka

2,7154

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4506

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3963

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1593

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5115

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5789

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 290,29

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,6655

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3321

HRK

Kuna Kroata

7,6780

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 925,34

MYR

Ringgit Malażjan

4,2054

PHP

Peso Filippin

53,090

RUB

Rouble Russu

72,8910

THB

Baht Tajlandiż

38,846

BRL

Real Brażiljan

3,1389

MXN

Peso Messikan

17,3190

INR

Rupi Indjan

73,6233


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7469 — Itochu / Hitachi Construction Machinery / Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia / JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 6/05)

1.

Fit-23 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Itochu Corporation (“Itochu Group”, il-Ġappun) u Hitachi Construction Machinery Co., Ltd u PT Hexindo Adiperkasa Tbk (“Hitachi Group”, il-Ġappun) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' PT Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia (“JV”, l-Indoneżja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Itochu Group: kummerċ mad-dinja kollha ta' diversi prodotti bħalma huma tessuti, makkinarju, metalli, minerali, enerġija, kimiċi, ikel, teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, realty; assigurazzjoni, servizzi ta’ loġistika, kostruzzjoni u finanzi.

—   Hitachi Group: il-manifattura mad-dinja kollha ta’ makkinarju tal-kostruzzjoni b’enfasi fuq skavaturi idrawliċi u l-bejgħ loaders bir-roti, trakkijiet off-road tal-iskart u xi prodotti oħra.

—   JV: provvista ta' servizzi finanzjarji lil klijenti u negozjanti fir-rigward ta' xiri tal makkinarji u trakkijiet tal-kostruzzjoni ta' Hitachi Group fl-Indonesja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7469 — Itochu / Hitachi Construction Machinery / Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia / JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

10.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/6


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 6/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“TELEMEA DE IBĂNEŞTI”

Nru tal-KE: RO-DPO-0005-01182 – 20.11.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Telemea de Ibăneşti”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Rumanija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3 Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

It-“Telemea de Ibănești” huwa ġobon magħmul mit-tibqit tal-aċidu tal-ħalib minn baqar indiġeni.

Meta jitqiegħed fis-suq, dan il-prodott għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin: il-blokki b’bażi kwadra jistgħu jiżnu bejn 0,3-1,0 kg, filwaqt li l-blokki b’bażi rettangolari jistgħu jiżnu bejn 0,3 u 0,7 kg. Huwa magħmul minn massa kumpatta u soda b’konsistenza regolari, u huwa lixx u kremuż bħall-butir. Dan jitqatta’ faċilment, mingħajr ma jitfarrak. Il-kulur tiegħu jvarja minn abjad għal abjad fl-isfar, u huwa l-istess fil-massa kollha. Għandu togħma pjaċevoli li hija kemmxejn ħelwa u morra u kemmxejn mielħa li mbagħad dejjem tiżdied meta l-ġobon jimmatura. Ir-riħa u l-fwieħa huma delikati u pjaċevoli u jiżdiedu mal-maturazzjoni. Għandu riħa notevoli ta’ mergħat tal-muntanji. L-umdità hija inqas minn 62 % u l-kontenut ta’ xaħam tal-materja niexfa huwa anqas minn 38 %. Il-valur ta’ enerġija tiegħu huwa ta’ 198 kcal għal kull 100 gramma tal-prodott. Fil-ġobon tat-“Telemea de Ibănești”, il-kontenuti minimi ta’ kalċju (Ca) u manjeżju (Mg) huma, rispettivament, 400 mg u 35 mg għal kull 100 gramma tal-prodott.

Dan it-tip ta’ ġobon jista’ jiġi prodott matul is-sena kollha.

Huwa kkummerċjalizzat bl-użu tal-indikazzjonijiet “proaspătă” [frisk] jew “maturată” [matur]. It-“Telemea de Ibănești” frisk – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini jista’ jiġi kkunsmat 24 siegħa wara l-manifattura. Il-perjodu minimu tal-maturazzjoni biex jimmatura t-“Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini huwa ta’ 20 jum mid-data tal-manifattura.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima użata biex tipproduċi l-ġobon “Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini ġejja mill-ħalib tal-baqar imrobbi b’mod estensiv u b’saħħtu, kif ukoll imrobbi u miżmum fil-Wied ta’ Gurghiu.

Għat-tames tal-ħalib, jintuża t-tames bil-mikrobi.

Għat-tmellieħ, tintuża s-salmura mill-bir bl-ilma mielaħ ta’ Orșova. Din is-salmura fiha: 184,4 mg kalċju u 94,6 mg manjeżju f’kull litru, meta mqabbel ma’ 88,2 mg kalċju u 32,4 mg manjeżju għal kull litru bis-salmura minn ilma tax-xorb u melħ, fl-istess konċentrazzjoni ta’ melħ bejn 21 u 23 %.

Is-salmura tikkawża żieda fil-pressjoni osmotika, tbaxxi jew twaqqaf l-attività ta’ mikroorganiżmi mhux mixtieqa, u tirregola l-mikroflora fil-ġobon bħala riżultat ta’ effett batterjostatiku tagħha. Dan jiżgura wkoll li l-ġobon jista’ jiġi ppreservat għal żmien twil.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

Il-baqar tal-ħalib li jipproduċu l-materja prima għat-“Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini jintgħalfu esklużivament b’għalf bil-fibra miż-żona ġeografika ddefinita, fil-Wied ta’ Gurghiu.

Fir-rebbiegħa u fis-sajf, il-baqar jagħlfu fuq firxa ta’ ħaxix aħdar permezz ta’ ragħa jew, f’każijiet eċċezzjonali, fuq ġewwa. Fil-ħarifa u fix-xitwa, jintgħalfu bil-ħuxlief maħsud minn fuq il-bur fiż-żona ġeografika ddefinita.

L-għalf għal dawn il-baqar tal-ħalib, ma jinkludi l-ebda għalf ikkonċentrat. Il-perjodu annwali minimu għar-ragħa huwa ta’ 6 xhur.

Il-kwalità tal-ħalib tirriżulta kemm mill-metodu ta’ trobbija fil-beraħ ta’ bhejjem tal-ħalib kif ukoll mill-kwalità ta’ għalf disponibbli fil-Wied ta’ Gurghiu. Il-mergħat u ż-żoni ta’ bur jiġu miżmuma u ffertilizzati esklużivament bl-użu ta’ fertilizzanti naturali (demel).

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-trobbija tal-baqar tal-ħalib, il-ġbir tal-ħalib u s-salmura, u l-ipproċessar, it-tmelliħ u l-maturazzjoni jseħħu kollha fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-blokok tat-“Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini huma ppakkjati f’boroż issiġillalti b’vakwu eżatt wara t-tmelliħ. Il-blokok jistgħu wkoll jiġu ppakkjati f’tankijiet minnufih wara t-tmelliħ, u mbagħad titferra’ s-salmura fuq il-ġobonsakemm jitgħatta biha. Dan jiżgura li l-ġobna żżomm il-konsistenza u t-togħma ħelwa mħallta ma’ dik mielħa, filwaqt li jitneħħa kull riskju ta’ deidratazzjoni u milli jitfarrku l-blokok.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-ġobon “Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini jiġi kkummerċjalizzat f’forma ta’ parallelogrammi jew blokok kubiċi li miegħu tiġi imwaħħla t-tikketta tal-prodott bil-kliem “Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tinkludi ż-żoni amministrattivi tal-muniċipji Gurghiu, Hodac u Ibănești fil-kontea ta’ Mureș. It-territorji ta’ dawn il-muniċipalitajiet jiffurmaw parti mill-Wied ta’ Gurghiu.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ta’ fejn huwa prodott il-ġobon “Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini tikkorrespondi parzjalment mal-wied tax-xmara ta’ Gurghiu. Din iż-żona hija kkaratterizzata minn flora speċifika favur it-trobbija tal-annimali, speċjalment il-baqar tal-ħalib; minn nixxigħat ta’ ilma mielaħ li jużaw in-nies tal-lokal biex jippreservaw il-prodotti tal-ħalib, il-laħam u l-ħxejjex; u xejn anqas min-nies li jippriżervaw it-tradizzjonijiet kulinari u l-artiġġjanat tal-antenati tagħhom.

Il-Wied ta’ Gurghiu għandu klima moderata alpina, huwa mxarrab u kiesaħ fl-ogħla partijiet tiegħu, u għandu klima moderata kontinentali fiż-żona li tiġi ogħla mil-livell kostali. L-abbundanza u d-diversità ta’ flora f’din iż-żona jeżistu bis-saħħa ta’ din il-klima.

L-abbundanza tal-flora fil-Wied ta’ Gurghiu (minn 1 194 speċijiet) u l-preżenza ta’ numru relattivament kbir ta’ speċijiet endemiċi, fil-periklu, vulnerabbli jew rari, jixhdu li f’din iż-żona m’hemmx sorsi ta’ tniġġis.

It-topografija varjata tal-Wied ta’ Gurghiu hija ta’ valur għall-bdiewa fis-settur tal-ħalib u għall-produtturi tal-ġobon tat-Telemea. Iż-żoni msemmija jistgħu jipprovdu l-firxa tal-ħaxix meħtieġa għat-tagħlif tal-baqar tal-ħalib fis-sajf, filwaqt li mbagħad il-ħuxlief jintuża għat-tagħlif fix-xitwa.

L-għoljiet Sânioara, Osoiul u Orungii fil-parti tat-Tramuntana tal-Wied ta’ Gurghiu, u l-għoljiet Isticeu u Măgura fil-Wied ta’ Orșova huma għoljiet antiklinali sub-Karpetjani magħmulin minn fdalijiet tal-epoka Mijoċenika, b’residwi ta’ melħ ‘l hawn u ‘l hemm.

Matul il-ħakma Rumana, inbnew u kienu jitħaddmu bosta minjieri tal-melħ. Wara li ġġarfet waħda minn dawn il-minjieri, ġiet iffurmata xmara mielħa magħrufa bħala Jabenița.

F’din iż-żona, l-ilma ta’ taħt l-art mhuwiex tajjeb għax-xorb għaliex jaqbeż sew il-livell ammissibbli ta’ konċentrazzjoni ta’ melħ (665,23 mg/l ta’ anjoni Cl u 420,5 mg/l ta’ katjoni Na+ u K+).

L-għalf għall-baqar tal-ħalib ma jinkludi l-ebda għalf ikkonċentrat ieħor li jista’ jżid l-aċidità tal-ħalib. Dawn l-azzjonijiet kollha għandhom biss għan wieħed, li jipproduċu ħalib b’togħma tajba u nadifa flimkien ma’ fwieħa u aroma partikolari tal-Wied ta’ Gurghiu.

Minħabba r-reputazzjoni tal-ġobon, ibbażata fuq it-togħma u l-preservazzjoni, il-metodu lokali ta’ produzzjoni tat-“Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini għadda minn ġenerazzjoni għal oħra.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-isem tal-ġobon “Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini jikkorrespondi għal ġobon artab sa kemmxejn iebes li għandu togħma pjaċevoli u ftit mielħa mill-ħalib ta’ bhejjem imrobbija fil-Wied ta’ Gurghiu.

Il-konsistenza tiegħu u l-kontenut għoli ta’ Ca u Mg jinkisbu bis-saħħa tal-metodu tat-tmelliħ u l-preservazzjoni li juża salmura mill-bir bl-ilma mielaħ ta’ Orșova. Dawn il-karatteristiċi jagħmluh jispikka iktar minn prodott ieħor li jiġi mmanifatturat permezz ta’ salmura magħmula minn ilma tax-xorb u melħ.

Ir-rapporti ta’ testijiet li saru fuq il-minerali li jinsabu fil-ġobon “Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini li jinżamm fis-salmura mill-bir bl-ilma mielaħ ta’ Orșova, u fuq prodott ieħor li jinżamm fis-salmura magħmula minn ilma tax-xorb u melħ (NaCl) juru kontenut ta’ kalċju (Ca) ta’ 540 mg għal kull 100 gramma tal-ewwel prodott, meta mqabbel ma’ 380 mg għal kull 100 gramma tat-tieni prodott. Il-valuri rispettivi għall-manjesju (Mg) huma ta’ 50 mg u 32 mg għal kull 100 gramma tal-prodott. Huwa dan li jagħti l-Ispeċifiċità tat-“Telemea de Ibănești” meta mqabbel ma’ prodott li jinżamm fis-salmura magħmula minn ilma tax-xorb u melħ.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona tal-produzzjoni hija fil-qofol tagħha bbażata fuq tradizzjoni twila speċifika fil-Wied ta’ Gurghiu fit-trobbija ta’ bhejjem tal-ħalib u fil-produzzjoni u t-tmelliħ tat-“Telemea de Ibănești” – tad-Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini.

Id-dieta varjata u abbundanti tal-baqar tagħti karatteristiċi organolettiċi partikolari lill-ħalib, u minħabba f’hekk il-ġobon għandu togħma u aroma uniċi li jiddistingwuh minn prodotti oħrajn tal-istess kategorija.

Il-ħila u l-esperjenza tan-nies tal-lokal, flimkien ma’ metodi speċifiċi lokali ta’ tmelliħ bl-ilma tas-salmura mill-bir bl-ilma mielaħ ta’ Orșova, jagħmlu l-prodott speċifiku għal dik iż-żona partikolari.

It-tekniki li ilhom jeżistu u għadhom jiġu pprattikati fl-istadji ta’ produzzjoni tat-“Telemea de Ibănești” b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini jinkludu l-koagulazzjoni mgħaġġla tat-tames (inqas minn siegħa) u t-tkissir tal-baqta fi struttura fina. L-għodod tal-passat li għadhom jintużaw sal-lum fil-produzzjoni tat-“Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini, jinkludu għodda magħrufa sew bħala l-“harfă”, li tintuża għat-tqattiegħ tal-baqta, u għodod oħrajn tat-taħlit, bħal ma hi “dog de lemn” (forma ta’ paletta tal-injam), li hija għodda tal-artiġġjanat magħmula prinċipalment mill-injam u użata għat-taħlit tal-baqta b’mod li din ma teħilx mal-ġnub tar-reċipjent.

Il-proċess tat-tmelliħ bl-ilma joħloq bilanċ permanenti bejn il-kostitwenti maħlula fis-salmura u l-kostitwenti tal-ġobon, u jikkawża skambju ta’ joni Na, Ca u Mg u l-joni fil-ġobon. In-nitroġenu maħlul, ix-xaħam, il-lattosju u l-imluħa minerali jgħaddu mill-ġobon għal ġos-salamura, u dan jikkawża solubilizzazzjoni parzjali tal-kontenut ta’ proteini fil-ġobon u bidliet fil-proteini fil-ġobon, li jinfluwenzaw l-istruttura, is-solubilità u l-konformazzjoni tal-proteini. Fl-istess ħin, jgħaddu l-jonji tas-sodju, tal-kalċju u tal-manjesju mis-salmura għal ġol-ġobon.

Xi kultant, l-assorbiment ta’ melħ waqt il-proċess tat-tmellieħ fis-salmura jsir flimkien ma’ żieda fl-ammont ta’ ilma ma’ fejn imiss il-ġobon mas-salmura, dan jiġri b’mod partikolari fis-salmura ħafifa li tkun nieqsa mill-kalċju jew mill-manjesju, u jikkawża difetti bħal qoxra ratba jew toqob tal-gass. Fenomeni bħal dawn ma jseħħux meta tintuża salmura mill-bir bl-ilma mielaħ ta’ Orșova, minħabba l-kontenut għoli ta’ kalċju u manjeżju li fiha.

Vantaġġ ieħor tal-użu tas-salmura li ġejja mill-bir ta’ Orșova huwa l-fatt li l-ġobon jiġi iddeidrat aktar bil-mod u jista’ jinkiseb persentaġġ aktar baxx ta’ kontenut ta’ melħ.

In-nixxiegħat ta’ ilma mielaħ fiż-żona ta’ Orșova jipprovdu sors naturali ta’ salmura għat-tmelliħ u l-ippriservar tat-“Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini. Dawn in-nixxigħat ta’ ilma mielaħ għandhom konċentrazzjonijiet akbar ta’ kalċju u manjeżju.

Sa minn żmien ilu, it-trobbija ta’ baqar tal-ħalib kienet magħmula tradizzjonalment minn familji nukleari li għalihom l-ipproċessar tal-ħalib kien sors importanti ta’ dħul. Jeżisti ammont konsiderevoli ta’ evidenza storika, li tmur lura sas-Seklu 17, li tagħti prova li t-“Telemea de Ibănești” – b’Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini huwa parti mit-tradizzjoni gastronomika ta’ din iż-żona.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

(http://www.madr.ro/docs/ind-alimentara/produse-traditionale/caiet-de-sarcini-telemea-ibanesti.pdf)


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.