ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 448

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
15 ta' Diċembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 448/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 448/02

Kawża C-399/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Grüne Liga Sachsen e.V. et vs Freistaat Sachsen

2

2014/C 448/03

Kawża C-412/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Awwissu 2014 – Dagmar Wedel, Rudi Wedel vs Condor Flugdienst GmbH

3

2014/C 448/04

Kawża C-433/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Domenico Rosa

4

2014/C 448/05

Kawża C-434/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Raffaele Mignone

4

2014/C 448/06

Kawża C-435/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Mauro Barletta

5

2014/C 448/07

Kawża C-436/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Davide Cazzarola

6

2014/C 448/08

Kawża C-437/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Nicola Seminario

6

2014/C 448/09

Kawża C-439/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Settembru 2014 – SC Star Storage SA vs Institutul Naţional de Cercetare-Dezvoltare în Informatică (INCDI)

7

2014/C 448/10

Kawża C-448/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Settembru 2014 – Davitas GmbH vs Stadt Aschaffenburg

8

2014/C 448/11

Kawża C-452/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Settembre 2014 – Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute vs Doc Generici srl

8

2014/C 448/12

Kawża C-454/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

9

2014/C 448/13

Kawża C-455/14 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 minn H mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-271/10, H vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina

10

2014/C 448/14

Kawża C-458/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Promoimpresa srl vs Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia

11

2014/C 448/15

Kawża C-460/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Ottubru 2014 – Johannes Evert Antonius Massar vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

12

2014/C 448/16

Kawża C-462/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Lorenzo Carlucci

12

2014/C 448/17

Kawża C-465/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Ottubru 2014 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs F. Wieland und H. Rothwangl

13

2014/C 448/18

Kawża C-467/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Chiara Baldo

14

2014/C 448/19

Kawża C-472/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Ottubru 2014 – Canadian Oil Company Sweden AB u Anders Rantén vs Riksåklagaren

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 448/20

Kawża T-362/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għall-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Artikolu 107(3)(c) TFUE — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Locus standi — Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati — Inammissibbiltà parzjali — Assenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali

16

2014/C 448/21

Kawża T-422/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Computer Resources International (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni [Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-iżvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Offerta anormalment baxxa — Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Għażla tal-bażi legali — Użu ħażin ta’ poter

17

2014/C 448/22

Kawża T-632/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – Il- Greċja vs Il-Kummissjoni [FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ drittijiet għall-plas uniku — Kooperazzjoni leali — Ekwità — Proporzjonalità — Riżerva nazzjonali — Kriterji ta’ għoti — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Riskju għall-Fondi — Regolament (KE) Nru 1493/1999 — Settur tal-inbid — Reġim ta’ distillazzjoni u ta’ ħlasijiet favur l-użu ta’ ċerti masti — Għajnuna għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ għalieqi tad-dwieli]

17

2014/C 448/23

Kawża T-283/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – FIS’D vs Il-Kummissjoni (Programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus — Ftehim qafas ta’ partenarjat — Ftehim speċifiku ta’ sussidju — Deċiżjoni tal-EACEA li tirrexxindi l-ftehim qafas u li temenda l-ftehim speċifiku — Azzjoni amministrattiva quddiem il-Kummissjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-azzjoni amministrattiva bħala infondata — Ksur tal-ftehimiet u tal-manwal amministrattiv u finanzjarju)

18

2014/C 448/24

Kawżi magħquda T-307/12 u T-408/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Mayaleh vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Funzjonijiet ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja — Rikors għal annullament — Komunikazzjoni ta’ att li għandu miżuri restrittivi — Terminu tar-rikors — Ammissibbiltà — Drittijiet tad-difiża — Smigħ xieraq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Dritt għall-ħajja privata u tal-familja — Applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul lil ċittadin ta’ Stat Membru — Moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni)

19

2014/C 448/25

Kawża T-463/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Novembru 2014 – Popp u Zech vs UASI – Müller-Boré & Partner (MB) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MB — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti MB&P — Użu ġenwin mit-trade preċedenti — Artikolu 42(2) u Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

20

2014/C 448/26

Kawża T-669/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni vs Thomé (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Rifjut ta’ reklutaġġ — Eżistenza ta’ diploma konformi mal-avviż ta’ kompetizzjoni minħabba approvazzjoni — Dannu finanzjarju u morali)

20

2014/C 448/27

Kawża T-166/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2014 – Ben Ali vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi — Proroga — Konsegwenzi ta’ annullament ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi preċedenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

21

2014/C 448/28

Kawża T-327/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Mallis u Malli vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà)

22

2014/C 448/29

Kawża T-328/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà)

22

2014/C 448/30

Kawża T-329/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Chatazithoma vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà)

23

2014/C 448/31

Kawża T-330/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Chatziioannou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà)

24

2014/C 448/32

Kawża T-331/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà)

24

2014/C 448/33

Kawża T-332/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Christodoulou u Stavrinou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà)

25

2014/C 448/34

Kawża T-517/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Pelikan vs UASI – Hachette Filipacchi Presse (be.bag)

26

2014/C 448/35

Kawża T-662/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

26

2014/C 448/36

Kawża T-678/414: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

27

2014/C 448/37

Kawża T-698/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

28

2014/C 448/38

Kawża T-699/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2014 – Topps Europe vs Il-Kummissjoni

29

2014/C 448/39

Kawża T-703/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2014 – Diktyo Amyntikon Biomichanion Net vs Il-Kummissjoni

30

2014/C 448/40

Kawża T-705/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 – Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni

31

2014/C 448/41

Kawża T-709/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Tri-Ocean Trading vs Il-Kunsill

32

2014/C 448/42

Kawża T-716/14: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2014 – Tweedale vs EFSA

33

2014/C 448/43

Kawża T-719/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Tri Ocean Energy vs Il-Kunsill

34

2014/C 448/44

Kawża T-735/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2014 – Gazprom Neft vs Il-Kunsill

35

2014/C 448/45

Kawża T-736/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – Monster Energy vs UASI – Home Focus (MoMo Monsters)

36

2014/C 448/46

Kawża T-741/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – Hersill vs UASI – KCI Licensing (VACUP)

37

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 448/47

Kawża F-4/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 – DH vs Il-Paralament (Servizz pubbliku — Uffiċjal bi prova — Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rapport dwar il-perijodu ta’ prova li jistabbilixxi l-inkompetenza manifesta tal-uffiċjal bi prova — Estensjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova — Assenjazzjoni ġdida — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova — Kundizzjonijiet ta’ żvolġiment tal-perijodu ta’ prova — Inkompetenza professjonali — Dmir ta’ premura — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

38

2014/C 448/48

Kawża F-68/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 – CY vs BĊE (Mewt tar-rikorrenti — Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali — Rinunzja tal-aventi kawża li jkompli bl-azzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

38

2014/C 448/49

Kawża F-90/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

39

2014/C 448/50

Kawża F-92/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew

40

2014/C 448/51

Kawża F-99/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

40

2014/C 448/52

Kawża F-100/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kunsill

41

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2014/C 448/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 439, 8.12.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 431, 1.12.2014

ĠU C 421, 24.11.2014

ĠU C 409, 17.11.2014

ĠU C 395, 10.11.2014

ĠU C 388, 3.11.2014

ĠU C 380, 27.10.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Grüne Liga Sachsen e.V. et vs Freistaat Sachsen

(Kawża C-399/14)

(2014/C 448/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grüne Liga Sachsen e.V. et

Konvenut: Freistaat Sachsen

Intervenjenti: Landeshauptstadt Dresden

Parti oħra: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1), tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Habitats”) għandu jiġi interpretat fis-sens li proġett ta’ kostruzzjoni ta’ pont, li ma jservix direttament il-ġestjoni ta’ sit u li ġie awtorizzat qabel l-inklużjoni ta’ dan is-sit fil-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja, għandu jkun suġġett għal eżami mill-ġdid tal-effetti tiegħu qabel l-implementazzjoni tiegħu jekk is-sit ikun ġie inkluż f’din il-lista wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni iżda qabel l-implementazzjoni tal-proġett u tkun sempliċement twettqet evalwazzjoni tar-riskji/eżami preliminari qabel ma tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1:

L-awtorità nazzjonali hija marbuta tikkonforma ruħha mar-regoli tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva Habitats waqt l-eżami mill-ġdid a posteriori, fil-każ li tkun tixtieq tibbaża ruħha, bħala miżura preventiva, fuq dawn id-dispożizzjonijiet waqt l-evalwazzjoni tar-riskji/eżami preliminari li titwettaq qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1 u ta’ risposta negattiva għad-domanda 2?

Liema huma r-rekwiżiti li għandhom japplikaw skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva Habitats għall-eżami mill-ġdid a posteriori ta’ awtorizzazzjoni mogħtija għal proġett u għal liema data għandu jirreferi dan l-eżami?

4)

Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, permezz ta’ emendi adattati tar-rekwiżiti tal-eżami, fil-kuntest ta’ proċedura addizzjonali intiża li tirrimedja żball ikkonstatat fl-eżami mill-ġdid a posteriori skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva Habitats jew ta’ evalwazzjoni tal-effetti skont l-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva, il-fatt li l-istruttura setgħet tinbena u tkun operabbli peress li d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-pjanijiet kienet direttament infurzabbli, li talba għal miżuri provviżorji ġiet miċħuda u li ma kienx iktar possibbli li d-deċiżjoni ta’ ċaħda tiġi kkontestata? Fi kwalunkwe każ, dan japplika għal eżami alternattiv, li huwa neċessarju a posteriori, fil-kuntest ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva Habitats?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Awwissu 2014 – Dagmar Wedel, Rudi Wedel vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-412/14)

(2014/C 448/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dagmar Wedel, Rudi Wedel

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domandi preliminari

1)

Iċ-ċirkustanzi straordinarji msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1) għandhom ikunu direttament relatati mat-titjira rriżervata?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: liema huwa, għaċ-ċirkustanzi straordinarji, in-numru rilevanti ta’ vjaġġi preċedenti li l-ajruplan użat għat-titjira prevista għandu jkun wettaq? Jeżisti limitu fiż-żmien għat-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jaffettwaw il-vjaġġi preċedenti? Jekk dan ikun il-każ, kif għandu jiġi kkalkolat?

3)

Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew waqt vjaġġi preċedenti jkunu wkoll rilevanti għal titjira ulterjuri: il-miżuri raġonevoli li għandu jieħu t-trasportatur tal-ajru effettiv skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom ikunu intiżi biss għall-prevenzjoni taċ-ċirkustanzi straordinarji jew inkella għall-prevenzjoni ta’ dewmien twil ukoll?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Domenico Rosa

(Kawża C-433/14)

(2014/C 448/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Parti fil-kawża prinċipali

Domenico Rosa

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Nru 72 tas-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak mogħtija preċedentement, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata bil-għan iddikjarat li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi f’sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit tal-allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonjijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-perijodu ridott tal-konċessjonijiet suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu tal-konċessjonijiet konċessi fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni jew b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Raffaele Mignone

(Kawża C-434/14)

(2014/C 448/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Parti fil-kawża prinċipali

Raffaele Mignone

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Nru 72 tas-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak mogħtija preċedentement, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata bil-għan iddikjarat li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi f’sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit tal-allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonjijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-perijodu ridott tal-konċessjonijiet suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu tal-konċessjonijiet konċessi fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni jew b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Mauro Barletta

(Kawża C-435/14)

(2014/C 448/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Parti fil-kawża prinċipali

Mauro Barletta

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Nru 72 tas-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak mogħtija preċedentement, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata bil-għan iddikjarat li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi f’sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit tal-allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonjijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-perijodu ridott tal-konċessjonijiet suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu tal-konċessjonijiet konċessi fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni jew b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Davide Cazzarola

(Kawża C-436/14)

(2014/C 448/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Parti fil-kawża prinċipali

Davide Cazzarola

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Nru 72 tas-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dawk mogħtija preċedentement, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata bil-għan iddikjarat li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi f’sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit tal-allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonjijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-perijodu ridott tal-konċessjonijiet suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu tal-konċessjonijiet konċessi fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni jew b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Nicola Seminario

(Kawża C-437/14)

(2014/C 448/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Parti fil-kawża prinċipali

Nicola Seminario

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Nru 72 tas-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak mogħtija preċedentement, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata bil-għan iddikjarat li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi f’sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit tal-allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonjijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-perijodu ridott tal-konċessjonijiet suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu tal-konċessjonijiet konċessi fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni jew b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Settembru 2014 – SC Star Storage SA vs Institutul Naţional de Cercetare-Dezvoltare în Informatică (INCDI)

(Kawża C-439/14)

(2014/C 448/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Star Storage SA

Konvenut: Institutul Naţional de Cercetare-Dezvoltare în Informatică (INCDI)

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u ta’ xogħlijiet] (1), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni li tissuġġetta l-aċċess għall-proċeduri ta’ rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti għall-obbligu ta’ depożitu bil-quddiem ta’ “garanzija ta’ kondotta tajba”, bħal dik irregolata mill-Artikolu 271a u mill-Artikolu 271b tad-[Digriet Legali urġenti tal-Gvern] Nru 34/2006?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).

(2)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Settembru 2014 – Davitas GmbH vs Stadt Aschaffenburg

(Kawża C-448/14)

(2014/C 448/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Davitas GmbH

Konvenut: Stadt Aschaffenburg

Parti oħra fil-kawża: Landesanwaltschaft Bayern

Domandi preliminari

Il-prodott “De Tox Forte” ikkummerċjalizzat mir-rikorrenti huwa ikel jew ingredjent tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 (1)?

Sabiex tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, huwa suffiċjenti b’mod partikolari li dan il-prodott, li għandu bħala ingredjent il-clinoptilolite fl-istruttura primarja molekulari partikolari tiegħu, ma kienx jintuża bħala ikel qabel il-15 ta’ Mejju 1997, jew huwa neċessarju wkoll li dan il-prodott ikun ġie mmanifatturat permezz ta’ proċess li jwassal għal struttura molekulari ġdida jew immodifikata intenzjonalment, li jfisser li din hija sustanza li ma kinitx teżisti preċedentement b’mod naturali f’din l-għamla?


(1)  Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 1997, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 18, p. 244).


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Settembre 2014 – Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute vs Doc Generici srl

(Kawża C-452/14)

(2014/C 448/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

Konvenut: Doc Generici srl

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2)(a) tat-test fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95, tal-10 ta’ Frar 1995 (1), dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali għandu jiġi interpretat fis-sens li, għal varjazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tat-tip I – iktar speċifikament, fil-kawża prinċipali, varjazzjoni tat-tip IA – meta l-kwistjoni tkun tittratta dwar varjazzjonijiet identiċi li jirrigwardaw diversi awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq fil-pussess tal-istess detentur, għandha titħallas miżata waħda biss, fl-ammont previst f’dan ir-regolament, jew inkella miżata għal kull awtorizzazzjoni kkonċernata mill-varjazzjoni?

2)

Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-qorti adita għandha l-possibbiltà li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja jew inkella, kif fil-fatt tqis il-qorti adita, l-obbligu li tagħmel dan?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95, tal-10 ta’ Frar 1995, dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 3).


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/9


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-454/14)

(2014/C 448/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u E. Sanfrutos Cano u D. Loma-Osorio Lerena, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax, fil-każ ta’ kull waħda mill-miżbliet identifikati fil-punt 26 ta’ dan ir-rikors [miżbliet għal skart mhux perikoluż ta’ Urtuella, fil-País Vasco, u ta’ Zurita u ta’ Juan Grande, fil-Canarias], il-miżuri neċessarji biex jitlob mingħand l-operatur l-elaborazzjoni ta’ pjan ta’ riabilitazzjoni u jiżgura l-implementazzjoni sħiħa ta’ dan il-pjan skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ dawk previsti fil-punt 1 tal-Anness I, fi żmien tmien snin mid-data msemmija fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (1), ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward ta’ kull waħda mill-miżbliet imsemmija, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(ċ) tad-Direttiva

tiddikjara li, billi ma adottax, fil-każ ta’ kull waħda mill-miżbliet identifikati fil-punt 37 ta’ dan ir-rikors [9 miżbliet għal skart mhux perikoluż [Vélez Rubio (Almería), Alcolea de Cinca (Huesca), Sariñena (Huesca), Tamarite de Litera (Huesca), Somontano – Barbastro (Huesca), Barranco de Sedases (Fraga, Huesca), Barranco Seco (Puntallana, La Palma), Jumilla (Murcia) u Legazpia (Guipuzkoa)] u 19-il miżbla għal skart inerti [Sierra Valleja (Arcos de la Frontera, Cádiz), Carretera Pantano del Rumblar (Baños de la Encina, Jaén), Barranco de la Cueva (Bélmez de la Moraleda, Jaén), Cerrajón (Castillo de Locubín, Jaén), Las Canteras (Jimena y Bedmar, Jaén), Hoya del Pino (Siles, Jaén), Bellavista (Finca El Coronel, Alcalá de Guadaira, Sevilla), El Patarín (Alcalá de Guadaira, Sevilla), Carretera de Arahal-Morón de la Frontera (Arahal, Sevilla), Carretera de Almadén de la Plata (Cazalla de la Sierra, Sevilla), El Chaparral (Écija, Sevilla), Carretera A-92, KM 57,5 (Morón de la Frontera, Sevilla), Carretera 3118 Fuente Leona – Cumbres mayores (Colina Barragona, Huelva), Llanos del Campo (Grazalema – Benamahoma, Cádiz) Andrada Baja (Alcalá de Guadaira, Sevilla), Las Zorreras (Aldeira, Granada), Carretera de los Villares (Andújar, Jaén) La Chacona (Cabra, Córdoba) y el Chaparral – La Sombrerera (Puerto Serrano, Cádiz)]] il-miżuri neċessarji sabiex jagħlaq mill-iktar fis possibbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(g) u tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31, l-istallazzjonijiet li ma jkunux kisbu, b’mod konformi mal-Arikolu 8 tal-istess direttiva, l-awtorizzazjoni sabiex ikomplu l-attivitajiet tagħhom, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward ta’ kull waħda mill-miżbliet imsemmija, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(b) tal-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-investigazzjonijiet mwettqa mill-Kummissjoni matul il-Proċedura ta’ ksur 2001/2071 u l-analiżi tar-risposti tal-awtoritajiet Spanjoli ppermettew li jiġi żvelat in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi previsti fid-Direttiva 1999/31 imsemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni, li huwa għandu taħt l-Artikolu 14(a) u (c) tad-Direttiva 1999/31, kif ukoll dawk li huwa għandu taħt l-Artikolu 14(b) tal-imsemmija direttiva.

Dan ir-rikors jikkonċerna wkoll il-miżbla ta’ Barranco de Sedases li hija s-suġġett tal-Proċedura ta’ ksur l-2012/4068 u kumulattivament mal-preċedenti, peress li fir-rigward ta din il-miżbla ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31.

L-analiżi ta’ dawn it-tweġibiet ippermettiet lill-Kummissjoni tirtira mil-proċedura 45 miżbliet li, jew ma jistgħux jitqiesu bħala miżbliet eżistenti fis-16 ta’ Lulju 2001, jew inkella ġew awtorizzati u riabilitati skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għadu hemm peress li f’xi każijiet l-awtoritajiet Spanjoli ma adottawx il-miżuri neċessarji sabiex jitolbu lill-operatur jelabora pjan ta’ riabilitazzjoni u jiżgura l-implementazzjoni sħiħa ta’ dan il-pjan skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva, u peress li, barra minn hekk ma adottawx il-miżuri neċessarji sabiex jagħlaq mill-iktar fis possibbli l-istallazzjonijiet li ma jkunux kisbu l-awtorizzazjoni sabiex ikomplu l-attivitajiet tagħhom, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(c) u (b) tad-Direttiva 1999/31, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/10


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 minn H mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-271/10, H vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina

(Kawża C-455/14 P)

(2014/C 448/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: H (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-271/10 H vs Il-Kunsill, Il-Kummissjoni u l-“EUPM”, sa fejn jiċħad ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-EUPM, li biha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid għall-post ta’ “Criminal Justice Adviser – Prosecutor” mal-Uffiċċju Reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina) u, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Missjoni msemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK, tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (1), u t-tieni nett, talba għad-danni;

tirreferi lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tordna lill-konvenut fl-ewwel istanza jbati l-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq l-aggravji segwenti:

Ksur tad-dritt tad-difiża

Ksur tal-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura

Żball ta’ liġi

Ksur tal-liġi Ewropea


(1)  ĠU L 322, p. 22


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Promoimpresa srl vs Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia

(Kawża C-458/14)

(2014/C 448/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Promoimpresa srl

Konvenut: Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia

Domanda preliminari

Il-prinċipji tal-libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikoli 49, 56 u 106 TFUE, kif ukoll il-prinċipju tar-raġuni inkluż fihom, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, b’effett ta’ interventi leġiżlattivi suċċessivi, tipprovdi estensjoni ripetuta tad-data ta’ skadenza ta’ konċessjonijiet fuq beni tal-qasam marittimu, tal-lagi u tax-xmajjar, importanti fuq il-pjan ekonomiku, li t-tul tagħha tiżdied b’mill-inqas ħdax-il sena permezz ta’ liġi, b’mod li l-istess konċessjonarju jżomm dritt esklużiv ta’ użu ekonomiku tal-beni, minkejja l-iskadenza tat-tul tal-konċessjoni mogħtija preċedentement lill-imsemmi konċessjonarju, b’konsegwenza li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jiġu esklużi minn kull possibbiltà li l-beni jiġi attribwit lilhom fi tmiem ta’ proċeduri pubbliċi ta’ sejħa għal offerti?


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Ottubru 2014 – Johannes Evert Antonius Massar vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

(Kawża C-460/14)

(2014/C 448/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Johannes Evert Antonius Massar

Konvenut: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “proċedura” previst fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE (1), tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi l-proċedura quddiem l-UWV [Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen (Aġenzija tal-Assigurazzjoni tal-Impjegati)], fejn il-persuna li timpjega titlob awtorizzazzjoni ta’ tkeċċija sabiex tkun tista’ ttemm ir-relazzjoni ta’ xogħol mal-ħaddiem impjegat (kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali)?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tiddependi mill-karatteristiċi tal-proċedura speċifika, flimkien, jekk meħtieġ, mal-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ, liema karatteristiċi, fatti u ċirkustanzi għandha għalhekk il-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tiddetermina jekk il-proċedura għandhiex titqies li hija proċedura fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Lorenzo Carlucci

(Kawża C-462/14)

(2014/C 448/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Parti fil-kawża prinċipali

Lorenzo Carlucci

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Nru 72 tas-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak mogħtija preċedentement, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata bil-għan iddikjarat li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi f’sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit tal-allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonjijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-perijodu ridott tal-konċessjonijiet suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu tal-konċessjonijiet konċessi fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni jew b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Ottubru 2014 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs F. Wieland und H. Rothwangl

(Kawża C-465/14)

(2014/C 448/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Appellati: F. Wieland u H. Rothwangl

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 3 u 94(1) u (2) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li ex baħri li kien jappartjeni għall-ekwipaġġ ta’ bastiment b’port ta’ reġistrazzjoni fi Stat Membru, li ma kellux residenza fuq l-art u li ma kienx ċittadin ta’ Stat Membru, jiġi rrifjutat (parzjalment) pensjoni tax-xjuħija, wara li l-Istat li jkollu n-nazzjonalità tiegħu dan il-baħri jkun aderixxa ma’ (predeċessur fid-dritt ta’) l-Unjoni Ewropea jew wara li r-Regolament Nru 1408/71 ikun daħal fis-seħħ għal dan l-Istat, biss minħabba li dan l-ex baħri ma kellux in-nazzjonalità tal-Istat Membru (imsemmi fl-ewwel lok) matul il-perijodu tal-assigurazzjoni (pretiża)?

2)

L-Artikoli 18 TFUE u 45 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha baħri li kien jappartjeni għall-ekwipaġġ ta’ bastiment b’port ta’ reġistrazzjoni f’dan l-Istat Membru, li ma kellux residenza fuq l-art u li ma kienx ċittadin ta’ Stat Membru, ġie eskluż mill-assigurazzjoni għall-pensjoni tax-xjuħija, meta din il-leġiżlazzjoni tqis li jkun assigurat baħri li huwa ċittadin tal-Istat Membru fejn il-bastiment ikollu l-port ta’ reġistrazzjoni tiegħu u li altrimenti jkun fl-istess stiwazzjoni, jekk, fil-frattemp, l-Istat imsemmi fl-ewwel lok u li kellu n-nazzjonalità tiegħu l-baħri fil-mument tad-determinazzjoni tal-pensjoni jkun sar membru ta’ (predeċessur fid-dritt ta’) l-Unjoni Ewropea jew jekk, fil-frattemp, ir-Regolament Nru 1408/71 ikun daħal fis-seħħ għal dan l-Istat?

3)

Għandhom jingħataw l-istess risposti għall-ewwel u għat-tieni domandi fil-każ ta’ (ex) baħri li, meta kien attiv, kellu n-nazzjonalità ta’ Stat li sussegwentement aderixxa ma’ (predeċessur fid-dritt ta’) l-Unjoni Ewropea, iżda li, meta seħħet tali adeżjoni jew meta daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 1408/71 għal dan l-Istat, u fil-mument li ressaq it-talba tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija, ma kienx ċittadin ta’ Stat Membru, iżda kien madankollu suġġett għall-applikazzjoni tar-Regolament iċċitat iktar ’il fuq skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 59/2003 (2)?


(1)  Regolament tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-14 ta’ Mejju 2003, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 317).


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Chiara Baldo

(Kawża C-467/14)

(2014/C 448/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bergamo

Parti fil-kawża prinċipali

Chiara Baldo

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti li tikkonċerna konċessjonijiet ta’ tul iqsar għal dawk maħruġa fil-passat?

2)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet ikun jikkostitwixxi ġustifikazzjoni xierqa għal tul tal-konċessjonijiet suġġetti għas-sejħa għal offerti li jkun iqsar meta mqabbel mat-tul tal-konċessjonijiet mogħtija fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment b’titolu mhux oneruż l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma fi proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba skadenza tat-tul tal-konċessjoni jew minħabba l-effett ta’ deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Ottubru 2014 – Canadian Oil Company Sweden AB u Anders Rantén vs Riksåklagaren

(Kawża C-472/14)

(2014/C 448/19)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen (l-Isvezja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Canadian Oil Company Sweden AB u Anders Rantén

Konvenuta: Riksåklagaren

Domandi preliminari

1)

Hemm ksur tar-Regolament REACH (1) meta, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Svediża, kwalunkwe persuna li tintroduċi fl-Isvezja, b’mod professjonali, prodott kimiku li għalih hemm obbligu ta’ reġistrazzjoni skont l-imsemmi regolament, għandha wkoll tinnotifikah lill-Kemikalieinspektionen għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru Svediż tal-prodotti?

2)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-obbligu ta’ notifika previst mil-leġiżlazzjoni Svediża huwa kuntrarju għall-Artikolu 34 TFUE fid-dawl tad-derogi permessi mill-Artikolu 36 TFUE?


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1)


Il-Qorti Ġenerali

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/10) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għall-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Locus standi - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Inammissibbiltà parzjali - Assenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali”)

(2014/C 448/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vtesse Networks Ltd (Hertford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: H. Mercer, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u L. Armati, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Szpunar u B. Majczyna, sussegwentement B. Majczyna, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u L. Seeboruth, sussegwentement L. Seeboruth, J. Beeko u L. Christie, aġenti, assistiti inizjalment minn K. Bacon, sussegwentement minn S. Lee, barristers); u British Telecommunications plc (Londra, ir-Renju Unit); (rappreżentanti: inizjalment M. Nissen u J. Gutiérrez Gisbert, sussegwentement M. Nissen u G. van de Walle de Ghelcke u finalment G. van de Walle de Ghelcke, J. Rivas Andrés, avukati, u J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 3204, tat-12 ta’ Mejju 2010, li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat “Cornwall & Isles of Scilly Next Generation Broadband”, li tipprevedi għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali bil-għan li tgħin l-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly, kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE (Għajnuna mill-Istat Nru 461/2009 – ir-Renju Unit).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vtesse Networks Ltd għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ British Telecommunications plc.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Computer Resources International (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/11) (1)

([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-iżvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Offerta anormalment baxxa - Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Għażla tal-bażi legali - Użu ħażin ta’ poter”)

(2014/C 448/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Computer Resources International (Luxembourg) (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u D. Calciu, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat 22 ta’ Lulju 2011, li tiċħad l-offerti ppreżentati mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpannija oħra għal-lottijiet Nri 1 u 4 fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10340, li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, konsulenza u assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 2011/S 66106099), u li tagħti l-kuntratti qafas lil offerenti oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Computer Resources International (Luxembourg) SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 290, 1.10.2011.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – Il- Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-632/11) (1)

([“FAEGG - Taqsima Garanzija - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ drittijiet għall-plas uniku - Kooperazzjoni leali - Ekwità - Proporzjonalità - Riżerva nazzjonali - Kriterji ta’ għoti - Korrezzjoni finanzjarja fissa - Riskju għall-Fondi - Regolament (KE) Nru 1493/1999 - Settur tal-inbid - Reġim ta’ distillazzjoni u ta’ ħlasijiet favur l-użu ta’ ċerti masti - Għajnuna għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ għalieqi tad-dwieli”])

(2014/C 448/22)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaïoannou aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Marcoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn din tal-aħħar tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn hija timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni fissa fuq l-għoti ta’ drittijiet tar-riżerva nazzjonali lill-bdiewa l-ġodda.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 39, 11.2.2012.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – FIS’D vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-283/12) (1)

((“Programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus - Ftehim qafas ta’ partenarjat - Ftehim speċifiku ta’ sussidju - Deċiżjoni tal-EACEA li tirrexxindi l-ftehim qafas u li temenda l-ftehim speċifiku - Azzjoni amministrattiva quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-azzjoni amministrattiva bħala infondata - Ksur tal-ftehimiet u tal-manwal amministrattiv u finanzjarju”))

(2014/C 448/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: FIS’D – Formazione integrata superiore del design (Catanzaro, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Bariatti u A. Sodano, sussegwentement F. Sutti u A. Boso Caretta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Van Hoof, sussegwentement C. Cattabriga u D. Roussanov u finalment C. Cattabriga, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet, aġent, assistit minn M. Merola u C. Santacroce, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ April 2012 [referenza Ares (2012) 446225], li tiċħad l-azzjoni amministrattiva mressqa kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), tat-13 ta’ Jannar 2012, li permezz tagħha din tal-aħħar irrexxindiet qabel iż-żmien il-ftehim qafas ta’ partenarjat 2011/0181 li kienet ikkonkludiet mal-Università degli Studi Mediterranea di Reggio Calabria (Università tal-Istudji Mediterranji ta’ Reggio Calabria, l-Italja) u emendat il-ftehim speċifiku ta’ sussidju li kienet ikkonkludiet ma’ din l-università.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FIS’D – Formazione integrata superiore del design għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 243, 11.08.2012.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Mayaleh vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-307/12 u T-408/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Funzjonijiet ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja - Rikors għal annullament - Komunikazzjoni ta’ att li għandu miżuri restrittivi - Terminu tar-rikors - Ammissibbiltà - Drittijiet tad-difiża - Smigħ xieraq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-ħajja privata u tal-familja - Applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul lil ċittadin ta’ Stat Membru - Moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni”))

(2014/C 448/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adib Mayaleh (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013 tat-22 ta’ April 2013 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, p. 1, rettifika fil-ĠU L 127, p. 27), il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors fil-Kawża T-307/12 huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-Kawża T-408/13.

3)

Adib Mayaleh huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 8.9.2012.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Novembru 2014 – Popp u Zech vs UASI – Müller-Boré & Partner (MB)

(Kawża T-463/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MB - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti MB&P - Użu ġenwin mit-trade preċedenti - Artikolu 42(2) u Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2014/C 448/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eugen Popp (Munich, il-Ġermanja); u Stefan M. Zech (Munich) (rappreżentanti: inizjalment C. Rohnke u M. Jacob, sussegwentement M. Jacob u F. Thiering, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Müller-Boré & Partner Patentanwälte (Munich)) (rappreżentanti: inizjalment T. Koerl u E. Celenk, sussegwentement K. Kern u B. Maneth, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Lulju 2012 (Każ R 506/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Müller-Boré & Partner Patentanwälte, minn naħa, u Eugen Popp u Stefan M. Zech, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eugen Popp u Stefan M. Zech huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 379, 8.12.2012.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni vs Thomé

(Kawża T-669/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Rifjut ta’ reklutaġġ - Eżistenza ta’ diploma konformi mal-avviż ta’ kompetizzjoni minħabba approvazzjoni - Dannu finanzjarju u morali”))

(2014/C 448/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċeduri: Florence Thomé (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2013, Thomé vs Il-Kummissjoni (F-97/12, ĠabraSP, EU:F:2013:142), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2014 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-166/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Proroga - Konsegwenzi ta’ annullament ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi preċedenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2014/C 448/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Rémy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u A. De Elera, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 32, p. 20), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ħlas tad-danni.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija, sa fejn tikkonċerna Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

M. Ben Ali u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 156, 1.6.2013.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Mallis u Malli vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-327/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))

(2014/C 448/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Konstantinos Mallis (Larnaka, Ċipru); u Elli Konstantinou Malli (Larnaka) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

K. Mallis u E. K. Malli huma kkundannati kemm għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-328/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))

(2014/C 448/29)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Chatazithoma vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-329/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))

(2014/C 448/30)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Petros Chatzithoma (Makedonitissa, Ċipru) u Elenitsa Chatzithoma (Makedonitissa) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J. P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Petros Chatzithoma u Elenitsa Chatzithoma għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 252, 31.8.2013.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Chatziioannou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-330/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))

(2014/C 448/31)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Lella Chatziioannou (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

L. Chatziioannou hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 252,31.08.2013.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-331/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))

(2014/C 448/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Marinos Nikolaou (Strovolos, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J. P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Marinos Nikolaou għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 252, 31.8.2013.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Christodoulou u Stavrinou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-332/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))

(2014/C 448/33)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Chrysanthi Christodoulou (Paphos, Ċipru) u Maria Stavrinou (Larnaka, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis, aġenti) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Chrysanthi Christodoulou u Maria Stavrinou huma kkundannati kemm għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 252,31.08.2013.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/26


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Pelikan vs UASI – Hachette Filipacchi Presse (be.bag)

(Kawża T-517/14)

(2014/C 448/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hachette Filipacchi Presse SA (Levallois Perret, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: Ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fit-trade mark verbali “be.bag” Nruo1192/2013-1

Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2014, fil-Kawża R 1192/2013-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/26


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-662/14)

(2014/C 448/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 45(8) tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014, tal-11 ta’ Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament, fil-parti li fiha l-espressjoni segwenti: “billi jagħżlu mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ispeċijiet li huma l-aktar xierqa minn perspettiva ekoloġika, b’hekk jeskludu speċijiet li mhumiex indiġeni b’mod ċar”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 45(8) tar-regolament ikkontestat imur lil hinn mil-limiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (1), li jagħti l-awtorizzazzjoni, u li jneħħi l-poteri mogħtija lill-Istati Membri billi jintroduċi rekwiżit restrittiv li jsarraf f’interpretazzjoni mill-ġdid tal-poteri mogħtija lil dawn l-Istati Membri permezz tal-liġi bażika.

Ir-rikorrenti tqis ukoll li l-preambolu tar-regolament ikkontestat ma fihx il-motivazzjoni suffiċjenti u ddettalljata meħtieġa. Fil-fehma tagħha, emenda ta’ dispożizzjoni li tagħti awtorizzazzjoni ta’tali skala u portata, ma tippermettix fil-prattika li tġi dedotta b’mod ċar id-dispożizzjoni li tagħti awtorizzazzjoni li fuqha bbażat ruħha l-Kummissjoni u l-mod preċiż ta’ kif hija għamlet dan, fatt li jagħmel l-eżami essenzjali tagħha mill-perspettiva taċ-ċertezza legali kważi impossibbli.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li r-regoli adottati mill-Kummissjoni jistabbilixxu diskriminazzjoni fir-rigward tal-ispeċjijiet ta’ siġar imsejħa msaġar ta’ newba qasira jew, b’mod iktar speċifiku, fir-rigward tal-bdiewa li jixtiequ jħawwluhom. Il-pjantaġġuni jew min iħawwel iż-żewġ tipi huma fl-istess sitwazzjoni, peress li ma huwiex ġustifikat li tiġi stabbilita differenza bejniethom li tiddependi fuq l-ispeċijiet ta’ siġar li jixtiequ jagħżlu sabiex jiffurmaw il-pjantaġġuni tagħhom.

Barra minn hekk, ir-rikorrentitiddikjara li, matul il-perijodu kollu tan-negozjati dwar ir-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni saħansitra opponiet li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jikkwalifikaw bħala żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika żoni mħawwla bi msaġar ta’ newba qasira. Skont ir-rikorrenti, kolloz jindika li l-Kummissjoni riedet tevita fil-prattika din il-possibbiltà permezz tar-regolament ikkontestat, u b’hekk wettqet abbuż ta’ poter.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tikkunsidra, b’mod partikolari, li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali minħabba li, minn naħa, l-Artikolu 45(8) ta’ dan ir-regolament ma huwiex ċar f’diversi aspetti u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament ma jiggarantixxix perijodu suffiċjenti ta’ adattament qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu sabiex ikun hemm il-preparazzjoni meħtieġa qabel bidla ta’ tali importanza. Ir-rikorrenti ssostni wkoll ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, billi, fil-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dħul fis-seħħ, il-Kummissjoni ma kkunsidratx li s-settur agrikolu għandu bilfors jkollu, skont il-każ, perijodu ta’ preparazzjoni itwal. Barra minn dan, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-att ikkontestat jikkostitwixxi wkoll ksur tad-dritt għall-proprjetà stabbilit fl Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, p. 608).


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/27


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-678/414)

(2014/C 448/36)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, bħala aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fl-ittra tal-15 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni tordna lir-Repubblika Slovakka li tagħmel disponibbli l-ammont li jikkorrispondu għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni

Skont ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, l-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li taġixxi hekk kif għamlet fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li wara l-kwantifikazzjoni tal-ammont tat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali fil-forma ta’ dazji ta’ importazzjoni mhux miġbura, tordna lil Stat Membru, li ma kienx responsabbli għall-kalkolu t għall-ġbir ta’ dawn id-dazji, li tagħmel disponibbli lill-Kummissjoni l-ammont iffissat minnha, li fil-fehma tal-Kummissjoni, jikkorrispondu għal-allegat telf.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur taċ-ċertezza legali

Anki jekk wieħed jassumi li l-Kummissjoni kienet kompetenti sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata (quod non), ir-Repubblika Slovakka tikkunsidra li hija, f’dan il-każ, kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, l-obbligu li d-deċiżjoni kkontestata timponi fuq ir-Repubblika Slovakka ma kienx raġonevolment prevedibbli qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq eżerċizzju irregolari tal-kompetenza tal-Kummissjoni

Anki jekk wieħed jassumi li l-Kummissjoni kienet kompetenti sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata u li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni, hija aġixxiet b’mod konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali (quod non), ir-Repubblika Slovakka tikkunsidra li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma eżerċitatx il-kompetenza tagħha b’mod regolari. Minn naħa, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li tirrikjedi mingħand ir-Repubblika Slovakka l-ammont inkwistjoni minkejja l-fatt li ma kien hemm l-ebda telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali jew li dan it-telf ma mhuwiex ir-riżultat dirett tal-avvenimenti li l-Kummissjoni tattribwixxi lir-Repubblika Slovakka. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Slovakka kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-Repubblika Slovakka ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata għandha diversi nuqqasijiet li jiġġustifikaw li tiġi kkunsidrata insuffiċjenti, li jikkostitwixxi l-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u li jmur kontra r-rekwiżit ta’ ċertezza legali. Ir-Repubblika Slovakka tikkunsidra li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma indikatx l-bażi legali għad-deċiżjoni tagħha. Hija lanqas ma identifikat l-oriġini u l-fondatezza ta’ wħud mill-konklużjonijiet tagħha. Fl-aħħar nett, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, f’ċerti aspetti, ma hijiex ċara.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/28


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-698/14)

(2014/C 448/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2431467 (2014), tal-11 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fir-raba’ post, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 1;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2703722 (2014), tal-31 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni eskludiet l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 2;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2711165 (2014), tal-31 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fit-tielet post, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 3;

tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-dannu kkawżat lir-rikorrenti għat-telf ta’ opportunità li jiġu kklassifikati fl-ewwel post fl-ambitu tat-tlett lottijiet tal-kuntratt qafas, liema dannu huwa stmat għal tmien mitt elf Euro (EUR 8 00  000) għal-Lot Nru 1, għa erba’ mitt elf Euro (EUR 4 00  000) għal-Lot Nru 2 u għal mitejn elf Euro (EUR 2 00  000) għal-Lot Nru 3, flimkien mal-interessi mid-data tal-għoti tas-sentenza; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet ikkontestati, li permezz tagħhom il-Kummissjoni ċaħdet l-offerta tagħhom fl-ambitu tal-proċedura miftuħa ta’ sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2013/029 – ESP DESIS III għal tliet proġetti separati (lottijiet), għandhom jiġu annullati, skont l-Artikolu 263 TFUE, minħabba ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari għat-tliet raġunijiet li ġejjin:

1.

Fl-ewwel lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li hija pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tal-offerta teknika tar-rikorrenti;

2.

Fit-tieni lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tar-Regolament finanzjarju, flimkien mar-Regolament ta’ implementazzjoni tiegħu, u tad-dokumenti għal sejħa għal offerti, fir-rigward tal-kwistjoni tal-offerti anormalment baxxi;

3.

Fit-tielet lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-kompetizzjoni libera, inkwantu l-Kummissjoni imponiet kundizzjonijiet vinkolanti għall-preżentazzjoni tal-offerti, mingħajr ma ppermettiet it-tfassil ħieles tal-istess offerti min-naħa tal-kandidati, sabiex tagħżel l-iktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/29


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2014 – Topps Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-699/14)

(2014/C 448/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Topps Europe Ltd (Milton Keynes, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Vidal u A. Penny, Solicitors u B. Kennelly Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Lulju 2014, adottata fil-kuntest tal-Każ AT.39899 – għoti ta’ liċenzji ta’ drittijiet ta’ proprjetà intelletwali għal oġġetti tal-futbol li jġemmgħuhom, li ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti li ċertu numru ta’ istanzi nazzjonali li jmexxu l-futbol u assoċjazzjonijiet tal-plejers, bħal Panini S.p.A, Union des Associations Européennes de Football, Fédération Internationale de Football Association, Fédération Française de Football, l-Associazione Italiana Calciatori, Real Federación Española de Fútbol, kif ukoll Deutscher Fußball-Bund, kisru l-Artikoli 101 u 102 TFUE; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjez sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta wettqet ksur gravi tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, u dan ifisser li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq dik li d-deċiżjoni tal-konvenuta hija bbażata fuq fatti żbaljati u hija suġġetta għal żball manifest ta’ evalwazzjoni, u dan ifisser li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u/jew ta’ evalwazzjoni tal-fatti.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/30


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2014 – Diktyo Amyntikon Biomichanion Net vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-703/14)

(2014/C 448/39)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Diktyo Amyntikon Biomichanion Net (Kaisariani, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna perizja, sabiex jiġu eżaminati l-allegati riżultati tar-rapport ta’ awditu tal-kumpannija ta’ awditu KPMG AG, li b’riferiment għalih il-Kummissjoni Ewropea bi żball u illegalment irrikonoxxiet li hemm “nuqqas ta’ prova alternattiva biex tiġi kkonfermata t-talba tal-ispejjeż tal-persunal”. Dan il-fattur huwa kruċjali għall-eżitu tal-kawża, peress li l-ispejjeż tal-persunal jinkorporaw l-ispejjeż indiretti kollha. Ir-rikorrenti tenfasizza li r-rapport ta’ awditu tal-KPMG AB, li fir-rigward tiegħu DABNET AEBE ssottomettiet osservazzjonijiet bil-miktub u talba għal eżami mill-ġdid billi pprovdiet provi konklużivi, ġie aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea mingħajr motivazzjoni suffiċjenti jew mingħajr risposta fir-rigward tal-prova; u

tirrikonoxxi, min-naħa, li n-nota ta’ debitu Nru 3241409008, li ntbagħtet lir-rikorrenti fil-31/07/2014 u li talbet il-ħlas mill-ġdid ta’ EUR 64  574,73, fir-rigward tal-ftehim dwar il-proġett FP7-SME-2007-222303 “FIREROB” fuq il-bażi tal-awditu 12-ΒΑ176-003, jikser l-obbligi kuntrattwali tal-Kummissjoni u huwa bla bażi, u min-naħa l-oħra, li l-ispejjeż li r-rikorrenti ssottomettiet fil-kuntest tal-kuntratt inkwistjoni huma spejjeż eliġibbli u, konsegwentement, il-Kummissjoni hija obbligata toħriġ nota ta’ kreditu ta’ EUR 64  574,73.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ. Ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li l-provi prodotti juru bi sħiħ l-impjieg tal-impjegati tar-rikorrenti fil-proġett “FIREROB”; fit-tieni lok, fl-ebda punt tar-rapport ta’ awditu ma hemm imsemmi li l-persunal tar-rikorrenti ma wettaqx ix-xogħol li sar fil-kuntest tal-ftehim “FIREROB” jew li l-informazzjoni falza ġiet ipprovduta mir-rikorrenti, u fit-tielet lok, li r-rikorrenti impenja ruħu li joffri persunal għal 12.2-il persuna/xahar u li r-rikorrenti pprovdiet kumplessivament 21.92-il persuna/xahar mingħajr ma talbet li temenda l-baġit miftiehem.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq abbuż ta’ dritt. Ir-rikorrenti ssostni li t-talba tal-Kummissjoni dwar il-ħlas lura tas-somma ta’ EUR 64  574,73, jiġifieri somma li hija kważi ħames darbiet ikbar mis-sussidju dirett tar-rikorrenti (EUR 13  474,00) għal xogħol li twettaq b’mod effiċjenti mir-rikorrenti, hija sproporzjonata u tikser il-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ir-rikorrenti ssostni li ma ngħatatx id-dritt legali li tissottometti oġġezzjonijiet leġittimi direttament lill-awditur appuntat mill-Kummissjoni Ewropea u li tikkjarifika l-argumenti infondati tal-awtur tal-abbozz tar-rapport ta’ awditu.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrenti ssostni li l-klawżola II.24(1) tal-Anness II tal-kuntratt “FIREROB”, tagħti lill-Kummissjoni l-possibbiltà li ma titlobx il-ħlas għal dannu, peress li r-rikorrenti pproduċiet xogħol li ġie evalwat b’mod pożittiv u li, skont ir-Rapport Tekniku tal-Kummissjoni Ewropea, inkisbu riżultati xjentifiċi ta’ livell għoli ħafna.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/31


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 – Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/14)

(2014/C 448/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unichem Laboratories Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: S. Mobley, H. Sheraton and K. Shaw, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (Każ Comp/AT. 39.612 – perindopril (Servier)) kollha kemm hi, u fi kwalunkwe każ tannulla jew tnaqqas il-multa imposta, sa fejn din tapplika għal Unichem; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti minn Unichem fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tnax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni sabiex tindirizza deċiżjoni lil Unichem taħt l-Artikolu 101(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ applikazzjoni korretta mill-Kummissjoni tat-test ta’ “natura oġġettivament neċessarja” sabiex jiġi ddeterminat jekk il-ftehim ta’ tranżazzjoni dwar privattiva jaqax taħt l-Artikolu 101(1) TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali billi ma applikatx il-Linji Gwida dwar ir-Regolament ta’ eżenzjoni skont il-kategorija applikabbli fil-ftehim ta’ trasferiment ta’ teknoloġija għat-tranżazzjoni li kienet tinvolvi lil Unichem.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni billi kkategorizzat it-tranżazzjoni bħala ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE “minħabba l-għan”.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tat-test legali tal-ksur tal-Artikolu 101(1) “minħabba l-għan” għall-fatti speċifiċi relatati ma’ Unichem.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni billi kkonkludiet li l-ftehim ta’ tranżazzjoni rriżultat f’effetti antikompetittivi.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 dwar ir-raġuni għalfejn hija tqis li Unichem tista’ tinżamm direttament responsabbli għall-ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE meta ma hijiex kompetitur potenzjali ta’ Servier.

8.

It-tmien motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq żball ta’ liġi mill-Kummissjoni billi ma rrikonoxxietx li l-ftehim ta’ tranżazzjoni jissodisfa l-kriterji ta’ eżenzjoni previsti taħt l-Artikolu 101(3) TFUE.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir tagħha li ma taġixxix b’mod vessatorju sabiex tikseb dokumenti legalment protetti sabiex tużahom kontra Unichem.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kalkolu tagħha tal-multa billi ttrattat lil Unichem b’mod differenti minn Servier mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva.

11.

Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ proporzjonalità, il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi kif ukoll il-prassi preċedenti stabbilita tagħha meta imponiet il-multa fuq Unichem.

12.

It-tnex-il motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont l-Artikolu 296 TFUE fir-rigward tal-kalkolu tal-multa min-naħa tagħha u tal-evalwazzjoni tagħha tal-gravità tal-allegat ksur ta’ Unichem.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Tri-Ocean Trading vs Il-Kunsill

(Kawża T-709/14)

(2014/C 448/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tri-Ocean Trading (George Town, il-Gżejjer Kajman) (rappreżentanti: P. Saini, QC, B. Kennelly, Barrister, u N. Sheikh, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplementa d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014 tat-22 ta’ Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja sa fejn japplikaw għar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill naqas li jissodisfa l-kriterju sabiex tiġi inkluża fil-lista, jiġifieri li l-persuna kkonċernata kienet “responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja”, jew persuna li “tibbenefika minn jew li tappoġġa r-reġim” jew persuna assoċjata ma’ tali persuna. Il-Kunsill naqas milli jistabbilixxi li l-motivi mejqusa kontra l-entità kkonċernata kienu fondati.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill kiser id-dritt tar-rikorrenti għad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrenti, fl-ebda stadju, ma pproduċa “provi serju u kredibbli” jew “provi konkret u kredibbli” favur argumenti li jiġġustifikaw miżuri restrittivi kontriha, kif rikjest mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill naqas milli jagħti li-rikorrenti motivi suffiċjenti għall-inklużjoni tagħha fil-lista.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill kiser b’mod gravi d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà u għar-reputazzjoni. Il-miżuri restrittivi kienu imposti mingħajr salvagwardji xierqa li jippermettu lir-rikorrenti li tispjega l-każ tagħha b’mod effettiv quddiem il-Kunsill. Il-Kunsill ma weriex li l-indħil ferm sinjifikattiv mad-drittijiet tal-proprjetà huwa ġġustifikat u pproporzjonat. L-indħil lir-rikorrenti imur lilhinn minn impatt finanzjarju, u rriżulta wkoll fi ħsara lir-reputazzjoni tagħha.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Kuntrarjament għall-uniku motiv raġuni għall-inklużjoni tagħha, ma hemm l-ebda informazzjoni jew provi disponibbli li r-rikorrenti fil-fatt pprovdiet “appoġġ għar-reġim Sirjan” u b’hekk ibbenefikaw minn dan ir-reġim.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/33


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2014 – Tweedale vs EFSA

(Kawża T-716/14)

(2014/C 448/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Antony C. Tweedale (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)

Talbiet

tiddikjara li l-EFSA aġixxiet bi ksur tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2011;

tannulla d-deċiżjoni tal-EFSA tat-30 ta’ Lulju 2014;

tordna lill-EFSA tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EFSA aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-25 ta’ Ġunju 1998 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Aarhus”) kif approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, kif ukoll bi ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”) u tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Bi ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, fid-deċiżjoni kkontestata, l-EFSA ma rrikonoxxietx l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent li tinsab fid-dokumenti mitluba.

2.

It-tieni motiv, li jallega li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EFSA aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tal-obbligu tagħha li taġixxi b’mod konformi mal-interpretazzjoni konformi tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar il-motiv ta’ rifjut stabbilit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 abbażi tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/34


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Tri Ocean Energy vs Il-Kunsill

(Kawża T-719/14)

(2014/C 448/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tri Ocean Energy (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: P. Saini, QC, B. Kennelly, Barrister, u N. Sheikh, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK, tas-26 ta’ Settembru 2014, li timplementa d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014 tas-26 ta’ Settembru 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja sa fejn japplikaw għar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill naqas li jissodisfa l-kriterju sabiex tiġi inkluża fil-lista, jiġifieri li l-persuna kkonċernata kienet “responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja”, jew persuna li “tibbenefika minn jew li tappoġġa r-reġim” jew persuna assoċjata ma’ tali persuna. Il-Kunsill naqas milli jistabbilixxi li l-motivi mejqusa kontra l-entità kkonċernata kienu fondati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill kiser id-dritt tar-rikorrenti għad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrenti, fl-ebda stadju, ma pproduċa “provi serju u kredibbli” jew “provi konkret u kredibbli” favur argumenti li jiġġustifikaw miżuri restrittivi kontriha, kif rikjest mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill naqas milli jagħti li-rikorrenti motivi suffiċjenti għall-inklużjoni tagħha fil-lista.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill kiser b’mod gravi d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà u għar-reputazzjoni. Il-miżuri restrittivi kienu imposti mingħajr salvagwardji xierqa li jippermettu lir-rikorrenti li tispjega l-każ tagħha b’mod effettiv quddiem il-Kunsill. Il-Kunsill ma weriex li l-indħil ferm sinjifikattiv mad-drittijiet tal-proprjetà huwa ġġustifikat u pproporzjonat. L-indħil lir-rikorrenti imur lilhinn minn impatt finanzjarju, u rriżulta wkoll fi ħsara lir-reputazzjoni tagħha.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Kuntrarjament għall-uniku motiv raġuni għall-inklużjoni tagħha, ma hemm l-ebda informazzjoni jew provi disponibbli li r-rikorrenti fil-fatt pprovdiet “appoġġ għar-reġim Sirjan” u b’hekk ibbenefikaw mir-reġim. Il-Kunsill identifika b’mod żbaljat lir-rikorrenti bħala “Tri Ocean Trading a.k.a. Tri-Ocean Energy” li jissuġġerixxi li ż-żewġ persuni ġuridiċi huma l-istess. Ir-rikorrenti hija kumpannija separata, distinta minn Tri Ocean Trading.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/35


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2014 – Gazprom Neft vs Il-Kunsill

(Kawża T-735/14)

(2014/C 448/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gazprom Neft OAO (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentanti: L. Van den Hende u S. Cogman, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, tal-31 ta’ Lulju 2014;

tannulla l-Artikoli 3 u 4(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni PESK ikkontestata u r-Regolament ikkontestat huma vvizzjati minn nuqqas ta’ motivazzjoni u għalhekk jiksru l-Artikolu 296 TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-natura mhux xierqa tal-bażi legali tad-dispożizzjonijiet ikkontestati.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 215 TFUE huwa bażi legali mhux xierqa għad-dispożizzjonijiet ikkontestati tar-Regolament inkwistjoni, peress li r-rikorrenti ma tippreżentax rabta suffiċjenti i) mal-Gvern Russu u ii) mal-għan apparenti tas-sanzjonijiet. Dawn il-prinċipji għandhom jirregolaw ukoll ir-rikors fl-Artikolu 29 TUE bħala bażi legali ta’ miżuri restrittivi kontra Stati terzi.

3.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ drittijiet fundamentali.

Ir-rikorrenti ssostni li d-dispożizzjonijiet ikkontestati jiksru l-prinċipju ta’ proporżjonalità u d-drittijiet fundamentali. Id-dispożizzjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu ksur sproporzjonat għal-libertà ta’ impriżi u għad-dritt ta’ proprjeta tar-rikorrenti, peress li ma humiex xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom (u għalhekk ma humiex neċessarji) u jimponu, fi kwalunkwe każ, piżijiet li jaqbżu b’mod sinjifikattiv ħafna l-vantaġġi possibbli kollha.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/36


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – Monster Energy vs UASI – Home Focus (MoMo Monsters)

(Kawża T-736/14)

(2014/C 448/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Home Focus Developement Ltd (Tortola, Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali “MoMo Monsters”- applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 5 13  372

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 1167/2013-2

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/37


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – Hersill vs UASI – KCI Licensing (VACUP)

(Kawża T-741/14)

(2014/C 448/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hersill, SL (Móstoles, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KCI Licensing, Inc. (San Antonio, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkonċernata: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 9 43  499

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 1520/2013-2

Talbiet

tiddikjara dan l-appell fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk jidhru bħala partijiet f’din il-kawż, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/38


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 – DH vs Il-Paralament

(Kawża F-4/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjal bi prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rapport dwar il-perijodu ta’ prova li jistabbilixxi l-inkompetenza manifesta tal-uffiċjal bi prova - Estensjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova - Assenjazzjoni ġdida - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Kundizzjonijiet ta’ żvolġiment tal-perijodu ta’ prova - Inkompetenza professjonali - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba))

(2014/C 448/47)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: DH (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitkeċċa fi tmiem il-perijodu ta’ prova.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 61, 01.03.2014, p. 22.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/38


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 – CY vs BĊE

(Kawża F-68/13) (1)

((Mewt tar-rikorrenti - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali - Rinunzja tal-aventi kawża li jkompli bl-azzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2014/C 448/48)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CY (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini u F. Feyerbacher, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tintemm l-investigazzjoni amministrattiva rigward fatti ta’ fastidju psikoloġiku li tiegħu kienet vittma r-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, tar-rapport tal-investigazzjoni kif ukoll l-għoti ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013, p. 31.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/39


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-90/14)

(2014/C 448/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Hans-Robert Ilting, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Ir-rikorrent jitlob, l-ewwel nett, l-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatax l-allowance għall-ulied dipendenti b’effett mill-1 ta’ Settembru 2013 minħabba li l-wild tiegħu ma għadux isegwi “taħriġ edukazzjonali jew vokazzjonali” fis-sens tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, it-tieni nett, li l-persuna li timpjegah tiġi ordnata tkompli tagħtih din l-allowance u tagħmel tajjeb għall-ispejjeż mediċi kollha sostnuti għat-tifla tiegħu retroattivament mill-1 ta’ Settembru 2013.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, Numru tal-Fajl HR.D.2/AS/ac/Ares(2014), tal-5 ta’ Ġunju 2014, dwar l-ilment tiegħu rreġistrat fit-12 ta’ Frar 2014 fl-HR.D.2 “Unità rimedji u segwitu ta’ każijiet” taħt in-Numru tal-Fajl R/227/14,

jordna lill-Awtorità tal-Ħatra tirrikonoxxi lit-tifla tiegħu b’mod mhux interrott u retroattiv mill-1 ta’ Settembru 2013 bħala wild dipendenti li tirċievi taħriġ edukazzjonali u għal din ir-raġuni tirrikonoxxi, fir-rigward tat-tifla tiegħu b’mod mhux interrott u retroattiv mill-1 ta’ Settembru 2013, li għandha tkompli tħallas l-allowance għall-ulied dipendenti u tagħmel tajjeb għall-ispejjeż mediċi tagħha.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/40


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-92/14)

(2014/C 448/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Günther Maximini, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Parlament Ewropew, li permezz tagħha dan tal-aħħar irrifjuta li jikkumpensa d-dannu li ġarrab ir-rikorrent minħabba l-ksur tad-drittijiet personali tiegħu u tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 fil-kuntest tal-ipproċessar tal-kawża preċedenti tiegħu u, it-tieni nett, għall-kumpens ta’ danni morali flimkien ma’ interessi moratorji minħabba l-allegat dannu morali mġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-5 ta’ Marzu 2014 li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għad-danni tar-rikorrent tas-16 ta’ Diċembru 2013, u d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent ppreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 kontra l-ewwel deċiżjoni, kif ukoll, sussidjarjament, id-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda adottata a posteriori, fid-29 ta’ Lulju 2014, minn emittent mhux identifikat;

jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent EUR 30  000 bħala kumpens għad-dannu morali u interessi moratorji li jammontaw għal ħames punti perċentwali flimkien mal-interessi bażiċi, mis-somma ta’ EUR 25  000 b’effett mill-1 ta’ Frar 2014 u mis-somma ta’ EUR 5  000 b’effett mill-1 ta’ Mejju 2014;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inkluż dawk tal-proċedura prekontenzjuża, u għall-ispejjeż neċessarji kollha sostnuti mir-rikorrent.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-99/14)

(2014/C 448/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament parzjali ta’ żewġ komunikazzjonijiet lill-persunal tal-Kunsill li jorbtu l-benefiċċju tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u tat-terminu għal raġuni ta’ distanza mal-allowances tal-espatrijazzjoni u tar-residenza barra mill-pajjiż u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ danni għad-danni morali u materjali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, skont l-Artikolu 270 TFUE, id-deċiżjoni tal-komunikazzjoni lill-persunal (“KP”) 13/14 (Deċiżjoni Nru 2/2014), tad-9 ta’ Jannar 2014, li emendat is-sistema applikabbli għat-terminu għal raġuni ta’ distanza, insegwitu għall-applikabbiltà mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-komunikazzjoni lill-persunal (“KP”) 9/14 (Deċiżjoni Nru 12/2014), li emendat ir-regoli dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar insegwitu għall-applikabbiltà mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 287, tad-29 ta’ Ottubru 2013. It-talba għal annullament hija limitata għall-parti ta’ dawn il-KP li torbot id-dritt għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għat-terminu għal raġuni ta’ distanza mal-allowances tal-espatrijazzjoni u tar-residenza barra mill-pajjiż kif ukoll mal-Artikolu 6 tal-KP 9/14, li introduċa kriterji ġodda għad-determinazzjoni tal-post ta’ oriġini;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas lir-rikorrent ta’ ammont ta’ EUR 1 69  051,96 għad-danni materjali sostnuti kif ukoll ammont ta’ EUR 40  000 għad-danni morali;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6,75 għad-danni danni morali u materjali sostnuti;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/41


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kunsill

(Kawża F-100/14)

(2014/C 448/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiz

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 7 tal-Anness V u tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jirtiraw il-benefiċċju ta’ rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u l-leave għal raġuni ta’ distanza.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara illegali l-Artikolu 7 tal-Anness V u l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni li, b’effett mis-sena 2014; la jingħata iktar il-leave għal raġuni ta’ distanza u lanqas ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.