ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 447

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
13 ta' Diċembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 447/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7414 — ReAssure/HSBC Life UK) ( 1 )

1

2014/C 447/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington) ( 1 )

1

2014/C 447/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7425 — Robert Bosch / BSH Bosch und Siemens Hausgeräte) ( 1 )

2

2014/C 447/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7307 — Electricity Supply Board/Vodafone Ireland/JV) ( 1 )

2

2014/C 447/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7381 — Airbus/Singapore Airlines/AATC) ( 1 )

3

2014/C 447/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7231 — Vodafone/ONO) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 447/07

Rata tal-kambju tal-euro

4

2014/C 447/08

Adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan nazzjonali tranżitorju kkomunikat mir-Repubblika tal-Portugal skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

5

2014/C 447/09

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2014 dwar in-notifika lil pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li dan jista’ jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

6

2014/C 447/10

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2014 dwar in-notifika lil pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li dan jista’ jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

16

2014/C 447/11

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2014 dwar in-notifika lil pajjiż terz bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

23

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 447/12

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

30

2014/C 447/13

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

30

2014/C 447/14

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

31

2014/C 447/15

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

32

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7414 — ReAssure/HSBC Life UK)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 447/01)

Fil-5 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7414. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 447/02)

Fil-5 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7437. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7425 — Robert Bosch / BSH Bosch und Siemens Hausgeräte)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 447/03)

Fit-3 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) bid-dokument li jġib in-numru 32014M7425. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7307 — Electricity Supply Board/Vodafone Ireland/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 447/04)

Fl-24 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7307. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7381 — Airbus/Singapore Airlines/AATC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 447/05)

Fit-8 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7381. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7231 — Vodafone/ONO)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 447/06)

Fit-2 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7231. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Diċembru 2014

(2014/C 447/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2450

JPY

Yen Ġappuniż

147,41

DKK

Krona Daniża

7,4370

GBP

Lira Sterlina

0,79250

SEK

Krona Żvediża

9,3700

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1190

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,590

HUF

Forint Ungeriż

308,93

LTL

Litas Litwan

3,45280

PLN

Zloty Pollakk

4,1735

RON

Leu Rumen

4,4673

TRY

Lira Turka

2,8523

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5056

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4417

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6517

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5946

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6307

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 372,22

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4769

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7049

HRK

Kuna Kroata

7,6740

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 579,32

MYR

Ringgit Malażjan

4,3502

PHP

Peso Filippin

55,410

RUB

Rouble Russu

71,4175

THB

Baht Tajlandiż

40,824

BRL

Real Brażiljan

3,3071

MXN

Peso Messikan

18,5119

INR

Rupi Indjan

77,7677


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/5


Adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan nazzjonali tranżitorju kkomunikat mir-Repubblika tal-Portugal skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2014/C 447/08)

Fil-11 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2014) 9360 dwar il-pjan nazzjonali tranżitorju kkomunikat mir-Repubblika tal-Portugal skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1).

Dan id-dokument huwa disponibbli fuq is-sit tal-Internet li ġej: https://circabc.europa.eu/w/browse/36205e98-8e7a-47d7-808d-931bc5baf6ee


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2014

dwar in-notifika lil pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li dan jista’ jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

(2014/C 447/09)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (“ir-Regolament IUU”) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

(2)

Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-proċeduri politiċi fir-rigward ta’ pajjiżi bħal dawn, l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi bħal dawn, it-tneħħija minn dik il-lista, il-pubbliċità ta’ dik il-lista u kull miżura ta’ emerġenza.

(3)

Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi terzi bil-possibilità li jkunu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx. Din in-notifika hija ta’ natura preliminari. In-notifika għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU. Il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll il-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-pajjiżi terzi nnotifikati. B’mod partikolari, fin-notifika l-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsejsu identifikazzjoni bħal din, tipprovdi lil dawk il-pajjiżi bl-opportunità li jwieġbu u jipprovdu evidenza li tirrifjuta l-identifikazzjoni jew, fejn xieraq, pjan ta’ azzjoni biex itejjeb is-sitwazzjoni u l-miżuri meħudin li jirrettifikawha. Il-Kummissjoni għandha tagħti żmien adegwat lill-pajjiżi terzi kkonċernati biex jirrispondu n-notifika u żmien xieraq biex jirranġaw is-sitwazzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tidentifika lill-pajjiżi terzi li hija tqis bħala pajjiżi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Pajjiż terz jista’ jkun ddefinit bħala pajjiż terz li ma jikkooperax jekk jonqos milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina sajd IUU.

(5)

L-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx għandha tkun ibbażata fuq ir-reviżjoni tal-informazzjoni kollha kif inhu stipulat fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament IUU.

(6)

Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, il-Kunsill jista’ jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Il-miżuri stabbiliti, inter alia, fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU japplikaw għal dawk il-pajjiżi.

(7)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament IUU, l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati tal-qabda vvalidati minn Stati tal-bandiera hija soġġetta għal notifika lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li għandhom ikunu konformi mill-bastimeti tas-sajd tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

(8)

Skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni tikkoopera b’mod amministrattiv ma’ pajjiżi terzi f’oqsma li jappartjenu għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

2.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAL-GŻEJJER SOLOMON

(9)

In-notifika tal-Gżejjer Solomon bħala Stat tal-bandiera kienet aċċettata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fl-1 ta’ Jannar 2010.

(10)

Mill-11 sal-14 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), żaret il-Gżejjer Solomon fil-kuntest ta’ kooperazzjoni amministrattiva stipulata fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

(11)

Iż-żjara kellha l-għan li tivverifika l-informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-Gżejjer Solomon għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom iridu jikkonformaw il-bastimenti tas-sajd tagħhom, il-miżuri meħudin mill-Gżejjer Solomon sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-punti tagħhom li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

(12)

Ir-rapport finali tal-missjoni ntbagħat lill-Gżejjer Solomon fit-28 ta’ Frar 2014.

(13)

Il-kummenti preliminari tal-Gżejjer Solomon dwar dak ir-rapport finali waslu fis-6 ta’ Mejju 2014 u fl-20 ta’ Mejju 2014. It-tweġiba formali għall-osservazzjonijiet dwar il-qafas legali u amministrattiv ġiet ippreżentata fl-1 ta’ Ottubru 2014 u s-6 ta’ Ottubru 2014.

(14)

Aktar informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni, wara talba mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Marzu 2014, ġiet ippreżentata mill-Gżejjer Solomon fit-28 ta’ Marzu 2014 u fis-7 ta’ Ġunju 2014.

(15)

Fl-20 ta’ Mejju 2014 saret laqgħa bejn il-Gżejjer Solomon u l-Kummissjoni.

(16)

Il-Gżejjer Solomon huma membru tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC). Il-Gżejjer Solomon irratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982 (UNCLOS) u l-Ftehim tal-1995 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna (UNFSA). Il-Gżejjer huma Parti għall-Konvenzjoni tal-Aġenzija tas-Sajd tal-Forum tal-Paċifiku tan-Nofsinhar (2) (Konvenzjoni FFA) u għall-Ftehim ta’ Nauru (PNA) li jikkonċernaw il-kooperazzjoni fil-ġestjoni tas-sajd ta’ interess komuni (3).

(17)

Sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-Gżejjer Solomon mal-obbligi tagħhom bħala Stat tal-bandiera, tal-port, tal-kosta jew tas-suq stipulati fil-fehmiet internazzjonali msemmija fil-premessa (16) u stabbiliti mill-Organizzazzjonijiet ta’ Ġestjoni tas-Sajd Reġjonali (RFMOs) relevanti msemmija fil-premessa (16), il-Kummissjoni fittxet u analizzat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għall-finijiet ta’ dak l-eżerċizzju.

(18)

Il-Kummissjoni użat ukoll l-informazzjoni miksuba mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-WCPFC kif ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament.

3.   IL-POSSIBBILTÀ TAL-GŻEJJER SOLOMON LI JIĠU IDENTIFIKATI BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(19)

Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tal-Gżejjer Solomon bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

3.1.   Rikorrenza tal-Bastimenti IUU u l-flussi kummerċjali IUU (l-Artikolu 31(4) tar-Regolament IUU)

(20)

Fir-rigward tal-bastimenti bil-bandiera tal-Gżejjer Solomon, qiegħed jiġi nnotat li abbażi tal-informazzjoni miksuba mil-listi tal-bastimenti tal-RFMO m’hemmx bastimenti fil-listi IUU provviżorji jew finali u ma teżisti l-ebda evidenza ta’ każijiet antiki ta’ bastimenti bil-bandiera tal-Gżejjer Solomon li tippermetti lill-Kummissjoni tanalizza l-prestazzjoni tal-Gżejjer Solomon fir-rigward ta’ attivitajiet rikorrenti tas-sajd IUU skont l-Artikolu 31(4)(a) tar-Regolament IUU.

(21)

Skont l-Artikolu 31(4)(b) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-miżuri meħuda mill-Gżejjer Solomon dwar l-aċċess ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn sajd IUU għas-suq tagħhom.

(22)

Abbażi ta’ valutazzjoni tal-informazzjoni kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-Gżejjer Solomon ma jistgħux jiżguraw li l-prodotti tas-sajd li jidħlu fl-Gżejjer Solomon jew li jidħlu fl-impjanti tal-ipproċessar ibbażati fihom ma jkunux ġejjin minn sajd IUU. Dan huwa minħabba problemi sistematiċi li jdgħajfu l-possibbiltà li l-awtoritajiet tal-Gżejjer Solomon jittraċċaw il-qabdiet minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni uffiċjali dwar il-ħut li jinħatt l-art, li jiġi impurtat u/jew li jiġi ipproċessat. L-elementi ewlenin li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha huma miġbura fil-qosor fil-premessi ((23)) sa (39).

(23)

L-attivitajiet prinċipali tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Gżejjer Solomon ma jsirux minn bastimenti bil-bandiera tal-Gżejjer Solomon, iżda minn bastimenti bil-bandiera barranija, li f’ċerti każijiet jużaw il-portijiet lokali. Fir-rapport għad-disa’ (9) sessjoni tal-Kumitat Xjentifiku (4) tal-WCPFC tal-2013, il-Gżejjer Solomon irrapportaw li total ta’ 434 bastiment kienu attivi fl-ilmijiet tal-Gżejjer Solomon fl-2012, jiġifieri 214-il bastiment bit-tartarun, 200 bastiment bil-konz u 20 bastiment bix-xlief u l-qasab. Kienu sitt (6) bastimenti bit-tartarun, żewġ (2) bastimenti bil-konz u żewġ (2) bastimenti bix-xlief u l-qasab biss li tajru l-bandiera tal-Gżejjer Solomon. Matul iż-żjara tal-Kummissjoni fi Frar 2014, l-awtoritajiet tal-Gżejjer Solomon ikkonfermaw li 401 bastiment tas-sajd industrijali ġew illiċenzjati biex jistadu fl-ilmijiet tal-Gżejjer Solomon. It-tnaqqis tal-bastimenti liċenzjati mill-2012 huwa dovut għat-tnaqqis ta’ liċenzji allokati għall-bastimenti li joperaw taħt il-ftehim tal-kiri. Madankollu, għad hemm 143 bastiment bil-konz u żewġ (2) bastimenti bit-tartarun mikrija minn ħames kumpaniji bbażati lokalment. Id-daqs tal-flotta involuta ssaħħaħ il-ħtieġa għal miżuri li jiżguraw nuqqas ta’ aċċess ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għas-suq tal-Gżejjer Solomon.

(24)

Skont il-pjan tal-abbozz tal-Iżvilupp u l-Ġestjoni għat-Tonn ippreżentat f’Novembru 2013 mill-Gżejjer Solomon, fl-2012 il-qabdiet totali fil-Gżejjer Solomon fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ammontaw għal 93 000 tunnellata. Dan jirrappreżenta madwar nofs il-qabdiet tas-snin ta’ qabel (185 000 tunnellata fl-2010 u 177 000 tunnellata fl-2011).

(25)

L-industrija tal-ipproċessar tat-tonn fil-Gżejjer Solomon qiegħda tikber. Tabilħaqq, hemm diversi proġetti mill-investituri barranin sabiex jiġu stabbiliti impjanti ġodda f’impriża konġunta mal-Gżejjer Solomon. Għaldaqstant, il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni b’rabta mal-attivitajiet ta’ din l-industrija u kwalunkwe impatt li dawk l-operazzjonijiet jista’ jkollhom fuq l-aċċess tal-prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għas-suq tal-Gżejjer Solomon.

(26)

Il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali biex jippreveni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat (5) (IPOA IUU) jipprovdi gwida dwar miżuri relatati mas-suq li tappoġġja t-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-kummerċ fil-ħut u l-prodotti tal-ħut mis-sajd IUU. Fil-punt 71, l-IPOA IUU jissuġġerixxi wkoll li l-Istati għandhom jieħdu passi biex itejbu t-trasparenza tas-swieq tagħhom sabiex jippermettu t-traċċabbiltà tal-ħut jew tal-prodotti tal-ħut. Bl-istess mod, il-Kodiċi ta’ Kondotta għas-Sajd Responsabbli (il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), b’mod partikolari fl-Artikolu 11, jisħaq fuq prattiki tajbin għal wara l-ħsad u kummerċ internazzjonali responsabbli. L-Artikolu 11(1)(11) ta’ dik il-Kodiċi ta’ Kondotta (6) jitlob lill-Istati jiżguraw li l-ħut u l-prodotti tas-sajd jiġu nnegozjati fuq livell internazzjonali u fuq livell domestiku skont prattiki ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni sodi permezz ta’ titjib fl-identifikazzjoni tal-oriġini tal-ħut u tal-prodotti tal-ħut.

(27)

Matul iż-żjara tagħha fil-Gżejjer Solomon fi Frar 2014, il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ operatur ta’ impjant tal-ipproċessar tat-tonn li l-prodotti tiegħu jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(28)

Skont dak l-operatur ekonomiku, l-impjant tal-ipproċessar huwa esklussivament fornut minn bastimenti bit-tartarun bil-bandiera tal-Gżejjer Solomon fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisjir ta’ flettijiet jew qxur tat-tonn għas-suq tal-Unjoni. Il-bqija jirriżulta minn bastimenti tas-sajd bil-konz u hija prinċiplament esportata lejn l-Istati Uniti jew is-suq reġjonali (Fiġi, il-Vanwatu, il-Papwa Ginea Ġdida). L-impjant tal-ipproċessar ikun ipprovdut biss ma’ prodotti domestiċi mingħajr importazzjoni ta’ materja prima. Madankollu, f’dak il-kuntest, ta’ min jenfasizza li skont il-fehma tal-awtoritajiet kompetenti tal-qabdiet kollha miksuba miż-ŻEE tal-Gżejjer Solomon huma kkunsidrati li joriġinaw fil-Gżejjer Solomon irrespettivament mill-bandiera tal-bastiment tas-sajd, li tmur kontra r-regoli bażiċi tar-regoli tal-oriġini eżistenti fil-liġi tal-UE (7). Kien ukoll evidenti li l-awtoritajiet tal-Gżejjer Solomon ma introduċewx miżuri speċifiċi biex jikkontrollaw il-provenjenza tal-materja prima tal-ħut u ma nstabu l-ebda miżuri speċifiċi li josservaw l-aċċess ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn sajd IUU għall-Gżejjer Solomon. F’dak ir-rigward, skont ir-Regolament IUU hemm riskju li l-materja prima li tinqabad minn bastimenti tas-sajd b’bandiera ta’ pajjiż ieħor minbarra l-Gżejjer Solomon, inklużi pajjiżi li mhumiex awtorizzati li jesportaw lejn l-Unjoni, tidħol fl-industrija tal-ipproċessar mingħajr kontroll adegwat dwar it-traċċabilità tal-prodotti nfushom.

(29)

Matul iż-żjara tagħha, il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll ma’ operaturi oħra. Il-Kummissjoni għamlet ħilitha biex tivverifika l-prinċipji bażiċi u l-linji ta’ politika li għandhom jiġu applikati mill-operaturi fir-rigward tat-traċċabbiltà tal-fluss tal-kummerċ tal-prodotti tas-sajd mix-xibka sal-platt. L-operaturi ma setgħux iwieġbu b’mod ċar il-mistoqsijiet dwar il-katina tat-traċċabbiltà u l-istabbiliment tal-kwantitajiet mibjugħa u pproċessati. Għall-materja prima li tinbiegħ lill-impjanti tal-ipproċessar fil-Gżejjer Solomon u pajjiżi terzi oħra, l-impjanti tal-iproċessar isserrħu totalment fuq l-istimi tal-piż u l-fatturi li jirċievu mingħand il-klijenti tagħhom mingħajr ma jsiru iktar verifiki fuq il-prodotti. Fil-verità, fl-ebda stadju ma hemm kontroll jew verifika. Bl-istess mod, l-operatur tal-impjant tal-ipproċessar jattribwixxi kodiċi lil kull lott ta’ materja prima hekk kif jasal, iżda wara dan, il-prodotti mhumiex segwiti sistematikament permezz tal-katina tal-ipproċessar u l-ebda rabta affidabbli ma tista’ tiġi żgurata bejn il-prodott finali u l-qabda reali sottostanti.

(30)

Barra minn hekk, il-livell ta’ għarfien tal-uffiċjali doganali fil-Gżejjer Solomon instab li kien bażiku ħafna. L-uffiċjali doganali jserħu fuq id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-operaturi tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni mingħajr aktar verifiki tal-kwantitajiet u sistema traċċabbli li torbot it-tagħbija bid-dikjarazzjonijiet doganali. B’dan, l-awtoritajiet ma għandhomx sistema ta’ kontroll fuq il-materja prima użata għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u ma jistgħux jorbtu l-materja prima eżistenti tas-suq tal-Gżejjer Solomon mal-esportazzjoni tal-prodotti tas-sajd.

(31)

Rigward is-sistemi stabbiliti li jiżguraw it-traċċabbiltà, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Gżejjer Solomon ma setgħux jiżguraw kontroll sistematiku tal-ħatt l-art. Anke jekk l-awtoritajiet lokali ddikjaraw li 100 % tal-ħatt l-art f’żewġ portijiet awtorizzati kienu koperti, ma setgħux jagħtu prova kif l-ispetturi ħadmu biex jiżguraw din il-kopertura. Il-Kummissjoni sabet li spettur wieħed biss ġie stazzjonat fil-port fejn il-biċċa l-kbira tal-ħatt l-art seħħ fil-ħin li l-bqija tal-ispetturi ċċaqilqu għall-port l-ieħor (li mhuwiex fuq il-gżira prinċipali fejn l-awtoritajiet għandhom il-bażi u r-riżorsi amministrattivi ewlenin tagħhom) wara kull ħatt l-art. Il-Gżejjer Solomon għarrfu l-bżonn li jsaħħu s-sistema tagħhom ta’ kontroll u monitoraġġ, bħal fis-sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tas-sajd, l-introduzzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u kontrolli sistematiċi u titjib fil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tad-dwana.

(32)

L-analiżi bir-reqqa ta’ ċertifikati tal-qabda vvalidati mill-awtoritajiet tal-Gżejjer Solomon għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni żvelat numru ta’ nuqqasijiet fil-proċess ta’ validazzjoni. Fi Frar 2014, iż-żjara tal-Kummissjoni kkonfermat din l-analiżi. B’mod partikolari, ġie konkluż li kien hemm nuqqas ta’ kontroll sistematiku tal-informazzjoni pprovduta fiċ-ċertifikati tal-qabda. Ma kienx hemm sistema ta’ traċċar fis-seħħ u l-kwantitajiet indikati fiċ-ċertifikat tal-qbid kienu stabbiliti mill-operatur. L-awtoritajiet kompetenti kellhom joqogħdu kompletament fuq dik l-informazzjoni. Iċ-ċertifikati tal-qabda għall-importazzjonijiet diretti ta’ prodotti pproċessati sistematikament jiġu vvalidati wara li l-kunsinna tkun diġà telqet mill-Gżejjer Solomon. Il-Gżejjer Solomon mhumiex f’pożizzjoni li jiżguraw xi tip ta’ kontroll jew traċċabbiltà fuq dawk il-prodotti li qatt ma jispezzjonaw fiżikament.

(33)

Barra minn hekk, l-uniku uffiċjal ta’ validazzjoni m’għandux aċċess dirett għad-dejta ta’ kontroll bħas-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti (Vessel Monitoring System - VMS), l-informazzjoni dwar liċenzji jew il-ġurnali tas-sajd. Jekk qabel il-validazzjoni seħħ xi verifika jew kontroverifika, din għandha ssir permezz ta’ telefonati lejn il-kwartieri tal-Ministeru tas-Sajd u r-Riżorsi Marini fejn l-informazzjoni rilevanti hija ċċentralizzata. Ma kien hemm l-ebda dokumentazzjoni disponibbli fuq kwalunkwe verifika bħal din.

(34)

Il-fatt li l-validazzjoni ssir b’mod sistematiku fl-istess jum tad-dikjarazzjoni tal-esportatur (bi ftit eċċezzjonijiet) jindika li l-verifika li ssir minn qabel u l-kontroverifiki tad-dejta huma limitati jew saħansitra ineżistenti. Fi kwalunkwe każ, ma ngħatat l-ebda dokumentazzjoni tal-kundizzjonalità.

(35)

Barra minn hekk, instabu numru ta’ nuqqasijiet fiċ-ċertifikati fir-rigward tal-inkoerenzi fis-sistema ta’ numerazzjoni, in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni applikabbli, iż-żona ta’ qbid kif ukoll l-inkonsistenzi serji fid-dati, bħal pereżempju li d-data ta’ validazzjoni indikata tippreċedi d-dikjarazzjoni tal-esportatur jew id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art tiġi qabel id-data tal-qbid. Dawn l-żbalji bażiċi jqiegħdu fil-periklu l-kredibilità tal-proċedura tal-validazzjoni kollha.

(36)

Il-Kummissjoni sabet ukoll prattiki fejn ma kienet teżisti l-ebda informazzjoni dwar il-ħatt l-art tal-ħut (l-ebda dikjarazzjoni tal-ħatt l-art) u l-Gżejjer Solomon b’mod alternattiv użaw informazzjoni mill-awtorizzazzjonijiet tat-trażbord fil-port biex jiddikjaraw il-kwantitajiet fiċ-ċertifikati tal-qbid. Bl-istess mod, ġie nnutat li l-operaturi jużaw mudelli taċ-ċertifikati tal-qbid b’informazzjoni diġà mimlija dwar il-bastimenti, l-ispeċi, il-kodiċi tal-prodott, eċċ. Instabu kampjuni fejn iċ-ċertifikat tal-qabda ġie vvalidat b’linji żejda mingħajr ma tniżżlu l-kwantitajiet ta’ tonn għajnu kbira jew tonn isfar. Dan joħloq ir-riskju ta’ manipulazzjoni taċ-ċertifikat tal-qabda wara l-validazzjoni.

(37)

Barra minn hekk, instabu diversi eżempji ta’ ċertifikati tal-qbid fejn ġew ippreżentati verżjonijiet differenti bi kwantitajiet differenti mal-importazzjoni tal-prodotti lejn l-Unjoni. Il-Gżejjer Solomon spjegaw li mat-talba tal-operatur huma joħorġu ċertifikati tal-qbid addizzjonali għall-istess konsenja, mingħajr ma jistaqsu dwar ir-raġuni għaliex saret dik id-domanda jew mingħajr ma jieħdu lura l-ewwel oriġinali biex jevitaw użu ħażin frodulenti. Din il-prattika, flimkien ma’ nuqqasijiet oħra misjuba, tirriżulta f’riskju konsiderevoli ta’ ħasil tal-flus mis-sajd IUU jew tal-inqas f’ħut li mhux eliġibbli għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. B’mod partikolari, il-pajjiżi fir-reġjun li mhumiex ikkwalifikati biex jesportaw prodotti tal-ħut lejn l-Unjoni jistgħu jieħdu vantaġġ mid-dgħjufijiet tas-sistema ta’ validazzjoni tal-Gżejjer Solomon biex ikopru l-ħut tagħhom għal importazzjoni indiretta lejn l-Unjoni. Għal darb’oħra, il-Gżejjer Solomon urew nuqqas ta’ fehim u kuxjenza dwar ir-riskju maħluq minn kopertura żejda ta’ kwantitajiet b’duplikazzjoni jew bi triplikazzjoni ta’ ċertifikati tal-qabda.

(38)

Il-Gżejjer Solomon aċċettaw in-nuqqasijiet kollha tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid ppreżentata fil-premessi minn (32) sa (37) u spjegaw l-iżbalji bħala inkompetenza tal-uffiċjali responsabbli. Huma spjegaw li kienu qed jaħdmu fuq it-titjib tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid. F’dan ir-rigward, sar abbozz ta’ serje ta’ Proċeduri Operattivi Standard (Standard Operational Procedures - SOPs) u l-istaff qed jiġi mħarreġ biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tagħhom. Madankollu, l-informazzjoni kollha mogħtija kienet qiegħda tirreferi għal pjanijiet futuri mingħajr l-ebda riżultati tanġibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet ħilitha biex tivverifika jekk sarx progress fil-proċess ta’ validazzjoni ta’ ċertifikati tal-qbid wara ż-żjara tal-Kummissjoni fi Frar 2014 u l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja tal-Gżejjer Solomon. Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma nnutat l-ebda titjib.

(39)

Minħabba n-nuqqas ta’ traċċabbiltà stabbilita u n-nuqqas ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Gżejjer Solomon dwar il-ħut li jkun inħatt l-art, il-Gżejjer Solomon ma jistgħux jiżguraw li l-prodotti tas-sajd li jidħlu f’dawn il-Gżejjer jew li jidħlu fl-impjanti tal-ipproċessar ibbażati fihom ma jkunux ġejjin minn sajd IUU, kif imsemmi fil-premessi (28) sa (37). Il-possibbiltà li jikkontrollaw l-aċċess ta’ prodotti IUU u l-esportazzjoni sussegwenti tagħhom hija wkoll kompromessa mill-ambigwità tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini kif stabbilit fil-premessa (28) – kif ukoll min-nuqqas ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ċari kif deskritt fil-premessi (63) sa (68).

(40)

Għaldaqstant, abbażi tal-elementi fattwali kollha miġburin mill-Kummissjoni, kif ukoll l-istqarrijiet magħmulin mill-Gżejjer Solomon, seta’ jiġi stabbilit li, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4) (b) tar-Regolament IUU, il-Gżejjer Solomon ma wettqux l-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-kosta u tas-suq biex jipprevjenu l-aċċess ta’ prodotti tas-sajd li jirriżultaw mis-sajd IUU lejn is-suq tagħhom.

3.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u ta’ infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)

(41)

Il-Kummissjoni analizzat jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Solomon qattx ikkooperaw b’mod effettiv mal-Kummissjoni, billi wieġbu għat-talbiet mill-Kummissjoni biex tinvestiga, tipprovdi rispons jew segwitu dwar is-sajd IUU u attivitajiet assoċjati miegħu.

(42)

Filwaqt li l-awtoritajiet tal-Gżejjer Solomon involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tar-Regolament IUU ġeneralment jikooperaw, jirrispondu u jipprovdu rispons għat-talbiet għal informazzjoni jew verifika, l-affidabbiltà tal-korrettezza tar-risposti tagħhom hija kompromessa u dgħajfa minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza u l-fatt li m’hemmx, jew ftit li xejn hemm, possibbiltajiet biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd, kif inhu stabbilit fit-Taqsima 3(1).

(43)

Fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali dwar kemm il-Gżejjer Solomon jissodisfaw id-dmirijiet tagħhom li jaqdu l-obbligi tagħhom bħala Stat tal-bandiera, tal-port u kostali, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk il-Gżejjer Solomon jikkooperawx mal-Istati l-oħra tal-bandiera fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(44)

Għal dak il-għan, waqt il-missjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar 2014, ġie stabbilit li kien hemm nuqqas ta’ rieda, mill-awtoritajiet tal-Gżejjer Solomon, li jikkooperaw mal-Istati tal-bandiera ta’ bastimenti li joperaw fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom skont ftehimiet ta’ sajd differenti, minħabba li l-Gżejjer Solomon ma kinux lesti li jipprovdu lill-Istati tal-bandiera b’informazzjoni relatata mad-dejta tal-bastimenti. Din hija indikazzjoni ċara li l-Gżejjer Solmon ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali (b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) tal-UNFSA) biex jiżguraw il-konservazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-istokkijiet tal-ħut transżonali li jseħħu fl-ilmijiet tagħhom u biex jiżguraw il-prevenzjoni effettiva u effiċjenti tas-sajd IUU. Dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni jikkontradixxi wkoll il-punt 40 tal-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera (8), li skontu Stati tal-bandiera u tal-kosta għandhom jidħlu biss għal ftehimiet dwar is-sajd meta t-tnejn li huma jkunu ssodisfati li dawn l-attivitajiet mhumiex se jdgħajfu s-sostenibbiltà tar-riżorsi marini ħajjin fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-Istat kostali.

(45)

Minkejja n-numru importanti ta’ trażbordi ta’ bastimenti bil-bandiera barranija li jseħħu fil-Gżejjer Solomon, il-pajjiż ma stabbilixxix kollaborazzjoni mal-Istati tal-bandiera ta’ dawn il-bastimenti. Għaldaqstant, il-Gżejjer Solomon ma jkunux f’pożizzjoni li jikkonformaw ma’ dmirijiethom bħala Stat tal-port skont il-punti 52 sa 64 tal-IPOA IUU. B’mod partikolari, il-Gżejjer Solomon ma jikkonformawx mal-obbligazzjonijiet tagħhom bħala Stat tal-port fir-rigward ta’ bastimenti bil-bandiera barranija li jużaw il-portijiet tagħhom minħabba li mhux qed jikkooperaw mal-Istati tal-bandiera dwar kwistjonijiet bażiċi bħal skambju ta’ informazzjoni dwar il-ħatt l-art, trażbordi u rifjuti biex jintuża l-port. Billi, fis-sottomissjoni tagħhom tas-6 ta’ Mejju 2014, l-awtoritajiet tal-Gżejjer Solomon stqarru li se jiktbu lill-Istati tal-bandiera biex isaħħu l-kollaborazzjoni biex titlesta d-data tat-trasbord meħtieġa fuq iċ-ċertifikati tal-qbid għall-esportazzjonijiet fl-Unjoni, ma ġew konklużi l-ebda arranġamenti konkreti ma’ pajjiżi terzi dwar skambju ta’ informazzjoni u dejta dwar it-trażbordi.

(46)

Fir-rigward tal-kollaborazzjoni ma’ Stati Membri tal-Unjoni dwar il-kontroll taċ-ċertifikati tal-qbid ivvalidati mill-Gżejjer Solomon, il-pajjiż irċieva talbiet ta’ verifika minn tliet Stati Membri tal-Unjoni. It-talbiet ġew ittrattati mill-awtoritajiet kompetenti u kien hemm risposta f’waqtha. Madankollu, it-tweġibiet normalment kienu sempliċiment jikkonfermaw l-awtentiċità taċ-ċertifikat tal-qbid mingħajr l-ebda spjegazzjoni oħra. Fuq il-post ma kien hemm l-ebda dokumentazzjoni disponibbli dwar dawn it-talbiet ta’ verifika.

(47)

Il-Kummissjoni analizzat jekk il-Gżejjer Solomon kinux ħadu miżuri effettivi ta’ infurzar fir-rigward ta’ operaturi responsabbli għal sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet severi biżżejjed li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li jieħdu mis-sajd IUU.

(48)

Fir-rigward tal-konformità u l-infurzar, iż-żjara tal-Kummissjoni żvelat li l-Gżejjer Solomon m’għandhom l-ebda leġiżlazzjoni speċifika li tindirizza attivitajiet tas-sajd IUU. Nuqqas bħal dan jindika li l-Gżejjer Solomon ma jiżgurawx kontroll mill-Istat tal-bandiera fuq il-bastimenti tas-sajd kif meħtieġ skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS. Barra minn hekk, il-prestazzjoni tal-Gżejjer Solomon fir-rigward tal-konfirmità u l-infurzar mhijiex skont il-punt 21 tal-IPOA IUU li jirrakkomanda li l-Istati jiżguraw li s-sanzjonijiet fuq is-sajd IUU minn bastimenti taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ikunu severi biżżejjed biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw b’mod effettiv is-sajd IUU u jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li jieħdu mill-attivitajiet illegali tagħhom.

(49)

Tabilħaqq, f’rapport tal-verifika ppubblikat fl-2012, l-Awditur Ġenerali tal-Gżejjer Solomon (9) innota li l-Liġi tas-Sajd fis-seħħ kienet skaduta u ma tissodisfax l-obbligi tal-pajjiż skont ftehimiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali. L-awtoritajiet ftiehmu dwar dik il-verifika l-Kummissjoni ltaqgħet magħhom waqt iż-żjara tagħha fi Frar 2014. Qabel iż-żjara ġie ippreżentat abbozz ġdid ta’ Liġi dwar is-Sajd. Madankollu, is-sanzjonijiet ta’ dak l-abbozz mhumiex adegwatament severi biex ikunu effettivi ħalli jiżguraw il-konformità u biex jiskoraġġixxu l-ksur tal-liġi u jċaħħdu lil dawk li jiksru l-liġi mill-benefiċċji li jieħdu mill-attivitaijet illegali tagħhom, kif mitlub mill-Artikolu 25(7) tal-Konvenzjoni tal-WCPFC (10). B’mod partikolari, l-iskema tas-sanzjonijiet tiddependi fuq sistema ta’ unitajiet ta’ penali li l-bażi legali tagħhom għadha ma ġietx stabbilita. Il-Gżejjer Solomon irrikonoxxew l-obsolexxenza tas-sistema li ma ġietx applikata u spjegaw li kienu fil-proċess li jirreveduha. Fis-6 ta’ Ottubru 2014 tressaq abbozz aġġornat tal-Liġi tas-Sajd ġdida. Madankollu, is-sitwazzjoni baqgħet problematika minħabba d-definizzjonijiet mhux ċari ta’ ksur serju, punti ta’ penali, infrazzjonijiet ripetuti, livell ta’ penali u minħabba li l-konsegwenzi legali tagħhom ma kinux ċari.

(50)

Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-Gżejjer Solomon, ta’ min jinnota li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (11), il-Gżejjer Solomon jitqiesu bħala pajjiż fejn l-iżvilupp tal-bniedem huwa baxx (il-143-il pajjiż minn 186 wieħed fl-2013). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) fejn il-Gżejjer Solomon huma elenkati fil-kategorija ta’ pajjiżi inqas żviluppati. Il-lista ta’ assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (official development assistance - ODA) minn riċevituri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) il-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp mill-1 ta’ Jannar 2013 għar-rappurtar dwar l-2012 (13) tikkunsidra l-Gżejjer Solomon bħala pajjiż l-anqas żviluppat. F’dan ir-rigward, il-limitazzjonijiet tal-kapaċità finanzjarja u amministrattiva tal-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitqiesu bħala fattur wieħed li jdgħajjef l-abbiltà tal-Gżejjer Solomon li jissodisfaw d-dmirijiet ta’ kooperazzjoni u l-infurzar tagħhom. Madankollu, huwa mfakkar li n-nuqqasijiet fil-kooperazzjoni u l-infurzar huma marbutin man-nuqqas ta’ qafas legali adegwat li jippermetti l-azzjonijiet ta’ segwitu xieraq aktar milli l-kapaċità eżistenti tal-Gżejjer Solomon li jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tagħhom. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li, abbażi tal-informazzjoni miksuba matul iż-żjara tal-Kummissjoni fi Frar 2014, ma jistax jitqies li l-Gżejjer Solomon m’għandhomx riżorsi finanzjarji iżda aktarx li jonqoshom l-ambjent legali u amministrattiv meħtieġ biex jiżguraw li jaqdu dmirijiethom b’mod effiċjenti u effettiv bħal Stati tal-bandiera, kostali, tal-port u tas-suq.

(51)

Barra minn hekk, għandu jkun enfasizzat li, skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punti 85 u 86 tal-IPOA IUU dwar il-ħtiġijiet speċjali ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Unjoni għenet lill-Gżejjer Solomon fl-applikazzjoni tar-Regolament IUU permezz ta’ programm speċifiku ta’ assistenza teknika ffinanzjat mill-Kummissjoni (14).

(52)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġburin mill-Kummissjoni, kif ukoll l-istqarrijiet maħruġin mill-Gżejjer Solomon, jista’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (5) tar-Regolament IUU, li l-Gżejjer Solomon naqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-kosta u tas-suq fir-rigward tal-isforzi tal-kooperazzjoni u l-infurzar.

3.3.   Nuqqas li jiġu implimentati r-regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

(53)

Il-Gżejjer Solomon irratifikataw l-UNCLOS u l-UNFSA. Il-Gżejjer Solomon huma parti kontraenti għall-WCPFC. Il-Gżejjer Solomon huma Parti għall-Konvenzjoni FFA u għall-PNA fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-ġestjoni ta’ sajd ta’ interess komuni.

(54)

Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni kollha li qieset relevanti fir-rigward tal-istatus tal-Gżejjer Solomon bħala membru kontraenti tal-WCPFC.

(55)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll kull informazzjoni li qieset rilevanti fir-rigward tal-ftehim tal-Gżejjer Solomon biex japplikaw il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-WCPFC.

(56)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Gżejjer Solomon dwar is-sitwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għat-tonn fl-ibħra tagħhom, il-qabdiet tal-istokkijiet tat-tonn fiż-ŻEE tal-Gżejjer Solomon, fl-2012 kienu responsabbli għal 3,5 % tal-qbid tal-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (15). Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 50 % mis-snin 2010 u 2011.

(57)

Abbażi taċ-ċifri ppreżentati fil-premessa (56) jidher li l-Gżejjer Solomon jiġġestixxu riżorsi globali importanti tat-tonn u għalhekk għandhom ir-responsabbiltà, bħala Stat tal-kosta, li jiżguraw ġestjoni sostenibbli responsabbli u fuq terminu twil ta’ żmien ta’ dan ir-riżors. L-Artikoli 61 sa 64 tal-UNCLOS u l-Artikoli 7 u 8 tal-UNFSA jirregolaw l-użu tar-riżorsi ħajjin fl-Istat kostali, li għandu jippromwovi l-għan tal-aħjar użu tar-riżorsi ħajjin fiż-ŻEE tiegħu u jiżgura l-konformità ta’ ċittadini ta’ Stati oħrajn li jistadu fiż-ŻEE tiegħu bil-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, kif ukoll jikkoopera mal-Istati relevanti u l-organizzazzjonijiet reġjonali involuti f’dak is-sajd.

(58)

F’dak ir-rigward, huwa nnutat li bi ksur ta’ dawn l-obbligi u r-rakomandazzjonijiet, il-qafas legali tal-Gżejjer Solomon m’għandux dispożizzjonijiet li jiżguraw ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-bastimenti li joperaw fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħhom. Barra minn hekk, il-qafas legali ma jinkludix dispożizzjonijiet ċari u trasparenti li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli għal kull tip ta’ ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Gżejjer Solomon, jew fejn jinstabu dawn ma jeżistux proċeduri ċari u trasparenti li jistabbilixxu kif għandha tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħhom. Dawk l-aspetti huma analizzati f’iżjed dettall fil-premessi (59) sa (75).

(59)

L-evidenza ċara tan-nuqqasijiet tal-qafas legali tal-Gżejjer Solomon jidher fil-mod ta’ kif il-Gżejjer jimmaniġġjaw ir-riżorsi tat-tonn. Il-Gżejjer Solomon spjegaw li l-“Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni u l-Iżvilupp tat-Tonn tal-Gżejjer Solomon” ġie implimentat parzjalment biss u ġie mibdul konsegwentement bi pjan ġdid.

(60)

L-abbozz il-ġdid tal-Pjan ta’ Ġestjoni għat-Tonn ippreżentat lill-Kummissjoni f’Novembru 2013 jipprovdi l-qafas legali għall-ġestjoni tar-riżorsi tat-tonn u japplika għall-ilmijiet kollha tal-Gżejjer Solomon minn tliet (3) mili nawtiċi inklużi dawk arċipelaġiċi. Madankollu, dan huwa biss dokument ta’ prinċipji ġenerali. Matul iż-żjara tal-Kummissjoni fi Frar 2014, il-Gżejjer Solomon qablu li jirrevedu l-abbozz li jirrifletti r-realtà tal-operazzjonijiet, l-attivitajiet u l-industrija tas-sajd. Il-Gżejjer Solomon iddikjaraw li l-Pjan il-ġdid għandu jinkludi miżuri ta’ konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali, liċenzja tar-reġimi u l-kundizzjonijiet, il-limiti TAC, il-ġestjoni ta’ żoni tal-ilmijiet tal-arċipelagu u taż-ŻEE, il-punti ta’ referenza u r-regoli ta’ kontroll dwar il-ħsad.

(61)

Fi kwalunkwe każ, il-fatt huwa li l-Pjan eżistenti m’għadux validu u għalhekk mhuwiex konformi mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 61(2) sa (5), 62 (1) u 64 tal-UNCLOS fir-rigward tal-aħjar użu tar-riżorsi permezz ta’ miżuri xierqa ta’ konservazjoni u ġestjoni.

(62)

Aspett ieħor ta’ nuqqas regolatorju huwa n-nuqqas ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ċari adottati mill-Gżejjer Solomon, abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi u skont l-obbligi tagħhom lejn l-UNCLOS, l-UNFSA u l-WCPFC, b’rabta mal-ilmijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tagħhom, inklużi l-ilmijiet arċipelaġiċi. Tabilħaqq, fi Frar 2014 ġie stabbilit li r-regoli ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni mhumiex trasparenti u ċari (kif inhu żviluppat fil-premessi (63) sa (68)) u jidher li la huma kompatibbli u lanqas ibbażati fuq l-aqwa pariri xjentifiċi (kif inhu żviluppat fil-premessi (69) sa (75)).

(63)

L-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Gżejjer Solomon jissejħu bħala baħar territorjali, ilmijiet arċipelaġiċi u ŻEE. Skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni WCPFC, il-qasam ta’ kompetenza taż-żona WPCFC jinkludi, fil-prinċipju, l-ilmijiet kollha tal-Gżejjer Solomon inklużi l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Gżejjer Solomon.

(64)

Madankollu, il-Gżejjer Solomon infurmaw lill-Kummissjoni li jikkunsidraw li l-ilmijiet li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni nazzjonali tagħhom (il-baħar territorjali, ilmijiet arċipelaġiċi, ŻEE) mhumiex koperti mill-Konvenzjoni WCPFC, anki jekk il-WCPFC tiddelega l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tagħha lill-partijiet kontraenti tagħha. Barra minn hekk, filwaqt li l-PNA jillimitaw l-isforz tas-sajd bl-allokazzjoni ta’ ġranet ta’ sajd (Vessel Day Scheme - VDS) applikabbli fiż-ŻEE kollha tal-partijiet għal dan il-ftehim, din il-limitazzjoni ma tapplikax għall-ilmijiet territorjali u arċipelaġiċi tal-Gżejjer Solomon.

(65)

Skont l-Artikoli 61 sa 64 tal-UNCLOS, l-Artikoli 5, 7, 8, 9, 10 tal-UNFSA u l-objettiv ġenerali u r-regoli rilevanti tal-Konvenzjoni WCPFC (b’mod partikolari l-Artikoli 2, 5, 7, 8) huwa bla dubju l-obbligu ta’ Stat tal-kosta li jadotta miżuri kompatibbli ma’ dawk li japplikaw fir-reġjun u fl-ibħra miftuħin biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fuq terminu twil tal-istokkijiet tal-ħut transżonali u li jpassi ħafna u biex jiġi promoss l-għan tal-aħjar użu tagħhom. Il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO, b’mod partikolari il-paragrafi 7(1), 7(2), 7(3) u 8(1), jirrakkomanda wkoll prattiki tajba biex jinkisbu dawk l-obbligi.

(66)

Il-kundizzjonijiet speċifiċi għal bastimenti tas-sajd li jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet tal-Gżejjer Solomon huma riżolti fil-liċenzja tas-sajd, l-aktar il-perjodu tas-sajd, l-ispeċijiet ta’ ħut li jieħdu, iż-żoni tas-sajd u kundizzjonijiet oħra. Il-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Gżejjer Solomon għandhom aċċess għall-ilmijiet tal-arċipelagu filwaqt li l-flotta mikrija bil-bandiera tal-pajjiż u l-flotta skont il-ftehimiet bilaterali/multilaterali għandhom aċċess għal sforz ta’ sajd bit-tartarun fiż-ŻEE tal-Gżejjer Solomon kif irregolati u llimitati fil-livell reġjonali skont il-VDS. Għall-bastimenti bil-konz jew bastimenti li jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet tal-arċipelagu, għandhom jiġu stabbiliti miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni fil-liċenzja tas-sajd. Għall-bastimenti bix-xlief u l-qasab il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għandhom ikunu stabbiliti fuq il-liċenzja tas-sajd.

(67)

In-nuqqas ta’ ċarezza u trasparenza tar-regoli applikabbli għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar u l-użu reali ta’ sforz tas-sajd skont il-VDS, flimkien ma’ diversi arranġamenti eżistenti fir-rigward tal-aċċess għas-sajd deskritt fil-premessa (66), jikkompromettu u jdgħajfu l-possibbiltà għal implimentazzjoni effettiva tal-konservazzjoni u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tas-sajd tal-Gżejjer Solomon.

(68)

Fl-aħħar nett, ma teżisti l-ebda regola ċara, trasparenti u kompatibbli dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni għall-ilmijiet arċipelaġiċi tal-Gżejjer Solomon, bi ksur tal-obbligi msemmija fil-premessa (65).

(69)

Skont l-Artikolu 61 tal-UNCLOS, l-Artikoli 5 u 6 tal-UNFSA, u l-Artikoli 5 u 6 tal-Konvenzjoni tal-WCPFC, l-Istati tal-kosta għandhom jiddeterminaw il-qabda totali tar-riżorsi ħajjin fiż-ŻEE tagħhom, abbażi tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli għalihom u abbażi ta’ approċċ ta’ prekawzjoni; l-Istati tal-kosta għandhom jiżguraw ukoll, permezz ta’ miżuri xierqa ta’ konservazzjoni u ġestjoni, li r-riżorsi ħajjin u l-istokkijiet fiż-ŻEE u f’ilmijiet oħrajn li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jkunux ipperikolati minn sfruttament eċċessiv. Il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO, b’mod partikolari il-paragrafi 7(3), 7(4) u 7(5), tirrakkomanda prattiki tajbin biex dawn l-obbligi jiġu ssodisfati.

(70)

Minħabba li l-Gżejjer Solomon jikkunsidraw li r-regoli tal-WCPFC ma japplikawx għal ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, mhuwiex ċar liema dejta tinġabar u tiġi rrappurtata lill-WCPFC; dan jista’ jkun li ma jkoprix il-valutazzjonijiet tal-ilmijiet tas-sajd kollha tal-Gżejjer Solomon. Ir-rapporti tal-Kumitat Xjentifiku WCPFC iqajmu b’mod regolari l-kwistjoni ta’ lakuni fid-dejta. Pereżempju, fir-rapport tas-seba’ (7) sessjoni tiegħu fl-2011, il-Kumitat Xjentifiku tal-WCPFC innota taħt il-punt 89 ċerti inkonsistenzi fost il-flotot fir-rappurtar tal-palamit, it-tonn isfar u t-tonn għajnu kbira fir-reġistri tat-tartaruni u minħabba l-importanza, għal finijiet xjentifiċi, ta’ dejta preċiża dwar il-kompożizzjoni tal-qabda bit-tartarun, irrakkomanda li din il-problema tiġi rreferuta lill-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità (16). Skont il-punt 37, enfasizza l-inċertezza tal-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tat-tartarun, u ħeġġeġ lill-partijiet kontraenti biex ikomplu jtejbu l-istimi tad-dejta tal-kompożizzjoni tat-tartarun. Fit-tmien (8) sessjoni tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku tal-WCPFC reġa’ qajjem il-kwistjonijiet tal-lakuni u l-inkonsistenzi fid-dejta (17), b’rabta mal-qabda u l-kompożizzjoni tal-qabda, ikkummenta fuq l-obbligi tar-rappurtar skont il-ftehimiet tal-kiri u ħareġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta-ġestjoni (18). Huwa indirizza wkoll in-nuqqas ta’ sottomissjonijiet ta’ dejta jew dejta fqira ta’ ċerti partijiet kontraenti, li wħud minnhom qed joperaw f’ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Gżejjer Solomon.

(71)

Ir-rapporti jiddikjaraw ukoll li għadha ma nkisbitx kopertura ta’ osservazzjoni ta’ 100 % kif mitlub mill-WCPFC, u l-Gżejjer Solomon għadhom mhumiex konformi ma’ dan, skont l-aħħar rapport annwali ppreżentat lill-Kumitat Xjentifiku fl-2012 (19).

(72)

Fis-seba’ (7) laqgħa tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku tal-WCPFC semma li jekk il-prattiki reċenti tas-sajd tal-palamit jippersistu, il-livelli tar-rati tal-qbid x’aktarx jonqsu u l-qabda għandha tonqos hekk kif is-sajd ibaxxi l-livelli tal-istokkijiet sal-livell tar-Rendiment Massimu Sostenibbli. Għaldaqstant, iż-żieda fl-isforz fis-sajd għandha tiġi mmonitorjata (20).

(73)

Il-Gżejjer Solomon ma japplikawx miżuri tal-WCPFC għall-konservazzjoni u l-ġestjoni fl-ilmijiet arċipelaġiċi tagħhom u ma għandhomx miżuri kompatibbli fis-seħħ. Meta tqis li t-tonn huwa transżonali u jpassi ħafna kif ukoll l-importanza tal-istokkijiet tat-tonn u l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet arċipelaġiċi tal-Gżejjer Solomon, li huma żona ġeografika importanti ta’ riproduzzjoni għall-ispeċijiet tat-tonn, din is-sitwazzjoni xxekkel kull sforz ta’ konservazzjoni tal-istokk tat-tonn b’mod ġenerali fir-reġjun Paċifiku. Għaldaqstant, il-Gżejjer Solomon ma jiżgurawx l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni fl-ilmijiet kollha taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom b’mod kompatibbli mar-rekwiżiti tal-WCPFC, u skont l-obbligi tagħhom li jiżguraw li l-ispeċijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat tal-kosta ma jiġux ipperikolati minn sfruttament eċċessiv.

(74)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll kull att jew ommissjoni mill-Gżejjer Solomon li setgħu naqqsu l-effettività tal-liġijiet, ir-regoli jew il-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli.

(75)

F’dak ir-rigward, la l-Pjan ta’ Ġestjoni tat-Tonn fis-seħħ, u lanqas l-abbozz tal-“Ġestjoni tat-Tonn u l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Gżejjer Solomon” ma jistabbilixxi għanijiet ċari biex jillimitaw in-numru ta’ liċenzji u l-qabda totali permissibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ddgħajjef il-konformità tal-Gżejjer Solomon mal-obbligi internazzjonali tagħhom. Minħabba li t-tonn huwa stokk transżonali u jpassi ħafna, il-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni għandhom ikunu konsistenti u kompatibbli fiż-żona kollha tal-migrazzjoni biex dawn ikunu effettivi u sostenibbli, fejn dan huwa wkoll l-għan ġenerali tal-Konvenzjoni tal-WCPFC;

(76)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll l-istqarrijiet kollha li għamel il-pajjiż, seta’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li l-Gżejjer Solomon naqsu milli jaqdu dawk li huma d-dmirijiet tagħhom skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

3.4.   Restrizzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

(77)

Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tal-Gżejjer Solomon bħala pajjiż bi żvilupp tal-bniedem baxx u bħala pajjiż l-anqas żviluppat (kif innutat fil-premessa (50)), il-Kummissjoni analizzat jekk l-informazzjoni miġbura setgħetx ikollha rabta mal-limitazzjonijiet speċifiċi tagħhom bħala pajjiż li qed jiżviluppa.

(78)

Ta’ min jinnota li n-notifika tal-Gżejjer Solomon bħala Stat tal-bandiera ġiet aċċettata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fil-1 ta’ Jannar 2010. Il-Gżejjer Solomon ikkonfermaw, kif jiddikjara l-Artikolu 20(1) tar-Regolament IUU, li għandhom l-arranġamenti nazzjonali lesti għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tagħhom.

(79)

Għalkemm jista’ jkun hemm limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kapaċità b’mod ġenerali fir-rigward tal-kontroll u l-monitoraġġ, il-limitazzjonijiet speċifiċi tal-Gżejjer Solomon li ġejjin mil-livell ta’ żvilupp tagħhom ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qafas legali nazzjonali b’referenza għall-istrumenti internazzjonali biex jiġġieldu, jiskoraġġixxu u jeliminaw attivitajiet tas-sajd IUU. Barra minn hekk, dawk il-limitazzjonijiet ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas tal-Gżejjer Solomon li jistabbilixxu sistema ta’ sanzjonijiet għal kontravenzjoni ta’ miżuri internazzjonali ta’ ġestjoni u konservazzjoni.

(80)

Huwa nnutat ukoll li l-Unjoni diġà ħarġet fondi għal azzjoni speċifika ta’ assistenza teknika fil-Gżejjer Solomon fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (21) u attwalment qiegħda tkompli tipprovdi assistenza teknika lill-pajjiż permezz ta’ programm speċifiku għall-bini tal-kapaċità.

(81)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġburin mill-Kummissjoni kif ukoll id-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-Gżejjer Solomon, seta’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp tal-governanza tas-sajd tal-Gżejjer Solomon jista’ jkun imxekkel mil-livell ta’ żvilupp tagħhom. Madankollu, meta wieħed iqis in-natura tan-nuqqasijiet stabbiliti tal-Gżejjer Solomon, l-għajnuna mogħtija mill-Unjoni u l-azzjonijiet meħudin biex titranġa s-sitwazzjoni, il-livell ta’ żvilupp ta’ dak il-pajjiż ma jistax iservi għalkollox bħala skuża jew xort’oħra ta’ ġustifikazzjoni għall-prestazzjoni bħala Stat tal-bandiera jew kostali fir-rigward tas-sajd u għall-insuffiċjenza tal-azzjoni tiegħu biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

4.   KONKLUŻJONI DWAR IL-POSSIBBILTÀ TAL-IDENTIFIKAZZJONI BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(82)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu hawn fuq fir-rigward tan-nuqqas tal-Gżejjer Solomon li ma jaqdux id-dmirijiet tagħhom skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, tal-kosta jew tas-suq u ma jeħdux azzjoni biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU, dak il-pajjiż għandu jiġi nnotifikat, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż li l-Kummissjoni tikkunsidra li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(83)

Skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Gżejjer Solomon bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiż terz li ma jikkooperax. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-proċeduri politiċi kollha stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-Gżejjer Solomon. Fl-interess ta’ amministrazzjoni soda, għandu jiġi stabbilit perjodu li fih il-pajjiż jista’ jagħti tweġiba bil-miktub għan-notifika u jirrettifika s-sitwazzjoni.

(84)

Barra minn hekk, in-notifika lill-Gżejjer Solomon dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiż li l-Kummissjoni tqis li ma jikkooperax għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, la tipprekludi u lanqas ma tfisser b’mod awtomatiku li l-Kummissjoni jew il-Kunsill se jieħdu xi azzjoni sussegwenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni u l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Gżejjer Solomon jiġu nnotifikati bil-possibbiltà li jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  http://www.ffa.int/

(3)  Il-Ftehim ta’ Nauru (http://www.ffa.int/node/93#attachments).

(4)  WCPFC Scientific Committee Ninth Regular Session, 6-14 August 2013, Pohnpei, Federates States of Micronesia, Annual Report to the Commission Part 1: Information on Fisheries Research and Statistics, Solomon Islands, WCPFC-SC9-AR/CCM-21 (http://www.wcpfc.int/system/files/AR-CCM-21-Solomon-Islands-AR-Part-1.pdf).

(5)  Il-Pjan Internazzjonali ta’ Azzjoni biex jippreveni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2001.

(6)  Il-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u tal-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995.

(7)  L-Artikoli 22-27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1) u l-Artikoli 67.(1)(a), 72 u 75 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 li jemendaw ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 307, 23.11.2010, p. 1).

(8)  Voluntary guidelines on flag state performance, Food and Agriculture Organization of the United Nations, 2014 (Il-linji gwida volontarji dwar il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2014).

(9)  http://www.pmc.gov.sb/content/fisheries-act-outdated

(10)  Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet tal-Ħut li Jpassu Ħafna fil-Punent tal-Oċean Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali, li saret f’Ħonolulu, fil-5 ta’ Settembru 2000 (http://www.wcpfc.int/doc/convention-conservation-and-management-highly-migratory-fish-stocks-western-and-central-pacific).

(11)  Informazzjoni meħuda minn http://hdr.undp.org/en/statistics

(12)  Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41).

(13)  http://www.oecd.org/dac/stats/daclistofodarecipients.htm

(14)  Bħala għajnuna għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

(15)  It-Tmien Sessjoni Regolari tal-Kumitat Xjentifiku tal-WCPFC, WCPFC-SC8-AR/CCM-21.

(16)  Summary report of the WCPFC Scientific Committee, Seventh Regular Session, Pohnpei, Federated States of Micronesia 9–17 August 2011 (http://www.wcpfc.int/node/2896).

(17)  Summary report of the WCPFC Scientific Committee Eighth Regular Session 7-15 August 2012 (http://www.wcpfc.int/node/4587), it-tqasima 3.1.

(18)  Summary report of the WCPFC Scientific Committee Eighth Regular Session, il-punti 69-71.

(19)  WCPFC Scientific Committee Eighth Regular Session, WCPFC-SC8-AR/CCM-21.

(20)  Summary report of the WCPFC Scientific Committee, Seventh Regular Session, il-punti 35 u 36.

(21)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 14.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2014

dwar in-notifika lil pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li dan jista’ jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

(2014/C 447/10)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (“ir-Regolament IUU”) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

(2)

Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-proċeduri politiċi fir-rigward ta’ pajjiżi bħal dawn, l-istabbiliment ta’ lista ta’ tali pajjiżi, it-tneħħija minn dik il-lista, il-pubbliċità ta’ dik il-lista u kull miżura ta’ emerġenza.

(3)

Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx. Din in-notifika hija ta’ natura preliminari. In-notifika għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU. Il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll il-proċeduri politiċi kollha stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiżi terzi nnotifikati. B’mod partikolari, fin-notifika l-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsejsu identifikazzjoni bħal din, tipprovdi lil dawk il-pajjiżi bl-opportunità li jirrispondu u jipprovdu evidenza li tikkontradixxi l-identifikazzjoni u, fejn ikun xieraq, pjan ta’ azzjoni għat-titjib u l-miżuri meħudin biex titranġa s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti żmien biżżejjed lill-pajjiżi terzi nnotifikati sabiex jirrispondu għan-notifika u żmien xieraq biex jirretifikaw is-sitwazzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-pajjiżi terzi li hija tqis bħala pajjiżi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Pajjiż terz għandu jkun identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax jekk jonqos milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq u jekk jonqos milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

(5)

L-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx għandha tkun ibbażata fuq l-eżami tal-informazzjoni kollha kif stabbilit fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament IUU.

(6)

Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, il-Kunsill għandu jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx. Il-miżuri msemmijin, fost oħrajn, fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU japplikaw għal dawk il-pajjiżi.

(7)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament IUU, l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati tal-qabda vvalidati minn pajjiżi terzi li huma Stati tal-bandiera hija soġġetta għal notifika lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li għandhom jiġu ssodisfati mill-bastimenti tas-sajd tal-pajjiżi terzi.

(8)

Skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tikkoopera b’mod amministrattiv ma’ pajjiżi terzi f’oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

2.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TA’ SAINT KITTS U NEVIS

(9)

Mill-21 sat-23 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni żaret Saint Kitts u Nevis fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva prevista fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

(10)

Il-missjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ Saint Kitts u Nevis għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar ta’ liġijiet, regolamenti u miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tagħha, kif ukoll miżuri meħudin minn Saint Kitts u Nevis biex timplimenta l-obbligi tagħha fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Żjara oħra seħħet fit-23 u fl-24 ta’ Lulju 2014, fil-bini tar-Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti ta’ Saint Kitts u Nevis f’Londra, ir-Renju Unit.

(11)

Ir-rapport finali taż-żjara ntbagħat lil Saint Kitts u Nevis fl-20 ta’ Ġunju 2014.

(12)

Il-kummenti ta’ Saint Kitts u Nevis dwar dak ir-rapport finali waslu fl-14 ta’ Lulju 2014.

(13)

Saint Kitts u Nevis hija Parti Mhux Kontraenti li Tikkopera għall-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) u, sal-2013, għall-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC). Saint Kitts u Nevis irratifikat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) tal-1982 u aċċettat il-Ftehim tal-1993 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti li jippromwovi l-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni mill-Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa (Ftehim ta’ Osservanza FAO).

(14)

Sabiex tevalwa l-konformità ta’ Saint Kitts u Nevis mal-obbligi internazzjonali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-premessa (13) u stabbiliti mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs), f’dan il-każ l-NEAFC u d-WCPFC, il-Kummissjoni fittxet u analizzat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

(15)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni maħruġa mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-RFMOs, f’dan il-każ il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin tal-Antartiku (CCAMLR) u d-WCPFC, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

3.   POSSIBBILTÀ LI SAINT KITTS U NEVIS TIĠI IDENTIFIKATA BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(16)

Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet ta’ Saint Kitts u Nevis bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni qieset il-kriterji elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

3.1   Ir-rikorrenza tal-bastimenti IUU u l-flussi tal-kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4) tar-Regolament IUU)

(17)

Minn informazzjoni pprovduta mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati kostali rilevanti, il-Kummissjoni għandha evidenza tar-reġistrazzjoni reċenti fir-Reġistru ta’ Saint Kitts u Nevis ta’ bastiment tas-sajd ta’ appoġġ li qabel kien involut fi trażbordi illegali bil-bandiera tal-Panama. It-trażbordi illegali saru bi ksur tal-liġijiet tal-Istati kostali tul il-kosta Afrikana tal-Punent matul ħames snin sal-2012. Il-bastiment ta’ appoġġ kien qed jopera f’dak il-perjodu taħt il-bandiera tal-Panama mingħajr liċenzja valida maħruġa mill-Panama għat-trasport, it-trażbord u l-appoġġ għall-attivitajiet tas-sajd. Il-bastiment wettaq trażbordi mhux awtorizzati fl-ilmijiet taż-żona ekonomika esklussiva (EEZ) tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u rċieva ħut maqbud minn bastimenti fl-ilmijiet li għalihom ir-Repubblika tal-Liberja kienet imponiet miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni u ġestjoni b’kontravenzjoni ta’ dawn il-miżuri. L-attivitajiet IUU ta’ bastimenti ta’ appoġġ ġew investigati mill-Istat tal-bandiera kkonċernat (il-Panama) u minn wieħed mill-Istati kostali (il-Liberja). B’risposta għall-attivitajiet IUU, l-Istat tal-bandiera (il-Panama) u l-Istat kostali (il-Liberja) imponew multi fuq dak il-bastiment ta’ appoġġ fl-2012 u fl-2013 rispettivament. Konsegwentement, il-bastiment kien tneħħa mir-reġistru tal-bandiera tal-Panama u biddel ismu. Sussegwentement, dan irreġistra bil-bandiera ta’ Saint Kitts u Nevis fl-2014. L-operazzjonijiet IUU rikorrenti fl-imgħoddi ta’ dak il-bastiment kellhom jitqiesu minn Saint Kitts u Nevis fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tagħha biex tiżgura li l-bastimenti ma jkunux involuti f’sajd IUU u r-reġistrazzjoni tagħhom taħt il-bandiera tagħha ma tirriżultax f’sajd IUU.

(18)

Meta awtorizzat ir-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd ta’ appoġġ li qabel kien involut f’attivitajiet tas-sajd IUU li dgħajfu l-effikaċja tal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ġestjoni mingħajr verifika preċedenti tal-prattiki IUU fl-imgħoddi ta’ dan il-bastiment, Saint Kitts u Nevis naqset milli taqdi l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS; L-Artikolu III (1)(a) u (5)(a) tal-Ftehim ta’ Osservanza FAO; il-punti 36 u 38 tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IPOA IUU) u l-punt 18 tal-Linji gwida volontarji tal-FAO dwar il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

(19)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni spjegata fil-premessi (17) u (18) u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet li saru minn Saint Kitts u Nevis, seta’ jiġi stabbilit li, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a) tar-Regolament IUU, li Saint Kitts u Nevis naqset milli taqdi l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tas-sajd IUU imwettaq jew appoġġjat minn bastimenti li attwalment itajru l-bandiera tagħha u li qabel kienu involuti f’attivitajiet IUU. Dak in-nuqqas kien osservat b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ azzjonijiet biex jitwettqu verifiki fuq l-attivitajiet IUU dokumentati u rikorrenti fl-imgħoddi ta’ bastiment ta’ appoġġ. Din l-azzjoni għandha natura partikolarment gravi meta wieħed iqis il-fatt li l-bdil tal-bandiera jirrigwarda bastiment magħruf għall-attivitajiet IUU preċedenti. Skont l-Artikolu 31(4)(b) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-miżuri meħuda minn Saint Kitts u Nevis fir-rigward tal-aċċess ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn sajd IUU lejn is-suq tagħhom.

(20)

L-IPOA IUU jipprovdi gwida dwar miżuri relatati mas-suq miftiehma fil-livell internazzjonali li tappoġġja t-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-kummerċ tal-ħut u tal-prodotti tal-ħut li jkunu ġejjin minn sajd IUU. Fil-punt 71 l-IPOA IUU jissuġġerixxi wkoll li l-Istati għandhom jieħdu passi biex itejbu t-trasparenza tas-swieq tagħhom sabiex jippermettu t-traċċabbiltà tal-ħut jew tal-prodotti tal-ħut. Bl-istess mod, il-Kodiċi ta’ Kondotta għas-Sajd Responsabbli (il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO) jisħaq, b’mod partikolari fl-Artikolu 11, fuq il-prattiki tajbin għal wara l-ħsad u l-kummerċ internazzjonali responsabbli. L-Artikolu 11(1)(11) ta’ dak il-Kodiċi ta’ Kondotta jitlob lill-Istati jiżguraw li l-kummerċ internazzjonali u lokali tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd isir skont il-prattiki ta’ konservazzjoni u ġestjoni tajbin billi jtejbu l-identifikazzjoni tal-oriġini tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd.

(21)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li t-traċċabbiltà tal-prodotti hija mxekkla minn nuqqas ta’ trasparenza fil-liġijiet nazzjonali u fis-sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ ħruġ tal-liċenzji ta’ Saint Kitts u Nevis.

(22)

Il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO jirrakkomanda t-trasparenza fil-liġijiet tas-sajd u fit-tħejjija tagħhom, kif ukoll għall-proċessi rispettivi ta’ tfassil ta’ politika u deċiżjonijiet u ta’ ġestjoni (l-Artikoli 6(13) u 7(1)(9) rispettivament). Dan il-kodiċi jipprovdi prinċipji u standards applikabbli għall-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-iżvilupp tas-sajd kollu u jkopri wkoll, fost l-oħrajn, il-qbid, l-ipproċessar u l-kummerċ tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd, l-operazzjonijiet tas-sajd u r-riċerka fil-qasam tas-sajd. Fl-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu, il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO jkompli jispeċifika li l-kummerċ internazzjonali tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd ma għandux jikkomprometti l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u għandu jissejjes fuq miżuri trasparenti, kif ukoll fuq liġijiet, regolamenti u proċeduri amministrattivi trasparenti, sempliċi u komprensivi.

(23)

Matul iż-żjara tagħha, il-Kummissjoni stabbilixxiet li Saint Kitts u Nevis mhijiex f’pożizzjoni li tipprovdi informazzjoni dwar liema speċijiet inqabdu mill-flotta tas-sajd tal-ibħra miftuħa ta’ Saint Kitts u Nevis u x’kienu l-flussi tal-kummerċ tal-prodotti maqbuda. Il-Kummissjoni qieset, abbażi tal-informazzjoni miksuba permezz taż-żjara tagħha, li Saint Kitts u Nevis ma kinitx f’pożizzjoni li tiggarantixxi t-trasparenza tas-swieq tagħha biex tippermetti t-traċċabbiltà tal-ħut u tal-prodotti tal-ħut kif stabbilit fil-punt 71 tal-IPOA IUU.

(24)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd iddefiniti fl-Att dwar is-Sajd ta’ St. Christopher u Nevis tal-2002 (applikabbli biss fl-ibħra ġuriżdizzjonali ta’ Saint Kitts u Nevis, l-“Att dwar is-Sajd tal-2002”) u l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili ta’ Saint Christopher u Nevis tal-2002 (applikabbli biss għall-flotta tal-ibħra miftuħa ta’ Saint Kitts u Nevis, l-“Att dwar is-Sajd tal-2002”) ma jinkludux obbligi ta’ rappurtar kif previst fil-punt 47(2) tal-IPOA IUU u l-punt 29(c)(iv) u fl-Anness I tal-Linji Gwida tal-FAO għall-Prestazzjoni ta’ Stat tal-Bandiera. L-awtoritajiet iddikjaraw li huma kienu introduċew ukoll dispożizzjonijiet legali speċifiċi dwar ir-Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti ta’ Saint Kitts u Nevis sabiex jirregolaw l-operazzjonijiet tal-bastimenti (Ċirkulari Marittima Nru MC/58/13 ta’ Diċembru 2013). Madankollu, dik iċ-Ċirkulari ma fiha l-ebda dispożizzjoni li tagħti s-setgħa lir-Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti ta’ Saint Kitts u Nevis li jadotta atti vinkolanti fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar tal-bastimenti. Dan in-nuqqas ta’ dejta minn Saint Kitts u Nevis ma jippermettilhiex li ssegwi sew it-traċċabbiltà tal-prodotti tal-ħut u jimmina l-kapaċità tagħha li tipprevjeni l-kummerċ ta’ prodotti tas-sajd IUU. Minħabba n-nuqqas ċert ta’ traċċabbiltà u n-nuqqas ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ Saint Kitts u Nevis dwar il-ħut li nħatt l-art jew ġie trażbordat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha, Saint Kitts u Nevis ma tistax tiżgura li l-kummerċ ta’ prodotti tas-sajd imwettaq f’dan il-pajjiż ma jkunx joriġina minn sajd IUU. F’dak ir-rigward, Saint Kitts u Nevis naqset li tqis ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 24 tal-IPOA IUU li jagħti parir lill-Istati tal-bandiera biex jiżguraw il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza komprensivi u effikaċi tas-sajd, mill-punt tal-ħatt l-art sad-destinazzjoni finali.

(25)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġburin mill-Kummissjoni, kif ukoll l-istqarrijiet magħmula minn Saint Kitts u Nevis, seta’ jiġi stabbilit li, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a) u (b) tar-Regolament IUU, Saint Kitts u Nevis naqset milli taqbdi l-obbligi tagħha skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera u tas-suq biex tipprevjeni l-aċċess ta’ prodotti tas-sajd li ġejjin mis-sajd IUU lejn is-suq tagħha.

3.2   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)

(26)

Il-Kummissjoni analizzat jekk l-awtoritajiet ta’ Saint Kitts u Nevis ikkooperawx b’mod effikaċi mal-Kummissjoni, billi pprovdew tweġiba għat-talbiet li saru mill-Kummissjoni biex jiġi investigat is-sajd IUU u l-attivitajiet assoċjati miegħu u biex ikun hemm rispons jew segwitu tiegħu.

(27)

Filwaqt li l-awtoritajiet tas-sajd ta’ Saint Kitts u Nevis kienu ġeneralment kooperattivi biex iwieġbu u jipprovdu rispons għat-talbiet għall-informazzjoni, l-affidabbiltà u l-korrettezza tat-tweġibiet tagħhom kienu ġew imminati u kompromessi min-nuqqas ta’ qafas legali u trasparenza fis-sistema ta’ ġestjoni tas-sajd tagħha kif stabbilit fit-Taqsima 3(1).

(28)

Barra minn hekk, fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali ta’ kemm Saint Kitts u Nevis issodisfat l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk Saint Kitts u Nevis ikkooperatx ma’ Stati oħra fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(29)

Mill-informazzjoni miksuba matul iż-żjarat u mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi kostali, il-Kummissjoni stabbilixxiet li fl-ibħra tal-Afrika tal-Punent qed joperaw bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Saint Kitts u Nevis. L-awtoritajiet ta’ Saint Kitts u Nevis irrikonoxxew li l-gvern tagħhom ma kkooperax formalment mal-pajjiżi terzi fejn operaw il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Saint Kitts u Nevis.

(30)

Is-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (29) tindika li Saint Kitts u Nevis naqset milli tikkoopera u tikkoordina l-attivitajiet mal-Istati kostali fl-ibħra tal-Afrika tal-Punent biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU kif stabbilit fil-punt 28 tal-IPOA IUU. B’mod partikolari, kif stabbilit fil-punt 31 tal-IPOA IUU, Saint Kitts u Nevis bħala Stat tal-bandiera għandha tikkonkludi ftehimiet jew arranġamenti ma’ Stati oħra u tikkoopera għall-infurzar tal-liġijiet applikabbli u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni jew id-dispożizzjonijiet adottati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew globali.

(31)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk Saint Kitts u Nevis ħaditx miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lit-trasgressuri mill-benefiċċji li joħorġu mis-sajd IUU.

(32)

L-evidenza disponibbli tikkonferma li Saint Kitts u Nevis ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-miżuri effikaċi ta’ infurzar. F’dan ir-rigward, il-qafas legali huwa bbażat fuq l-Att dwar is-Sajd tal-2002 (fir-rigward tas-sajd fl-ibħra ġuriżdizzjonali ta’ Saint Kitts u Nevis) u fuq l-Att dwar il-Bastimenti tal-2002 (fir-rigward tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Saint Kitts u Nevis li jimmiraw lejn is-sajd fl-ibħra miftuħa). Ta’ min jinnota li f’ittra li ntbagħtet lill-FAO f’Ġunju 2013, Saint Kitts u Nevis irrikonoxxiet li s-sistema legali tas-sajd attwali tagħha kienet “mhux totalment kompatibbli” mal-liġi internazzjonali.

(33)

Il-qafas legali għall-ibħra ġuriżdizzjonali ta’ Saint Kitts u Nevis ma jikkonformax mar-rekwiżiti bażiċi fl-Artikoli 61, 62 u 117 sa 119 tal-UNCLOS. Ma hemm l-ebda strateġija nazzjonali dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-flotta tas-sajd u l-ebda spezzjoni u lanqas skema tal-osservaturi. Barra minn hekk, il-qafas legali ta’ Saint Kitts u Nevis ma jindirizzax l-attivitajiet tas-sajd IUU. F’dan ir-rigward, il-qafas legali attwali ma fihx definizzjoni ta’ ksur serju u lista komprensiva ta’ reati serji indirizzati b’sanzjonijiet severi proporzjonati. Għalhekk, is-sistema tas-sanzjonijiet fil-forma attwali tagħha mhijiex komprensiva u severa biżżejjed biex twettaq il-funzjoni tagħha ta’ deterrent. Tabilħaqq, l-indirizzar ta’ ksur u ksur serju mhuwiex adegwat biex jiżgura l-konformità, biex jiskoraġġixxi l-ksur tal-liġi kull fejn dan iseħħ u biex iċaħħad lit-trasgressuri mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitaijet illegali tagħhom, kif mitlub fil-punt 21 tal-FAO IPOA u fil-punt 38 tal-Linji Gwida tal-FAO għall-Prestazzjoni tal-Istati tal-bandiera.

(34)

Ta’ min jinnota li bħala Stat tal-bandiera, Saint Kitts u Nevis ma għandhiex qafas legali fil-qasam tal-ġestjoni, il-konservazzjoni u l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza li jippermetti r-regolamentazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa jew fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi. Il-flotta tas-sajd fiż-żona NEAFC biss topera skont dawk ir-regoli tal-RFMOs u tissodisfa r-rekwiżiti fiż-żona minkejja l-fatt li ma hemm fis-seħħ l-ebda qafas legali speċifiku ta’ Saint Kitts u Nevis. Saint Kitts u Nevis irrikonoxxiet li dan in-nuqqas ta’ qafas legali jikser l-UNCLOS u l-IPOA IUU fir-rigward tar-responsabilitajiet tal-Istat tal-bandiera kif ukoll il-Linji Gwida tal-FAO dwar il-Prestazzjoni tal-Istat tal-Bandiera.

(35)

Barra dan, fir-rigward tal-konformità u l-infurzar tar-regoli eżistenti għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa u fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif deskritt fil-premessa (33), Saint Kitts u Nevis ma għandha l-ebda leġiżlazzjoni speċifika biex tindirizza l-attivitajiet tas-sajd IUU. Ma hemm l-ebda definizzjoni espliċita tal-attivitajiet IUU u mhumiex previsti miżuri amministrattivi ta’ akkumpanjament. L-unika miżura meħuda hija t-tneħħija mir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd. Madankollu, azzjoni bħal din ma timplikax li jsiru investigazzjonijiet tal-attivitajiet illegali tas-sajd imwettqa mill-bastimenti jew li jkunu imposti sanzjonijiet għall-ksur stabbilit. Tabilħaqq, it-tneħħija ta’ bastiment tas-sajd mir-reġistru ma tiżgurax li dawk responsabbli mill-ksur ikunu ssanzjonati għall-azzjonijiet tagħhom u jkunu mċaħħdin mill-benefiċċji li joħorġu mill-azzjonijiet tagħhom. Dan huwa saħansitra aktar importanti għall-każ ta’ Saint Kitts u Nevis li, kif spjegat fil-premessa (45), iżżomm Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-bastimenti li jinsab barra minn Saint Kitts u Nevis u li ma jiżgurax li l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Saint Kitts u Nevis għandhom rabta ġenwina mal-pajjiż kif mitlub fl-Artikolu 91 tal-UNCLOS. Il-Kummissjoni stabbilixxiet matul iż-żjarat tagħha li d-diversi aġenziji ta’ Saint Kitts u Nevis ma jikkoordinawx lilhom infushom waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti u fl-istess waqt ma jikkooperawx ma’ Stati tal-bandiera preċedenti fir-rigward tal-istatus tal-bastimenti li jridu jiġu rreġistrati sabiex jiġi evitat “flag hopping” (bdil frekwenti tal-bandiera) kif rakkomandat fil-punt 16(e) tal-Linji Gwida tal-FAO għall-Prestazzjoni tal-Istat tal-Bandiera. Id-deċiżjoni amministrattiva sempliċi li bastiment tas-sajd jitneħħa mir-reġistru mingħajr ma tkun żgurata l-possibbiltà li jkunu imposti pieni oħra hija att li ma jiżgurax effetti ta’ deterrent. Tali azzjoni wkoll ma tiżgurax kontroll mill-Istat tal-bandiera fuq il-bastimenti tas-sajd kif meħtieġ skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS. Barra dan, il-prestazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis fir-rigward tal-konformità u l-infurzar mhijiex skont il-punt 18 tal-IPOA IUU li jistipula li fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS, kull Stat għandu jieħu miżuri jew jikkoopera biex jiżgura li ċ-ċittadini soġġetti għall-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jappoġġjawx jew jieħdu sehem f’sajd IUU. Il-prestazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis f’dan ir-rigward ukoll mhijiex skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 21 tal-IPOA IUU li jagħti parir lill-Istati biex jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti u, sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti biex b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU u jċaħħdu lit-trasgressuri mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-attivitajiet illegali tagħhom. Barra minn hekk, dik il-prattika amministrattiva, li tista’ tattira lill-operaturi IUU għar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti IUU, mhijiex konformi mal-Artikolu 94 tal-UNCLOS.

(36)

Bl-istess mod, fir-rigward tal-istorja, in-natura, iċ-ċirkostanzi, id-daqs u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU kkunsidrati, il-possibbiltà li jiġu vvalutati dawk l-aspetti hija kkompromessa min-nuqqas deskritt ta’ qafas legali u min-nuqqas ta’ ċarezza u trasparenza. Minħabba dawn in-nuqqasijiet, ma tistax tiġi stabbilita, b’mod affidabbli, id-dimensjoni potenzjali tal-attivitajiet relatati mas-sajd IUU. Madankollu, huwa fatt rikonoxxut li n-nuqqas ta’ trasparenza flimkien mal-fatt li huwa impossibbli li jsiru kontrolli effettivi, jinkoraġġixxi l-imġiba illegali.

(37)

Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti ta’ Saint Kitts u Nevis, ta’ min jinnota li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (2), Saint Kitts u Nevis titqies bħala pajjiż bi żvilupp għoli tal-bniedem (it-72 minn 187 pajjiż). Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) Saint Kitts u Nevis hija elenkata fil-kategorija ta’ Pajjiżi u Territorji bi Dħul Medju-Għoli, skont il-benefiċjarji tal-għajnuna tal-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp (DAC) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) il-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-1 ta’ Jannar 2013 (4). Meta titqies il-pożizzjoni tagħha, mhijiex meħtieġa analiżi tal-kapaċità finanzjarja u amministrattiva eżistenti ta’ Saint Kitts u Nevis. Ir-raġuni hija li l-livell ta’ żvilupp ta’ Saint Kitts u Nevis, kif muri f’din il-premessa, ma jistax jitqies bħala fattur li jimmina l-kapaċità tagħha li tikkoopera ma’ pajjiżi oħra u li ssegwi azzjonijiet ta’ infurzar.

(38)

Minkejja l-analiżi fil-premessa (37), ta’ min jinnota wkoll li, abbażi tal-informazzjoni miksuba miż-żjarat tal-Kummissjoni f’Mejju u f’Lulju 2014, ma jistax jitqies li Saint Kitts u Nevis hija nieqsa mir-riżorsi finanzjarji. Pjuttost hija nieqsa mis-setgħa u mill-ambjent legali u amministrattivi meħtieġa biex tiġi żgurata l-prestazzjoni effiċjenti u effikaċi tad-dmirijiet tagħha.

(39)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-pajjiż, seta’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) tar-Regolament IUU, li Saint Kitts u Nevis naqset milli taqdi d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-isforzi ta’ kooperazzjoni u infurzar.

3.3   Nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

(40)

Saint Kitts u Nevis irratifikat l-UNCLOS u l-Ftehim ta’ Osservanza FAO. Saint Kitts u Nevis hija parti mhux kontraenti li tikkoopera għall-NEAFC u, sal-2013, għad-WCPFC.

(41)

Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni kollha li qieset rilevanti fir-rigward tal-istatus ta’ Saint Kitts u Nevis bħala parti mhux kontraenti li tikkoopera għall-NEAFC.

(42)

Bħala Parti mhux kontraenti li tikkoopera għall-NEAFC, Saint Kitts u Nevis trid tikkonforma mal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (il-Konvenzjoni tal-NEAFC). Il-Konvenzjoni tal-NEAFC u d-Dikjarazzjoni tal-2013 dwar l-Interpretazzjoni u l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, jirrikonoxxu, fost testi internazzjonali oħra, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut (UNFSA) (5). F’dan ir-rigward, Saint Kitts u Nevis għandha tikkonforma mal-UNFSA. Madankollu, il-fatti deskritti fil-premessi (17)(18)(23)(24), (29) sa (36) u (43)-(44) juru li Saint Kitts u Nevis ma ssodisfatx l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera fir-rigward ta’ dan il-ftehim. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-kunsiderazzjonijiet jikkostitwixxu evidenza ta’ appoġġ li d-Deċiżjoni attwali hija ġġustifikata.

(43)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll, fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba permezz taż-żjarat fl-2014 u mill-Istati kostali involuti, li l-flotta ta’ Saint Kitts u Nevis qed tistad għat-tonn u għal speċijiet simili għat-tonn fl-ilmijiet ġuriżdizzjonali tal-Istati kostali tal-Afrika tal-Punent. B’hekk l-Istat tal-bandiera, Saint Kitts u Nevis, għandu jikkoopera mal-RFMO kompetenti f’dik iż-żona u għal dik l-ispeċi, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). Madankollu, Saint Kitts u Nevis la hija parti kontraenti u lanqas parti mhux kontraenti li tikkoopera mill-ICCAT. Bħala Stat tal-bandiera Saint Kitts u Nevis mhux qed tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 64 tal-UNCLOS għal Stati oħra li ċ-ċittadini tagħhom jistadu f’żoni li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stati kostali.

(44)

Saint Kitts u Nevis la hija parti kontraenti u lanqas parti mhux kontraenti li tikkoopera għas-CCAMLR. Fl-“Implimentazzjoni ta’ Miżura ta’ Konservazzjoni 10-05” (6), is-Segretarjat tas-CCAMLR enfasizza li, mill-24 ta’ Settembru 2013, Saint Kitts u Nevis kienet ġiet identifikata matul l-aħħar ħames snin bħala possibbilment involuta fil-ħsad u/jew fil-kummerċ ta’ dissostichus spp. filwaqt li ma tikkooperax mas-CCAMLR billi tipparteċipa fl-Iskema ta’ Dokumentazzjoni tal-Qbid. Billi ma kkooperatx f’dan ir-rigward mas-CCAMLR, Saint Kitts u Nevis naqset milli tħares l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera, kif stabbilit fl-Artikolu 119(2) tal-UNCLOS.

(45)

Barra minn hekk, kif ġie żvelat matul iż-żjara mwettqa mill-Kummissjoni f’Saint Kitts u Nevis, dan il-pajjiż iżomm Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti li jinsab barra minn Saint Kitts u Nevis. Il-livell baxx ta’ kontroll mill-awtoritajiet ta’ Saint Kitts u Nevis għall-proċess ta’ reġistrazzjoni u n-nuqqas ta’ rekwiżiti rilevanti bħal dawk stabbiliti fil-punt 14 tal-Linji Gwida tal-FAO għall-Prestazzjoni ta’ Stat tal-Bandiera, ma jiżgurawx li l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Saint Kitts u Nevis għandhom rabta ġenwina mal-pajjiż. In-nuqqas ta’ rabta ġenwina bħal din bejn l-Istat u l-bastimenti li jkunu rreġistrati fir-reġistru tiegħu huwa ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti għan-nazzjonalità ta’ vapuri skont l-Artikolu 91 tal-UNCLOS.

(46)

Fl-aħħar nett, għall-kuntrarju tar-rakkomandazzjonijiet fil-punti 25, 26 u 27 tal-IPOA IUU, Saint Kitts u Nevis ma żviluppatx pjan ta’ azzjoni nazzjonali kontra s-sajd IUU.

(47)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-pajjiż, seta’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li Saint Kitts u Nevis naqset milli taqdi d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

3.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

(48)

Ta’ min ifakkar li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (7), Saint Kitts u Nevis titqies bħala pajjiż bi żvilupp għoli tal-bniedem. (it-72 minn 187 pajjiż). Ta’ min ifakkar ukoll li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006, Saint Kitts u Nevis hija elenkata fil-kategorija ta’ Pajiiżi u Territorji bi Dħul Medju-Għoli.

(49)

Meta titqies dik il-gradazzjoni, Saint Kitts u Nevis ma tistax titqies bħala pajjiż li għandu limitazzjonijiet speċifiċi li ġejjin direttament mil-livell ta’ żvilupp tagħha. Ma setgħet tiġi stabbilita ebda evidenza korroborattiva li tissuġġerixxi li n-nuqqas ta’ Saint Kitts u Nevis milli taqdi d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali, huwa r-riżultat ta’ nuqqas ta’ żvilupp. Bl-istess mod, ma teżisti ebda evidenza konkreta li tikkorrelata n-nuqqasijiet żvelati fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd man-nuqqas ta’ kapaċitajiet u infrastruttura. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-awtoritajiet ta’ Saint Kitts u Nevis ma rrevokaw ebda argument dwar il-limitazzjonijiet tal-iżvilupp u argumentaw li l-amministrazzjoni tagħhom għandha livell ta’ effiċjenza ġeneralment tajjeb.

(50)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-pajjiż, seta’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp u l-prestazzjoni globali ta’ Saint Kitts u Nevis fir-rigward tas-sajd mhumiex imdgħajfin mil-livell ta’ żvilupp tagħha.

4.   KONKLUŻJONI DWAR IL-POSSIBBILTÀ TA’ IDENTIFIKAZZJONI BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(51)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tan-nuqqas ta’ Saint Kitts u Nevis milli taqdi d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, tal-kosta jew tas-suq u biex tieħu azzjoni biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU, dak il-pajjiż għandu jiġi nnotifikat, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, bil-possibbiltà li jiġi identifikat mill-Kummissjoni bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(52)

Skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil Saint Kitts u Nevis bil-possibbiltà li tiġi identifikata bħala pajjiż terz li ma jikkooperax. Il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll il-proċeduri politiċi kollha stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward ta’ Saint Kitts u Nevis. Fl-interess ta’ amministrazzjoni soda, għandu jiġi stabbilit perjodu li fih dak il-pajjiż jista’ jwieġeb bil-miktub għan-notifika u jirrettifika s-sitwazzjoni.

(53)

Barra minn hekk, in-notifika ta’ Saint Kitts u Nevis dwar il-possibbiltà li tiġi identifikata bħala pajjiż li l-Kummissjoni tqis li ma jikkooperax għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ma teskludi u ma timplika awtomatikament l-ebda pass sussegwenti meħud mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill għall-finijiet tal-identifikazzjoni u tal-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Saint Kitts u Nevis għandha tiġi nnotifikata bil-possibbiltà li tiġi identifikata mill-Kummissjoni bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Informazzjoni miksuba mis-sit elettroniku: http://hdr.undp.org/en/statistics

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41).

(4)  Il-Lista tal-benefiċjarji tal-ODA tad-DAC (http://www.oecd.org/dac/stats/daclistofodarecipients.htm)

(5)  Ara l-Preambolu tad-Dikjarazzjoni dwar l-Interpretazzjoni u l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, kif miġjub minn http://www.dgrm.min-agricultura.pt/xeo/attachfileu.jsp?look_parentBoui=248939&att_display=n&att_download=y

(6)  CCAMLR-XXXII/BG/08.24 ta’ Settembru 2013.

(7)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2014

dwar in-notifika lil pajjiż terz bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

(2014/C 447/11)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (“ir-Regolament IUU”) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

(2)

Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-proċeduri politiċi fir-rigward ta’ pajjiżi bħal dawn, l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi bħal dawn, it-tneħħija minn dik il-lista, il-pubbliċità ta’ dik il-lista u kull miżura ta’ emerġenza.

(3)

Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jkunu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx. Din in-notifika hija ta’ natura preliminari. In-notifika għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU. Il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll il-proċeduri politiċi kollha stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-pajjiżi terzi nnotifikati. B’mod partikolari, fin-notifika, l-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsejsu identifikazzjoni bħal din, tipprovdi lil dawk il-pajjiżi bl-opportunità li jwieġbu u jipprovdu evidenza li tikkontradixxi l-identifikazzjoni jew, fejn xieraq, pjan ta’ azzjoni biex itejjeb is-sitwazzjoni u l-miżuri meħudin li jirrettifikawha. Il-Kummissjoni għandha tagħti żmien adegwat lill-pajjiżi terzi kkonċernati biex jirrispondu n-notifika u żmien xieraq biex jirranġaw is-sitwazzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tidentifika lill-pajjiżi terzi li hija tqis bħala pajjiżi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Pajjiż terz jista’ jkun identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax jekk jonqos milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, jew milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

(5)

L-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx għandha tkun ibbażata fuq ir-reviżjoni tal-informazzjoni kollha kif inhu stipulat fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament IUU.

(6)

Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, il-Kunsill jista’ jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Il-miżuri msemmijin, fost oħrajn, fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU japplikaw għal dawk il-pajjiżi.

(7)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament IUU, l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati tal-qabda vvalidati minn Stati tal-bandiera hija soġġetta għal notifika lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li għandhom ikunu konformi mill-bastimeti tas-sajd tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

(8)

Skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni tikkoopera b’mod amministrattiv ma’ pajjiżi terzi f’oqsma li jappartjenu għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

2.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAT-TUVALU

(9)

Mit-18 sal-20 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (European Fisheries Control Agency - EFCA), żaret it-Tuvalu fil-kuntest ta’ kooperazzjoni amministrattiva stipulata fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

(10)

Iż-żjara kellha l-għan li tivverifika informazzjoni dwar l-arranġamenti tat-Tuvalu għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tiegħu, kif ukoll miżuri meħudin mit-Tuvalu biex jimplimenta l-obbligi tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(11)

Ir-rapport finali taż-żjara ntbagħat lit-Tuvalu fit-18 ta’ Marzu 2014.

(12)

It-Tuvalu wieġeb għar-rapport finali taż-żjara fis-16 ta’ Ottubru 2014.

(13)

It-Tuvalu huwa membru tal-Kummissjoni tas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (Western and Central Pacific Fisheries Commission - WCPFC). It-Tuvalu rratifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982 (United Nations Convention on the Law of the Sea - UNCLOS) u l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna (UNFSA). Dan huwa Parti għall-Konvenzjoni tal-Aġenzija tas-Sajd tal-Forum tal-Paċifiku tan-Nofsinhar (2) (Konvenzjoni FFA) u għall-Ftehim ta’ Nauru (PNA) li jikkonċernaw il-kooperazzjoni fil-ġestjoni tas-sajd ta’ interess komuni (3).

(14)

Biex tevalwa l-konformità tat-Tuvalu mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq stipulati fil-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-premessa (13) u stabbiliti mill-RFMO rilevanti msemmija fil-premessa, il-Kummissjoni fittxet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

(15)

Il-Kummissjoni użat ukoll l-informazzjoni miksuba mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-RFMO, f’dan il-każ il-WCPFC, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament.

3.   IL-POSSIBBILTÀ LI T-TUVALU JIĠI IDENTIFIKAT BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(16)

Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat l-obbligi tat-Tuvalu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, tal-kosta jew tas-suq. Għall-fini ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

3.1.   Rikorrenza tal-Bastimenti IUU u l-flussi kummerċjali IUU (l-Artikolu 31(4) tar-Regolament IUU)

(17)

Fir-rigward tal-bastimenti bil-bandiera tat-Tuvalu, huwa nnotat li abbażi tal-informazzjoni miksuba mil-listi tal-bastimenti tal-RFMO m’hemmx bastimenti fil-listi IUU provviżorji jew finali u ma teżisti l-ebda evidenza ta’ każijiet fl-imgħoddi ta’ bastimenti bil-bandiera tat-Tuvalu li tippermetti lill-Kummissjoni tanalizza l-prestazzjoni tat-Tuvalu fir-rigward ta’ attivitajiet rikorrenti ta’ sajd IUU skont l-Artikolu 31(4)(a) tar-Regolament IUU.

(18)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni u evidenza kif spjegat fil-premessa (17), skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a), il-konklużjoni hija li m’hemmx ħtieġa li tkun evalwata l-konformità tal-azzjoni tat-Tuvalu biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU, bid-dmirijiet tiegħu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward ta’ bastimenti IUU u ta’ sajd IUU mwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd bil-bandiera tiegħu jew miċ-ċittadini tiegħu.

3.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u ta’ infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)

(19)

Il-Kummissjoni analizzat jekk it-Tuvalu kkooperax b’mod effettiv mal-Kummissjoni, billi wieġeb għat-talbiet magħmulin mill-Kummissjoni biex jiġi investigat, biex ikun hemm rispons jew segwitu fis-sajd IUU u l-attivitajiet assoċjati.

(20)

F’dak ir-rigward, it-Tuvalu rrifjuta li jikkoopera mal-Kummissjoni billi jindirizza n-nuqqasijiet fis-sistema tal-ġestjoni tas-sajd tiegħu identifikati matul iż-żjara tal-Kummissjoni. Fit-tweġiba tar-rapport finali ppreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2014, it-Tuvalu ma ppreżenta l-ebda impenji kuntrattwali biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, it-Tuvalu rrikonoxxa l-kwistjonijiet u l-isfidi, filwaqt li jqis li jeħtieġ għajnuna teknika u ħin biex jaħdem fuq titjib iżda ma joffri l-ebda impenn jew pjan konkret ta’ azzjoni biex jissolvew in-nuqqasijiet stabbiliti.

(21)

Fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali dwar it-twettiq tad-dmirijiet tat-Tuvalu li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port u tal-kosta, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk it-Tuvalu ikkooperax ma’ Stati tal-bandiera oħrajn fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(22)

Skont l-Artikoli 63 u 64 tal-UNCLOS, l-Istati tal-kosta u tal-bandiera għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-ispeċijiet ta’ ħut transżonali u li jpassi ħafna. L-Artikoli 7 u 20 tal-UNFSA ikomplu jiżviluppaw l-obbligu ta’ kooperazzjoni, b’mod rispettiv fl-istabbiliment ta’ miżuri kompatibbli ta’ konservazzjoni u ġestjoni flimkien mal-iżgurar tal-konformità u l-infurzar ma’ dawn il-miżuri. Barra minn hekk, l-Artikolu 7(1)(3) tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO (4) jirrakkomanda li l-Istati kkonċernati, fl-użu tal-istokkijiet tal-ħut transżonali u transfruntiera, jistabbilixxu ftehimiet bilaterali biex jiggarantixxu kooperazzjoni effettiva sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-ġestjoni effettivi tar-riżorsi. Dan ikompli jiġi speċifikat fil-punti 28 u 51 tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali sabiex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IPOA-IUU) (5), u jistipula prattiki ddettaljati għal kooperazzjoni diretta bejn l-Istati, inkluż l-iskambju tad-dejta jew tal-informazzjoni disponibbli għall-Istati tal-kosta.

(23)

F’dan ir-rigward, l-Artikolu 25(10) tal-Konvenzjoni tal-WCPFC (6) jistipula li kull membru, f’każ li jkollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li bastiment tas-sajd bil-bandiera ta’ Stat ieħor kien involut f’attività li ddgħajjef l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati għaż-żona tal-Konvenzjoni, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Istat tal-bandiera kkonċernat.

(24)

L-importanza ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni effiċjenti għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-preżenza ta’ bastimenti predominanti bil-bandiera barranija fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tat-Tuvalu. Skont l-informazzjoni li taw l-awtoritajiet tat-Tuvalu matul iż-żjara tal-Kummissjoni fi Frar 2014, hemm total ta’ 18-il kuntratt ta’ liċenzjar privat bilaterali minn għaxar pajjiżi li huma attwalment fis-seħħ. F’dan ir-rigward, il-flotta awtorizzata li topera fl-ilmijiet tat-Tuvalu li hija magħmula minn 213-il bastimenti bit-tartarun, 17 bil-qasba u x-xlief u 7 bil-konz, li minnhom bastiment wieħed biss bit-tartarun u żewġ bastimenti bil-konz itajru l-bandiera tat-Tuvalu. Madankollu, it-Tuvalu rrikonoxxa li ma ġew stabbiliti l-ebda kanali ta’ kooperazzjoni mal-Istati tal-bandiera kkonċernati biex jiġi żgurat li t-Tuvalu jikkonforma mal-obbligi tiegħu li jikkoopera mal-Istati tal-bandiera kif deskritt fil-premessi (22) u (23).

(25)

Fir-rigward ta’ miżuri effikaċi tal-infurzar, l-Artikolu 19(2) tal-UNFSA jistabbilixxi li s-sanzjonijiet applikabbli fir-rigward ta’ vjolazzjonijiet għandhom ikunu severi biżżejjed sabiex ikunu effikaċi li jiżguraw il-konformità u jiskoraġġixxu l-vjolazzjonijiet kull fejn iseħħu filwaqt li għandhom iċaħħdu lil ħatjin mill-benefiċċji li jieħdu mill-attivitajiet illegali tagħhom. Kif eżaminat fil-premessi (26) sa (29), it-Tuvalu m’għandux il-qafas legali jew il-kontroll meħtieġ fuq il-flotta u l-ilmijiet neċessarji biex ikun jista’ jimponi sanzjonijiet adegwati fuq dawk li jiksru l-liġi.

(26)

Is-sistema tas-sanzjoni hija stabbilita fl-Att tar-Riżorsi Marini tat-Tuvalu tal-2006. Filwaqt li dan l-Att ġie emendat fl-2012, dan ma jqisx l-aħħar żviluppi fil-liġi internazzjonali fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU. F’dan ir-rigward, il-qafas legali attwali huwa nieqes minn definizzjoni espliċita ta’ attivitajiet tas-sajd IUU u ksur serju u ma għandux lista komprensiva ta’ reati serji indirizzati b’sanzjonijiet severi.

(27)

Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni ta’ Tuvalu ma tinkludix miżuri ta’ akkumpanjament amministrattiv b’mod sistematiku. Dawn it-tipi ta’ miżuri komplementari huma limitati għal sospensjoni u revokazzjoni ta’ liċenzji u huma applikabbli biss f’każijiet ta’ “reati serji” billi dan il-kunċett ta’ “reati serji” mhuwiex iddefinit fi ħdan il-liġi tat-Tuvalu.

(28)

Il-kunċett ta’ “reati jew ksur serju” ma ġiex issimplifikat fil-liġi tat-Tuvalu. Il-qafas legali kurrenti ma jipprovdix għal sanzjonijiet detrimentali li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji miksuba minn attività illegali.

(29)

Għaldaqstant, is-sistema tas-sanzjoni kif inhi llum mhix komprensiva u severa biżżejjed biex twettaq il-funzjoni tagħha ta’ deterrent. Fil-fatt, it-trattament ta’ ksur serju mhuwiex adegwat biex jiżgura l-konformità, jiskoraġġixxi l-ksur tal-liġi kull fejn dan iseħħ u biex iċaħħad lil dawk li jiksru l-liġi mill-benefiċċji li jieħdu mill-attivitaijet illegali tagħhom, kif mitlub mill-Artikolu 19(2) tal-UNFSA u l-Artikolu 25(7) tal-Konvenzjoni tal-WCPFC.

(30)

In-nuqqas ta’ ċarezza u trasparenza deskritti fil-premessi (39) sa (48) jikkompromettu wkoll il-possibbiltà li jiġu vvalutati l-aspetti tal-istorja, in-natura, iċ-ċirkustanzi, id-daqs u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU meqjus. B’konsegwenza ta’ dawn in-nuqqasijiet, mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita, b’mod affidabbli, id-dimensjoni potenzjali tal-attivitajiet marbutin mas-sajd IUU. Madankollu huwa fatt magħruf li n-nuqqas ta’ trasparenza flimkien man-nuqqas ta’ kontrolli effettivi, jinkoraġġixxu mġiba illegali.

(31)

Fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja u amministrattiva eżistenti tat-Tuvalu, għandu jiġi nnutat li t-Tuvalu mhuwiex ikklassifikat taħt l-indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (7). Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) it-Tuvalu huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati, f’konformità mal-lista ta’ benefiċjarji tal-Għajnuna Uffiċjali tal-Iżvilupp (ODA) tal-1 ta’ Jannar 2013 (9) skont il-Kumitat tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp. F’dan ir-rigward, il-limitazzjonijiet tal-kapaċità finanzjarja u amministrattiva tat-Tuvalu jistgħu jitqiesu bħala fattur wieħed li jdgħajjef il-kapaċità tat-Tuvalu li jaqdi d-dmirjiet tiegħu ta’ kooperazzjoni u infurzar.

(32)

Minkejja l-analiżi fil-premessa (31) huwa nnutat ukoll li, abbażi tal-informazzjoni miksuba miż-żjara tal-Kummissjoni fi Frar 2014, ma jistax jitqies li l-awtoritajiet tat-Tuvalu m’għandhomx riżorsi finanzjarji. Pjuttost, in-nuqqas tat-Tuvalu huwa fl-ambjent legali u amministrattiv meħtieġ biex jiżgura li jwettaq dmirijietu b’mod effiċjenti u effikaċi bħala Stat tal-bandiera, kostali, tal-port u tas-suq.

(33)

Skont is-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll l-istqarrijiet kollha magħmulin mit-Tuvalu, seta’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) tar-Regolament IUU, li t-Tuvalu naqas milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

3.3.   Nuqqas li jiġu implimentati r-regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

(34)

It-Tuvalu rratifika l-UNCLOS u l-UNFSA. It-Tuvalu huwa membru tal-WCPFC. It-Tuvalu huwa parti mill-Konvenzjoni FFA u l-PNA fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-ġestjoni ta’ sajd ta’ interess komuni.

(35)

Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni kollha li qieset rilevanti fir-rigward tal-istatus tat-Tuvalu bħala membru tal-WCPFC.

(36)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll kull informazzjoni li qieset rilevanti fir-rigward tal-ftehim tat-Tuvalu biex japplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-WCPFC.

(37)

Skont informazzjoni komprensiva pprovduta mit-Tuvalu dwar is-sitwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għat-tonn fl-ilmijiet tiegħu (10), il-qabdiet tal-2011 fit-Tuvalu miż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) tal-istokkijiet tat-tonn ammontaw għal 51 800 tunnellata metrika (mt). Filwaqt li dan jirrappreżenta tnaqqis mis-snin ta’ qabel (63 427 mt fl-2009 u 60 618 mt fl-2010), l-istokkijiet fiż-ŻEE tat-Tuvalu għadhom jikkostitwixxu parti sinifikanti tat-total tal-istokkijiet tat-tonn fiż-żona tal-Paċifiku Ċentrali u tal-Punent.

(38)

Abbażi tal-figuri ppreżentati fil-premessa (37) jidher li t-Tavulu jiġġestixxi riżorsi globali importanti tat-tonn u għalhekk għandu r-responsabbiltà, bħala Stat tal-kosta, li jiżgura ġestjoni sostenibbli responsabbli u fuq terminu twil ta’ żmien ta’ dawk ir-riżorsi. L-Artikoli 61 sa 64 tal-UNCLOS u l-Artikoli 7 u 8 tal-UNFSA jirregolaw l-użu ta’ riżorsi ħajjin mill-Istat kostali, li għandu jadotta miżuri kompatibbli ma’ dawk li japplikaw fir-reġjun u fl-ibħra internazzjonali sabiex jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul ta’ stokkijiet ta’ ħut transżonali u ħażniet ta’ ħut li jpassu ħafna u jippromovi l-għan tal-aqwa użu tar-riżorsi ħajjin fiż-ŻEE tiegħu. L-Istati tal-kosta għandhom jiżguraw ukoll il-konformità ta’ ċittadini ta’ Stati oħra, li jistadu fiż-ŻEE tagħhom, ma’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, kif ukoll jikkooperaw ma’ Stati u organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti involuti fis-sajd.

(39)

Il-qafas legali tat-Tuvalu jonqos milli jipprovdi miżuri ċari u trasparenti ta’ konservazzjoni u ġestjoni li jiżguraw ġestjoni effiċjenti u effettiva ta’ bastimenti li joperaw f’ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tas-sajd qrib il-kosta. It-Tuvalu rrikonoxxa wkoll li l-Pjan ta’ Ġestjoni għat-Tonn eżistenti huwa skadut u jeħtieġ reviżjoni. Bl-istess mod, il-pjan ta’ ġestjoni tal-klieb il-baħar għadu ma ġiex adottat f’konformità mar-rekwiżit ta’ Miżura ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni tal-WCPFC (CMM) 2010-07 (11).

(40)

Il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni fir-rigward tal-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali, inklużi l-ilmijiet arċipelagiċi, mhumiex kompluti u mhumiex ibbażati fuq il-parir xjentifiku kif mitlub mill-UNCLOS, l-UNFSA u l-WCPFC. Billi l-Att dwar is-Sajd tat-Tuvalu tal-2006 jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin għal ġestjoni sostenibbli tas-sajd u jagħti s-setgħa lill-Ministeru tar-Riżorsi Naturali li jadotta miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni kif xieraq, iż-żjara tal-Kummissjoni żvelat li l-iżvilupp ta’ dawn it-tip ta’ dispożizzjonijiet huwa fqir ħafna. F’dan ir-rigward, l-isforz prinċipali ffoka fuq it-traspożizzjoni tal-miżuri li jinsab fit-Tielet Arranġament tal-PNA (12) tal-qafas leġislattiv tat-Tuvalu tal-2009.

(41)

L-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tat-Tuvalu jissejħu baħar territorjali, ilmijiet arċipelaġiċi u ŻEE. Skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni WCPFC, il-qasam ta’ kompetenza tal-WPCFC jinkludi, fil-prinċipju, l-ilmijiet kollha tal-Oċean Paċifiku, inklużi l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tat-Tuvalu. Minkejja dan, it-Tuvalu jeskludi l-ilmijiet territorjali u arċipelaġiċi tiegħu mill-applikazzjoni ta’ skema ta’ ġranet ta’ sajd (Vessels Day Scheme - VDS), sistema li tillimita l-isforz tas-sajd minn flotta bit-tartarun permezz tal-allokazzjoni ta’ jiem ta’ sajd. Għaldaqstant, l-istrument legali prinċipali għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tat-Tuvalu ma japplikax għal parti konsiderevoli tal-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu. Fir-rigward ta’ bastimenti bil-konz u bil-qasab u x-xlief, il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni huma stabbiliti fil-liċenzji individwali. Madankollu, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-ġestjoni nnifisha tal-qbid u l-isforz fiż-żewġ setturi tas-sajd, ħlief il-politika ġenerali li tillimita n-numru ta’ liċenzji tas-sajd.

(42)

Barra minn hekk, matul iż-żjara tal-Kummissjoni, it-Tuvalu kkonferma li bħalissa xi WCPFC CMM mhumiex qed jiġu applikati. Dawn jikkonċernaw CMM 2007-1 dwar il-programm reġjonali tal-osservaturi li jistabbilixxi 5 % kopertura tal-osservaturi fuq bastimenti bil-konz u CMM 2010-07 li jistabbilixxi li l-piż li jinħatt l-art tal-pinen ma jistax ikun iktar minn 5 % tal-piż ta’ klieb il-baħar. In-nuqqas ta’ kapaċità teknika u riżorsi kienu ddikjarati li jfixklu l-progress fil-konformità mad-WCPFC CMM rilevanti.

(43)

In-nuqqasijiet ċari fir-rigward ta’ ċarezza u trasparenza tar-regoli applikabbli ta’ konservazzjoni u ġestjoni deskritti fil-premessi (39) sa (42), inkluż il-kontroll fuq l-isforz tas-sajd skont il-VDS, flimkien mal-eżistenza ta’ 18-il kuntratt ta’ liċenzji privati differenti kif deskritti fil-premessa (24), iddgħajjef l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, bi ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 61(2) sa (5), 62(1) u 64 tal-UNCLOS dwar l-aħjar użu tar-riżorsi, permezz ta’ miżuri xierqa ta’ konservazzjoni u ġestjoni.

(44)

Skont l-Artikolu 61 tal-UNCLOS, l-Artikoli 5 u 6 tal-UNFSA, u l-Artikoli 5 u 6 tal-Konvenzjoni tal-WCPFC, l-Istati tal-kosta għandhom jiddeterminaw il-qabda permessa tar-riżorsi ħajjin fiż-ŻEE tagħhom, abbażi tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli għalihom u abbażi ta’ approċċ ta’ prekawzjoni; l-Istati tal-kosta għandhom jiżguraw ukoll, permezz ta’ miżuri xierqa ta’ konservazzjoni u ġestjoni, li r-riżorsi ħajjin u l-istokkijiet fiż-ŻEE u f’ilmijiet oħrajn li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jkunux ipperikolati minn sfruttament eċċessiv. Il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO, b’mod partikolari il-paragrafi 7(3), 7(4) u 7(5), jirrakkomanda prattiki tajbin biex dawn l-obbligi jiġu ssodisfati.

(45)

Fir-rapport għad-Disa’ Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC, it-Tuvalu rrikonoxxa l-eżistenza ta’ sfidi li fadal fir-rigward tal-ġbir tad-dejta, l-irrappurtar u l-konformità (13). Dawn il-kwistjonijiet huma attribwiti għal diffikultajiet ta’ kapaċità fi ħdan id-Dipartiment tas-sajd fir-rigward tal-monitoraġġ ta’ rappurtar u ġestjoni tad-dejta.

(46)

F’dak il-kuntest, ir-rapporti tal-Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC iqajmu b’mod regolari l-kwistjoni ta’ diskrepanzi fid-dejta. Pereżempju, fir-rapport tal-2011 il-Kumitat Xjentifiku tal-WCPFC fis-seba’ (7) sessjoni tiegħu innota taħt il-punt 89 xi inkonsistenzi fir-rapportar ta’ palamit, tonn isfar u tonn għajnu kbira fuq ir-reġistri tat-tartaruni. Filwaqt li l-Kumitat ikkunsidra l-importanza, għal skopijiet xjentifiċi, id-dejta preċiża dwar il-kompożizzjoni tal-qbid bit-tartarun, huwa rrakkomandat li din il-problema għandha titressaq quddiem il-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità (14). skont il-punt 37, enfasizza l-inċertezza tal-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tat-tartarun, u ħeġġeġ lill-partijiet kontraenti biex ikomplu jtejbu l-istimi tad-dejta ta’ kompożizzjoni tat-tartarun. Fit-tmien (8) sessjoni tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC reġa’ qajjem il-kwistjonijiet tal-lakuni u l-inkonsistenzi fid-dejta (15), b’rabta mal-qabda u l-kompożizzjoni tal-qabda, ikkummenta fuq l-obbligi tar-rappurtar skont il-ftehimiet ta’ kiri u ħareġ rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib fil-ġestjoni (16). Huwa indirizza wkoll in-nuqqas ta’ tressiq ta’ dejta jew dejta fqira ta’ ċerti partijiet kontraenti, li wħud minnhom qed joperaw f’ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tat-Tuvalu.

(47)

Il-Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC, fis-seba’ (7) laqgħa tiegħu, semma li, jekk il-prattiki reċenti tas-sajd tal-palamit jippersistu, il-livelli tar-rati tal-qbid x’aktarx jonqsu u l-qabda għandha tonqos hekk kif is-sajd ibaxxi l-livelli tal-istokkijiet sal-livell tar-Rendiment Massimu Sostenibbli. Għaldaqstant, iż-żieda fl-isforz fis-sajd għandha tiġi mmonitorjata (17). Madankollu, iż-żjara tal-Kummissjoni żvelat in-nuqqas ta’ flotta tas-sajd reali u ta’ politika ta’ aċċess kif jidher mill-obsolexxenza u l-inkompletezza tal-Pjan għall-Ġestjoni tat-Tonn.

(48)

It-Tuvalu ma japplikax miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC fl-ilmijiet arċipelaġiċi tiegħu u għandu biss fis-seħħ miżuri kompatibbli limitati. Meta tqis li t-tonn huwa transżonali u jpassi ħafna, kif ukoll l-importanza tal-istokkijiet tat-tonn u l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet arċipelaġiċi tat-Tuvalu, li huma żona ġeografika importanti ta’ riproduzzjoni għall-ispeċijiet tat-tonn, dik is-sitwazzjoni xxekkel kull sforz ta’ konservazzjoni tal-istokk tat-tonn b’mod ġenerali fir-reġjun Paċifiku. Għaldaqstant, it-Tuvalu ma jiżgurax applikazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni fl-ilmijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu b’mod kompatibbli mar-rekwiżiti tad-WCPFC, u skont l-obbligi tiegħu li jiżgura li l-ispeċijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat tal-kosta ma jiġux ipperikolati minn sfruttament eċċessiv.

(49)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll kull att jew ommissjoni mit-Tuvalu li setgħu naqqsu l-effettività tal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli.

(50)

F’dak ir-rigward, kif irrikonoxxa t-Tuvalu, il-Pjan għall-Ġestjoni tat-Tonn huwa skadut u jonqos milli jistabbilixxi għanijiet ċari li jillimitaw in-numru ta’ liċenzji tas-sajd u l-qabda totali permissibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ddgħajjef il-konformità tat-Tuvalu mal-obbligi internazzjonali tiegħu. Minħabba li t-tonn huwa stokk transżonali u jpassi ħafna, il-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni għandhom ikunu konsistenti u kompatibbli fiż-żona kollha tal-migrazzjoni biex dawn ikunu effettivi u sostenibbli, fejn dan huwa wkoll l-għan ġenerali tal-Konvenzjoni tad-WCPFC;

(51)

Skont is-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll l-istqarrijiet kollha li għamel il-pajjiż, seta’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li t-Tuvalu naqas milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

3.4.   Restrizzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

(52)

Skont il-klassifikazzjoni tat-Tuvalu bħala pajjiż l-anqas żviluppat (kif innutat fil-premessa (31)), il-Kummissjoni analizzat jekk l-informazzjoni miġbura setgħetx ikollha rabta mal-limitazzjonijiet speċifiċi tiegħu bħala pajjiż li qed jiżviluppa.

(53)

Għalkemm jista’ jkun hemm limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kapaċità b’mod ġenerali fir-rigward tal-kontroll u l-monitoraġġ, il-limitazzjonijiet speċifiċi tat-Tuvalu li ġejjin mil-livell tiegħu ta’ żvilupp ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qafas legali nazzjonali b’referenza għall-istrumenti internazzjonali biex jiġġieled, jiskoraġġixxi u jelimina attivitajiet tas-sajd IUU. Barra minn hekk, dawk il-limitazzjonijiet ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas tat-Tuvalu li jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet għal kontravvenzjoni ta’ miżuri internazzjonali ta’ ġestjoni u konservazzjoni.

(54)

Barra minn hekk, jidher li n-nuqqasijiet ta’ sistema ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza jirriżultaw minn dan l-iżbilanċ bejn il-kapaċitajiet dgħajfa tat-Tuvalu għall-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tiegħu u l-attribuzzjoni ta’ aċċess għall-ilmijiet tiegħu fil-parti l-kbira tal-flotta barranija. Barra minn hekk, minkejja l-kontribut importanti tas-sajd għad-dħul ġenerali tat-Tuvalu, jidher li l-baġit allokat għall-ġestjoni tas-sajd huwa ħafna inqas. Għaldaqstant, għalkemm it-Tuvalu jista’ jkollu limitazzjonijiet ta’ żvilupp, il-politiki segwiti minn dak il-pajjiż għall-iżvilupp tal-industrija tiegħu tas-sajd ma jaqblux mar-riżorsi allokati u mal-prijoritajiet tal-pajjiż fir-rigward tal-ġestjoni tas-sajd.

(55)

Skont is-sitwazzjoni spjegata f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġburin mill-Kummissjoni kif ukoll l-istqarrijiet magħmulin mit-Tuvalu, seta’ jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus tal-iżvilupp tal-governanza tas-sajd tat-Tuvalu jista’ jxxekkel il-livell ta’ żvilupp tiegħu. Madankollu, meta wieħed iqis in-natura tan-nuqqasijiet stabbiliti tat-Tuvalu, u l-azzjonijiet meħudin biex titranġa s-sitwazzjoni, l-iżvilupp tat-Tuvalu ma jistax ikun għalkollox ta’ skuża jew xort’oħra ta’ ġustifikazzjoni għall-prestazzjoni bħala Stat tal-bandiera jew tal-kosta fir-rigward tas-sajd u għall-insuffiċjenza tal-azzjoni tiegħu biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

4.   KONKLUŻJONI DWAR IL-POSSIBBILTÀ TAL-IDENTIFIKAZZJONI BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(56)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu dwar in-nuqqas tat-Tuvalu fil-qadi ta’ dmirijietu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, tal-kosta jew tas-suq u biex jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU, dak il-pajjiż għandu jiġi nnotifikat, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż li l-Kummissjoni tikkunsidra li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(57)

Skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lit-Tuvalu bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-proċeduri politiċi kollha stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tat-Tuvalu. Fl-interess ta’ amministrazzjoni soda, għandu jiġi stabbilit perjodu li fih il-pajjiż jista’ jagħti tweġiba bil-miktub għan-notifika u jirrettifika s-sitwazzjoni.

(58)

Barra minn hekk, in-notifika lit-Tuvalu dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż li l-Kummissjoni tqis li ma jikkooperax għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, la tipprekludi u lanqas ma tfisser b’mod awtomatiku li l-Kummissjoni jew il-Kunsill se jieħdu xi azzjoni sussegwenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni u l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

It-Tuvalu għandu jiġi nnotifikat bil-possibbiltà li jiġi identifikat mill-Kummissjoni bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  http://www.ffa.int/

(3)  Il-Ftehim ta’ Nauru (http://www.ffa.int/node/93#attachments).

(4)  Code of Conduct for responsible fisheries, Food and Agriculture Organization of the United Nations, 1995.

(5)  International Plan of Action to prevent, deter and eliminate illegal, unreported and unregulated fishing, Food and Agriculture Organization of the United Nations, 2001.

(6)  Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorji Ħafna tal-Punent u l-Oċean Paċifiku Ċentrali, li saret f’Ħonolulu fil-5 ta’ Settembru 2000 (http://www.wcpfc.int/doc/convention-conservation-and-management-highly-migratory-fish-stocks-western-and-central-pacific).

(7)  Informazzjoni meħuda minn http://hdr.undp.org/en/statistics

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41).

(9)  Lista tad-DAC ta’ Reċipjenti tal-ODA (http://www.oecd.org/dac/stats/daclistofodarecipients.htm).

(10)  WCPFC Scientific Committee Ninth Regular Session, WCPFC SC9-AR/CCM-25.

(11)  http://www.wcpfc.int/system/files/CMM%202010-07%20%5BSharks%5D.pdf

(12)  Partijiet għall-Ftehim ta’ Nauru (PNA) it-Tielet Arranġament, tal-2008.

(13)  WCPFC Scientific Committee Ninth Regular Session, WCPFC SC9-AR/CCM-25.

(14)  Summary report of the WCPFC Scientific Committee, Seventh Regular Session, Pohnpei, Federated States of Micronesia 9–17 August 2011 (http://www.wcpfc.int/node/2896).

(15)  Summary report of the WCPFC Scientific Committee Eighth Regular Session 7-15 August 2012 (http://www.wcpfc.int/node/4587), it-taqsima 3.1.

(16)  Summary report of the WCPFC Scientific Committee Eighth Regular Session, il-punti 69-71.

(17)  Summary report of the WCPFC Scientific Committee, Seventh Regular Session, il-punti 35 u 36.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/30


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 447/12)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

8.12.2014

Tul ta’ żmien

8.12.2014–31.12.2014

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

COD/03AS.

Speċi

Merluzz (Gadus Morhua)

Żona

Kattegat

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

79/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/30


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 447/13)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

21.11.2014

Tul ta’ żmien

21.11.2014–31.12.2014

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

GHL/N3LMNO

Speċi

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Żona

NAFO 3 LMNO

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

77/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/31


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 447/14)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

3.12.2014

Tul ta’ żmien

3.12.2014–31.12.2014

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

COD/03AN.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Skagerrak

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

78/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/32


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2014/C 447/15)

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-BELĠJU

Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006

Fil-liġi Belġjana huwa stipulat li għandha tingħata prova ta’ disponibbiltà ta’ miżuri xierqa ta’ sussistenza.

Il-prattika amministrattiva hija kif ġej:

(a)

Il-barranin li joqogħdu ma’ individwu privat

Prova ta’ mezzi ta’ sussistenza suffiċjenti tista’ tingħata permezz ta’ ittra ta’ garanzija ffirmata mill-persuna li tkun qiegħdha tagħti akkomodazzjoni lill-barrani fil-Belġju u tiġi awtentikata mill-amministrazzjoni muniċipali tal-post tar-residenza tiegħu.

Id-dikjarazzjoni tar-responsabbilità tkopri l-ispejjeż taż-żjara tal-barrani, il-kura tas-saħħa, l-alloġġ u r-ripatrijazzjoni f’każ li l-istranġier ma jkunx jista’ jħallas, sabiex tiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi ma jġorrux il-piż tagħhom. Id-dikjarazzjoni trid tiġi ffirmata minn persuna li tista’ tħallas id-dejn u, jekk din il-persuna tkun barranija, ikollha permess ta’ residenza jew permess ta’ sistemazzjoni.

Jekk meħtieġ, il-barrani jista’ jkun mitlub jagħti prova ta’ riżorsi personali.

Jekk ma jkollu l-ebda kreditu finanzjarju, huwa għandu jkollu aċċess għal bejn wieħed u ieħor EUR 45 kull ġurnata taż-żjara ppjanata.

(b)

Barrani li joqgħod f’lukanda

Jekk il-barrani ma jaġħtix prova ta’ kreditu finanzjarju, huwa għandu jkollu aċċess għal bejn wieħed u ieħor EUR 95 kull ġurnata taż-żjara ppjanata.

Fil-biċċa l-kbira tal-każi, il-persuna involuta trid turi biljett (biljett tal-ajru) li permezz tiegħu tkun tista’ tmur lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħha jew fejn ikollha r-residenza tagħha.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22

 

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7

 

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5

 

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16

 

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13

 

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3

 

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3

 

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1

 

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25

 

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31

 

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fi tmiem dan l-aġġornament.