ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 444/01 |
||
2014/C 444/02 |
||
2014/C 444/03 |
||
2014/C 444/04 |
||
2014/C 444/05 |
||
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2014/C 444/06 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 444/07 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 444/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7467 — Mitsubishi Heavy Industries/Mitsubishi Corporation/MHI Compressor International) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 444/09 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Diċembru 2014
(2014/C 444/01)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2428 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
147,20 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4387 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,79270 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,3575 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2012 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,0060 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,633 |
HUF |
Forint Ungeriż |
308,14 |
LTL |
Litas Litwan |
3,45280 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1798 |
RON |
Leu Rumen |
4,4508 |
TRY |
Lira Turka |
2,8153 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5056 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4281 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,6348 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5892 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6323 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 368,53 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,3385 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6916 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6740 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 384,00 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3385 |
PHP |
Peso Filippin |
55,262 |
RUB |
Rouble Russu |
68,6459 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,792 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,2593 |
MXN |
Peso Messikan |
18,0523 |
INR |
Rupi Indjan |
77,5644 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/2 |
Aġġornament interim tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni ta’ uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’pajjiżi terzi (1)
(2014/C 444/02)
FRAR 2014
Post tal-impjieg |
Il-parità ekonomika Frar 2014 |
Ir-rata tal-kambju Frar 2014 (2) |
Il-Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Frar 2014 (3) |
L-Angola |
185,2 |
132,841 |
139,4 |
Il-Bangladexx |
67,43 |
106,304 |
63,4 |
Il-Brażil |
2,730 |
3,29550 |
82,8 |
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana |
676,7 |
655,957 |
103,2 |
Il-Gabon |
688,6 |
655,957 |
105,0 |
Il-Gana |
2,254 |
3,17585 |
71,0 |
Il-Gujana |
177,2 |
283,400 |
62,5 |
L-Indoneżja (Banda Aceh) |
9 649 |
16 551,4 |
58,3 |
L-Indoneżja (Jakarta) |
10 605 |
16 551,4 |
64,1 |
Il-Malawi |
293,5 |
594,720 |
49,4 |
Is-Sudan |
7,592 |
8,07741 |
94,0 |
It-Tuneżija |
1,461 |
2,20440 |
66,3 |
L-Uzbekistan |
2 070 |
2 991,02 |
69,2 |
Il-Venezwela |
9,144 |
8,54090 |
107,1 |
MARZU 2014
Post tal-impjieg |
Il-parità ekonomika Marzu 2014 |
Ir-rata tal-kambju Marzu 2014 (4) |
Il-Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Marzu 2014 (5) |
Il-Bjelorussja |
7 703 |
13 380,0 |
57,6 |
Ġibuti |
191,6 |
242,696 |
78,9 |
Il-Madagaskar |
2 564 |
3 196,80 |
80,2 |
L-Afrika t’Isfel |
7,041 |
14,6986 |
47,9 |
L-Isvizzera (Bern) |
1,432 |
1,21610 |
117,8 |
L-Istati Uniti (Washington) |
1,148 |
1,36560 |
84,1 |
APRIL 2014
Post tal-impjieg |
Il-parità ekonomika April 2014 |
Ir-rata tal-kambju April 2014 (6) |
Koeffiċjent ta’ korrezzjoni April 2014 (7) |
Il-Ginea |
7 344 |
9 683,32 |
75,8 |
Il-Malawi |
311,6 |
569,779 |
54,7 |
Il-Paragwaj |
3 965 |
6 096,61 |
65,0 |
Il-Perù |
3,297 |
3,86834 |
85,2 |
Is-Sważiland |
7,370 |
14,5839 |
50,5 |
Timor Leste |
1,480 |
1,37590 |
107,6 |
Il-Venezwela |
9,989 |
8,65730 |
115,4 |
Il-Jemen |
256,2 |
295,667 |
86,7 |
Iż-Żambja |
7,236 |
8,55505 |
84,6 |
MEJJU 2014
Post tal-impjieg |
Il-parità ekonomika Mejju 2014 |
Ir-rata tal-kambju May 2014 (8) |
Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Mejju 2014 (9) |
Il-Barbados |
3,015 |
2,78001 |
108,5 |
Il-Brażil |
2,893 |
3,06830 |
94,3 |
L-Islanda |
166,6 |
154,990 |
107,5 |
L-Iżrael |
4,808 |
4,80280 |
100,1 |
Il-Ġordan |
0,8725 |
0,980263 |
89,0 |
is-Samoa |
2,786 |
3,16892 |
87,9 |
Is-Senegal |
647,0 |
655,957 |
98,6 |
Il-Korea t’Isfel |
1 386 |
1 423,99 |
97,3 |
Is-Sudan |
8,093 |
8,22737 |
98,4 |
L-Uzbekistan |
2 224 |
3 147,06 |
70,7 |
Il-Venezwela |
10,55 |
8,69946 |
121,3 |
ĠUNJU 2014
Post tal-impjieg |
Il-parità ekonomika Ġunju 2014 |
Ir-rata tal-kambju Ġunju 2014 (10) |
Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Ġunju 2014 (11) |
Il-Bjelorussja |
8 094 |
13 730,0 |
59,0 |
Il-Kanada |
1,263 |
1,47960 |
85,4 |
Il-Kosta Rika |
594,9 |
757,079 |
78,6 |
L-Eġittu |
6,008 |
9,77075 |
61,5 |
Il-Lesoto |
6,843 |
14,2260 |
48,1 |
Il-Messiku |
12,01 |
17,5678 |
68,4 |
Il-Moldova |
11,22 |
18,8527 |
59,5 |
In-Niġerja |
203,9 |
211,780 |
96,3 |
In-Norveġja |
10,91 |
8,11850 |
134,4 |
Il-Panama |
0,8890 |
1,36380 |
65,2 |
Ir-Russja |
50,75 |
46,9447 |
108,1 |
L-Ukraina |
8,607 |
15,9030 |
54,1 |
Il-Venezwela |
11,42 |
8,58117 |
133,1 |
(1) Ir-Rapport tal-Eurostat tat-22 ta’ Settembru 2014 dwar l-aġġustament interim tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’delegazzjonijiet barra mill-UE skont l-Artikolu 64, l-Anness X u l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
Aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija hija disponibbli fuq il-websajt tal-Eurostat (“Bażi tad-Dejta tal-Istatistika” > “Ekonomija u finanzi” > “Prezzijiet” > “Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni”).
(2) EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Timor Leste.
(3) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(4) EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Timor Leste.
(5) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(6) EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Timor Leste.
(7) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(8) EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Timor Leste.
(9) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(10) EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Timor Leste.
(11) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/5 |
Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni ta’ uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’pajjiżi terzi (1)
(2014/C 444/03)
Post tal-impjieg |
Il-parità ekonomika Lulju 2014 |
Ir-rata tal-kambju Lulju 2014 (2) |
Il-Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Lulju 2014 (3) |
L-Afganistan (4) |
|
|
|
L-Albanija |
84,56 |
140,200 |
60,3 |
L-Alġerija |
74,36 |
108,102 |
68,8 |
L-Angola |
188,8 |
132,977 |
142,0 |
L-Arġentina (4) |
|
|
|
L-Armenja |
424,3 |
556,270 |
76,3 |
L-Awstralja |
1,470 |
1,44600 |
101,7 |
L-Ażerbajġan |
1,025 |
1,06822 |
96,0 |
Il-Bangladexx |
67,08 |
105,616 |
63,5 |
Il-Barbados |
2,974 |
2,73859 |
108,6 |
Il-Bjelorussja |
8 208 |
13 870,0 |
59,2 |
Il-Beliże |
1,915 |
2,71719 |
70,5 |
Il-Benin |
622,9 |
655,957 |
95,0 |
Il-Bolivja |
6,792 |
9,41142 |
72,2 |
Il-Bosnja-Ħerzegovina (Banja Luka) |
1,190 |
1,95583 |
60,8 |
Il-Bosnja-Ħerzegovina (Sarajevo) |
1,407 |
1,95583 |
71,9 |
Il-Botswana |
6,238 |
12,0192 |
51,9 |
Il-Brażil |
3,030 |
2,99050 |
101,3 |
Il-Burkina Faso |
648,9 |
655,957 |
98,9 |
Il-Burundi |
1 425 |
2 104,54 |
67,7 |
Il-Kambodja |
4 481 |
5 523,50 |
81,1 |
Il-Kamerun |
612,9 |
655,957 |
93,4 |
Il-Kanada |
1,283 |
1,45560 |
88,1 |
Il-Kap Verde |
77,78 |
110,265 |
70,5 |
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana |
695,9 |
655,957 |
106,1 |
Iċ-Ċad |
745,8 |
655,957 |
113,7 |
Iċ-Ċilì |
403,6 |
749,972 |
53,8 |
Iċ-Ċina |
7,596 |
8,46890 |
89,7 |
Il-Kolombja |
2 213 |
2 569,89 |
86,1 |
Il-Komoros |
334,3 |
491,968 |
68,0 |
Il-Kongo (Brazzaville) |
783,5 |
655,957 |
119,4 |
Il-Kosta Rika |
584,4 |
742,937 |
78,7 |
Il-Kroazja |
5,795 |
7,57300 |
76,5 |
Kuba (2) |
0,9925 |
1,36200 |
72,9 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) (2) |
1,838 |
1,36200 |
134,9 |
Ġibuti |
181,3 |
242,056 |
74,9 |
Ir-Repubblika Dominikana |
36,44 |
59,0950 |
61,7 |
L-Ekwador (2) |
0,9862 |
1,36200 |
72,4 |
L-Eġittu |
6,036 |
9,75670 |
61,9 |
El Salvador (2) |
0,9548 |
1,36200 |
70,1 |
L-Eritrea |
23,69 |
20,7603 |
114,1 |
L-Etjopja |
24,25 |
26,5854 |
91,2 |
Fiġi |
1,649 |
2,50564 |
65,8 |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
35,89 |
61,6863 |
58,2 |
Il-Gabon |
697,9 |
655,957 |
106,4 |
Il-Gambja |
32,61 |
57,0500 |
57,2 |
Il-Ġeorġja |
1,572 |
2,40900 |
65,3 |
Il-Gana |
2,378 |
4,08380 |
58,2 |
Il-Gwatemala |
8,160 |
10,6115 |
76,9 |
Il-Ginea (Conakry) |
7 449 |
9 537,04 |
78,1 |
Il-Ginea Bissaw |
586,5 |
655,957 |
89,4 |
Il-Gujana |
177,0 |
282,325 |
62,7 |
Ħaiti |
50,35 |
61,9572 |
81,3 |
Il-Ħonduras |
21,70 |
28,5433 |
76,0 |
Ħong Kong |
10,72 |
10,5573 |
101,5 |
L-Islanda |
173,8 |
154,850 |
112,2 |
L-Indja |
53,48 |
81,8630 |
65,3 |
L-Indoneżja (Banda Aceh) |
9 731 |
16 369,0 |
59,4 |
L-Indoneżja (Jakarta) |
10 711 |
16 369,0 |
65,4 |
L-Iraq (4) |
|
|
|
L-Iżrael |
4,747 |
4,67080 |
101,6 |
Il-Kosta tal-Avorju |
645,7 |
655,957 |
98,4 |
Il-Ġamajka |
134,2 |
150,486 |
89,2 |
Il-Ġappun |
139,4 |
138,090 |
100,9 |
Il-Ġordan |
0,8586 |
0,965658 |
88,9 |
Il-Kazakistan |
200,6 |
249,760 |
80,3 |
Il-Kenja |
94,74 |
119,029 |
79,6 |
Il-Kosovo (5) |
0,7168 |
1,00000 |
71,7 |
Il-Kirgiżistan |
50,77 |
70,9029 |
71,6 |
Il-Laos |
9 408 |
10 927,0 |
86,1 |
Il-Libanu |
1 589 |
2 053,22 |
77,4 |
Il-Lesoto |
6,871 |
14,4394 |
47,6 |
Il-Liberja (2) |
1,372 |
1,36200 |
100,7 |
Il-Libja (4) |
|
|
|
Il-Madagaskar |
2 734 |
3 208,74 |
85,2 |
Il-Malawi |
321,1 |
541,045 |
59,3 |
Il-Malasja |
3,088 |
4,37540 |
70,6 |
Il-Mali |
657,6 |
655,957 |
100,3 |
Il-Mawritanja |
243,9 |
408,930 |
59,6 |
Il-Mawrizju |
32,50 |
41,1444 |
79,0 |
Il-Messiku |
11,82 |
17,7087 |
66,7 |
Il-Moldova |
11,27 |
19,0345 |
59,2 |
Il-Montenegro |
0,6414 |
1,00000 |
64,1 |
Il-Marokk |
7,826 |
11,2075 |
69,8 |
Il-Możambik |
32,85 |
42,2600 |
77,7 |
Il-Mjanmar |
780,3 |
1 317,74 |
59,2 |
In-Namibja |
9,199 |
14,4394 |
63,7 |
In-Nepal |
93,34 |
131,120 |
71,2 |
Il-Kaledonja Ġdida |
130,6 |
119,332 |
109,4 |
In-New Zealand |
1,741 |
1,55420 |
112,0 |
In-Nikaragwa |
18,88 |
35,3468 |
53,4 |
In-Niġer |
535,4 |
655,957 |
81,6 |
In-Niġerja |
200,4 |
211,439 |
94,8 |
In-Norveġja |
10,92 |
8,36800 |
130,5 |
Il-Pakistan |
71,00 |
134,336 |
52,9 |
Il-Panama (2) |
0,8911 |
1,36200 |
65,4 |
Il-Papwa Ginea Ġdida |
3,838 |
3,30583 |
116,1 |
Il-Paragwaj |
3 997 |
5 985,99 |
66,8 |
Il-Perù |
3,315 |
3,81905 |
86,8 |
Il-Filippini |
42,56 |
59,6600 |
71,3 |
Ir-Russja |
51,00 |
45,8969 |
111,1 |
Ir-Rwanda |
708,2 |
928,137 |
76,3 |
Is-Samoa |
2,723 |
3,10321 |
87,7 |
L-Arabja Sawdija |
3,504 |
5,10750 |
68,6 |
Is-Senegal |
677,8 |
655,957 |
103,3 |
Is-Serbja |
83,95 |
115,545 |
72,7 |
Sjerra Leone |
6 878 |
5 967,19 |
115,3 |
Singapor |
2,054 |
1,70150 |
120,7 |
Il-Gżejjer Solomon |
11,92 |
9,82683 |
121,3 |
Is-Somalja (4) |
|
|
|
L-Afrika t’Isfel |
7,152 |
14,4394 |
49,5 |
Il-Korea t’Isfel |
1 367 |
1 380,96 |
99,0 |
Is-Sudan t’Isfel (Juba) |
3,558 |
4,01790 |
88,6 |
Is-Sri Lanka |
124,2 |
177,165 |
70,1 |
Is-Sudan |
8,689 |
8,10479 |
107,2 |
Is-Surinam |
2,783 |
4,49460 |
61,9 |
Is-Sważiland |
7,447 |
14,4394 |
51,6 |
L-Isvizzera (Bern) |
1,469 |
1,21620 |
120,8 |
L-Isvizzera (Ġinevra) |
1,503 |
1,21620 |
123,6 |
Is-Sirja (4) |
|
|
|
It-Tajwan |
33,51 |
40,7109 |
82,3 |
It-Taġikistan |
4,510 |
6,71017 |
67,2 |
It-Tanzanija |
1 441 |
2 251,16 |
64,0 |
It-Tajlandja |
32,70 |
44,2210 |
73,9 |
Timor Leste (2) |
1,400 |
1,36200 |
102,8 |
It-Togo |
557,1 |
655,957 |
84,9 |
Trinidad u Tobago |
6,772 |
8,59430 |
78,8 |
It-Tuneżija |
1,474 |
2,28050 |
64,6 |
It-Turkija |
2,183 |
2,89440 |
75,4 |
It-Turkmenistan |
2,396 |
3,88170 |
61,7 |
L-Uganda |
2 507 |
3 538,38 |
70,9 |
L-Ukraina |
8,681 |
16,1832 |
53,6 |
L-Emirati Għarab Magħquda |
3,984 |
4,99120 |
79,8 |
L-Istati Uniti (New York) |
1,252 |
1,36200 |
91,9 |
L-Istati Uniti (Washington) |
1,079 |
1,36200 |
79,2 |
L-Urugwaj |
28,79 |
31,1081 |
92,5 |
L-Uzbekistan |
2 359 |
3 149,35 |
74,9 |
Il-Vanwatu |
134,8 |
130,534 |
103,3 |
Il-Venezwela |
11,93 |
8,56984 |
139,2 |
Il-Vjetnam |
15 962 |
29 051,5 |
54,9 |
Ix-Xatt tal-Punent — l-Istrixxa ta’ Gaża |
5,255 |
4,67080 |
112,5 |
Il-Jemen |
261,2 |
292,680 |
89,2 |
Iż-Żambja |
7,368 |
8,28275 |
89,0 |
Iż-Żimbabwe (4) |
|
|
|
(1) Ir-rapport tal-Eurostat tat-30 ta’ Ottubru 2014 dwar l-aġġustament annwali tal-2014 tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-UE skont l-Artikoli 64 u 65 u l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2014 il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikati għar-remunerazzjoni tal-membri tal-persunal attivi li jservu f’postijiet tax-xogħol ġewwa jew barra l-UE, għall-pensjonijiet tal-membri tal-persunal irtirati, u għat-trasferimenti tal-pensjoni.
Aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija hija disponibbli fuq il-websajt tal-Eurostat (“Bażi tad-Dejta tal-Istatistika” > “Ekonomija u finanzi” > “Prezzijiet” > “Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni”).
(2) 1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, (USD għal Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Timor Leste).
(3) Brussell u l-Lussemburgu = 100 %.
(4) Mhux disponibbli, minħabba instabbiltà lokali jew dejta mhux affidabbli.
(5) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/10 |
Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014 għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea (1)
(2014/C 444/04)
Pajjiż/Post |
Remunerazzjoni |
Trasferiment (2) |
Pensjoni |
1.7.2014 |
|
1.7.2014 |
|
Il-Bulgarija |
55,1 |
56,0 |
100,0 |
Ir-Repubblika Ċeka |
75,0 |
70,5 |
100,0 |
Id-Danimarka |
133,0 |
131,3 |
131,3 |
Il-Ġermanja |
97,2 |
96,4 |
100,0 |
Bonn |
94,6 |
|
|
Karlsruhe |
95,0 |
|
|
Munich |
107,7 |
|
|
L-Estonja |
78,6 |
80,1 |
100,0 |
L-Irlanda |
115,9 |
106,3 |
106,3 |
Il-Greċja |
86,8 |
84,7 |
100,0 |
Spanja |
94,5 |
90,2 |
100,0 |
Franza |
116,8 |
107,1 |
107,1 |
Il-Kroazja |
77,6 |
72,2 |
100,0 |
L-Italja |
100,4 |
94,5 |
100,0 |
Varese |
93,1 |
|
|
Ċipru |
81,2 |
85,8 |
100,0 |
Il-Latvja |
76,5 |
74,8 |
100,0 |
Il-Litwanja |
71,4 |
71,1 |
100,0 |
L-Ungerija |
71,4 |
64,0 |
100,0 |
Malta |
83,4 |
84,2 |
100,0 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
107,8 |
104,7 |
104,7 |
L-Awstrija |
107,2 |
104,4 |
104,4 |
Il-Polonja |
74,1 |
67,6 |
100,0 |
Il-Portugall |
82,2 |
85,2 |
100,0 |
Ir-Rumanija |
69,5 |
63,8 |
100,0 |
Is-Slovenja |
84,7 |
81,4 |
100,0 |
Is-Slovakkja |
79,0 |
73,1 |
100,0 |
Il-Finlandja |
123,0 |
114,5 |
114,5 |
L-Isvezja |
127,5 |
115,9 |
115,9 |
Ir-Renju Unit |
150,7 |
120,7 |
120,7 |
Culham |
116,7 |
|
|
(1) Ir-rapport tal-Eurostat tat-30 ta’ Ottubru 2014 dwar l-aġġustament annwali tal-2014 tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-UE skont l-Artikoli 64 u 65 u l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2014 il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikati għar-remunerazzjoni tal-membri tal-persunal attivi li jservu f’postijiet tax-xogħol ġewwa jew barra l-UE, għall-pensjonijiet tal-membri tal-persunal irtirati, u għat-trasferimenti tal-pensjonijiet.
Aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija hija disponibbli fuq il-websajt tal-Eurostat (“Bażi tad-Dejta tal-Istatistika” > “Ekonomija u finanzi” > “Prezzijiet” > “Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni”).
(2) Il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni għat-trasferimenti jidħlu fis-seħħ fid-data tal-aġġornament.
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/11 |
Aġġornament b’effett mill-1 ta’ Lulju 2014 tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (1)
(2014/C 444/05)
Ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal hija ta’ 10,1 %, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2014.
(1) Ir-Rapport tal-Eurostat dwar il-valutazzjoni attwarjali tal-2014 tal-Iskema tal-Pensjonijiet għall-Uffiċjali Ewropej tal-1 ta’ Settembru 2014.
Il-Qorti tal-Awdituri
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/12 |
Rapport Speċjali Nru 18/2014 “Sistemi ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, tal-EuropeAid”
(2014/C 444/06)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 18/2014 “Sistemi ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, tal-EuropeAid” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
Pubblikazzjonijiet (PUB) |
12, rue Alcide De Gasperi |
1615 Lussemburgu |
LUXEMBOURG |
Tel. +352 4398-1 |
E-mail: eca-info@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/13 |
Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2014/C 444/07)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qed joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.
1. Ilment
L-ilment ġie ppreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2014 f’isem sitt produtturi tal-Unjoni (“l-ilmentaturi”) li jirrappreżentaw 25 % jew iktar tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ fojls tal-aluminju li huma soġġetti għal din l-investigazzjoni.
2. Il-prodott li qiegħed jiġi investigat
Il-prodott li huwa soġġett għal din l-investigazzjoni huwa fojl tal-aluminju ta’ ħxuna ta’ inqas minn 0,021 mm, mingħajr appoġġ, mhux maħdum aktar milli rrumblat, f’rombli ta’ piż li jaqbeż l-10 kg, u bl-esklużjoni ta’ fojl tal-aluminju ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm f’rombli ta’ wisa’ mhux aktar minn 650 mm (“il-prodott li qiegħed jiġi investigat”).
3. L-allegazzjoni ta’ dumping
Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss għall-informazzjoni.
Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina titqies bħala pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, l-ilmentatur stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri t-Turkija. L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qiegħed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping ikkalkulat huwa sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.
4. L-allegazzjoni tal-ħsara u l-kawżalità
L-ilmentaturi pprovdew evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie li ngħatat mill-ilmentaturi turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qiegħed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħin, fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.
5. Proċedura
Wara li ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qiegħed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping
Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma mħeġġa biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.1.1.1.
(a) Kampjunar
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness I ma’ dan l-Avviż.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li teħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima (b) ta’ hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma jkunx jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).
(b) Marġni individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġni tad-dumping individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping iridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”) u jibagħtuha lura mimlija kif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi speċifikat fit-Taqsima 5.1.2.2 hawn taħt.
Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni tad-dumping individwali għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni tad-dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma jkunx jippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.
5.1.2. Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq
5.1.2.1.
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5.1.2.2 hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina l-valur normali jkun stabbilit abbażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan il-għan il-Kummissjoni se tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adattata. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament lit-Turkija. Il-partijiet interessati huma b’dan imħeġġa jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, fornituri oħrajn tal-Unjoni b’ekonomija tas-suq huma, inter alia, ir-Repubblika tal-Korea, u r-Russja. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li hemm indikazzjonijiet dwarhom li l-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat qed isseħħ.
5.1.2.2.
B’konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”). It-TES jingħata jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (4) jkunu ssodisfati. Il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, sa fejn huwa possibbli u mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta’ applikazzjoni għat-TES lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħżula biex ikunu fil-kampjun, u lill-produtturi esportaturi mhux magħżula li kkooperaw li jixtiequ japplikaw għal marġni individwali ta’ dumping, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni se tevalwa biss il-formoli ta’ talba għal TES sottomessi mill-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li t-talba tagħhom għal marġni individwali ta’ dumping tkun ġiet aċċettata.
Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES jridu jissottomettu formola ta’ talba għal TES mimlija fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.1.3. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (5) (6)
Importaturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li mhumiex relatati, huma mħeġġa biex jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex investigati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun. Il-kampjunar isir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu biex jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ dan l-Avviż.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.2. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement l-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat huma mħeġġa biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun. Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan imħeġġa jikkonsultaw il-fajl (sabiex jagħmlu dan jeħtiġilhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.3. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mħeġġa biex jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qiegħed jiġi investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.4. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż, il-partijiet interessati kollha huma b’dan imħeġġa biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li huma marbutin mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. Struzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ huma ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u/jew id-dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża ta’ kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-Avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (7).
Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mħeġġa jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skenjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali li jaħdem u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
1040 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Il-posta elettronika għal kwistjonijiet dwar dumping u l-Anness I: TRADE-CAF-DUMPING@ec.europa.eu |
Il-posta elettronika għal kwistjonijiet dwar ħsara u l-Anness II: TRADE-CAF-INJURY@ec.europa.eu |
6. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Nuqqas li tingħata risposta komputerizzata m’għandhiex titqies li tikkostitwixxi nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm dik il-parti interessata turi li meta tagħti r-risposta kif mitlub dan jirriżulta f’piż żejjed jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina mill-ġdid it-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim li jirrigwarda l-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li huma marbutin mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet provviżorji.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Trade: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Ipproċessar ta’ dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (8).
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż(i) kkonċernati li jipproduċi u jesporta l-prodott li qiegħed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.
(3) B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġni stabbilit skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku se jitwarrbu.
(4) Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-kostijiet tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat; (ii) id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords kontabilistiċi bażiċi li jiġu awditjati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità, u jiġu applikati gћall-gћanijiet kollha; (iii) ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà ġuridika u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.
(5) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew ikollha fil-pussess tagħha 5 % jew aktar tal-istokk jew ishma maħruġa bid-dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom, direttament jew indirettament, tikkontrolla lill-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(6) Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.
(7) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ANNESS I
ANNESS II
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7467 — Mitsubishi Heavy Industries/Mitsubishi Corporation/MHI Compressor International)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 444/08)
1. |
Fl-4 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mitsubishi Heavy Industries Ltd (“MHI”, il-Ġappun) u Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun) jakkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ MHI Compressor Corporation (“MCO-I”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Għal MHI: fornitur internazzjonali ta’ makkinarju industrijali kbir, attiv fin-negozju tal-bini tal-vapuri u l-iżvilupp fuq l-oċeani, sistemi ta’ enerġija, sistemi ta’ enerġija nukleari, kompressuri u settijiet ta’ kompressuri flimkien (compressor trains), turbini, makkinarju u azzar, — Għal MC: involuta f’attivitajiet ta’ kummerċ globali li jinkludu ġestjoni ta’ proġetti kumplessi, finanzjament u investiment strateġiċi, kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni u servizzi ta’ akkwist, — Għal MCO-I: Attiva fl-Amerika ta’ Fuq fil-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kompressuri u ta’ settijiet ta’ kompressuri flimkien (compressor trains) u servizzi relatati ta’ wara l-bejgħ. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7467 — Mitsubishi Heavy Industries/Mitsubishi Corporation/MHI Compressor International, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/25 |
Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2014/C 444/09)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦAL EMENDA
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“JAMBON SEC DES ARDENNES”/“NOIX DE JAMBON SEC DES ARDENNES”
Nru tal-KE: FR-PGI-0105-01173 — 6.11.2013
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
—
—
—
—
—
—
—
—
—
— |
introduzzjoni tal-lista ta’ operazzjonijiet imwettqa bilfors fiż-żona ġeografika; |
— |
aġġornament tal-ismijiet u l-indirizzi tal-grupp li għamel it-talba u tal-awtorità ta’ kontroll; |
2. Tip ta’ emenda/i
—
—
—
—
3. Emenda (emendi)
3.1. Isem il-prodott
L-isem tal-prodott inbidel sabiex jirrifletti l-“Isem tal-oġġett tal-ikel” deskritt fil-Kapitolu 2 tal-ispeċifikazzjonijiet attwali. Issa dan sar: “Jambon sec des Ardennes”/“Noix de Jambon sec des Ardennes”.
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott
— |
Iż-żmien minimu meħtieġ għall-manifattura tal-perżut żdied minn 270 jum għal 360 jum: permezz ta’ din id-dispożizzjoni jinkiseb prodott ta’ kwalità aqwa, u l-perżut, waqt li jkun qed isir, jiżviluppa aktar ir-riħa ta’ frott tiegħu u t-togħma ta’ laħam imnixxef. Wara li ġie estiż iż-żmien ta’ maturazzjoni, il-piż minimu tal-perżut wara l-inqas żmien ta’ manifattura tnaqqas minn 6 għal 5,5 kg, biex ikun rifless it-telf ta’ piż ikkawżat mill-estensjoni taż-żmien tat-tnixxif. |
— |
Tneħħiet il-koxxa sħiħa bl-għadma bħala mod ta’ preżentazzjoni tan-“Noix de jambon sec des Ardennes”. Fil-fatt, l-għadma toħloq problema meta wieħed jiġi biex iqattal-perżut. Barra minn hekk huwa aktar faċli li wieħed ineħħi l-għadma qabel it-tnixxif, u dan għen l-iżvilupp ta’ din il-prattika: l-għadma issa qiegħda tiġi sistematikament imneħħija mill-koxxa qabel it-tmelliħ. Fl-aħħar nett, l-għadma mhijiex essenzjali biex wieħed jikseb il-karatteristiċi organolettiċi deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet. |
— |
Ġew irtirati l-karatteristiċi kimiċi (nitrati u nitriti) u mikrobibijoloġiċi li huma limitati għall-konformità mar-regolamenti ġenerali. |
— |
Tneħħew l-elementi deskrittivi li ma għandhom ebda oġġettività: “delizzjuża”“skwiżita”, “u għandhom jiġu apprezzati t-togħmiet tajbin kollha tiegħu” |
— |
Żdiedet il-lista eżawrjenti ta’ modi ta’ preżentazzjoni awtorizzati: sħiħa, sħiħa mingħajr għadma, sħiħa mingħajr għadma u mingħajr ġilda, f’biċċa mingħajr għadma jew imqatta’ għall-perżut; sħiħa, nofs jew biċċa għall-koxxa. |
— |
Żdiedet il-perżuta sħiħa mingħajr għadma u mingħajr ġilda: din il-preżentazzjoni hija maħsuba biss biex tinbiegħ għat-tqattigħ. |
— |
Il-preżentazzjoni “f’biċċa mingħajr għadma” ħadet post “nofs jew kwart” li ma kinitx preċiża biżżejjed u allura diffiċli biex wieħed jikkontrollaha. Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-varjazzjoni fil-perżut, id-daqs tal-porzjonijiet ma kienx omoġenju ħafna, u għalhekk insinifikanti għall-IĠP. |
— |
Il-kelma “iffurmat” ħadet post il-kelma “ippressat”, li hija aktar preċiża. Iż-żewġ kelmiet jindikaw l-istess operazzjoni li tikkonsisti fl-ippressar tal-perżut jew ta’ koxxa f’forma biex titneħħa t-toqba mħollija meta titneħħa l-għadma u/jew biex tingħatalha l-forma mixtieqa. |
— |
Il-possibbiltà ta’ tqattigħ tal-qalba tal-koxxa hija estiża wkoll għall-koxxa sħiħa. Fil-fatt iż-żewġ biċċiet huma adattati għat-tqattigħ peress li ma fihomx għadma. |
3.3. Prova tal-oriġini
— |
Minħabba li tneħħa l-obbligu li l-laħam tal-majjal jinkiseb biss miż-żona ġeografika, il-paragrafi dwar it-traċċabbiltà tal-ħnieżer waqt it-trobbija u fil-biċċerija ġew irtirati. |
— |
Rigward l-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, l-intestatura “Elementi li juru li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika” ġiet aġġornata u tiġbor fiha inter alia r-rekwiżiti ta’ dikjarazzjonijiet u ż-żamma ta’ reġistri dwar it-traċċabbiltà tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni. |
— |
Kif jitqiegħed il-melħ, il-perżut u l-koxox sħaħ jiġu mmarkati b’mod permanenti (timbru fuq il-ġilda jew ċomba) bil-ġimgħa ta’ manifattura. Għal raġunijiet ta’ organizzazzjoni ta’ xogħol u b’mod partikolari ta’ ndafa tal-post, it-tmelliħ isir darba f’ġimgħa. Għaldaqstant, in-numru tal-ġimgħa mqabbel mad-data ta’ tmelliħ u man-numru ta’ biċċiet imniżżla fuq l-iskeda tal-manifattur tal-lott jgħin fil-kontroll tal-konformità maż-żmien ta’ manifattura espress f’jiem. |
— |
Minħabba li tkun mingħajr ġilda, l-immarkar individwali permanenti tal-qalba tal-koxxa mhuwiex possibbli li jsir fl-istadju tat-tmelliħ. Biex jibqa’ traċċabbli, kull lott jiġi identifikat b’mod ċar u akkumpanjat mill-iskeda ta’ manifattura li tkun tinkludi n-numru ta’ biċċiet użati u d-data tat-tmelliħ. |
— |
Malajr kemm jista’ jkun wara ż-żmien minimu tal-manifattura, jiġu magħżula l-biċċiet. Dawk li ma jissodisfawx il-kriterji ddefiniti fil-kapitolu dwar id-deskrizzjoni tal-prodott jiġu mwarrba, u n-numru tagħhom jinkiteb fl-iskeda tal-manifattura tal-lott. Dawk li jkunu sodisfaċenti jiġu mmarkati bil-ħadid jikwi fil-każ tal-perżut u l-koxox sħaħ, filwaqt li l-qlub tal-koxox jingħataw marka individwali. Id-data tal-immarkar u l-għadd ta’ biċċiet jiġu rreġistrati. |
— |
Żdiedet tabella bl-istadji differenti ta’ manifattura u t-traċċabbiltà assoċjata magħhom: dan jippermetti l-monitoraġġ tal-biċċiet tul il-proċess kollu tal-manifattura. |
3.4. Metodu ta’ produzzjoni
— |
Il-karkassi tal-annimali riproduttivi li jkunu nqatlu apposta huma esklużi peress li l-prodotti miksuba minnhom ma jkunux jissodisfaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-IĠP. |
— |
Tneħħa r-rekwiżit ta’ provvista ta’ majjali miż-żona ġeografika: dan jipprovdi aktar flessibbiltà lill-operaturi u jagħtihom iċ-ċans li jiksbu majjali li xorta jirrispettaw il-karatteristiċi tal-materja prima deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar it-trobbija u l-qatla tal-majjali u dwar l-għażla tal-karkassi (id-dispożizzjonijiet dwar l-impjanti fejn jitwieldu u jissemmnu l-majjali, il-biċċeriji u l-impjanti ta’ tqattigħ, kif ukoll iż-żamma ta’ reġistru tal-bhejjem) tneħħew ukoll. |
— |
Tneħħa l-kriterju dwar l-għalf tal-majjali tul il-perjodu kollu ta’ tismin (minimu ta’ 75 % ċereali u proteini). Fil-fatt, dan il-kriterju huwa rrispettat minn bosta fil-qasam tal-majjali. |
— |
Tneħħa l-kriterju dwar il-piż tal-karkassa (> 72 kg): fil-fatt, illum, il-parti l-kbira tal-operaturi jixtru l-perżut mill-ewwel għaliex ma jkollhomx bżonn il-karkassi sħaħ. Il-piż tal-perżut lest (minimu ta’ 9,5 kg) huwa aktar sinifikanti biex wieħed jiddefinixxi l-itinerarju teknoloġiku milli l-piż tal-karkassa li jkun ġie minnha; |
— |
Ġew iddefiniti l-kriterji preċiżi u oġġettivi għall-għażla tal-materja prima użata:
|
— |
Manifattura tal-perżut imnixxef u tal-koxox tal-perżut imnixxfa:
|
— |
Tneħħiet id-dispożizzjoni dwar il-kontrolli li jagħmlu l-manifatturi tal-laħam ippreżervat stess f’dak li jirrigwarda l-omoġeneità tat-tnixxif, il-kontenut ta’ melħ, ir-riħa u l-kwalità tax-xaħam. Din id-dispożizzjoni taqa’ taħt il-pjan ta’ kontroll. |
3.5. Tikkettar
— |
Tneħħew id-dettalji li jirrigwardaw il-karatteristiċi tal-prodott, l-awtorità ta’ kontroll u s-servizz tal-konsumaturi biex nillimitaw ruħna għar-regoli tat-tikkettar tal-indikazzjoni ġeografika protetta; |
— |
Tneħħa l-obbligu li t-tikketti jiġu approvati mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni: din id-dispożizzjoni ma taqax taħt l-ispeċifikazzjonijiet; |
— |
Iddaħħal l-obbligu li jintuża l-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea biex titjieb il-komunikazzjoni mal-konsumaturi. |
3.6. Rekwiżiti nazzjonali
Iddaħħlet tabella bil-punti ewlenin li għandhom ikunu kkontrollati, kif jitolbu r-regolamenti nazzjonali.
3.7. Oħrajn
— |
Il-grupp li issa huwa responsabbli mill-IĠP u li għamel it-talba tal-emenda huwa l-assoċjazzjoni “Les Charcuteries du Pays d’Ardennes”. Għalhekk l-informazzjoni dwar il-grupp “Ardennes de France” li kien għamel it-talba ta’ reġistrazzjoni fil-bidu tneħħiet u ġiet issostitwita bl-isem u l-indirizz tal-grupp “Les Charcuteries du Pays d’Ardennes”. |
— |
Iddaħħlet lista ta’ operazzjonijiet li jitwettqu bilfors fiż-żona ġeografika: il-preparazzjoni tal-biċċiet (it-tirqim), it-tmelliħ, it-tnixxif u t-tneħħija tal-għadam (bl-ippressar, fejn ikun meħtieġ). |
— |
L-istruttura ta’ kontroll: Il-grupp iddeċieda li jibdel l-awtorità ta’ kontroll. L-isem u l-indirizz tal-awtorità ta’ kontroll (“A.d.F. Certification”) ġew issostitwiti minn dawk tal-awtorità l-ġdida magħżula mill-grupp: Certipaq. |
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“JAMBON SEC DES ARDENNES”/“NOIX DE JAMBON SEC DES ARDENNES”
Nru tal-KE: FR-PGI-0105-01173 — 6.11.2013
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
“Jambon sec des Ardennes”/“Noix de Jambon sec des Ardennes”
2. Stat membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2: prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1
(a) Karatteristiċi fiżiċi:
Il-“Jambon sec des Ardennes” u n-“Noix de jambon sec des Ardennes” huma laħam immellaħ b’melħ xott. Il-melħ li jintuża għall-għorik fih ħwawar, ħxejjex aromatiċi u zokkor.
Iż-żmien minimu ta’ manifattura (minn meta jingħorok bil-melħ) ivarja skont it-tip tal-biċċa: 360 jum għall-perżut imnixxef, 120 jum għall-koxxa sħiħa u 45 jum għall-qalba tal-koxxa.
Il-piż minimu tal-biċċiet fl-aħħar taż-żmien minimu ta’ manifattura huwa ta’:
— |
“Jambon sec des Ardennes”, bl-għadma: 5,5 kg; |
— |
“Noix de jambon sec des Ardennes”: 3 kg għall-koxox sħaħ (li jikkonsistu fil-koxxa sħiħa) u 800 g għall-qalba tal-koxxa. |
Il-perżut u l-koxxa tal-perżut għandhom ikunu xotti u sodi biżżejjed. Ma jinħassux iebsin u lanqas ma jkunu jidhru minfuħa.
Ix-xaħam tal-perżut u tal-qalba tal-koxxa huwa ta’ lewn abjad, il-konsistenza tiegħu hija soda u r-riħa tiegħu hija waħda pjaċevoli.
(b) Il-karatteristiċi kimiċi:
Il-“Jambon sec des Ardennes” u n-“Noix de jambon sec des Ardennes” għandhom kontenut ta’ ndewwa tal-prodott mingħajr xaħam H.P.D < 65 %.
(c) Il-preżentazzjoni tal-prodott:
Il-“Jambon sec des Ardennes” jinbiegħ ippakkjat u anki mhux ippakkjat, iffurmat jew le:
— |
sħiħ: mingħajr għadma jew bl-għadma, |
— |
sħiħ mingħajr għadma u mingħajr ġilda, |
— |
f’porzjonijiet mingħajr għadma, |
— |
imqatta’. |
In-“Noix de jambon sec des Ardennes” tinbiegħ ippakkjata u anki mhux ippakkjata, iffurmata jew le:
— |
sħiħa, |
— |
nofs, |
— |
imqatta’. |
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-perżut li jkunu ġejjin mill-majjali tar-refgħa u mill-majjali femminili huma esklużi mill-produzzjoni tal-“Jambon sec des Ardennes” u tan-“Noix de jambon sec des Ardennes”.
(a) Il-karatteristiċi tal-perżut frisk użat:
Wara l-qtugħ u t-tirqim, il-perżuta friska jkollha dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
— |
ma tkunx ġiet ffriżata; |
— |
piż ta’ aktar minn 9,5 kg mirqum, mingħajr il-parti ta’ wara tas-sider u s-sieq; |
— |
qatgħa tonda, mingħajr il-parti ta’ wara tas-sider, li ma għandhiex teċċedi 10 cm mir-ras tal-wirk; |
— |
ikollha s-sieq maqlugħa, bil-biċċa laħam irqiqa li tkun imqabbda mal-ħokk inkluża, il-ħokk ma jkunx imtaqqab u l-għadma tal-flett tkun nofsha mneħħija. Il-perżuta tista’ wkoll tingħorok bil-melħ fl-intier tagħha bis-sieq b’kollox; |
— |
in-nuqqas ta’ dawn id-difetti viżibbli: pil viżibbli, ġlud imċarrta jew maħruqa, tbenġil, daqqiet, ksur, axxessi, ħmieġ mill-ippurgar jew mil-lubrikant tal-konvejer; |
— |
tkun ġejja minn laħam li jkollu lewn omoġeneu, la jkun ċar ħafna u lanqas skur ħafna, b’: 5,5 ≤ pH ≤ 6,2; |
— |
il-lewn tal-laħam imniżżel fuq l-iskala Ġappuniża: minn 2 sa 5; |
— |
xaħam tal-kisja abjad u sod; |
— |
ħxuna tax-xaħam ta’ 10 mm jew aktar, imkejla vertikalment mir-ras tal-wirk. |
(b) Il-karatteristiċi tal-koxox friski użati:
In-“Noix de jambon sec des Ardennes” iridu jibqgħu anatomikament sħaħ. Dawn ikunu miksija minn parti mill-ġilda bl-eċċezzjoni tal-qlub tal-koxxa. Il-koxox sħaħ titneħħielhom l-għadma qabel jinksew bil-melħ.
Wara l-qtugħ u t-tirqim, il-koxxa friska jkollha dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
— |
ma tkunx ġiet ffriżata; |
— |
skont il-kategorija: piż ta’ aktar minn 1,2 kg għall-qlub tal-koxxa u aktar minn 4 kg għall-koxox il-kbar; |
— |
in-nuqqas ta’ dawn id-difetti viżibbli: pil viżibbli, ġlud imċarrta jew maħruqa, tbenġil, daqqiet, ksur, axxessi, ħmieġ mill-ippurgar jew mil-lubrikant tal-konvejer; |
— |
tkun ġejja minn laħam li jkollu lewn omoġeneu, la jkun ċar ħafna u lanqas skur ħafna, b’: 5,5 ≤ pH ≤ 6,2; |
— |
xaħam tal-kisja abjad u sod għall-koxox sħaħ |
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata
L-operazzjonijiet ta’ manifattura li jsiru fiż-żona ġeografika huma: il-wasla tal-materja prima u t-tħejjija tal-biċċiet, it-tmelliħ, it-tnixxif, it-tneħħija tal-għadam, l-ippressar.
3.6. Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
It-tneħħija tal-għadma (fakultattiva) issir b’dan il-mod: L-għadma tal-flett titneħħa billi wieħed jagħmel fetħa mill-ġilda tal-ħokk sal-għaksa, imbagħad l-għadma tinqala’ mill-wirk permezz ta’ għodda qisha skarpell (qtugħ tal-għadma mill-wirk mingħajr ftuħ tal-perżuta). It-tibja, il-fibula u l-wirk jinqalgħu fl-istess ħin. Il-ġilda terġa’ tingħalaq fi tmiem dan il-proċess. Il-perżuta mingħajr għadma mbagħad tiġi ppakkjata taħt vakum jew f’atmosfera protettiva biex jiġu kkonservati l-kwalitajiet organolettiċi tagħha.
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar
It-tikketta tal-“Jambon sec des Ardennes” u tan-“Noix de jambon sec des Ardennes” għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:
— |
l-isem tal-IĠP “Jambon sec des Ardennes” jew “Noix de jambon sec des Ardennes”; |
— |
il-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea; |
— |
iż-żmien ta’ maturazzjoni. |
Fil-każ ta’ bejgħ “mingħajr ippakkjar preċedenti”, l-isem tal-IĠP “Jambon sec des Ardennes” jew “Noix de jambon sec des Ardennes” u l-kliem “Indikazzjoni ġeografika protetta” jidhru wkoll fuq it-tabelli jew kwalunkwe mezz ieħor li jintuża għal dan il-għan.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinkludi d-dipartiment kollu ta’ Ardennes.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika
(a) Fatturi naturali
Il-parti tat-Tramuntana tad-dipartiment ta’ Ardennes, fit-Tramuntana ta’ linja mmarkata mill-widien orjentati mill-Majjistral għax-Xlokk ta’ Sormonne u ta’ Meuse, tikkonsisti fil-muntanji tal-Ardenne, firxa wiesgħa taflija li tilħaq għoli ta’ 505 m. Il-parti tan-Nofsinhar tad-dipartiment tikkorrispondi għall-ewwel parti tat-Tramuntana tal-pjanura ġibsija ta’ Champagne, b’pajsaġġ aktar omoġenju u ddedikat għall-kultivazzjonijiet kbar. Bejn dawn iż-żewġ entitajiet hemm Thiérache fil-punent u Argonne fil-Lvant, art kollha widien fejn iserrpu diversi xmajjar.
Id-dipartiment ta’ Ardennes jinsab f’żona ta’ transizzjoni bejn il-klima tat-tip kontinentali u l-klima oċeanika. Tinżel ħafna xita: sa 1 200 mm f’Ardenne, u madwar 900 sa 1 000 mm fi Thiérache u Argonne. It-temperatura medja ta’ dawn ir-reġjuni hija bejn 8 u 10 °C. Hija ma taqbiżx is-17 °C fis-sajf u bilkemm titla’ għal 2 °C fix-xitwa.
It-topografija, minħabba l-effett tad-differenza fl-altitudni osservata bejn it-Tramuntana (aktar minn 400 m) u n-Nofsinhar tad-dipartiment (inqas minn 200 m), għandha rwol importanti fuq il-klima taż-żona. Il-blat aċiduż u tafli tal-muntanji ta’ Ardenne, joħolqu klima lokalment aktar kiesħa u umduża, aċċentwata minn għadd kbir ta’ foresti. Fl-aħħar nett, id-diversi xmajjar ħaffru widien li ħolqu daqstant ieħor mikroklimi. Dawn huma kkaratterizzati mill-formazzjoni ta’ ċpar lokali matul il-lejl (id-dipartiment jirreġistra sa 120 jum ta’ ċpar fis-sena), u minn firxa wiesgħa ta’ temperaturi matul il-jum.
(b) Fatturi umani
Fis-seklu dsatax, it-trobbija tal-majjali f’Ardennes kienet attività tal-familja. Ġeneralment, fl-irziezet, fid-djar tal-bdiewa, kienu jitrabbew minn ħanżir wieħed sa tnejn għall-konsum mill-familja stess u mill-ħwienet lokali. Victor CAYASSE, f’“Folklore de Guignicourt sur Vence et de Faissault”, 1920, kiteb dwar dan: “kull familja kienet toqtol mill-inqas ħanżir wieħed fis-sena u kienet tgħix is-sena kollha fuq il-laħam immellaħ u mnixxef tiegħu”. Jules LEFRANC, f’“Choses et gens de chez nous” (li nkiteb bejn wieħed u ieħor fl-1911), jiddeskrivi d-drawwiet tar-raħal żgħir ta’ Sainte Vaubourg fi żmien l-antenati tiegħu: “it-tank tal-melħ normalment kien ikun fil-kantina,[…] Il-biċċiet, li kienu jitlestew minn qabel, kienu jitniżżlu waħda waħda għand dak li kien jogħrokhom bil-melħ, li bil-paċenzja kollha kien ipoġġihom f’saffi, iferrxilhom il-bżar u l-ħwawar u jiksihom b’melħ griż.[…] Xahar u nofs wara, il-melħ kien jitneħħa minn fuq il-majjal u […]l-perżut u l-kwart tal-bejken kienu jiddendlu […]” Il-produtturi tal-laħam immellaħ tal-lum wirtu l-esperjenza u l-għarfien ta’ din it-tradizzjoni li nibtet mill-preżenza tal-majjali fl-ekonomija domestika lokali. Illum l-għarfien qed ikompli jinfirex fost id-diversi ġenerazzjonijiet ta’ produtturi ta’ laħam immellaħ li jiltaqgħu b’mod regolari sabiex itejbu l-prodotti tagħhom flimkien.
Dan l-għarfien qed ikompli jesprimi ruħu permezz tal-għażla tal-biċċiet, il-metodu ta’ tmelliħ xott, it-tidlik bl-idejn tal-perżut b’“tieqa” li tippermetti li twassal għal tnixxif bil-mod biex jiġi evitat li tifforma qoxra u l-perżut jibqa’ artab.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott
Il-“Jambon sec des Ardennes” u n-“Noix de jambon sec des Ardennes” jiżviluppaw riħa ta’ frott u togħma ta’ laħam niexef matul il-maturazzjoni tagħhom. Ma fihomx irwejjaħ ta’ affumikazzjoni. Jarmu riħa sottili ta’ bettieħ flimkien ma’ togħma ħelwa u mielħa fl-istess ħin. Ir-riħa tax-xaħam hija sottili ħafna, mingħajr sinjal ta’ tranġit.
Il-konsistenza eċċellenti tagħhom tippermetti li jitqattgħu faċilment f’biċċiet irqaq. L-istruttura omoġenja tagħhom hija pjuttost elastika u soda, mingħajr ma tqarmeċ. Il-perżut niexef u l-koxxa tal-perżut niexef fihom ftit meraq, huma pjaċevolment rotob u jdubu fil-ħalq.
5.3. Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Ir-rabta maż-żona ġeografika tal-“Jambon sec des Ardennes” u tan-“Noix de jambon sec des Ardennes” hija bbażata fuq il-kwalità stabbilita u r-reputazzjoni tagħhom.
Id-dipartiment ta’ Ardennes igawdi minn klima umduża, minħabba, inter alia, l-ammont ta’ xita u l-frekwenza taċ-ċpar. Dawn il-kundizzjonijiet huma ideali għall-produzzjoni tal-perżut. Il-klima ta’ Ardennes toħloq tliet karatteristiċi essenzjali għall-manifattura tal-“Jambon sec des Ardennes” u tan-“Noix de jambon sec des Ardennes”: l-umdità, ir-riħ u t-temperaturi adegwati. It-tnixxif u l-maturazzjoni għaldaqstant iseħħu bil-mod u gradwalment. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ ħażna, assoċjati mal-melħ tal-għorik miżjud bil-ħwawar, ħxejjex aromatiċi u zokkor jgħinu fl-iżvilupp u l-firxa tal-irwejjaħ u tat-togħmiet speċifiċi. Il-perżut jakkwista wkoll l-irtubija tiegħu.
Storikament, il-familji ta’ Ardennes kienu jagħmlu l-perżut għall-konsum proprju tagħhom minħabba l-klima speċifika ta’ Ardennes. It-tmelliħ kien isir fix-xhur kesħin għaliex dak iż-żmien ma kinitx teżisti r-refriġerazzjoni. It-tnixxif fil-kċina u l-maturazzjoni fil-kamra ta’ fuq nett ma baqgħux isiru, iżda l-mezzi attwali ta’ produzzjoni tal-kesħa u ta’ kontroll tal-umdità jgħinu biex dawn il-kundizzjonijiet jinħolqu mill-ġdid u jkunu kkontrollati tajjeb matul is-sena kollha.
Il-produtturi tal-laħam immellaħ kienu kapaċi jgħożżu dan l-għarfien antik dwar il-produzzjoni tal-perżut.
Il-fama tal-“Jambon sec des Ardennes” ilha mis-seklu dsatax. Il-“Jambon sec des Ardennes” huwa msemmi f’diversi pubblikazzjonijiet bħala referenza f’dak li jirrigwarda l-laħam mielaħ. Fl-1866, dokument ta’ Gustave HEUZE dwar il-majjal jispjega li “il-perżut Franċiż l-aktar prestiġġjuż jitħejja fid-dipartimenti ta’ Basses Pyrénées, ta’ Bas u ta’ Haut-Rhin, ta’ Meuse, ta’ Moselle, ta’ Ardennes u ta’ Vosges”.
Għaldaqstant huwa loġiku li l-“Jambon sec des Ardennes” kien ikun fuq il-menu tal-banketti u tal-ikliet ta’ tmiem is-seklu dsatax. Għalhekk, ukoll, ġie servut fil-pranzu li sar fil-21 ta’ Awwissu 1898 għall-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi meta inawgura l-ferrovija ta’ Raucourt, u fid-9 ta’ Novembru 1924, meta ġiet inawgurata l-lukanda l-ġdida tal-belt ta’ Nouzonville.
Il-“Jambon sec des Ardennes”, prodott minn għadd kbir ta’ manifatturi tal-laħmijiet ippreżervati u melħin tad-dipartiment biex jinbiegħ l-aktar lokalment, bil-mod il-mod inbidel fi produzzjoni sħiħa u beda jinbiegħ mill-bejjiegħa bl-ingrossa kif jixhed reklam tal-1929.
Stħarriġ li sar mill-Association des Salaisonniers d’Auvergne f’Marzu 1994, bl-appoġġ tal-Komunità Ekonomika u tal-Ministeru tal-Agrikultura, juri li l-“Jambon sec des Ardennes” huwa magħruf barra d-dipartiment, minkejja produzzjoni pjuttost modesta. Dan l-istħarriġ jindika li 23,4 % fost dawk li wieġbu l-istħarriġ kienu jafu bil-“Jambon sec des Ardennes”, li tqiegħdu fil-ħames post fost il-perżut imsemmi (9 b’kollox).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
[L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4)]
http://agriculture.gouv.fr/IMG/pdf/CDCIGPJambonsecdesArdennesetNoixdejambonsecdesArdennesV1_BO_cle86172f.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.