ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 434

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
4 ta' Diċembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 434/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2014/C 434/02

Rapport Speċjali Nru 17/2014 L-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Centri ta’ Eċċellenza tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-mitigazzjoni ta’ riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra l-UE?

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 434/03

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

3

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2014/C 434/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

5

2014/C 434/05

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2014/C 434/06

Avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 434/07

Notifika tat-tnedija ta’ proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 434/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7403 — CSSC Investment/Wärtsilä Dutch Holding/Wärtsilä Switzerland) — Każ li jista’ jitqies għall-proċedura simplifikata ( 1 )

16

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta’ Diċembru 2014

(2014/C 434/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2331

JPY

Yen Ġappuniż

147,20

DKK

Krona Daniża

7,4411

GBP

Lira Sterlina

0,78620

SEK

Krona Żvediża

9,2713

CHF

Frank Żvizzeru

1,2032

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6560

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,623

HUF

Forint Ungeriż

306,72

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1598

RON

Leu Rumen

4,4268

TRY

Lira Turka

2,7572

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4620

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4034

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5597

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5884

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6149

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 373,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,7793

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5752

HRK

Kuna Kroata

7,6755

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 167,74

MYR

Ringgit Malażjan

4,2505

PHP

Peso Filippin

55,018

RUB

Rouble Russu

65,3750

THB

Baht Tajlandiż

40,511

BRL

Real Brażiljan

3,1534

MXN

Peso Messikan

17,3620

INR

Rupi Indjan

76,2179


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/2


Rapport Speċjali Nru 17/2014 “L-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Centri ta’ Eċċellenza tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-mitigazzjoni ta’ riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra l-UE?”

(2014/C 434/02)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 17/2014 “L-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Centri ta’ Eċċellenza tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-mitigazzjoni ta’ riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra l-UE?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Pubblikazzjonijiet (PUB)

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Lussemburgu

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

E-mail: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/3


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2014/C 434/03)

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L–ESTONJA

Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 57 tat-28.2.2014

Skond il-liġi tal-Estonja, persuni barranin li jaslu l-Estonja mingħajr ittra ta’ stedina, fuq talba ta’ xi gwardja uffiċjali tal-fruntiera, għandhom jipprovdu evidenza meta jidħlu fil-pajjiż li għandhom mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż taż-żjara tagħhom fl-Estonja u għal meta jħalluha. Mezzi finanzjarji suffiċjenti għall kull jum permess huma kkonsidrati li huma 0,2-il darba tas-salarju minimu fix-xahar implimentatati mill-Gvern tar-Repubblika, jiġifieri EUR 78.

Inkella, il-persuna li tagħmel l-istedina jkollha tieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż taż-żjara tal-barrani u tat-tluq tiegħu mill-Estonja.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22

 

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7

 

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5

 

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16

 

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13

 

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3

 

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3

 

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1

 

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25

 

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fi tmiem dan l-aġġornament.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/5


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

(2014/C 434/04)

PARTI I

Ir-referenza tal-għajnuna

GBER 12/2014/R&Ż&I

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Numru ta’ referenza tal-Istat tal-EFTA

 

Reġjun

Isem ir-reġjun(i)

Status tal-għajnuna Reġjonali

Awtorità awtorizzanti

Isem

Fiskeri og havbruksnæringens forskningsfond “FHF” (Il-Fond għar-Riċerka tal-Prodotti tal-Baħar Norveġiż)

Indirizz postali

Universitetsgaten 10

PO Box 6921

St. Olavs plass

N-0130 Oslo

NORWAY

Indirizz tal-internet

http://www.fhf.no/

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna:

“Prosjekt i bedrift” (Proġetti Integrati tal-Għajnuna)

Bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti)

FHF hu finanzjat mit-taxxa fuq l-esportazzjonijiet tas-sajd mill-Att Norveġiż tas-7 ta' Lulju 2000 Nru 68 u regolamenti ulterjuri skont l-att. L-approprjazzjoni annwali hi mogħtija mill-Ministeru għall-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd. Id-dħul annwali kien NOK 167-185 miljun matul l-aħħar snin (2010-2013). Il-Bord tal-FHF iddeċieda li jistabbilixxi skema ta' finanzjament għall-appoġġ tar-R&Ż fejn ir-riċevituri huma impriżi. Din l-iskema ġiet approvata mill-Ministeru għall-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd.

Il-ħolqa tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

http://www.fhf.no/ /Proġetti Integrati tal-Industrija /

(Il-paġni tal-internet tal-FHF qed jiġu ristrutturati u l-indirizz sħiħ għadu mhux disponibbli. Se jkun ippubblikat sal-1 ta' Ottubru 2014).

Tip ta’ miżura

☒ Skema

Proġetti Integrati tal-Industrija hi skema ġenerali ġdida biex jingħataw għotjiet għar-R&Ż&I lil intrapriżi ta' negozji.

Tul ta' żmien

☒ Skema

Mill-1 ta' Awwissu 2014 sal-31 ta' Diċembru 2018

Settur(i) ekonomiku(ċi) kkonċernat(i):

☒ Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

L-iskema se tagħti għotjiet lil intrapriżi fis-setturi ekonomiċi kollha li jwettqu R&Ż&I rilevanti għall-industriji tas-sajd.

Tip ta’ benefiċjarju

☒ SME

 

☒ Intrapriżi kbar

 

Baġit

Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat skont l-iskema

Il-baġit annwali se jkun inqas minn NOK 50 miljun. Il-baġit għall-bqija tal-2014 se jkun ta' madwar NOK 10 miljun.

L-istrument tal-għajnuna

☒ Għotja / Sussidju tar-rata tal-imgħax

Indika f'liema kategorija wiesgħa ta’ hawn taħt joqgħod l-iktar l-istrument tal-għajnuna f’termini tal-effett / il-funzjoni tiegħu:

☒ Għotja L-iskema se tipprovdi għal għotjiet

☐ Self

☐ Garanzija

☐ Vantaġġ fiskali

☐ Forniment ta' finanzjament ta' riskju


PARTI II

Objettiv primarju — Objettivi Ġenerali (lista)

Objettivi

(lista)

Intensità massima tal-għajnuna

SME - bonuses

Għajnuna għal impriżi għar-R&Ż&I rilevanti għall-industriji tas-sajd. L-iskema se tkun implimentata skont l-Artikoli 25, 26, 27 u 28 tal-GBER

L-objettiv huwa li jiġu żviluppati industriji tas-sajd b'mod ulterjuri permezz ta' għarfien u teknoloġija ġdida. L-għan hu kemm li tiżdied il-produttività kif ukoll li jiġu mħarsa r-riżorsi tal-ambjent u tal-baħar.

100 %

35 %

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

(l-Artikoli 25 - 30)

Għajnuna għal proġetti tar-riċerka l-iżvilupp u l-innovazzjoni

(l-Art. 25)

☒ Riċerka fundamentali

(l-Art. 25(2)(a))

100 %

 

☒ Riċerka industrijali

(l-Art. 25(2)(b))

50 %

30 %

☒ Żvilupp sperimentali

(l-Art. 25(2)(c))

25 %

35 %

☒ Studji ta' fattibbiltà

(l-Art. 25(2)(d))

50 %

20 %

☒ Għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi tar-riċerka

(l-Art. 26)

50 %

 

☒ Għajnuna għar-ragruppamenti ta' innovazzjoni

(l-Art. 27)

50 %

 

☒ L-għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs

(l-Art. 28)

50 %

 


4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/7


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

(2014/C 434/05)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

10.9.2014

Numru tal-każ

:

74316

Nru tad-deċiżjoni

:

322/14/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Titolu

:

Emenda għas-Sistema tat-Taxxa Speċjali Norveġiża għat-Trasport Marittimu dwar obbligazzjoni in solidum għal obbligi ta’ min iħaddem

Bażi ġuridika

:

L-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE

Tip ta’ miżura

:

Skema ta’ għajnuna

Għan

:

Promozzjoni tas-settur marittimu

Forma tal-għajnuna

:

Eżenzjoni mit-taxxa

Baġit

:

mhux applikabbli

Tul ta’ żmien

:

Mill-introjtu għas-sena 2014 sa notifika mill-ġdid

Setturi ekonomiċi

:

Trasport marittimu

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Il-Ministeru tal-Finanzi

P.O. Box 8008 Dep.

N-0030 Oslo

IN-NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/8


Avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa

(2014/C 434/06)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni miftuħa li ġejja:

EPSO/AST/134/14 — Assistenti (AST 3) fil-qasam tal-ħidma parlamentari

L-avviż tal-kompetizzjoni hu ppubblikat f’24 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali C 434 A tal-4 ta’ Diċembru 2014.

Aktar informazzjoni tinsab fil-websajt tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/9


Notifika tat-tnedija ta’ proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd

(2014/C 434/07)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd. (“Hangzhou Bioking” jew “il-produttur esportatur ikkonċernat”) huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fil-21 ta’ Ottubru 2014 minn Distillerie Bonollo S.r.l., Caviro Distillerie S.r.l., Industria Chimica Valenzana S.p.a. u Distilleries Mazzari S.p.a. (“l-ilmentaturi”), li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali ta’ aċidu tartariku fl-Unjoni.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott suġġett ta’ din l-investigazzjoni huwa l-aċidu tartariku, eskluż l-aċidu tartariku D-(-)- b’rotazzjoni ottika negattiva ta’ mill-anqas 12,0 gradi, imkejjel f’soluzzjoni ta’ ilma skont il-metodu deskritt fil-Farmakopea Ewropea (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u prodott minn Hangzhou Bioking u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2918 12 00. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss għall-informazzjoni.

L-ilmenti stabbilixxew valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezz f’pajjiż terz li għandu ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Arġentina. L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ta’ prezz tal-esportazzjoni) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-marġni ta’ dumping li ġie kkalkulat huwa sinifikanti.

4.   L-allegazzjoni tal-ħsara u l-kawżalità

L-ilmentaturi pprovdew evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat u prodott mill-produttur esportatur ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini tas-sehem tas-suq.

L-ilmentaturi pprovdew evidenza prima facie li turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq is-sehem fis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qiegħed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u li hu prodott mill-produttur esportatur ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikkawżawx jew ikkontribwewx għall-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Il-produttur esportatur (2) ikkonċernat huwa mistieden jipparteċipa fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produttur esportatur ikkonċernat

Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarjużi lill-produttur esportatur ikkonċernat u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina.

5.1.1.1.   L-għażla ta’ pajjiż terz b’ekonomija tas-suq

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5.1.1.2 hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-valur normali se jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan il-għan il-Kummissjoni se tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adattat. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament l-Arġentina minħabba li din kienet intgħażlet f’investigazzjonijiet preċedenti dwar l-istess prodott u l-istess pajjiż. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, fornituri oħrajn tal-Unjoni b’ekonomija tas-suq huma, inter alia, l-Awstralja, il-Brażil u ċ-Ċili. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott investigat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li hemm indikazzjonijiet dwarhom li l-produzzjoni tal-prodott investigat qed isseħħ.

5.1.1.2.   Trattament tal-produttur esportatur ikkonċernat fil-pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq ikkonċernat

B’konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, jekk l-esportatur produttur ikkonċernat iqis li fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, għalih jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq, dan jista’ jressaq talba sostanzjata kif xieraq għal dan l-għan (“talba għal TES”). It-TES jingħata jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (3) bażiku jkunu ssodisfati. Il-marġni ta’ dumping tal-produttur esportatur ikkonċernat, jekk se jiġi kkalkulat it-TES li ngħata, safejn hu possibbli u bla ħsara għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni se tibgħat formola tat-talba għal TES lill-produttur esportatur ikkonċernat kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Fil-każ li l-produttur esportatur ikkonċernat jiddeċiedi li jitlolb għal TES, għandu jressaq il-formola għat-talba għal TES fi żmien 21-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.1.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (4)  (5)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat, esportat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn l-Unjoni, prodott mill-produttur esportatur ikkonċernat, huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex investigati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement l-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex tiġi stabbilita l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (sabiex jagħmlu dan jeħtiġilhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikażzzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, sabiex tinstema’ t-talba trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.

L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ huma ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u/jew id-dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża ta’ kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (6).

Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u tal-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skennjati, bl-eċċezzjoni ta ’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali li jaħdem u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika

:

TRADE-AD614-TARTARIC-DUMPING@ec.europa.eu

TRADE-AD614-TARTARIC-INJURY@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, sew jekk pożittivi sew jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati huma għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

Nuqqas li tingħata risposta komputerizzata m’għandhiex titqies li tikkostitwixxi non-koperazzjoni, sakemm dik il-parti nteressata turi li meta tagħti r-risposta kif mitlub dan jirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikażzzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ:

http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/#_hearing-officer

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Trattament tad-dejta personali:

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (7).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(3)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat; (ii) l-intrapriża/i għandha/hom sett ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu awditjati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali ta’ kontabilità, u li dawn jiġu applikati gћall-gћanijiet kollha; (iii) ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà ġuridika u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(4)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur esportatur. L-importaturi li huma relatati mal-produttur esportatur iridu jimlew il-kwestjonarju fl-Anness għal dan il-produttur esportatur. B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew ikollha fil-pussess tagħha 5 % jew aktar tal-istokk jew ishma maħruġa bid-dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom, direttament jew indirettament, tikkontrolla lill-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(6)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

Image

Image


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7403 — CSSC Investment/Wärtsilä Dutch Holding/Wärtsilä Switzerland)

Każ li jista’ jitqies għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 434/08)

1.

Fis-26 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi China State Shipbuilding Corporation (“CSSC”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina), ultimament ikkontrollata mill-istat Ċiniż, u Wärtsilä Corporation (“Wärtsilä”, il-Finlandja) jakkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Wärtsilä Switzerland Ltd (“WCH”, l-Isvizzera) permezz tax-xiri ta’ ishma. Bħalissa, WCH hija kkontrollata unikament minn Wärtsilä.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CSSC: CSSC hija l-kumpanija prinċipali ta’ waħda mill-akbar konglomerati għall-bini tal-vapuri fiċ-Ċina (il-Grupp CSSC), li topera diversi tarznari, manifatturi ta’ tagħmir marbut tal-baħar, instituti tar-riċerka u kumpaniji marbuta mal-bini ta’ vapuri kif ukoll attivitajiet fil-qasam tal-ajruspazju, il-kostruzzjoni, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-petrokimiċi, inġinerija idrolika, il-ħarsien tal-ambjent, il-metallurġija, il-ferroviji u l-industrija ħafifa;

—   għal Wärtsilä: Wärtsilä hija l-kumpanija prinċipali tal-Grupp Wärtsilä li hija attiva fil-provvista ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija fiċ-ċiklu komplet għas-swieq tal-baħar u tal-enerġija. Il-Grupp Wärtsilä jissupplixxi l-enerġija tal-vapuri lill-bennejja, is-sidien u l-operaturi tal-valuri u stallazzjonijiet fuq il-baħar. Huwa għandu netwerk ta’servizzi globali għall-makkinarju tal-vapuri tal-klijenti f’kull stadju tal-ħajja tal-magna, u jipprovdi impjanti tal-enerġija, servizzi operattivi u ta’ trattament tul il-ħajja ta’ magna fil-ġenerazzjoni tal-enerġija diċentralizzata;

—   għal WCH: WCH hija attiva fl-iżvilupp u l-liċenzjar tat-teknoloġija tal-makni tal-vapuri b’veloċità baxxa 2-stroke.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqula l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-fax (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7403 — CSSC Investment/Wärtsilä Dutch Holding/Wärtsilä Switzerland, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.