ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 427

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
28 ta' Novembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 427/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-abbozz ta’ Regolament ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 427/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7367 — CNP/Santander/Santander Irish insurance subsidiaries) ( 1 )

2

2014/C 427/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7155 — SSAB/Rautaruukki) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 427/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2014/C 427/05

Notifika mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(3) tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 427/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

6

2014/C 427/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 427/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7442 — Eurazeo/Groupe Crédit Agricole/SCI Lafayette/SCI Stratège) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2014/C 427/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7446 — Telenor/Schibsted/Naspers/JV) — Każ li jista’ jitqies għal proċedura simplifikata ( 1 )

8

2014/C 427/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7447 — Telenor/SPH/Schibsted/Naspers Business) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2014/C 427/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7448 — Telenor/Schibsted/Naspers Business) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2014

dwar l-abbozz ta’ Regolament ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(2014/C 427/01)

1.

Fit-30 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal opinjoni dwar abbozz ta’ Regolament ġdid dwar l-obbligi ta’ rapportar ta’ statistika minn korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni.

2.

Il-Kummissjoni tilqa’ din it-talba u tagħraf li l-BĊE aġixxa f’konformità mal-obbligu tiegħu li jikkonsultaha dwar l-abbozz ta’ Regolamenti tal-BĊE kull meta jeżistu rabtiet mal-ħtiġijiiet tal-istatistika tal-Kummissjoni (1), sabiex tiġi garantita l-koerenza meħtieġa għall-produzzjoni ta’ statistika li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-BĊE u r-rekwiżiti rispettivi tal-informazzjoni tal-Kummissjoni. Mill-kooperazzjoni tajba bejn il-BĊE u l-Kummissjoni jibbenefikaw kemm l-istituzzjonijiet kif ukoll l-utenti u l-entitajiet li jwieġbu, billi jagħmlu l-istatistika Ewropea possibbli sabiex tiġi ppreżentata b’mod aktar effiċjenti. Il-Kummissjoni tilqa’ wkoll il-fatt li l-abbozz ta’ Regolament jirreferi b’mod espliċitu għall-opinjoni tagħha.

3.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li l-abbozz tar-Regolament jallinja l-livelli limiti ta’ ħtiġijiet tar-rapportar trimestrali, punt-b’-punt mal-Artikolu 35 tad-Direttiva ta’ Solvenza II.

4.

Madankollu, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, li meta jirrevedi dan l-allinjament sa mhux aktar tard mill-2020 (kif previst fl-abbozz tar-Regolament), wieħed għandu jżomm f’moħħu li huwa kruċjali għall-Kummissjoni li jinżamm dan l-allinjament, peress li l-ispejjeż amministrattivi marbuta punt-b’-punt mar-rapportar trimestrali jkunu ta’ piż eċċessiv għall-assiguraturi tal-SMEs. Li kieku l-allinjament ma kellux jiġi sostnut, il-Kummissjoni probabbilment kienet toħroġ opinjonijiet mhux favorevoli fuq proposti futuri għal ħtiġijiet ta’ rapportar tal-istatistika minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni.

5.

Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-abbozz tar-Regolament mhu se jkollu ebda impatt fuq ir-regoli dwar l-użu ta’ dejta kunfidenzjali miġbura għall-iskop tal-produzzjoni tal-istatistika Ewropea (2). Dan ifisser, b’mod partikolari, li dejta li torġina fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika li tkun ġiet trażmessa lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali tista’ tintuża biss għal skopijiet statistiċi.

6.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ġeneralment tappoġġja l-abbozz tar-Regolament tal-BĊE safejn dan jikkontribwixxi għal kooperazzjoni effiċjenti bejn is-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u l-promozzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja u konsistenti f’livell Ewropew. Madankollu, hija tal-opinjoni, li l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq-għandhom jiġu indirizzati.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Marianne THYSSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  L-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).

(2)  Kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7367 — CNP/Santander/Santander Irish insurance subsidiaries)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 427/02)

Fil-21 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7367. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7155 — SSAB/Rautaruukki)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 427/03)

Fl-14 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7155. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Novembru 2014

(2014/C 427/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2480

JPY

Yen Ġappuniż

146,67

DKK

Krona Daniża

7,4397

GBP

Lira Sterlina

0,79200

SEK

Krona Żvediża

9,2613

CHF

Frank Żvizzeru

1,2022

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,5970

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,609

HUF

Forint Ungeriż

307,14

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1798

RON

Leu Rumen

4,4205

TRY

Lira Turka

2,7664

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4560

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4039

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6752

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5807

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6202

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 372,39

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,6833

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6610

HRK

Kuna Kroata

7,6770

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 184,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,1764

PHP

Peso Filippin

55,994

RUB

Rouble Russu

58,6680

THB

Baht Tajlandiż

40,897

BRL

Real Brażiljan

3,1346

MXN

Peso Messikan

17,1266

INR

Rupi Indjan

77,2200


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/4


Notifika mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(3) tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen

(2014/C 427/05)

Skont l-Artikolu 2(3) tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (1), il-lista tal-kumitati marbuta ma’ dan il-Ftehim qed tiġi aġġornata kif elenkat hawn taħt:

Lista tal-kumitati eżistenti li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

il-kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (2),

il-kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (3), u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (4); dan il-kumitat jassisti lill-Kummissjoni Ewropea wkoll fl-applikazzjoni tal-istrumenti legali li ġejjin:

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (5),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (6),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (7),

il-kumitat stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/201/ĠAI tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-proċeduri biex jiġi emendat il-Manwal Sirene (8) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-proċeduri ghall-emenda tal-Manwal Sirene (9) sabiex jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-emendar tal-Manwal Sirene,

il-kumitat stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi network sigur bbażat fuq il-web dwar l-informazzjoni u l-koordinazzjoni għas-servizzi ta’ amministrazzjoni tal-migrazzjoni tal-Istati Membri (2005/267/KE) (10),

il-kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 a’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen) (11) — sabiex jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-fruntieri esterni,

il-kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (12) — “il-Kumitat tal-Viżi”,

il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b’viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (13),

il-kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (14),

il-kumitat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1289/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (15),

il-kumitat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (16) sal-punt li dan jittratta l-materji neċessarji għall-implimentazjzoni tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (17).


(1)  ĠU L 103, 13.4.2012, p. 4.

(2)  ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.

(3)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(4)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(6)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.

(8)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 45.

(9)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 5.

(10)  ĠU L 83, 1.4.2005, p. 48.

(11)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 243, 15.9.2009, p. 23.

(13)  ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9.

(14)  ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27.

(15)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 74.

(16)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.

(17)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/6


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 427/06)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Id-data u l-ħin tal-għeluq

12.11.2014 f’nofs il-lejl

Tul ta’ żmien

12.11.2014 – 31.12.2014

L-Istat Membru

L-Unjoni Ewropea (L-Istati Membri kollha)

L-Istokk jew l-Grupp ta’ stokkijiet

COD/N3M

L-Ispeċi

Merluzz (Gadus morhua)

Iż-żona

3M tan-NAFO

It-tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

71/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/6


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 427/07)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li jingħalaq is-sajd kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

12.11.2014

Tul ta’ żmien

12.11.2014 – 31.12.2014

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PRA/N1GRN.

Speċi

Gambli tat-Tramuntana (Pandalus borealis)

Żona

L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

76/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7442 — Eurazeo/Groupe Crédit Agricole/SCI Lafayette/SCI Stratège)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 427/08)

1.

Fl-20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ANF Immobilier (“ANF”), ikkontrollata minn Eurazeo (Franza), u Predica, ikkontrollata minn Groupe Crédit Agricole (“GCA”, Franza), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt, permezz tal-intermedjarji SCI (2) Lafayette (Franza) u SCI Stratège (Franza) l-assi ta’ Lafayette u l-assi ta’ Stratège (Franza), permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ANF hija attiva fis-settur tal-proprjetà immobbli. Eurazeo hija ditta tal-investiment f’diversi oqsma bħall-ġestjoni tad-djar għall-anzjani u faċilitajiet ta’ infermerija, is-servizzi tal-proprjetà immobbli, il-pubblikazzjoni ta’ logħob fuq il-bords, il-produzzjoni ta’ chargers tal-elettriku, il-ħolqien u l-produzzjoni ta’ komponenti ottiċi, id-distribuzzjoni tal-ħwejjeġ, il-kiri-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-apparat sanitarju, il-ġestjoni tal-parkeġġi, is-servizzi ta’ kiri tal-karozzi, il-ħolqien u l-produzzjoni ta’ tagħmir mediku, il-ħwienet tax-xagħar, ir-ristoranti, il-ħolqien u l-produzzjoni tal-pakketti tal-kartun.

Predica hija impriża speċjalizzata fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja. GCA hija attiva prinċipalment fis-settur bankarju.

l-assi tal-impriżi Lafayette u Stratège huma żewġ proprjetajiet immobbli li jistgħu jintużaw bħala uffiċċji, qegħdin Lyon Part-Dieu (Franza) u bħalissa huma taħt il-kontroll esklussiv ta’ ANF.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7442 — Eurazeo/Groupe Crédit Agricole/SCI Lafayette/SCI Stratège, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  Société Civile Immobilière.

(3)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7446 — Telenor/Schibsted/Naspers/JV)

Każ li jista’ jitqies għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 427/09)

1.

Fid-19 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Naspers Limited (“Naspers”, l-Afrika t’Isfel) u SnT Classifieds ANS (“SnT,” in-Norveġja), joint venture bejn Schibsted ASA (“Schibsted”, in-Norveġja) u Telenor ASA (“Telenor”, in-Norveġja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Bomnegocio Ativades Ltda (“JV Brażiljana”), permezz ta’ xiri ta’ ishma u kontribuzzjoni tal-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Telenor: servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet bil-mowbajl u bit-telefonija fissa,

—   għal Schibsted: servizzi tal-istampa u l-midja onlajn u servizzi klassifikati onlajn,

—   għal SnT: servizzi klassifikati onlajn,

—   għal Naspers: servizzi tal-Internet services, fosthom servizzi e-kummerċ, bħal bejgħ bl-imnut onlajn, swieq onlajn, tqabbil tax-xiri onlajn, pagamenti u servizzi oħra onlajn; servizzi ta; televiżjoni bi ħlas u midja tal-istampar,

—   għall-JV Brażiljana: provvista ta’ servizzi tas-suq onlajn.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7446 — Telenor/Schibsted/Naspers/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7447 — Telenor/SPH/Schibsted/Naspers Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 427/10)

1.

Fid-19 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Schibsted ASA (“Schibsted”, in-Norveġja), Singapor Press Holdings Ltd (“SPH”, Singapor), u Telenor ASA (“Telenor”, in-Norveġja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ negozji ta’ reklamar klassifikat onlajn fil-Malasja, it-Tajlandja u l-Vjetnam ta’ Naspers Limited (“Naspers”, l-Afrika t’Isfel), permezz tax-xiri ta’ assi. L-akkwist tan-negozji ta’ Naspers fil-Malasja u l-Vjetnam iseħħ permezz 701 Search Pte Ltd (“701”, Singapor), joint venture bejn Schibsted, SPH u Telenor.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Telenor: servizzi ta’ telekomunikazzjoni bil-mowbajl u telefonija fissa,

—   għal Schibsted: servizzi tal-istampa u l-midja onlajn u servizzi ta’ riklami klassifikati onlajn,

—   għal Singapore Press Holdings: pubblikazzjoni ta’ gazzetti, inkluż il-forniment ta’ kontenut ta’ aħbarijiet onlajn, reklamar ikklassifikat onlajn, xandir bir-radju, organizzazzjoni ta’ avvenimenti, riklamar out of home u ġestjoni ta’ proprjetà immobbli,

—   għal 701: servizzi ta’ riklami kklassifikati onlajn,

—   għal Naspers: servizzi tal-Internet, inklużi servizzi ta’ e-kummerċ, bħall-bejgħ onlajn, swieq onlajn, tqabbil tax-xiri onlajn, pagamenti u servizzi oħra onlajn; servizzi televiżivi bi ħlas u mill-midja stampata.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7447 — Telenor/SPH/Schibsted/Naspers Business, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7448 — Telenor/Schibsted/Naspers Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 427/11)

1.

Fid-19 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha SnT Classifieds ANS (“SnT”), joint venture bejn Schibsted ASA (“Schibsted”, in-Norveġja) u Telenor ASA (“Telenor”, in-Norveġja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozji kollha kemm huma ta’ reklamar klassifikat onlajn fil-Bangladexx u ċ-Ċilì ta’ Naspers Limited (“Naspers”, l-Afrika t’Isfel), permezz tax-xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Telenor: servizzi ta’ telekomunikazzjoni bil-mowbajl u telefonija fissa,

—   għal Schibsted: servizzi tal-midja tal-istampa onlajn u servizzi ta’ reklamar klassifikat onlajn,

—   għal SnT: servizzi ta’ reklamar klassifikat onlajn,

—   għal Naspers: servizzi tal-Internet, inkluż servizzi ta’ e-kummerċ, bħall-bejgħ bl-imnut onlajn, swieq onlajn, tqabbil tax-xiri onljn, pagamenti u servizzi oħra onlajn; servizzi televiżivi bi ħlas u mill-midja stampata.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7448 — Telenor/Schibsted/Naspers Business, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.