ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 414

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
20 ta' Novembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 414/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2014/C 414/02

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

2

2014/C 414/03

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

4

2014/C 414/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 414/05

Avviż dwar il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ melamina li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għall-prezz minimu ta’ importazzjoni

8

2014/C 414/06

Avviż dwar il-miżuri ta’ antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: tibdil fl-isem ta’ kumpaniji soġġetti għar-rata ta’ dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

9

2014/C 414/07

Avviż dwar il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għar-rata tad-dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 414/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Għajnuna mill-Istat — Pubblikazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat li teżisti fil-Kroazja fis-settur tal-agrikoltura

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 414/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

13

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Novembru 2014

2014/C 414/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2535

JPY

Yen Ġappuniż

147,45

DKK

Krona Daniża

7,4439

GBP

Lira Sterlina

0,79965

SEK

Krona Żvediża

9,2598

CHF

Frank Żvizzeru

1,2014

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4930

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,683

HUF

Forint Ungeriż

304,80

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,2184

RON

Leu Rumen

4,4389

TRY

Lira Turka

2,8001

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4512

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4226

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7213

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5949

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6347

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 391,24

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,8612

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6710

HRK

Kuna Kroata

7,6775

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 241,84

MYR

Ringgit Malażjan

4,2119

PHP

Peso Filippin

56,652

RUB

Rouble Russu

58,8432

THB

Baht Tajlandiż

41,136

BRL

Real Brażiljan

3,2431

MXN

Peso Messikan

17,0288

INR

Rupi Indjan

77,7095


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/2


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

2014/C 414/02

PARTI I

Ir-referenza tal-għajnuna

GBER 9/2014/ENV

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Awtorità awtorizzanti

Isem

Il-Ministeru Norveġiż tal-Finanzi

Indirizz postali

P.O. Box 8008 Dep.

NO-0030 Oslo

IN-NORVEĠJA

Indirizz elettroniku

http://www.regjeringen.no/nb/dep/fin.html?id=216

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Għajnuna ambjentali — rata tat-taxxa mnaqqsa għal ċerti industriji

Bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti)

Id-deċiżjoni annwali tal-Parlament dwar it-taxxa fuq l-elettriku

Ir-Regolament tal-11 ta’ Diċembru 2001 Nru 1451 dwar id-dazji tas-sisa § 3-12-4 u § 3-12-5

Ħolqa elettronika għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna

http://lovdata.no/dokument/STV/forskrift/2013-12-05-1486#KAPITTEL_6

http://lovdata.no/dokument/SF/forskrift/2001-12-11-1451?q=elektrisk+kraft*

https://www.stortinget.no/no/Saker-og-publikasjoner/Publikasjoner/Innstillinger/Stortinget/2013-2014/inns-201314-003/

Tip ta’ miżura

Skema

 

Emenda ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti jew ta’ għajnuna ad hoc

 

Referenza tal-għajnuna tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Estensjoni

Id-Deċiżjoni Nru 149/04/COL

Tul ta’ żmien

Skema

Mill-1.7.2014 sat-30.6.2024

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i)

Limitata għal ċerti setturi: Jekk jogħġbok speċifika fil-livell tal-grupp NACE

Il-Klassifika Industrijali Standard (SIC2007):

Taqsima B — Tħaffir fil-minjieri u l-barrieri (Diviżjoni 05–09)

Taqsima C — Manifattura (Diviżjoni 10–33)

Taqsima D — Provvista ta’ fwar u arja kkondizzjonata (Subklassi 35.300)

Taqsima E — Irkupru ta’ materjali sseparati (Subklassi 38.320)

Taqsima Q — Attivitajiet ta’ riabilitazzjoni vokazzjonali għal persuni qiegħda (Subklassi 88.993) u Xogħol adattat individwali (Subklassi 88.994), sakemm l-elettriku huwa użat minn intrapriżi li jwettqu produzzjoni industrijali bl-istess mod bħall-intrapriżi taħt it-Taqsimiet B u C.

Tip ta’ benefiċjarju

SME

 

Impriżi kbar

 

Baġit

Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

NOK 2 200 (f’miljuni)

Strument tal-għajnuna

Benefiċċju fuq it-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa


PARTI II

Għan primarju — Għanijiet ġenerali (lista)

Għanijiet

(lista)

L-ogħla intensità tal-għajnuna f’% jew l-ogħla ammont tal-għajnuna annwali fil-munita nazzjonali (f’ammonti sħaħ)

SME — bonusijiet f’%

Għajnuna għall-ħarsien tal-Ambjent

(l-Artikoli 36–49)

Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali skont id-Direttiva 2003/96/KE (l-Artikolu 44)

NOK 2 200 miljun

%


20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/4


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

2014/C 414/03

PARTI I

Referenza tal-għajnuna

GBER 10/2014/REG

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Reġjun

Isem ir-Reġjun(i)

Mappa tal-għajnuna Reġjonali, cf 91/14/COL

Status tal-għajnuna Reġjonali

C

Awtorità tal-għotja

Isem

Innovation Norway

Indirizz postali

P.O. Box 448 Sentrum,

NO-0104 Oslo

IN-NORVEĠJA

Indirizz tal-Internet

www.innovasjonnorge.no

Titlu tal-miżura ta’ għajnuna

Skema ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali

Bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti)

Regolament dwar iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna tal-investiment u l-għajnuna għat-trasport (1) (il-mappa tal-għajnuna reġjonali) (FOR-2014-06-17-807)

Regolament dwar il-fondi għall-għajnuna reġjonali (2) (FOR-2013-12-11-1574)

Ittri tal-offerti tal-għotja annwali

Ħolqa tal-Internet għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://lovdata.no/dokument/SF/forskrift/2014-06-17-807

http://lovdata.no/dokument/SF/forskrift/2013-12-11-1574

http://www.regjeringen.no/nb/dep/kmd/tema/regional-_og_distriktspolitikk/bakgrunn-og-malsettinger-i-distrikts--og/tilskotsbrev/tilskotsbrev-2014/tilskuddsbrev-kapittel-551-post-60.html?id=748475

Tip ta’ miżura

Skema

 

Emenda ta’ skema tal-għajnuna eżistenti jew ta’ għajnuna ad hoc

 

Referenza tal-għajnuna tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Prolungament

Cf. 406/06/COL u ittra mill-Ministeru tal-Gvernijiet Lokali u l-Iżvilupp Reġjonali, id-19 ta’ Jannar 2007, każ nru 06/2699

Modifika

Mappa tal-għajnuna reġjonali ġdida, cf 91/14/COL Amalgamazzjoni ta’ żewġ skemi

Tul ta’ żmien

Skema

mill-1.7.2014 sal-31.12.2020

Settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Is-setturi eliġibbli se jikkonformaw mat-taqsima 1.1 fil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (verżjoni konsolidata) u mal-Artikolu 13 tal-GBER.

Tip ta’ benefiċjarju

SME

 

Intrapriżi kbar

 

Baġit

Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat skont l-iskema

NOK 300 miljun

Strument tal-għajnuna

Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax

 

Self/Ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura


PARTI II

Objettiv primarju — Objettivi ġenerali (lista)

Objettivi

(lista)

L-ogħla intensità tal-għajnuna f’% jew l-ogħla ammont tal-għajnuna fil-munita nazzjonali … (fl-ammonti sħaħ)

SME — bonusijiet f’%

Għajnuna reġjonali — għajnuna għall-investiment (Art. 14)

Skema

15 %

10 % għall-intrapriżi medji, 20 % għall-intrapriżi żgħar


(1)  Forskrift om virkeområde for distriktsrettet investeringsstøtte og regional transportstøtte.

(2)  Forskrift for distrikts- og regionalpolitiske virkemidler.


20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/6


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

2014/C 414/04

PARTI I

Referenza tal-għajnuna

GBER 11/2014/REG

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Reġjun

Isem ir-Reġjun(i)

Mappa tal-għajnuna reġjonali, cf 91/14/COL

Status tal-għajnuna reġjonali

C

Awtorità tal-għotja

Isem

Sør-Trøndelag fylkeskommune

Nordland fylkeskommune

Troms fylkeskommune

L-amministrazzjonijiet tal-Kontei l-oħra kollha li għandhom muniċipalitajiet fil-mappa tal-għajnuna reġjonali

Indirizz postali

Postboks 2350 Sluppen

NO-7004 Trondheim

IN-NORVEĠJA

Fylkeshuset

NO-8048 Bodø

IN-NORVEĠJA

Postboks 6600

NO-9296 Tromsø

IN-NORVEĠJA

Indirizz tal-Internet

www.stfk.no

www.nfk.no

www.tromsfylke.no

Titlu tal-miżura tal-għajnuna

Skema tal-għajnuna reġjonali għat-trasport

Bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti)

Regolament dwar iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna tal-investiment u l-għajnuna għat-trasport (1) (il-mappa tal-għajnuna reġjonali) (FOR-2014-06-17-807).

Regolament dwar il-fondi għall-għajnuna reġjonali (2) (FOR-2013-12-11-1574).

Ittri tal-offerti tal-għotja annwali

Ħolqa tal-Internet għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://lovdata.no/dokument/SF/forskrift/2014-06-17-807

http://lovdata.no/dokument/SF/forskrift/2013-12-11-1574

http://www.regjeringen.no/nb/dep/kmd/tema/regional-_og_distriktspolitikk/bakgrunn-og-malsettinger-i-distrikts--og/tilskotsbrev/tilskotsbrev-2014/tilskuddsbrev-kapittel-551-post-60.html?id=748475

Tip ta’ miżura

Skema

 

Emenda ta’ skema tal-għajnuna eżistenti jew ta’ għajnuna ad hoc

 

Referenza tal-għajnuna tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Prolungament

Cf. 143/07/COL

Modifika

Mappa tal-għajnuna reġjonali ġdida, cf. 91/14/COL, intensitajiet tal-għajnuna miżjuda, cf. GBER artikolu 15, paragrafu 3. Setturi eliġibbli skont l-RAGs u l-GBER.

Tul ta’ żmien

Skema

mill-1/7/2014 sal-31/12/2020

Settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Is-setturi eliġibbli se jikkonformaw mat-taqsima 1.1 fil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (verżjoni konsolidata) u mal-Artikolu 13 tal-GBER.

Tip ta’ benefiċjarju

SME

 

Intrapriżi kbar

 

Baġit

Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat skont l-iskema

Munita nazzjonali

NOK 30 miljun

Strument tal-għajnuna

Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax


PARTI II

Objettiv primarju — Objettivi ġenerali (lista)

Objettivi

(lista)

L-ogħla intensità tal-għajnuna f’% jew l-ogħla ammont tal-għajnuna fil-munita nazzjonali … (fl-ammonti sħaħ)

SME — bonusijiet f’%

Għajnuna reġjonali — għajnuna operattiva (Art. [15])

Spejjeż tat-trasport ta ’ oġġetti f’żoni eliġibbli (Art. 15(2)(a))

40 %

 


(1)  Forskrift om virkeområde for distriktsrettet investeringsstøtte og regional transportstøtte.

(2)  Forskrift for distrikts- og regionalpolitiske virkemidler.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/8


Avviż dwar il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ melamina li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għall-prezz minimu ta’ importazzjoni

2014/C 414/05

L-importazzjonijiet ta’ melamina li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huma soġġetti jew għall-prezz minimu ta’ importazzjoni jew għad-dazju antidumping impost bir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 457/2011 (1) (“ir-Regolament (UE) Nru 457/2011”).

Fis-6 ta’ Awwissu 2014, ix-Shandong Liaherd Chemical Industry Co., Ltd., kumpanija li hija soġġetta għall-prezz minimu ta’ importazzjoni, innotifikat lill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-isem tagħha għal Holitech Technology Co., Ltd.

Il-kumpanija sostniet li l-bidla tagħhom fl-isem ma taffettwax id-dritt tagħhom li jkomplu jibbenefikaw mill-prezz minimu ta’ importazzjoni.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament (UE) Nru 457/2011.

Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 457/2011 għal:

Shandong Liaherd Chemical Industry Co., Ltd

għandha tinbidel għal:

Holitech Technology Co., Ltd.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC A987, li qabel kien attribwit lil Shandong Liaherd Chemical Industry Co., Ltd., japplika għal Holitech Technology Co., Ltd.


(1)  ĠU L 124, 13.5.2011, p. 2.


20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/9


Avviż dwar il-miżuri ta’ antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: tibdil fl-isem ta’ kumpaniji soġġetti għar-rata ta’ dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

2014/C 414/06

L-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina (“oġġetti tal-mejda”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju antidumping definittiv, impost bir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (1) (“ir- Regolament (UE) Nru 412/2013”).

Seba’ kumpaniji li jinsabu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni ta’ oġġetti tal-mejda huma soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużili ma kinux fil-kampjun ta’ 17,9 %, infurmaw lill-Kummissjoni li biddlu isimhom kif imniżżel hawn taħt.

Il-kumpaniji sostnew li l-bidla fl-isem tagħhom ma jaffettwax id-dritt tagħhom li jibbenefikaw mid-dazju applikat għalihom taħt l-ismijiet preċedenti tagħhom.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament (UE) Nru 412/2013.

Għaldaqstant, ir-referenzi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 412/2013 rigward dawn il-kumpaniji għandhom jinqraw kif jidher hawn taħt u l-kodiċijiet addizzjonali TARIC applikati kif meħtieġ:

Għal

Aqra

Il-kodiċi TARIC

Chaozhou Ronglibao Porcelain Co., Ltd.

Guangdong Ronglibao Homeware Co., Ltd.

B461

Yong Feng Yuan Industry Co., Ltd. (“Yong Feng Yuan Industry”)

China Yong Feng Yuan Co., Ltd.

B747

Chaozhou Jinqiangyi Ceramics Co., Ltd.

Guangdong Jinqiuangyi Ceramics Co., Ltd.

B437

Chaozhou Totye Ceramics Industrial Co., Ltd.

Guangdong Totye Ceramics Industrial Co., Ltd.

B474

Chaozhou Xinhui Porcelain Co., Ltd.

Chaozhou Wenhui Porcelain Co., Ltd.

B486

Jiyuan Jukang Xingxing Ceramics Co., Ltd.

Jiyuan Jukang Xinxing Ceramics Co., Ltd.

B618

T&C Shantou Daily Chemical Industry Co., Ltd.

Gemmi (Shantou) Industrial Co., Ltd.

B958


(1)  ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1.


20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/10


Avviż dwar il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għar-rata tad-dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

2014/C 414/07

L-importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju antidumping definittiv, impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 (1) (“ir-Regolament (UE) Nru 917/2001”).

Ix-Shanghai Cimic Tile Co. Ltd, kumpanija li tinsab fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li l-esportazzjonijiet tagħha ta’ madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni huma soġġetti għar-rata ta’ dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 30,6 %, infurmat lill-Kummissjoni li fl-4 ta’ Ġunju 2012 din biddlet isimha għal Shanghai CIMIC Holdings Co., Ltd.

Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-isem ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mid-dazju applikat għall-kumpanija taħt l-isem li kellha qabel ta’ Shanghai Cimic Tile Co. Ltd.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament (UE) Nru 917/2011.

Għaldaqstant, ir-referenza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 917/2011 għal:

 

Shanghai Cimic Tile Co. Ltd.

għandha tinbidel għal:

 

Shanghai CIMIC Holdings Co., Ltd

Il-kodiċi addizzjonali TARIC B214 li qabel ġie attribwit għal Shanghai Cimic Tile Co. Ltd, japplika għal Shanghai CIMIC Holdings Co., Ltd.


(1)  ĠU L 238, 15.9.2011, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/11


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Għajnuna mill-Istat — Pubblikazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat li teżisti fil-Kroazja fis-settur tal-agrikoltura

2014/C 414/08

Skont il-proċedura stipulata fil-punt 3(b) tal-Anness IV tat-Trattat tal-Adeżjoni, fi żmien erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni, il-Kroazja għarrfet lill-Kummissjoni bil-miżuri tal-għajnuna mill-Istat li hija tixtieq li jitqiesu bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sa tmiem it-tielet sena mid-data tal-adeżjoni. Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ din it-tip ta’ għajnuna.

Il-lista tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat li jeżistu fil-Kroazja qed tiġi ppubblikata hawn taħt bil-lingwa uffiċjali ta’ dan il-pajjiż.

It-test kollu tal-miżuri jinsab fuq is-sit tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/agriculture/stateaid/index_en.htm

Din il-pubblikazzjoni bl-ebda mod ma għandha titqies li tirrifletti pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni li tgħid li dawn il-miżuri jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha l-oħra previsti fit-TFUE jew fit-Trattat tal-Adeżjoni, u b’mod partikulari li dawn ġew implimentati fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni u li se jibqgħu japplikaw wara dik id-data.

1.

Plaćanja za iznimno osjetljive sektore (mliječne krave, krmače, šećemu repu, maslinovo ulje, duhan).

2.

Dodjela prava na godišnju potrošnju plinskog ulja obojanog plavom bojom za namjene u poljoprivredi, ribolovu i akvakulturi.

3.

Vijeće za istraživanja u poljoprivredi – sufinanciranje razvojnih i primijenjenih istraživanja u poljoprivredi i ruralnim područjima.

4.

Sufinanciranje rada uzgojnih udruženja.

5.

Sufinanciranje selekcijskog rada uzgojnih organizacija.

6.

Sufinanciranje udruge Sinjska alka.

7.

Referentni laboratorij za mlijeko.

8.

Katastar pčelinjih paša.

9.

Državna ergela Ðakovo i Lipik.

10.

Potpora za očuvanje izvornih i zaštićenih vrsta i kultivara poljoprivrednog bilja.

11.

Osiguranje od mogućih šteta u proizvodnji u poljoprivredi.

12.

Potpora za ekološku poljoprivrednu proizvodnju.

13.

Potpora za integriranu poljoprivrednu proizvodnju.

14.

Potpora za područja s tezim uvjetima gospodarenja u poljoprivredi.

15.

Potpora za organizaciju manifestacija.

16.

Potpora za očuvanje izvornih i zaštićenih pasmina domaćih životinja.

17.

Program posebnih nadzora štetnih organizama bilja u 2013. godini – 2. dio: Štetni organizmi za koje se poseban nadzor provodi zbog pojave u šumskim sastojinama i na poljoprivrednim kulturama od gospodarskog interesa RH.

18.

Projekt tehničke suradnje IAEA, FAO/IAEA TCP RER 5018: Suzbijanje sredozemne voćne muhe (Ceratitis capitata) SIT tehnikom (Sterile Insect Technique) na području doline Neretve za razdoblje 2012./2013.

19.

Postojeće državne potpore u poljoprivredi jedinica lokalne, područne (regionalne) samouprave.

20.

Jamstveni program “Poljoprivrednici” – Hrvatska agencija za malo gospodarstvo i investicije (HAMAG INVEST).

21.

Programi kreditiranja – Hrvatska banka za obnovu i razvoj (HBOR).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/13


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2014/C 414/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

PÖLLAUER HIRSCHBIRNE”

Nru tal-KE: AT-PDO-0005-01190 — 16.12.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Pöllauer Hirschbirne”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Awstrija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali; friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt (1)

Id-denominazzjoni “Pöllauer Hirschbirne” tapplika biss għal frott mhux ipproċessat miksub mill-varjetà tal-lanġasa tal-perry “Hirschbirne” (varjetà antika reġjonali), il-lanġas imnixxef u l-meraq tal-frott mhux iffermentat miksub minnhom.

Il-“Pöllauer Hirschbirne” hija lanġasa tal-perry li timmatura tard ħafna u tittiekel friska f’każijiet rari ħafna. Fiż-żona tal-produzzjoni, din tinħasad meta tkun misjura għall-ikel u wara titnixxef minnufih jew tiġi pproċessata f’meraq, billi meta tkun misjura għall-ikel ftit li xejn hija adattata għall-ħażna.

Bħala frotta, il-“Pöllauer Hirschbirne” għandha l-karatteristiċi li ġejjin, għalkemm għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-varjazzjonijiet naturali:

Forma: simili għall-bergamott, li b’medja l-frotta hija wiesgħa aktar minn kemm hija twila (il-medja tat-tul/wisa’ b’indiċi 0,94) u tiġi għat-tond fis-sezzjoni trażversali tagħha.

Daqs: frott żgħir jew medju, tul ta’ 35-68 mm (medja: 50,4 mm), wisa’ ta’ 38-78 mm (medja: 53,9 mm)

Piż: 26-203 g, piż medju: 80,5 g.

Il-qoxra, b’kulur isfar fl-aħdar, b’lewn aħmar (li ħafna drabi huwa nieqes) fuq in-naħa li tkun esposta għax-xemx; safra meta tkun misjura għalkollox; il-qoxra għandha bosta lentiċelli kannella ċari u ta’ daqs medju li fuq in-naħa li tkun esposta għax-xemx spiss ikunu mdawra b’ċirku tond aħmar imdennes.

Frott b’laħam lewn il-krema, sod, ma jdubx (“kremuż”) u mmerraq.

Kapsula tal-kaliċiflora bl-assi miftuħa; żrieragħ żviluppati sew, kbar u suwed.

Il-kuruna taċ-ċelloli ġeblin madwar il-kapsula sferika jew kemxejn fużformi; kważi m’għandha ebda ċelloli ġeblin barra mill-kuruna.

Is-sepali fuq il-frotta għandhom xagħar bħall-feltru.

Il-frott misjur fil-ħarifa: mill-aħħar ġimgħa ta’ Settembru sat-tielet ġimgħa ta’ Ottubru, skont l-altitudni.

Togħma: il-lanġas tal-perry, meta misjur għall-ikel mhuwiex daqstant astrinġenti iżda proporzjonat tajjeb.

Xamm: bħall-bastun tal-kannella (dan mhuwiex osservat f’kull każ).

Il-“Pöllauer Hirschbirne” imnixxfa għandha l-karatteristiċi li ġejjin:

Forma: forma ta’ lanġasa, iżda kull naħa hija mkemmxa ħafna b’mod irregolari minħabba l-effett ta’ tfixkil fil-proċess tat-tnixxif.

Daqs tal-frotta: tul ta’ madwar 23-47 mm (medja: 36,4 mm), wisa’ ta’ madwar 24-44 mm (medja: 32,5 mm).

Piż: 7-27 g, piż medju ta’ madwar: 13 g.

Il-qoxra lewn kannella skur, kull naħa b’karatteristika griża fl-ikħal ċar.

Laħam tal-frotta: iebes, niexef u sod minn barra, mimli ħjut irqaq u jwaħħal minn ġewwa, minn kannella medju għal skur.

Kapsula: vojta b’mod karatteristiku.

Xamm: karatteristiċi tal-varjetà, ftit pikkanti, riħa delikata ta’ frott imnixxef u mingħajr rwejjaħ estranji.

Togħma: lanġasa mnixxfa tixbah lill-karamella, b’togħma ħelwa.

Il-meraq mill-“Pöllauer Hirschbirne” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Kulur: isfar dehbi ċar għal isfar dehbi fond, xi minn daqqiet kważi kulur il-bronż.

Ċarezza: skont il-metodu ta’ produzzjoni, jista’ jsir meraq ċar kif ukoll naturali.

Xamm: bħal frott imnixxef, ħjiel ta’ aċetaldeid u ħwawar (merdqux) jistgħu jkunu preżenti.

Togħma: aromatika, bħal-lanġas imnixxef, bħall-frott tipiku bi ħjiel ta’ lanġas aħdar; ipproporzjonat tajjeb, proporzjon bilanċjat ta’ zokkor, aċidu u tannin; aċidità persistenti bħala togħma aħħarija.

Karatteristiċi oħra: huwa possibbli depożitu ta’ tannini fil-forma ta’ karfa sferika parzjali.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-frott mill-varjetà tal-lanġas tal-perry “Hirschbirne” biss huwa użat bħala materja prima għall-produzzjoni tal-“Pöllauer Hirschbirne”. Bħala frotta, hija kkaratterizzata mill-elementi tal-“Pöllauer Hirschbirne” deskritti taħt il-punt 3.2.

Il-materjal propagattiv (inklużi żrieragħ mill-frott tas-siġar tal-lanġas fis-salvaġġ [lanġas salvaġġ] u/jew is-siġar tal-lanġas tal-perry adattat [jagħti frott żgħir], it-tilqim u/jew il-materjal tat-tilqim tagħhom kif ukoll is-siġar li huma adattati għat-tħawwil mill-ġdid) għandhom joriġinaw miż-żona ġeografika.

Il-“Pöllauer Hirschbirne” hija mlaqqma biss fuq fondazzjonijiet ta’ nibbiet man-nofs standards u l-istandards, sabiex jiksbu karatteristiċi ta’ forom ta’ siġar b’kuruna kbira li jikbru b’saħħithom. Il-“Pöllauer Hirschbirne” ma tistax tiġi kkultivata f’forma kemxejn fużiformi fuq fondazzjonijiet li għandhom tkabbir dgħajjef, minħabba li din il-forma ta’ kultivazzjoni tbiddel il-karatteristiċi tal-varjetà u b’mod partikolari t-togħma tipika tal-varjetà.

Il-frott kompletament misjur biss huwa adattat għal iktar ipproċessar, peress li f’dan iż-żmien biss il-“Pöllauer Hirschbirne” tikseb it-togħma proporzjonata tajba tipika tagħha, li hija essenzjali għall-karatteristiċi tal-prodotti pproċessati deskritti fil-punt 3.2.

3.4.   Għalf (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita

Sabiex tkun żgurata l-kwalità għolja tal-prodott, il-passi kollha fil-produzzjoni, mill-produzzjoni tal-materjal propagattiv sal-produzzjoni tal-meraq u l-proċess tat-tnixxif, għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita. Peress li jinħasad meta lest għall-ikel (misjur kompletament), il-“Pöllauer Hirschbirne” jista’ jinħażen għal żmien qasir biss u huwa suxxettibbli għall-ħsarat mekkaniċi (eż. waqt it-trasport). Għaldaqstant, l-ipproċessar fi prodotti li mhumiex suxxettibbli għall-ħsara għandhom iseħħu fl-istess żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

It-tikketti għal-lanġas, il-lanġas imnixxef jew il-meraq tal-lanġas li jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni għandhom jinkludu l-kliem “Pöllauer Hirschbirne DPO” u l-logo tal-UE. Il-pakketti u/jew il-kontenituri għandu jkollhom imwaħħal magħhom faxxa li fiha l-kliem “Pöllauer Hirschbirne DPO”, il-logo tal-UE, u n-numru ta’ identifikazzjoni tas-serje individwali. L-użu obbligatorju ta’ faxxa qiegħed biss biex jippermetti li l-prodotti ċċertifikati jiġu ttraċċati.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-Pöllau Valley (park naturali) huwa żona ċentrali tradizzjonali għat-tkabbir tas-siġar “Pöllauer Hirschbirne” u għall-ipproċessar tal-“Pöllauer Hirschbirne”. Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi distretti amministrattivi li ġejjin mill-Provinċji tas-Styria u l-Awstrija t’Isfel:

—   Il-provinċja tas-Styria: Id-distretti tax-Xlokk tas-Styria (il-parti biss li tinkludi dak li qabel kien id-distrett ta’ Feldbach), Hartberg-Fürstenfeld, Graz, Graz-Umgebung, Hartberg, Weiz,

—   Il-Provinċja tal-Awstrija t’Isfel: Id-distretti ta’ Neunkirchen u Wiener Neustadt-Land

Iż-żona tal-oriġini tal-materja prima hija identika maż-żona tal-produzzjoni.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ddefinita tinkludi partijiet miż-żewġ żoni klimatiċi tas-Styria, “Steirisches Randgebirge” u “Vorland”, kif ukoll żoni klimatiċi komparabbli fl-Awstrija t’Isfel. Il-klimi moderati prevalenti jippermettu lill-“Pöllauer Hirschbirne” jikber, jagħmel ftuħ in-nwar u jagħmel il-frott bl-aħjar mod, u b’hekk jippermetti l-aħjar żvilupp possibbli għall-kwalitajiet u l-karatteristiċi ewlenin tal-frotta.

Il-fatturi kruċjali għal dan huma l-għadd baxx ta’ ġranet ta’ ġlata fil-postijiet favorevoli taż-żona tal-produzzjoni addattati għal din il-forma ta’ kultivazzjoni (madwar 80-110 ijiem) u t-tul tal-istaġun tat-tkabbir (madwar 185-245 jum). Peress li n-nwar tal-“Hirschbirne” huwa vulnerabbli għal ġlati li jseħħu tard, l-aktar postijiet adattati fiż-żona tal-produzzjoni huma x-xaqliba għan-niżla u x-xfarijiet tal-għoljiet ta’ madwar 300-800 m ‘l fuq mil-livell tal-baħar, u barra miż-żoni ta’ inverżjoni termika u/jew tal-arja kiesħa fid-depressjonijiet tal-widien u l-baċiri. ‘Il fuq minn dik iż-żona, il-frott jimmatura sew f’altitudnijiet ta’ 1 000 m ‘l fuq mil-livell tal-baħar u dan iseħħ biss f’postijiet favorevoli għalkollox.

Il-kundizzjonijiet ideali sabiex jitkabbar il-“Pöllauer Hirschbirne” jinsabu fil-ħamrija ta’ din iż-żona ġeografika ddefinita, li mhumiex wisq tqal, huma friski u huma l-aktar baxxi fl-ammont ta’ ġir, sakemm ma jkollhomx xi żoni ta’ li jżommu l-ilma. Il-ħamrija għandha kontenut għoli ta’ skeletru u fiha ftit ħumus jew lom. Għalkemm il-“Pöllauer Hirschbirne” hija meqjusa li mhix daqstant eżiġenti fir-rigward tal-kontenut tan-nutrijenti tal-ħamrija madanakollu huwa essenzjali li l-ħamrija tilqa’ nutrijenti bażiċi sabiex dan il-lanġas ikun jista’ jiġi kkultivat tajjeb u tali kundizzjoni essenzjali tintlaħaq b’mod adegwat fiż-żona ddefinita.

L-għarfien speċjalizzat tal-produtturi huwa fattur deċiżiv fil-proċess ta’ produzzjoni, ibbażat fuq għarfien tradizzjonali ta’ kif għandu jiġu kkultivat u pproċessat il-“Pöllauer Hirschbirne” fiż-żona ġeografika. L-għarfien mistenni mill-produttur ġie żviluppat matul is-sekli (l-evidenza ta’ dawn id-dati tmur lura għas-seklu dsatax: il-produtturi miż-żona tal-produzzjoni ppreżentaw il-“Pöllauer Hirschbirne” fl-eżebizzjoni tal-frott nazzjonali fil-Ġermanja fl-1888), u dan għadda minn ġenerazzjoni għall-oħra. Dan l-għarfien jinkludi għarfien tekniku u esperjenza fil-qasam tal-kultivazzjoni (l-użu tradizzjonali biss ta’ fondazzjonijiet reġjonali, kif ukoll dwar kif għandhom jiġu akkwistati ż-żrieragħ meħtieġa), it-tilqim tas-siġar tal-“Hirschbirne”, u l-għażla tal-aktar post adattat għall-altitudni, il-klima (it-temperatura, ir-riskju ta’ ġlata, it-tul tal-istaġun għat-tkabbir) u l-adegwatezza tal-ħamrija. Barra minn hekk, is-suċċess tal-ipproċessar tal-“Pöllauer Hirschbirne” jiddependi ħafna mill-għarfien tal-proċess tal-maturazzjoni tal-frott, u għalhekk huwa l-aħjar żmien biex jinħasad għall-produzzjoni tal-meraq tal-frott u l-frott imnixxef.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi tipiċi tal-“Pöllauer Hirschbirne”, prodotta mill-varjetà reġjonali antika “Hirschbirne” u l-aħħar varjetà tal-lanġas li jimmatura fil-ħarifa (ħaġa li tispjega l-etimoloġija tal-“Hirschbirne”, jiġifieri “Herbst-birne” (lanġasa tal-ħarifa); “Hi(a)rscht” huwa terminu vernakulari għal “Herbst” (tal-ħarifa)) huma t-togħma tipika tagħha (togħma ta’ lanġasa mnixxfa qisha tal-karamella, b’togħma ħelwa), u l-varjetà speċifika tal-aroma tal-frott, il-meraq u l-frott imnixxef. Il-“Pöllauer Hirschbirne” hija frotta li tikseb il-ħlewwa meħtieġa u l-proporzjon tagħha ta’ zokkor, aċidu u tannin minn postijiet iffavoriti fiż-żona ġeografika, u dan huwa possibbli biss bis-saħħa tal-għarfien espert tal-produttur reġjonali li jkun jaf meta għandu jsir il-ħsad tal-frott. Il-ħsad u l-ipproċessar jitwettqu meta għad hemm il-kontenut ta’ tannin preżenti sinifikanti (polifenoli), li huwa essenzjali biex jiċċara l-meraq. Madanakollu, il-kontenut tat-tannin diġà huwa baxx ħafna, minħabba ż-żmien li jiġi deċiż li jsir il-ħsad, b’hekk il-meraq ikollu riħa pjaċevoli, togħma proporzjonata tajjeb u proporzjon bilanċjat ta’ tannin biz-zokkor u l-aċidu. B’mod sinifikanti, dan jiddistingwi l-meraq tal-“Pöllauer Hirschbirne” minn meraq ta’ lanġas ieħor. Il-lanġas imnixxef jiżviluppa wkoll it-togħma tal-karamella perċettibbli u l-konsistenza li twaħħal bi ħjut irqaq. Iż-żmien ideali għall-ħsad (jiġifieri meta jkun jeżisti proporzjon tajjeb ta’ tannin biz-zokkor u l-aċidu) huwa tradizzjonalment iddeterminat b’mod organolettiku. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Pöllauer Hirschbirne” jinkludu kontenut għoli ta’ polifenoli (0,83-2,2 %, skont kemm hu misjur) u kontenut għoli ta’ fibra li ġej minnha (7,9-10,5 g/100 g), li huwa fl-istess firxa tad-dqiq integrali (10 g/100 g), jiġifieri ħames darbiet akbar mill-kontenut tal-fibra tal-lanġas tad-deżerta. Għaldaqstant, l-esperjenza tal-produtturi waqt li jiġi vvalutat l-aspett estetiku u t-togħma tal-kwalità tal-frotta huma parti prinċipali mill-għarfien tradizzjonali ta’ kif isir il-proċess għall-“Pöllauer Hirschbirne”.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċa oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-kwalità speċjali tal-“Pöllauer Hirschbirne”, li żviluppat fis-Styria bħala nibbiet naturali fiż-żona ġeografika u hija żviluppata biss minn frott minn siġar tal-varjetà antika reġjonali “Hirschbirne” imlaqqma minn fondazzjonijiet ta’ mutazzjoni bħala nofs standards u standards, tiggarantixxi li hija adattata għall-kultivazzjoni partikolari tagħha fiż-żona ġeografika ddefinita. Is-siġar b’kuruna kbira li jikbru b’saħħithom għandhom karatteristiċi ta’ varjetà li dehru permezz ta’ selezzjoni naturali u umana matul is-sekli fiż-żona ġeografika, u li jiggarantixxu t-togħma u l-aroma tipika tal-varjetà “Pöllauer Hirschbirne”.

Il-kundizzjonijiet tal-klima u l-ħamrija fiż-żona ġeografika jippermettu l-kultivazzjoni tal-“Pöllauer Hirschbirne”, li hija l-aħħar varjetà tal-lanġas li jimmatura matul is-sena u għalhekk jeħtieġ staġun twil għat-tkabbir disponibbli fiż-żona ġeografika sabiex jiġu żviluppati karatteristiċi ta’ kwalità għolja tal-varjetà. Il-frotta “Pöllauer Hirschbirne” tilħaq il-ħlewwa meħtieġa u l-proporzjon imsemmi ibbilanċjat ta’ zokkor, aċidu u tannin f’postijiet favorevoli biss.

Il-kombinament ta’ dawn il-fatturi klimatiċi u dawk li ġejjin mill-ħamrija, l-għarfien mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra minn manifatturi reġjonali dwar l-għażla tal-post għat-tħawwil (dwar l-altitudni, il-klima adattata u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija), il-kultivazzjoni, il-kura tal-għelejjel, il-metodu u ż-żmien tal-ħsad (isir biss għal-lanġas lest għall-ikel, l-analiżi organolettika ta’ grad meta misjur), il-ħażna teknika u l-esperjenza tagħhom fil-produzzjoni u l-ipproċessar tradizzjonali huma l-qofol għall-kwalità tal-“Pöllauer Hirschbirne”. Għaldaqstant, din il-kombinament jikkontribwixxi sabiex tinżamm il-varjetà tal-frotta antika reġjonali “Hirschbirne”, li hija magħrufa għall-kwalità tajba tagħha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni huwa disponibbli hawn taħt: http://www.patentamt.at/Media/Poellauer_Hirschbirne_Antrag.pdf

It-test tal-Ispeċifikazzjoni jinsab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju tal-Privattivi Awstrijak (www.patentamt.at), permezz tas-sit li ġej: “Markenschutz/Schutzrechte/Herkunftsangabe”. It-test jinsab taħt l-isem tad-denominazzjoni tal-kwalità.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.