ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 395

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
10 ta' Novembru 2014


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 395/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 395/02

Kawża C-114/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea — Ftehimiet internazzjonali — Protezzjoni tad-drittijiet relatati ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir — Negozjati dwar konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa — Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li tawtorizza l-parteċipazzjoni konġunta tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fin-negozjati — Artikolu 3(2) TFUE — Kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni)

2

2014/C 395/03

Kawża C-127/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 21 TFUE u 63 TFUE — Ftehim ŻEE — Artikoli 28 u 40 — Taxxa tas-Suċċessjoni u Donazzjoni — Kodiviżjoni ta’ kompetenzi fiskali — Diskriminazzjoni bejn residenti u mhux residenti — Diskriminazzjoni abbażi tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli — Oneru tal-prova)

3

2014/C 395/04

Kawża C-237/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/676/KEE — Artikolu 5(4) — Punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II — Punti 1.1 sa 1.3 u 2 tal-Anness III — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Perijodi għall-applikazzjoni fuq l-art ta’ demel — Kapaċità tal-kontenituri għall-ħażna tad-demel tal-bhejjem — Limitazzjoni tal-applikazzjoni fuq l-art — Projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni fuq art b’xaqliba wieqfa ħafna jew fuq art iffriżata jew miksija bil-borra — Nuqqas ta’ konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali)

3

2014/C 395/05

C-408/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – YKK Corp., YKK Holding Europe BV, YKK Stocko Fasteners GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea [Appell — Akkordji — Swieq taż-żippijiet u tipi oħra ta’ qafliet kif ukoll magni li jwaħħlu — Responsabbiltajiet suċċessivi — Limitu legali tal-multa — Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 — Kunċett ta’ ‘impriża’ — Responsabbiltà personali — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Multiplikatur ta’ dissważjoni]

5

2014/C 395/06

Kawża C-474/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Schiebel Aircraft GmbH vs Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-ħaddiema — Nondiskriminazzjoni — Artikolu 346(1)(b) TFUE — Protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà ta’ Stat Membru — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li r-rappreżentanti legali ta’ kumpannija li teżerċita l-kummerċ ta’ armi, ta’ munizzjon u ta’ materjal tal-gwerra f’dan l-Istat għandu jkollhom in-nazzjonalità tal-Istat imsemmi)

5

2014/C 395/07

Kawżi magħquda C-533/12 P u C-536/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Société nationale maritime Corse-Méditerranée (SNCM) SA vs Corsica Ferries France SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża (C-533/12), Ir-Repubblika Franċiża vs Corsica Ferries France SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Société nationale maritime Corse-Méditerranée (SNCM) SA (C-536/12) (Appell — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Test ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq — Rekwiżit ta’ analiżi settorjali u ġeografika — Prattika suffiċjentement stabbilita — Razzjonalità ekonomika għal perijodu twil — Ħlas ta’ allowances addizzjonali ta’ tkeċċija)

6

2014/C 395/08

Kawża C-543/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Michal Zeman vs Krajské riaditeľstvo Policajného zboru v Žiline (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 91/477/KEE — Ħruġ tal-Pass Ewropew tal-armi tan-nar — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-ħruġ ta’ tali pass biss għall-pussessuri ta’ armi tan-nar għal finijiet tal-prattika tal-kaċċa jew tal-isparar fuq bersall)

7

2014/C 395/09

Kawża C-575/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Litwanja) – Air Baltic Corporation AS vs Valsts robežsardze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 810/2009 — Artikoli 24(1) u 34 — Viża uniformi — Annullament jew revoka ta’ viża uniformi — Validità ta’ viża uniformi mwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar annullat — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Artikoli 5(1) u 13(1) — Verifiki fuq il-fruntieri — Kundizzjonijiet għad-dħul — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi viża valida mwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar validu)

8

2014/C 395/10

Kawża C-589/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs GMAC UK PLC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Sitt Direttiva 77/388/KEE — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11Ċ(1) — Effett dirett — Tnaqqis tal-valur taxxabbli — Twettiq ta’ żewġ tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-istess oġġetti — Kunsinni ta’ oġġetti — Karozzi, mibjugħa bil-hire-purchase, li ttieħed il-pussess tagħhom lura, u li nbiegħu mill-ġdid bl-irkant — Abbuż ta’ dritt)

9

2014/C 395/11

C-21/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermaniż) – Simon, Evers & Co GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika kummerċjali — Dazji antidumping — Regolament (KE) Nru 499/2009 — Validità — Importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw miċ-Ċina — Importazzjoni tal-istess prodotti mibgħuta mit-Tajlandja — Evażjoni — Prova — Rifjut ta’ kooperazzjoni)

9

2014/C 395/12

Kawżi magħquda C-119/13 u C-120/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Amtsgericht Wedding – il-Ġermanja) – eco cosmetics GmbH & Co. KG vs Virginie Laetitia Barbara Dupuy (C-119/13), Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. mbH vs Tetyana Bonchyk (C-120/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1896/2006 — Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas — Assenza ta’ komunikazzjoni jew ta’ notifika valida — Effetti — Ordni għal ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva — Oppożizzjoni — Reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali — Termini)

10

2014/C 395/13

Kawża C-157/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Nickel & Goeldner Spedition GmbH vs Kintra UAB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 1(2)(b) — Kunċett ta’ falliment — Azzjoni għall-ħlas ta’ kreditu mibdija mil-istralċjarju — Kreditu li jirriżulta minn trasport internazzjonali ta’ merkanzija — Relazzjonijiet bejn ir-Regolament Nru 1346/2000 u r-Regolament Nru 44/2001 u l-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq (CMR))

11

2014/C 395/14

Kawża C-162/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Damijan Vnuk vs Zavarovalnica Triglav d.d. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ użu ta’ vetturi — Inċident ikkawżat fil-bitħa ta’ razzett minn trattur li kien qed jirmonka trejler)

11

2014/C 395/15

Kawżi Magħquda C-184/13 sa C-187/13, C-194/13, C-195/13 u C-208/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – API -Anonima Petroli Italiana SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico (C–184/13), ANCC-Coop – Associazione Nazionale Cooperative di Consumatori et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti et (C-185/13), Air Liquide Italia SpA et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico (C-186/13), Confetra – Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Osservatorio sulle Attività di Trasporto, Ministero dello Sviluppo economico (C-187/13), Esso Italiana Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico (C-194/13), Confindustria – Confederazione generale dell’industria italiana et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo económico (C-195/13), Autorità garante della concorrenza e del mercato vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo económico (C-208/13) Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Transport bit-triq — Ammont tal-ispejjeż minimi tal-operat iddeterminat minn organu li jirrappreżenta l-operaturi kkonċernati — Assoċjazzjoni ta’ impriżi — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni — Għan ta’ interess ġenerali — Sigurtà fit-toroq — Proporzjonalità

12

2014/C 395/16

Kawża C-192/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond ta’ koeżjoni — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Eżistenza ta’ terminu — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu impost — Konsegwenzi)

14

2014/C 395/17

Kawża C-197/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond ta’ koeżjoni — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Eżistenza ta’ terminu — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu impost — Konsegwenzi)

15

2014/C 395/18

Kawża C-211/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 63 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq id-donazzjonijiet u s-suċċessjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi tnaqqis ikbarjekk il-mejjet, fil-mument ta’ mewtu, id-donatur jew il-benefiċjarju kienu jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru — Suġġett tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni)

15

2014/C 395/19

Kawża C-256/13 u C-264/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Provincie Antwerpen vs Belgacom NV van publiek recht (C-256/13), Mobistar NV (C-264/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Artikolu 6 — Kondizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi — Artikolu 13 — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta lill-impriżi għal ħlas ta’ taxxa fuq l-istabbilimenti)

16

2014/C 395/20

Kawża C-318/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn X (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 79/7/KEE — Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għal ħaddiema impjegati fil-każ ta’ inċident — Kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għal dannu permanenti — Kalkolu attwarjali bbażat fuq aspettattiva tat-tul tal-ħajja medja skont is-sess tal-benefiċjarju tal-imsemmi kumpens — Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat tad-dritt tal-Unjoni)

17

2014/C 395/21

Kawża C-327/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – il-Belġju) – Burgo Group SpA vs Illochroma SA, fi stralċ, Jérôme Theetten, fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju tal-kumpannija Illochroma SA (Rinviju preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedura ta’ insolvenza — Kunċett ta’ stabbiliment — Grupp ta’ kumpanniji — Stabbiliment — Dritt li tiftaħ proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza — Kriterji — Persuna awtorizzata li titlob il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza)

17

2014/C 395/22

Kawża C-351/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/74/KE — Artikoli 3 u 5(2) — Trobbija tat-tiġieġ li jbid — Gaġeġ mhux żviluppati — Projbizzjoni — Trobbija tat-tiġieġ li jbid f’gaġeġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva)

18

2014/C 395/23

Kawża C-410/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas – il-Litwanja) – Baltlanta UAB vs Lietuvos valstybė [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Fondi strutturali — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Artikolu 38 — Regolament (KE) Nru 2792/1999 — Artikolu 19 — Sajd — Tilwim ġudizzjarju fuq livell nazzjonali — Obbligu tal-Istat Membru li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni tajba tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna fi tmiem it-tilwim ġudizzjarju]

19

2014/C 395/24

Kawża C-452/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – Germanwings GmbH vs Ronny Henning (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikoli 2, 5 u 7 — Dritt għal kumpens f’każ ta’ dewmien twil ta’ titjira — Tul tad-dewmien — Kunċett ta’ ħin tal-wasla)

20

2014/C 395/25

Kawża C-532/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi — Regolament (KE) Nru 338/97 — Artikolu 11 — Nullità ta’ permess ta’ importazzjoni limitata għal speċi ta’ annimali li huma effettivament ikkonċernati mir-raġuni għal nullità)

20

2014/C 395/26

Kawża C-417/14 RX: Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-eżami mill-ġdid) tad-9 ta’ Settembru 2014 li tiġi eżaminata mill-ġdid is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-401/11 P, Livio Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2014/C 395/27

Kawża C-367/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

21

2014/C 395/28

Kawża C-377/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Praze (Ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – Ernst Georg Radlinger u Helena Radlingerová vs FINWAY a.s.

22

2014/C 395/29

Kawża C-378/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – Bundesagentur für Arbeit – Familienkasse Sachsen vs Tomislaw Trapkowski

24

2014/C 395/30

Kawża C-403/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – Vekos Trade AD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika, Varna, pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

24

2014/C 395/31

Kawża C-413/14 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2014 minn Intel Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Ġunju 2014 fil-Kawża T-286/09, Intel Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2014/C 395/32

Kawża C-431/14 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-52/12, Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni

27

2014/C 395/33

Kawża C-449/14 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2014 minn DTS Distribuidora de Televisión Digital, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-11 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-533/10, DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni

27

2014/C 395/34

Kawża C-450/14 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 minn Kinonia tis Pliroforias Anikhti stis Eidikes Anagkes – Isotis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-59/11, Isotis vs Il-Kummissjoni

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 395/35

Kawża T-340/07 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt dwar l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għal proġett fil-kuntest tal-programm eContent — Rexissjoni tal-kuntratt mill-Kummissjoni — Rimbors tal-ispejjeż eliġibbli)

31

2014/C 395/36

Kawża T-498/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Rinnovament ta’ sit internet — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterji ta’ għoti — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Talba għad-danni)

31

2014/C 395/37

Kawża T-601/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Logħob online — Stabbiliment fid-Danimarka ta’ taxxi inqas għolja għal-logħob online milli għall-casinos u għas-swali tal-logħob — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Għajnuna intiża li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet — Nuqqas ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni — Inammissibbiltà)

32

2014/C 395/38

Kawża T-615/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Royal Scandinavian Casino Århus vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Logħob online — Stabbiliment fid-Danimarka ta’ taxxi inqas għoljin għal-logħob online meta mqabbla ma’ dawk imposti fuq każinos u postijiet tal-logħob — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet — Nuqqas ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

33

2014/C 395/39

Kawża T-669/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokument li joriġina mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot — Artikolu 4(4) u (5) — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Rifjut ta’ aċċess — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Aċċess parzjali — Interess pubbliku superjuri]

34

2014/C 395/40

Kawża T-51/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2014 – Scooters India vs UASI – Brandconcern (LAMBRETTA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali LAMBRETTA — Uużu ġenwin mit-trade mark — Revoka parzjali — Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2014/C 395/41

Kawżi magħquda T-91/12 u T-280/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Flying Holding et vs Il-Kummissjoni [Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u kiri ta’ ajruplani użati bħala taxi — Ċaħda tal-kandidatura — Artikolu 94(b) tar-regolament finanzjarju — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 134(5) tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-regolament finanzjarju — Rikors għal annullament — Ittra li tirrispondi għal talba tar-rikorrenti — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Deċiżjoni ta’ attribuzzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

35

2014/C 395/42

Kawża T-132/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2014 – Scooters India vs UASI – Brandconcern (LAMBRETTA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali LAMBRETTA — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

36

2014/C 395/43

Kawża T-171/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Peri vs UASI [Forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle)] [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle) — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

36

2014/C 395/44

Kawża T-177/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Spraylat vs ECHA (REACH — Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva — Proporzjonalità)

37

2014/C 395/45

Kawża T-199/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Euro-Link Consultants u European Profiles vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Proġett ta’ sostenn u ta’ diversifikazzjoni tat-turiżmu fil-Krimea — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Att li ma jistax ikun suġġett għal rikors — Att konfermattiv — Inammissibbiltà parzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterji ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Ugwaljanza fit-trattament)

38

2014/C 395/46

Kawża T-306/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Interess pubbliku superjuri — Aċċess parzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni]

38

2014/C 395/47

Kawża T-445/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Koscher + Würtz vs UASI – Kirchner & Wilhelm (KW SURGICAL INSTRUMENTS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva KW SURGICAL INSTRUMENTS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Ka We — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Firxa tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Rikors ippreżentat quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni — Rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-kundizzjoni tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Żball ta’ liġi — Setgħa ta’ riforma)

39

2014/C 395/48

Kawża T-474/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Giorgis vs UASI – Comigel (Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

40

2014/C 395/49

Kawża T-484/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – CEWE Stiftung vs UASI (SMILECARD) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SMILECARD — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

41

2014/C 395/50

Kawża T-490/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Arnaldo Mondadori Editore vs UASI – Grazia Equity (GRAZIA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAZIA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti GRAZIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ xebh tal-prodotti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 — Reputazzjoni — Assenza ta’ rabta bejn it-trade marks inkwistjoni]

41

2014/C 395/51

Kawża T-516/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Ted-Invest vs UASI – Scandia Down (sensi scandia) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva Komunitarja sensi scandia — Trade mark komunitarja preċedenti SCANDIA HOME — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

42

2014/C 395/52

Kawża T-86/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Grazyte vs Il-Kummissjoni [Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Perijodu deċennali ta’ referenza — Funzjonijiet f’organizzazzjoni internazzjonali]

43

2014/C 395/53

Kawża T-222/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – B&S Europe vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-għajnuna minn barra l-Unjoni — Ċaħda tal-kandidatura — Kriterji ta’ selezzjoni — Kuntratti maqsuma f’partijiet — Proġett ta’ referenza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amminsitrazzjoni tajba — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ imparzjalità — Prinċipju ta’ kontradittorju)

43

2014/C 395/54

Kawża T-256/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (Politika soċjali — Programmi ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam taż-żgħażagħ — Rimbors parzjali tal-finanzjament imħallas — Ineliġibbiltà ta’ ċerti somom — Qbiż tal-limitu previst għal kategorija ta’ azzjonijiet — Implementazzjoni mill-aġenziji nazzjonali tal-proċeduri ta’ rkupru tas-somom użati indebitament mingħand il-benefiċjarji finali)

44

2014/C 395/55

Kawża T-263/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Lausitzer Früchteverarbeitung vs UASI – Rivella International (holzmichel) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva holzmichel — Trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti Michel u Michel POWER — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

45

2014/C 395/56

Kawża T-266/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Settembru 2014 – Brainlab vs UASI (Curve) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Curve — Raġuni relattiva għal rifjut — Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità — Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009]

45

2014/C 395/57

Kawża T-605/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Alma-The Soul of Italian Wine vs UASI – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIÑA SOL — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni]

46

2014/C 395/58

Kawża T-614/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Romonta vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 ’l quddiem — Deċiżjoni 2011/278/UE — Miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali ppreżentati mill-Ġermanja — Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi — Libertà professjonali u libertà tal-intrapriża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità)

47

2014/C 395/59

Kawża T-629/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Molda vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Regoli tranżitorji għall-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet mill-2013 — Deċiżjoni 2011/278/UE — Miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali ppreżentati mill-Ġermanja — Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi — Libertà professjonali u libertà tal-intrapriża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità)

47

2014/C 395/60

Kawża T-630/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – DK Recycling und Roheisen vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’gassijiet serra — Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 — Deċiżjoni 2011/278/UE — Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja — Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi — Libertà tal-intrapriża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità)

48

2014/C 395/61

Kawża T-631/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Raffinerie Heide vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’gassijiet serra — Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 — Deċiżjoni 2011/278/UE — Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja — Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi — Libertà tal-intrapriża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità)

49

2014/C 395/62

Kawża T-634/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Arctic Paper Mochenwangen vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 — Deċiżjoni 2011/278/UE — Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja — Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi — Libertà tal-intrapriża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità)

49

2014/C 395/63

Kawża T-512/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Green Source Poland vs Il-Kummissjoni

50

2014/C 395/64

Kawża T-565/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni

51

2014/C 395/65

Kawża T-575/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Larymnis Larko vs Il-Kummissjoni Ewropea

52

2014/C 395/66

Kawża T-576/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Larymnis LARKO vs Il-Kummissjoni

53

2014/C 395/67

Kawża T-639/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2014 – DEI vs Il-Kummissjoni

54

2014/C 395/68

Kawża T-649/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2014 – NTS Energie- und Transportsysteme vs UASI – Schütz (X-Windwerk)

55

2014/C 395/69

Kawża T-661/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2014 – Ir-Repubblika tal-Latvja vs Il-Kummissjoni Ewropea

56

2014/C 395/70

Kawża T-663/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2014 – International gaming projects vs UASI (BIG BINGO)

57

2014/C 395/71

Kawża T-667/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2014 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

58

2014/C 395/72

Kawża T-677/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Biogaran vs Il-Kummissjoni

59

2014/C 395/73

Kawża T-686/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummisjoni

60

2014/C 395/74

Kawża T-702/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2014 – Hamas vs Il-Kunsill

61

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 395/75

Kawża F-12/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 – CQ vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Interpreti tal-konferenzi li huma membri tal-persunal (AIC) — Artikolu 90 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Fastidju psikoloġiku — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Regoli interni rigward il-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol — Kunfidenzjalità tax-xogħol tal-imsemmi kumitat — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni)

63

2014/C 395/76

Kawża F-91/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 – DF vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Spejjeż tal-ivvjaġġar — Kollokament tar-rikorrent fil-pajjiż ta’ nazzjonalità tiegħu — Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

63

2014/C 395/77

Kawża F-100/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Julien-Maley et vs SEAE (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li temenda l-lista tal-pajjiżi terzi li l-kundizzjonijiet tal-ħajja tagħhom huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni — Att ta’ portata ġenerali — Ammissibbiltà tar-rikors — Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja — Tneħħija)

64

2014/C 395/78

Kawża F-101/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Osorio et vs SEAE (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tbiddel il-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom il-kundizzjonijiet tal-ħajja huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni — Att ta’ portata ġenerali — Ammissibbiltà tar-rikors — Evalwazzjoni annwali tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja — Tneħħija)

65

2014/C 395/79

Kawża F-117/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembre 2014 – Wahlström vs Frontex (Servizz pubbliku — Persunal ta’ Frontex — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Proċedura ta’ tiġdid — Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal smigħ — Ksur — Influwenza fuq is-sens tad-deċiżjoni)

65

2014/C 395/80

Kawża F-120/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 – KE (*1) vs ERA (Servizz publiku — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Persunal ta’ aġenzija — Tnaqqis tal-ħaddiema — Kuntest finanzjarju multiannwali tal-ERA — Tneħħija ta’ żewġ pożizzjonijiet tat-tabella tal-ħaddiema — Osservanza tal-formalitajiet essenzjali — Dritt ta’ smigħ — Direttivi interni — Interess tas-servizz)

66

2014/C 395/81

Kawża F-149/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Invalidità — Allowance tal-invalidità — Tnaqqis fuq l-allowance tal-invalidità)

66

2014/C 395/82

Kawża F-111/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Prigent vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/230/12 (AD5) u EPSO/AD/231/12 (AD7) — Kundizzjoni ta’ eliġibbiltà dwar l-esperjenza professjonali tal-kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 (AD7) mhux issodisfatta — Assenjazzjoni mill-ġdid għall-kompetizzjoni EPSO/AD/230/12 (AD5) — Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/230/12 (AD5) — Interess ġuridiku — Tardività tal-ilment — Talbiet għal eżami mill-ġdid suċċessivi)

67

2014/C 395/83

Kawża F-37/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – Ojamaa vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Awtorità tal-Ħatra — Att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta)

68

2014/C 395/84

Kawża F-77/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

68

2014/C 395/85

Kawża F-108/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Settembru 2014 – Loescher vs Il-Kunsill

69


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2014/C 395/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 388, 3.11.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 380, 27.10.2014

ĠU C 372, 20.10.2014

ĠU C 361, 13.10.2014

ĠU C 351, 6.10.2014

ĠU C 339, 29.9.2014

ĠU C 329, 22.9.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-114/12) (1)

((Rikors għal annullament - Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea - Ftehimiet internazzjonali - Protezzjoni tad-drittijiet relatati ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir - Negozjati dwar konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa - Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li tawtorizza l-parteċipazzjoni konġunta tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fin-negozjati - Artikolu 3(2) TFUE - Kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni))

(2014/C 395/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Hetsch, L. Gussetti u J. Samnadda, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos u D. Warin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Legal, J.-P. Hix, F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer, D. Hadroušek u J. Králová, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, B. Beutler u N. Graf Vitzthum, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Szpunar, B. Majczyna, M. Drwięcki u E. Gromnicka, sussegwentement minn dawn it-tlieta tal-aħħar, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell, aġent, assistit minn R. Palmer, barrister)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri miġbura fil-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 2011, dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha f’negozjati għal Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir hija annullata.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-127/12) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 21 TFUE u 63 TFUE - Ftehim ŻEE - Artikoli 28 u 40 - Taxxa tas-Suċċessjoni u Donazzjoni - Kodiviżjoni ta’ kompetenzi fiskali - Diskriminazzjoni bejn residenti u mhux residenti - Diskriminazzjoni abbażi tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli - Oneru tal-prova))

(2014/C 395/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels, R. Lyal u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, billi ppermetta l-introduzzjoni ta’ ntaxxar ta’ donazzjonijiet u ta’ suċċessjonijiet bejn l-aventi kawża u d-donaturi li jirresjedu fi Spanja u dawk li ma jirresjedux hemmhekk, bejn id-de cujus li jirresjedu fi Spanja u dawk li ma jirresjedux hemmhekk u bejn id-donazzjonijiet u t-trasferimenti simili ta’ proprjetajiet immobbli li jinsabu fit-territorju Spanjol u ta’ dawk li qegħdin barra l-pajjiż.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-237/12) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/676/KEE - Artikolu 5(4) - Punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II - Punti 1.1 sa 1.3 u 2 tal-Anness III - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Perijodi għall-applikazzjoni fuq l-art ta’ demel - Kapaċità tal-kontenituri għall-ħażna tad-demel tal-bhejjem - Limitazzjoni tal-applikazzjoni fuq l-art - Projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni fuq art b’xaqliba wieqfa ħafna jew fuq art iffriżata jew miksija bil-borra - Nuqqas ta’ konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali))

(2014/C 395/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, B. Simon u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, S. Menez u D. Colas, aġenti)

Dispożittiv

1)

Peress li ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura l-implementazzjoni kompleta u korretta tar-rekwiżit kollha imposti fuqha permezz tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, moqri flimkien mal-punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II u mal-punti 1.1 sa 1.3 u 2 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva, sa fejn, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata sabiex tiġi żgurata l-implementazzjoni ta’ din id-direttiva:

ma humiex previsti perijodi ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni fuq l-art ta’ fertilizzanti tat-tip I għall-uċuħ tar-raba’ l-kbar miżrugħa fil-ħarifa kif ukoll għall-mergħat li jkunu miżrugħa għal iktar minn sitt xhur;

il-perijodu ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip I għall-uċuħ tar-raba’ l-kbar miżrugħa fir-rebbiegħa huwa limitat għal Lulju u għal Awwissu;

il-projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip II għall-uċuħ tar-raba’ l-kbar miżrugħa fil-ħarifa hija limitata għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru u l-15 ta’ Jannar u l-projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip III għall-istess uċuħ tar-raba’ ma tapplikax għall-perijodu wara l-15 ta’ Jannar;

il-perijodu ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip II għall-uċuħ tar-raba’ l-kbar miżrugħa fir-rebbiegħa ma huwiex estiż għall-perijodu ta’ wara l-15 ta’ Jannar;

il-perijodu ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip II għall-mergħat li jkunu miżrugħa għal iktar minn sitt xhur huwa previst li jibda biss mill-15 ta’ Novembru u l-projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip III għall-istess mergħat u fir-reġjuni muntanjużi ma hijiex estiża sal-aħħar ta’ Frar;

sal-1 ta’ Lulju 2016, il-kalkolu tal-kapaċitajiet ta’ ħażna ser ikun għadu jista’ jsir billi jittieħed inkunsiderazzjoni kalendarju ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni fuq l-art li ma huwiex konformi mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva;

il-ħażna fl-għelieqi tal-kompost ta’ tiben u demel hija awtorizzata għal perijodu ta’ għaxar xhur;

din il-leġiżlazzjoni ma tiżgurax li l-bdiewa u l-awtoritajiet ta’ kontroll ikunu jistgħu jikkalkolaw b’mod korrett il-kwantità ta’ nitroġenu li tista’ tiġi applikata fuq l-art sabiex jiġi żgurat l-ekwilibriju tal-fertilizzazzjoni;

fir-rigward tal-baqar imrobbija għall-ħalib, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ kwantità ta’ nitroġenu prodotta li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-livelli differenti ta’ produzzjoni tal-ħalib u fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

fir-rigward tal-annimali tal-ifrat l-oħra, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma bbażati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

fir-rigward tal-ħnieżer, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu ma humiex iffissati fir-rigward tad-demel solidu;

fir-rigward tat-tjur tar-razzett, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni żbaljat ta’ 60 %;

fir-rigward tan-nagħaġ, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

fir-rigward tal-mogħoż, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

fir-rigward taż-żwiemel, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

fir-rigward tal-fniek, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 60 %;

l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tinkludix kriterji ċari, preċiżi u oġġettivi, inkonformità mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq l-artijiet b’xaqliba wieqfa; u

l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip I u III fuq l-artijiet iffriżati, l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip I fuq l-artijiet miksija bil-borra, l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq l-artijiet li jkunu ffriżati biss fil-wiċċ u li jinbidlu minn stat iffriżat għal stat mhux iffriżat f’erbgħa u għoxrin siegħa, kif ukoll l-applikazzjoni fuq l-artijiet iffriżati ta’ kompost ta’ tiben u demel u ta’ kompost ta’ demel tal-bhejjem, huma awtorizzati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – YKK Corp., YKK Holding Europe BV, YKK Stocko Fasteners GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(C-408/12 P) (1)

([Appell - Akkordji - Swieq taż-żippijiet u tipi oħra ta’ qafliet kif ukoll magni li jwaħħlu - Responsabbiltajiet suċċessivi - Limitu legali tal-multa - Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 - Kunċett ta’ ‘impriża’ - Responsabbiltà personali - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Multiplikatur ta’ dissważjoni])

(2014/C 395/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: YKK Corp., YKK Holding Europe BV, YKK Stocko Fasteners GmbH (rappreżentanti: D. Arts, W. Devroe, E. Winter u F. Miotto, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u R. Sauer, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea YKK et vs Il-Kummissjoni (EU:T:2012:322), hija annullata f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont massimu tal-multa, fil-kuntest tal-kooperazzjoni fi ħdan iċ-ċrieki Bâle-Wuppertal u Amsterdam fis-suq tal-qafliet metalliċi u tal-plastik u tal-magni li jwaħħlu, b’limitu ta’ 10 % ikkalkulat fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ tal-grupp YKK matul is-sena preċedenti għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4257 finali, tad-19 ta’ Settembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-[Artikolu 81 KE] (Każ COMP/39.168 – PO/Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet), fir-rigward tal-perijodu tal-ksur li għalih YKK Stocko Fasteners GmbH ġiet ikkunsidrata unikament responsabbli.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni C (2007) 4257 finali hija annullata f’dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-multa li YKK Stocko Fasteners GmbH kienet unikament responsabbli għaliha fil-kuntest tal-kooperazzjoni fi ħdan iċ-ċrieki Bâle-Wuppertal u Amsterdam.

4)

Il-multa imposta fuq YKK Stocko Fasteners GmbH għall-ksur li tiegħu hija kienet esklużivament responsabbli, fil-kuntest tal-kooperazzjoni fi ħdan iċ-ċrieki Bâle-Wuppertal u Amsterdam, hija ffissata għal EUR 2 792 800.

5)

YKK Corporation, YKK Holding Europe BV u YKK Stocko Fasteners GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, f’dak li jirrigwarda kemm il-proċeduri tal-ewwel istanza kif ukoll il-proċeduri tal-appell.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għal kwart mill-ispejjeż tagħha, f’dak li jirrigwarda kemm il-proċeduri tal-ewwel istanza kif ukoll il-proċeduri tal-appell.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Schiebel Aircraft GmbH vs Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend

(Kawża C-474/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-ħaddiema - Nondiskriminazzjoni - Artikolu 346(1)(b) TFUE - Protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà ta’ Stat Membru - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li r-rappreżentanti legali ta’ kumpannija li teżerċita l-kummerċ ta’ armi, ta’ munizzjon u ta’ materjal tal-gwerra f’dan l-Istat għandu jkollhom in-nazzjonalità tal-Istat imsemmi))

(2014/C 395/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schiebel Aircraft GmbH

Konvenuta: Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend

Dispożittiv

L-Artikoli 45 TFUE u 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-kumpanniji li jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet fil-qasam tal-kummerċ ta’ armi u ta’ munizzjon militari u f’dak tal-intermedjar fix-xiri u fil-bejgħ ta’ dawn tal-aħħar, li l-membri tal-korpi ta’ rappreżentanza legali tagħhom jew is-soċju direttur tagħhom ikollu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-Istat Membru li jinvoka l-benefiċċju tal-Artikolu 346(1)(b) TFUE bil-għan li jiġġustifika tali leġiżlazzjoni jistax jipprova l-ħtieġa li jirrikorri għad-deroga stabbilita f’din id-dispożizzjoni bil-għan li jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Société nationale maritime Corse-Méditerranée (SNCM) SA vs Corsica Ferries France SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża (C-533/12), Ir-Repubblika Franċiża vs Corsica Ferries France SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Société nationale maritime Corse-Méditerranée (SNCM) SA (C-536/12)

(Kawżi magħquda C-533/12 P u C-536/12 P) (1)

((Appell - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Test ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq - Rekwiżit ta’ analiżi settorjali u ġeografika - Prattika suffiċjentement stabbilita - Razzjonalità ekonomika għal perijodu twil - Ħlas ta’ allowances addizzjonali ta’ tkeċċija))

(2014/C 395/07)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

(Kawża C-533/12 P)

Appellanti: Société nationale maritime Corse-Méditerranée (SNCM) SA (rappreżentanti: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Corsica Ferries France SAS (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, N. Rouam u J. Rossi, aġenti)

(Kawża C-533/12 P)

Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas, N. Rouam u J. Rossi, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Corsica Ferries France SAS (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea, Société nationale maritime Corse-Méditerranée (SNCM) SA (rappreżentanti: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Is-Société nationale maritime Corse-Méditérrannée (SNCM) SA u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Corsica Ferries France SAS, b’mod indaqs.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Michal Zeman vs Krajské riaditeľstvo Policajného zboru v Žiline

(Kawża C-543/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 91/477/KEE - Ħruġ tal-Pass Ewropew tal-armi tan-nar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-ħruġ ta’ tali pass biss għall-pussessuri ta’ armi tan-nar għal finijiet tal-prattika tal-kaċċa jew tal-isparar fuq bersall))

(2014/C 395/08)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michal Zeman

Konvenut: Krajské riaditeľstvo Policajného zboru v Žiline

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1991, dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi, kif emendata bid-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza l-ħruġ ta’ Pass Ewropew tal-armi tan-nar biss lill-pussessuri ta’ arma għall-finijiet tal-prattika tal-kaċċa jew tal-isparar fuq bersall.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Litwanja) – Air Baltic Corporation AS vs Valsts robežsardze

(Kawża C-575/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 810/2009 - Artikoli 24(1) u 34 - Viża uniformi - Annullament jew revoka ta’ viża uniformi - Validità ta’ viża uniformi mwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar annullat - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Artikoli 5(1) u 13(1) - Verifiki fuq il-fruntieri - Kundizzjonijiet għad-dħul - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi viża valida mwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar validu))

(2014/C 395/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Air Baltic Corporation AS

Konvenut: Valsts robežsardze

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 24(1) u 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-annullament, minn awtorità ta’ pajjiż terz, ta’ dokument tal-ivvjaġġar ma jwassalx, ipso jure, għall-invalidità ta’ viża uniformi mwaħħla fuq dan id-dokument.

2)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 265/2010 tal-Parlament Ewropew, tal-25 ta’ Marzu 2010, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġettax id-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fit-territorju tal-Istati Membri għall-kundizzjoni li, mal-verifika fuq il-fruntieri, il-viża valida ppreżentata tkun neċessarjament imwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar validu.

3)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 265/2010, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1), ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta d-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għall-kundizzjoni li, mal-verifika fuq il-fruntieri, il-viża valida ppreżentata għandha neċessarjament tkun imwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar validu.


(1)  ĠU C 38, 9.2.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs GMAC UK PLC

(Kawża C-589/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Sitt Direttiva 77/388/KEE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11Ċ(1) - Effett dirett - Tnaqqis tal-valur taxxabbli - Twettiq ta’ żewġ tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-istess oġġetti - Kunsinni ta’ oġġetti - Karozzi, mibjugħa bil-hire-purchase, li ttieħed il-pussess tagħhom lura, u li nbiegħu mill-ġdid bl-irkant - Abbuż ta’ dritt))

(2014/C 395/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenuta: GMAC UK PLC

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11Ċ(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, Stat Membru ma jistax jipprojbixxi lil persuna taxxabbli milli tinvoka l-effett dirett ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward ta’ tranżazzjoni, minħabba li din il-persuna taxxabbli tista’ tinvoka dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fir-rigward ta’ tranżazzjoni oħra li tirrigwarda l-istess oġġetti u minħabba li l-applikazzjoni kumulattiva ta’ dawn id-dispożizzjonijiet twassal għal riżultat fiskali globali li la d-dritt nazzjonali u lanqas is-Sitt Direttiva 77/388, applikati b’mod separat għal dawn it-tranżazzjonijiet, ma jipproduċu jew ma huma intiżi li jipproduċu.


(1)  ĠU C 71, 09.03.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermaniż) – Simon, Evers & Co GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(C-21/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Dazji antidumping - Regolament (KE) Nru 499/2009 - Validità - Importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw miċ-Ċina - Importazzjoni tal-istess prodotti mibgħuta mit-Tajlandja - Evażjoni - Prova - Rifjut ta’ kooperazzjoni))

(2014/C 395/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Simon, Evers & Co GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Dispożittiv

Mill-eżami tad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le.


(1)  ĠU C 144, 20.04.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Amtsgericht Wedding – il-Ġermanja) – eco cosmetics GmbH & Co. KG vs Virginie Laetitia Barbara Dupuy (C-119/13), Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. mbH vs Tetyana Bonchyk (C-120/13)

(Kawżi magħquda C-119/13 u C-120/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Assenza ta’ komunikazzjoni jew ta’ notifika valida - Effetti - Ordni għal ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva - Oppożizzjoni - Reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali - Termini))

(2014/C 395/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wedding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: eco cosmetics GmbH & Co. KG (C-119/13), Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. mbH (C-120/13)

Konvenuti: Virginie Laetitia Barbara Dupuy (C-119/13), Tetyana Bonchyk (C-120/13)

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proċeduri previsti fl-Artikoli 16 sa 20 ta’ dan ir-regolament ma jkunux applikabbli meta jirriżulta li ordni għal ħlas Ewropea ma tkunx ġiet ikkomunikata jew innotifikata b’mod konformi mal-istandards minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 tal-imsemmi regolament.

Meta jkun biss wara d-dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva ta’ ordni għal ħlas Ewropea li tali irregolarità tiġi rrivelata, il-konvenut għandu jkollu l-opportunità li jinvoka din l-irregolarità, li għandha, jekk tiġi debitament ipprovata, twassal għall-invalidità ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ forza eżekuttiva.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Nickel & Goeldner Spedition GmbH vs “Kintra” UAB

(Kawża C-157/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn” - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1(2)(b) - Kunċett ta’ “falliment” - Azzjoni għall-ħlas ta’ kreditu mibdija mil-istralċjarju - Kreditu li jirriżulta minn trasport internazzjonali ta’ merkanzija - Relazzjonijiet bejn ir-Regolament Nru 1346/2000 u r-Regolament Nru 44/2001 u l-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq (CMR)))

(2014/C 395/13)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nickel & Goeldner Spedition GmbH

Konvenuta:“Kintra” UAB

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-azzjoni għall-ħlas ta’ kreditu bbażata fuq il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport, eżerċitata mil-istralċjarju ta’ impriża fi stralċ, imsemmija fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza miftuħa fi Stat Membru, u diretta kontra l-benefiċjarju ta’ dawn is-servizzi, stabbilita fi Stat Membru ieħor.

2)

L-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ li l-kawża taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni kemm ta’ dan ir-regolament kif ukoll f’dak tal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq, iffirmata f’Genève fid-19 ta’ Mejju 1956, kif emendata mill-Protokoll iffirmat f’Genève fil-5 ta’ Lulju 1978, Stat Membru jista’, skont l-Artikolu 71(1) tal-imsemmi regolament, japplika r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni previsti fl-Artikolu 31(1) ta’ din il-konvenzjoni.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Damijan Vnuk vs Zavarovalnica Triglav d.d.

(Kawża C-162/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Inċident ikkawżat fil-bitħa ta’ razzett minn trattur li kien qed jirmonka trejler))

(2014/C 395/14)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Damijan Vnuk

Konvenuta: Zavarovalnica Triglav d.d

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” li jidher hemmhekk kwalunkwe użu ta’ vettura li huwa konformi mal-funzjoni normali ta’ dik il-vettura. Għaldaqstant tista’ taqa’ taħt l-imsemmi kunċett il-manuvra ta’ trattur fil-bitħa ta’ razzett sabiex jiddaħħal f’matmura t-trejler ta’ dan it-trattur, bħal fil-kawża prinċipali, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – API -Anonima Petroli Italiana SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico (C–184/13), ANCC-Coop – Associazione Nazionale Cooperative di Consumatori et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti et (C-185/13), Air Liquide Italia SpA et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico (C-186/13), Confetra – Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Osservatorio sulle Attività di Trasporto, Ministero dello Sviluppo economico (C-187/13), Esso Italiana Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico (C-194/13), Confindustria – Confederazione generale dell’industria italiana et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo económico (C-195/13), Autorità garante della concorrenza e del mercato vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo económico (C-208/13)

(Kawżi Magħquda C-184/13 sa C-187/13, C-194/13, C-195/13 u C-208/13) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Transport bit-triq - Ammont tal-ispejjeż minimi tal-operat iddeterminat minn organu li jirrappreżenta l-operaturi kkonċernati - Assoċjazzjoni ta’ impriżi - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Għan ta’ interess ġenerali - Sigurtà fit-toroq - Proporzjonalità”)

(2014/C 395/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-184/13)

Rikorrenti: API – Anonima Petroli Italiana SpA

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico

Fil-preżenza ta’: FEDIT – Federazione Italiana Trasportatori, Bertani Remo di Silvio Bertani e C. Srl, Transfrigoroute Italia Assotir, Confartigianato Trasporti

(Kawża C-185/13)

Rikorrenti: ANCC-Coop – Associazione Nazionale Cooperative di Consumatori, ANCD – Associazione Nazionale Cooperative Dettaglianti, Sviluppo Discount SpA, Centrale Adriatica Soc. coop., Coop Consorzio Nord Ovest Soc. cons. arl, Coop Italia Consorzio Nazionale non Alimentari Soc. coop., Coop Centro Italia Soc. coop., Tirreno Logistica Srl, Unicoop Firenze Soc. coop., Conad – Consorzio Nazionale Dettaglianti Soc. coop., Conad Centro Nord Soc. coop., Commercianti Indipendenti Associati Soc. coop., Conad del Tirreno Soc. coop., Pac2000A Soc. coop., Conad Adriatico Soc. coop., Conad Sicilia Soc. coop., Sicilconad Mercurio Soc. coop.

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico, Consulta generale per l’autotrasporto e la logistica, Osservatorio sulle attività di autotrasporto, Autorità garante della concorrenza e del mercato

Fil-preżenza ta’: Unatras – Unione Nazionale Associazioni Autostrasporto Merci, Brt SpA, Coordinamento Interprovinciale FAI, FIAP – Federazione Italiana Autotrasporti Professionali

(Kawża C-186/13)

Rikorrenti: Air Liquide Italia SpA et, Omniatransit Srl, Rivoira SpA, SIAD – Società Italiana Acetilene u Derivati SpA

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico,

Fil-preżenza ta’: TSE Group Srl

(Kawża C-187/13)

Rikorrenti: Confetra – Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica, Fedespedi – Federazione Nazionale delle Imprese di Spedizioni Internazionali, Assologistica – Associazione Italiana Imprese di Logistica Magazzini Generali Frigoriferi Terminal Operators Portuali, FISI – Federazione Italiana Spedizionieri Industriali, Federagenti – Federazione Nazionale Agenti Raccomandatari Marittimi e Mediatori Marittimi, Assofer – Associazione Operatori Ferroviari e Intermodali, Anama – Associazione Nazionale Agenti Merci Aeree, ACA Trasporti Srl, Automerci Srl, Eurospedi Srl, Safe Watcher Srl, Sogemar SpA, Number 1 Logistic Group SpA

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Osservatorio sulle Attività di Trasporto, Ministero dello Sviluppo economico,

Fil-preżenza ta’: Legacoop Servizi, Mancinelli Due Srl, Intertrasporti Srl, Confartigianato Trasporti

(Kawża C-194/13)

Rikorrenti: Esso Italiana Srl

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico,

Fil-preżenza ta’: Autosped G SpA, Transfrigoroute Italia Assotir, Confartigianato Trasporti

(Kawża C-195/13)

Rikorrenti: Confindustria – Confederazione generale dell’industria italiana, Unione Petrolifera, AITEC – Associazione Italiana Tecnico Economica del Cemento, ANCE – Associazione Nazionale Costruttori Edili, ANFIA – Associazione Nazionale Filiera Industria Automobilistica, Assocarta – Associazione Italiana Fra Industriali della Carta Cartoni e Paste per Carta, Assografici – Associazione Nazionale Italiana Industrie Grafiche Cartotecniche e Trasformatrici, Assovetro – Associazione Nazionale degli Industriali del Vetro, Confederazione Italiana Armatori, Confindustria Ceramica, Federacciai – Federazione imprese siderurgiche italiane, Federalimentare – Federazione Italiana Industria Alimentare, Federchimica – Federazione Nazionale Industria Chimica, Italmopa – Associazione Industriale Mugnai d’Italia, Burgo Group SpA, Cartesar SpA, Carteria Lucchese SpA, Cartiera del Garda SpA, Cartiera Modesto Cardella SpA, Eni SpA, Polimeri Europa SpA, Reno De Medici SpA, Sca Packaging Italia SpA, Shell Italia SpA, Sicem Saga SpA, Tamoil Italia SpA, Totalerg SpA

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico,

Fil-preżenza ta’: FEDIT – Federazione Italiana Trasporti, Autosped G SpA, Consorzio Trasporti Europei Genova, Transfrigoroute Italia Assotir, Coordinamento Interprovinciale FAI, FIAP – Federazione Italiana Autotrasporti Professionali, Semenzin Fabio Autotrasporti, Conftrasporto, Confederazione generale italiana dell’artigianato

(Kawża C-208/13)

Rikorrenti: Autorità garante della concorrenza e del mercato

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo economico,

Fil-preżenza ta’: Legacoop Servizi, Mancinelli Due Srl, Intertrasporti Srl, Roquette Italia SpA, Coordinamento Interprovinciale FAI, Conftrasporto, Confartigianato Trasporti, Transfrigoroute Italia Assotir, FIAP – Federazione Italiana Autotrasporti Professionali

Dispożittiv

L-Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li permezz tagħha l-prezz tas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għal terzi ma jistax ikun inqas mill-ispejjeż minimi tal-operat, li huma ffissati minn organu kompost prinċipalment minn rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-192/13 P) (1)

((Appell - Fond ta’ koeżjoni - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Eżistenza ta’ terminu - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu impost - Konsegwenzi))

(2014/C 395/16)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-235/11, EU:T:2013:49) hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 1023 finali, tat-18 ta’ Frar 2011, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta’ proġett intitolati “Provvista u istallazzjoni ta’ tagħmir ferrovjarju fuq il-linja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Madrid-Lérida” (CCI 1999.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma, fażi 1)” (CCI 2000.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Aċċess ferrovjarju għall-istazzjon il-ġdid ta’ Zaragoza” (CCI 2000.ES.16.C.PT.003), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell. Sub-sezzjoni X-A (Olérdola-Avinyonet del Penedés” (CCI 2001.ES.16.C.PT.007) “Aċċess ferrovjarju ġdid tal-linja b’veloċità għolja f’Levante. Sub-sezzjoni La Gineta-Albacete (pjattaforma)” (CCI 2004.ES.16.C.PT.014), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Renju ta’ Spanja u għall-ispejjeż tagħha stess, kemm fil-proċeduri tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell preżenti.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-197/13 P) (1)

((Appell - Fond ta’ koeżjoni - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Eżistenza ta’ terminu - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu impost - Konsegwenzi))

(2014/C 395/17)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-540/10, EU:T:2013:47) hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6154 finali, tat-13 ta’ Settembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta’ proġett intitolati “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni IX-A” (CCI 2001.ES.16.C.PT.005), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni X-B (Avinyonet del Penedès-Sant Sadurní d’Anoia)” (CCI 2001.ES.16.C.PT.008), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjonijiet XI-A u XI-B (Sant Sadurní d’Anoia-Gelida)” (CCI 2001.ES.16.C.PT.009) u “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni IX-C” (CCI 2001.ES.16.C.PT.010), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Renju ta’ Spanja u għall-ispejjeż tagħha stess, kemm fil-proċeduri tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell preżenti.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-211/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-donazzjonijiet u s-suċċessjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi tnaqqis ikbarjekk il-mejjet, fil-mument ta’ mewtu, id-donatur jew il-benefiċjarju kienu jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru - Suġġett tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))

(2014/C 395/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u W. Roels, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Wiedmann, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi tadotta u żżomm fis-seħħ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jipprovdu, fl-applikazzjoni tad-drittijiet ta’ suċċessjoni u ta’ donazzjoni għal dak li jikkonċerna proprjetà immobbli li tinsab fil-Ġermanja, li jingħata biss tnaqqis inqas jekk il-mejjet, fid-data tal-mewtu, jew id-donatur, fid-data li fiha jwettaq id-donazzjoni, u l-benefiċjarju, fid-data tal-fatt li jagħti lok għat-taxxa, kienu jirresjedu fi Stat Membru ieħor, filwaqt li jingħata tnaqqis kunsiderevolment ogħla jekk tal-inqas waħda miż-żewġ partijiet kienet tirresjedi fil-Ġermanja fl-imsemmija data, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 63 TFUE.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Provincie Antwerpen vs Belgacom NV van publiek recht (C-256/13), Mobistar NV (C-264/13)

(Kawża C-256/13 u C-264/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 6 - Kondizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi - Artikolu 13 - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta lill-impriżi għal ħlas ta’ taxxa fuq l-istabbilimenti))

(2014/C 395/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Provincie Antwerpen

Konvenuti: Belgacom NV van publiek recht (C-256/13), Mobistar NV (C-264/13)

Dispożittiv

L-Artikoli 6 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-operaturi li jipprovdu netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jiġu suġġetti, minħabba l-preżenza fuq il-proprjetà pubblika jew privata ta’ arbli, ta’ piluni jew ta’ antenni ta’ radjutelefonija mobbli neċessarji għall-attività tagħhom, għal taxxa ġenerali fuq l-installazzjonijiet.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn X

(Kawża C-318/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 79/7/KEE - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għal ħaddiema impjegati fil-każ ta’ inċident - Kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għal dannu permanenti - Kalkolu attwarjali bbażat fuq aspettattiva tat-tul tal-ħajja medja skont is-sess tal-benefiċjarju tal-imsemmi kumpens - Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat tad-dritt tal-Unjoni))

(2014/C 395/20)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Parti fil-kawża prinċipali

X

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-kalkolu ta’ benefiċċju soċjali statutorju mħallas minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol, l-applikazzjoni, bħala fattur attwarjali, tad-differenza fl-aspettattiva tal-ħajja bejn l-irġiel u n-nisa, meta l-applikazzjoni ta’ dan il-fattur twassal sabiex il-kumpens imħallas f’daqqa abbażi tal-imsemmi benefiċċju jkun inferjuri, meta dan jingħata lil raġel, għal dak li tirċievi mara tal-istess età li tkun tinsab f’sitwazzjoni simili.

2)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat Membru. Bl-istess mod, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix ksur “suffiċjentement ikkaratterizzat” tad-dritt tal-Unjoni, din il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma tatx deċiżjoni dwar il-legalità tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ fattur ibbażat fuq l-aspettattiva tal-ħajja medja skont is-sess waqt id-determinazzjoni ta’ benefiċċju mħallas abbażi ta’ skema statutorja ta’ sigurtà soċjali u li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7. Il-qorti tar-rinviju hija mfakkra wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-fakultà mogħtija lill-Istati Membri mil-leġiżlatur tal-Unjoni, li jimmanifesta ruħu fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplementa l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi, kif ukoll fl-Artikolu 9(1)(h) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol. Barra minn hekk, l-imsemmija qorti hija mfakkra li tikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fl-1 ta’ Marzu 2011 (C-236/09, EU:C:2011:100), li l-ewwel waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet hija invalida, peress li din tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa.


(1)  ĠU C 233, 10.08.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – il-Belġju) – Burgo Group SpA vs Illochroma SA, fi stralċ, Jérôme Theetten, fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju tal-kumpannija Illochroma SA

(Kawża C-327/13) (1)

((Rinviju preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċedura ta’ insolvenza - Kunċett ta’ “stabbiliment” - Grupp ta’ kumpanniji - Stabbiliment - Dritt li tiftaħ proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza - Kriterji - Persuna awtorizzata li titlob il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza))

(2014/C 395/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Burgo Group SpA

Konvenuti: Illochroma SA, fi stralċ, Jérôme Theetten, fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju tal-kumpannija Illochroma SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċedura ta’ insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ tqegħid fi stralċ ta’ kumpannija fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih għandha s-sede rreġistrata tagħha, din il-kumpannija tista’ tkun suġġetta wkoll għal proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza fl-Istat Membru l-ieħor, fejn ikollha s-sede rreġistrata tagħha u fejn hija jkollha personalità ġuridika.

2)

L-Artikolu 29(b) tar-Regolament Nru 1346/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwistjoni dwar liema persuna jew awtorità li hija awtorizzata li titlob il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza għandha tiġi evalwata abbażi tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jintalab il-ftuħ ta’ dawn il-proċedimenti. Id-dritt li jintalab il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza ma jistax madankollu jiġi limitat biss għall-kredituri ddomiċiljati jew li għandhom is-sede rreġistrata tagħhom fl-Istat Membru li fih qiegħed l-istabbiliment ikkonċernat jew biss għall-kredituri li d-dejn tagħhom joriġina mill-operat ta’ dan l-istabbiliment.

3)

Ir-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li, peress li l-proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza huma proċedimenti ta’ stralċ, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterji ta’ adegwatezza mill-qorti li quddiemha tressqet it-talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza taqa’ taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jintalab il-ftuħ ta’ dawn il-proċedimenti. Meta l-Istati Membri, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ tali proċedimenti, għandhom madankollu josservaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipji ġenerali tiegħu kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1346/2000.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-351/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/74/KE - Artikoli 3 u 5(2) - Trobbija tat-tiġieġ li jbid - Gaġeġ mhux żviluppati - Projbizzjoni - Trobbija tat-tiġieġ li jbid f’gaġeġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva))

(2014/C 395/22)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marcoulli u B. Schima, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I.-K. Chalkias u E. Leftheriotou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tiżgura li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, it-tiġieġ li jbid ma jitrabbiex iktar f’gaġeġ mhux żviluppati, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, tad-19 ta’ Lulju 1999, li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas – il-Litwanja) – “Baltlanta” UAB vs Lietuvos valstybė

(Kawża C-410/13) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Fondi strutturali - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Artikolu 38 - Regolament (KE) Nru 2792/1999 - Artikolu 19 - Sajd - Tilwim ġudizzjarju fuq livell nazzjonali - Obbligu tal-Istat Membru li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni tajba tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna fi tmiem it-tilwim ġudizzjarju])

(2014/C 395/23)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Baltlanta” UAB

Konvenuta: Lietuvos valstybė

fil-preżenza ta’: Nacionalinė mokėjimo agentūra prie Žemės ūkio ministerijos, Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija, Lietuvos Respublikos finansų ministerija

Dispożittiv

L-Artikolu 38(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali, l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999, tas-17 ta’ Diċembru 1999, li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2369/2002, tal-20 ta’ Diċembru 2002, kif ukoll is-Sezzjonijiet 6 u 7 tal-Linji gwida dwar it-tmiem tal-għajnuna (2000-2006) mill-Fondi Strutturali, adottati mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni COM(2006)3424 finali, tal-1 ta’ Awwissu 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeħtieġux li l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati jinformaw lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta’ tilwima ġudizzjarja fuq deċiżjoni amministrattiva dwar l-eliġibbiltà ta’ talba għal għajnuna finanzjarja bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jew li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġu rriżervati l-fondi previsti għal din l-għajnuna u li l-għoti tiegħu huwa s-suġġett ta’ din it-tilwima sakemm, il-kwistjoni ta’ dan l-għoti jiġi deċiż b’mod definittiv.


(1)  ĠU C 284, 28.09.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – Germanwings GmbH vs Ronny Henning

(Kawża C-452/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 2, 5 u 7 - Dritt għal kumpens f’każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Tul tad-dewmien - Kunċett ta’ “ħin tal-wasla”))

(2014/C 395/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Germanwings GmbH

Konvenut: Ronny Henning

Dispożittiv

L-Artikoli 2, 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “ħin tal-wasla”, użat sabiex tiġi ddeterminata l-portata tad-dewmien subit mill-passiġġieri ta’ titjira, jikkorrispondi għall-ħin meta jinfetaħ mill-inqas wieħed mill-bibien tal-ajruplan, fid-dawl tal-fatt li, f’dan il-mument, il-passiġġieri jkunu awtorizzati jitilqu mill-ajruplan.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség

(Kawża C-532/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi - Regolament (KE) Nru 338/97 - Artikolu 11 - Nullità ta’ permess ta’ importazzjoni limitata għal speċi ta’ annimali li huma effettivament ikkonċernati mir-raġuni għal nullità))

(2014/C 395/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sofia Zoo

Konvenuta: Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség

Dispożittiv

L-Artikolu 11(2)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-permess ta’ importazzjoni li ma josservax il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandu jiġu kkunsidrat bħala null unikament sa fejn dan jikkonċerna l-kampjuni li huma effettivament ikkonċernati mir-raġuni għal nullità ta’ dan il-permess ta’ importazzjoni, peress li dawn il-kampjuni huma għaldaqstant l-uniċi li għandhom jkunu suġġetti għal qbid, u possibbilment għal konfiska, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dawn ikunu jinsabu.


(1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/21


Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-eżami mill-ġdid) tad-9 ta’ Settembru 2014 li tiġi eżaminata mill-ġdid is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-401/11 P, Livio Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-417/14 RX)

(2014/C 395/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

Rikorrent: Livio Missir Mamachi di Lusignano (rappreżentanti: Fabrizio di Gianni, Renato Antonini, Gabriele Coppo u Aldo Scalini, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Kwistjonijiet li għandhom ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid

L-eżami mill-ġdid għandu jsir dwar il-kwistjoni jekk is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (T-401/11 P, EU:T:2014:625) tippreġudikax l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni sa fejn l-imsemmija Qorti Ġenerali, bħala qorti tal-appell, iddeċidiet li kellha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi, bħala qorti tal-ewwel istanza, dwar rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni

ibbażat fuq nuqqas ta’ istituzzjoni li twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura l-protezzjoni tal-uffiċjali tagħha;

ippreżentat minn terzi persuni fil-kwalità tagħhom ta’ aventi dritt ta’ uffiċjal deċedut kif ukoll fil-kwalità tagħhom ta’ membri tal-familja ta’ tali uffiċjal;

intiż għal kumpens għad-danni morali sostnuti mill-uffiċjal deċedut stess kif ukoll danni materjali u morali sostnuti minn dawn it-terzi persuni.

Il-persuni interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea huma mistiedna jressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom dwar l-imsemmija kwistjoni, f’terminu ta’ xhur mid-data tan-notifika tal-imsemmija deċiżjoni


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/21


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-367/14)

(2014/C 395/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika Taljana, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji biex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża C-302/09, dwar l-irkupru mingħand il-benefiċjarji ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi li jinsabu fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia (1), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-deċiżjoni u taħt l-Artikolu 260 TFUE;

tordna lir-Repubblika Taljana tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa li l-ammont tagħha jirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum li jammonta għal EUR 24 578,4 bin-numru ta’ jiem ta’ persistenza tal-ksur mill-jum ta’ deċiżjoni tas-sentenza fil-Kawża C-302/09 sad-data li fiha tingħata s-sentenza ta’ din il-kawża;

tordna lir-Repubblika Taljana tħallas lill-Kummissjoni penalità fuq bażi ta’ sitt xhur, iffissata mill-Kummissjoni mis-sitt xhur wara d-data tas-sentenza mogħtija f’din il-kawża billi tiġi mmultiplikata l-penalità ta’ kuljum ta’ EUR 187 264 għal kull jum bi 182,50 u bil-perċentwal ta’ għajnuna li għad trid tiġi rkuprata fl-aħħar tas-sitt xhur marbuta mal-ammont ta’ għajnuna li għad trid tiġi rkuprata sal-mument li fih il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi s-sentenza tagħha f’din il-kawża;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Taljana ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-irkupru tal-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mid-deċiżjonijiet, kif mitlub mis-sentenza mogħtija fil-Kawża C-302/09, inkwantu, kważi tliet snin wara s-sentenza dikjaratorja,(għall-inqas) EUR 33 032 000 għad iridu jiġu rkuprati mingħand 99 benefiċjarju, jiġifieri kważi 70 % tal-ammont li għandu jiġi rkuprat.

Fil-fatt, minkejja l-introduzzjoni, wara s-sentenza dikjaratorja, ta’ miżuri regolatorji addizzjonali, parti kbira tal-għajnuna għad trid tiġi rkuprata u l-ebda progress sinjifikattiv ma ġie rreġistrat f’dan ir-rigward.

Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Taljana ma implementatx is-sentenza dikjaratorja ta’ ksur.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi li jinsabu fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia previsti mill-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995, li jistabbilixxu tnaqqis fl-imposti soċjali [innotifikata taħt in-Nruo C(1999) 4268] (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 50, p. 50).


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Praze (Ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – Ernst Georg Radlinger u Helena Radlingerová vs FINWAY a.s.

(Kawża C-377/14)

(2014/C 395/28)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ernst Georg Radlinger, Helena Radlingerová

Konvenuta: FINWAY a.s.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (iktar 'il quddiem id-“Direttiva 93/13”) u l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2008/48/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (iktar 'il quddiem id-“Direttiva 2008/48”), jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, jipprekludu:

il-kunċett ta’ Liġi Nruo182/2006 dwar l-insolvenza u l-mezzi ta’ riżoluzzjoni tagħha (liġi dwar l-insolvenza), kif emendata bil-Liġi Nru 185/2013 (iktar 'il quddiem il-“Liġi dwar l-insolvenza”), li jippermetti lill-qorti teżamina l-eżistenza, l-ammont jew il-klassifikazzjoni tad-djun, li jirriżultaw mir-relazzjonijiet ta’ konsum, unikament abbażi ta’ rikors inċidentali ppreżentat mir-rappreżentant ġudizzjarju, kreditur jew (skont il-limitazzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq) id-debitur (konsumatur)?

id-dispożizzjonijiet li, fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-proċedura ta’ insolvenza, jillimitaw id-dritt tad-debitur (konsumatur), li jikkonsisti f’talba għal stħarriġ ġudizzjarju tad-djun iddikjarat mill-kredituri (fornituri ta’ oġġetti jew servizzi), għall-każijiet biss fejn ir-riżoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta’ insolvenza tal-konsumatur ġiet approvata fil-forma ta’ tnaqqis tad-dejn – u dan unikament għal dak li jirrigwarda djun li ma għandhomx garanzija – u fejn, fil-preżenza ta’ dejn rikonoxxut b’titolu eżekuttiv permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, l-ilmenti ta’ debitur huma barra minn hekk limitati għall-possibbiltà unika li jiġi invokat it-tmiem jew il-preskrizzjoni ta’ dejn, kif jipprovdu r-regoli li jissemmew fl-Artikolu 192(3) u fl-Artikolu 410(2) u (3) tal-Liġi dwar l-insolvenza?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-qorti għandha, fil-proċedura dwar l-eżami ta’ dejn li jirriżulta minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, tieħu inkunsiderazzjoni ex officio, anki fl-assenza ta’ ilmenti mqajjma mill-konsumatur, in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ informazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu għall-konsum skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 u minn dan tiddeduċi l-konsegwenzi, previsti mid-dritt nazzjonali, li jieħdu l-forma ta’ nullità tal-klawżoli kuntrattwali?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda:

3)

Id-dispożizzjonijiet tad-direttivi applikati iktar 'fuq għandhom effett dirett u l-applikazzjoni diretta tagħhom hija jew ma hijiex eskluża minħabba l-fatt li, meta bdiet l-azzjoni inċidentali ex officio (jew meta sar eżami ta’ dejn li huwa pprojbit mid-dritt nazzjonali minħabba f’kontestazzjoni li ma għandha l-ebda effett tad-debitur konsumatur), il-qorti indaħħlet fir-relazzjoni orizzontali bejn il-konsumatur u l-fornitur tal-oġġetti jew ta’ servizzi?

4)

Liema somma tirrappreżenta l-“ammont totali ta’ kreditu” fis-sens tal-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48 u liema somom jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala “l-ammonti ta’ ġbid ta’ kreditu” meta tiġi kkalkolata r-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena (iktar 'il quddiem “RIPS”) skont il-formula msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2008/48, peress li l-ftehim ta’ kreditu jwiegħed formalment il-ħlas ta’ somma speċifika, pero’ fl-istess ħin jistipula li, hekk kif jitħallas id-dejn, l-ammont ta’ djun tal-istituzzjoni ta’ kreditu bħala spejjeż għall-faċilità ta’ kreditu u bħala l-ewwel pagament (fil-każ ineżami, il-pagamenti sussegwenti) ser, sa ċertu punt, jitnaqqas mis-somma mwiegħda, hekk li l-ammont miżmum b’dan il-mod qatt ma huwa ser ikun fil-verità mħallas lill-konsumatur, jew fil-kont bankarju tiegħu, u jibqa’ fi kwalunkwe mument għad-dispożizzjoni tal-kreditur? L-inklużjoni ta’ dan l-ammont, li ma huwiex fil-verità mħallas, għandu impatt fuq il-kalkolu tar-RIPS?

Minkejja r-risposta għad-domandi preċedenti:

5)

Sabiex tiġi evalwata n-natura sproporzjonata tal-kumpens stipulat, fis-sens tal-punt 1(e) fl-Anness tad-Direttiva 93/13, huwa xieraq li jiġi evalwat l-effett kumulattiv tal-klawżoli penali kollha previsti fil-ftehim, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-kreditur jinsistix effettivament fuq l-eżekuzzjoni kompleta tagħhom u jekk, fid-dawl tar-regoli tad-dritt nazzjonali, xi wħud minnhom jistgħux jiġu kkunsidrati invalidi, jew jekk għandux jittieħed inkunsiderazzjoni biss l-ammont totali tas-sanzjonijiet effettivament applikati jew li jistgħu jiġu applikati?

6)

Fil-każ ta’ konstatazzjoni tan-natura abużiva tal-penalitajiet kuntrattwali, huwa xieraq li ma jiġux applikati kull waħda mis-sanzjonijiet speċifiċi – liema sanzjonijiet, meta kkunsidrati flimkien biss, wasslu lill-qorti sabiex tiddeċidi li l-ammont tal-kumpens kien ta’ natura sproporzjonata fis-sens tal-punt 1(e) tal-Anness tad-Direttiva 93/13, – jew biss xi wħud minnhom (u f’dan il-każ, skont liema kriterju dan għandu jiġi deċiż)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU L 133, p. 66.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – Bundesagentur für Arbeit – Familienkasse Sachsen vs Tomislaw Trapkowski

(Kawża C-378/14)

(2014/C 395/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesagentur für Arbeit – Familienkasse Sachsen

Konvenut: Tomislaw Trapkowski

Domandi preliminari

1)

Fil-każ fejn persuna li tgħix fi Stat Membru (fit-territorju nazzjonali) jkollha dritt għal allowances tal-familja fir-rigward ta’ ulied li jgħixu fi Stat Membru ieħor (barra mill-pajjiż) fejn ikun joqgħod il-konjuġi l-ieħor li minnu tkun separata, għandha tiġi applikata t-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 987/2009 (1), b’tali mod li l-finzjoni skont liema, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament Nru 883/2004 (2), is-sitwazzjoni tal-familja kollha hija meħuda inkunsiderazzjoni daqs li kieku l-persuni kkonċernati kollha kienu suġġetti – b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna d-dritt li jintalbu dawn il-benefiċċji – għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u kienu jgħixu hemm, għandha l-effett li jkunu esklużivament il-ġenituri li jgħixu fl-Istat Membru l-ieħor (barra mill-pajjiż) li jkunu intitolati għal allowances tal-familja, peress li d-dritt nazzjonali tal-ewwel Stat Membru jipprevedi li f’każ ta’ numru ta’ aventi kawża; il-ġenitur li jilqa’ l-wild f’daru jkollu d-dritt għall-benefiċċji?

2)

F’każ li tingħata risposta affermativa għall-ewwel domanda:

Fis-sitwazzjoni hawn fuq esposta fl-ewwel domanda, għandha t-tielet sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nruo987/2009 tiġi interpretata fis-sens li l-ġenitur li jirresjedi fi Stat Membru (fit-territorju nazzjonali) għandu dritt għall- allowances tal-familja skont id-dritt nazzjonali peress li l-ġenitur l-ieħor, li jirresjedi fi Stat Membru ieħor (barra mill-pajjiż), ma ressaqx talba għall-allowances tal-familja?

3)

Jekk, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda, fis-sitwazzjoni esposta fl-ewwel domanda, hi li l-assenza ta’ talba min-naħa tal-ġenitur residenti f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea twassal għat-trasferiment tad-dritt għall-allowances tal-familja lill-ġenitur residenti fit-territorju nazzjonali:

Wara liema perijodu ta’ żmien għandu jiġi kkunsidrat li dak il-ġenitur li jirresjedi f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea ma “jeżerċitax”, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nruo987/2009, id-dritt għall-allowances tal-familja, ikun intitolat għalih il-ġenitur li jirresjedi fit-territorju nazzjonali?


(1)  Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, ĠU L 284, p. 1.

(2)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – “Vekos Trade” AD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika”, Varna, pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-403/14)

(2014/C 395/30)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Vekos Trade” AD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika”, Varna, pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jkunu miksura minn prassi amministrattiva u ġudizzjarja li żżomm lill-bejjiegħ – il-kunsinnatur fuq kuntratt ta’ ġarr – responsabbli sabiex jistabbilixxi n-natura awtentika tal-firma tad-destinatarju tal-kunsinna u sabiex jiddetermina jekk min jiffirma huwiex persuna li tirrappreżenta lill-kumpannija li tkun id-destinatarju tal-kunsinna, jekk huwiex impjegat tagħha li jista’ jirrappreżentaha jew jekk huwiex persuna awtorizzata f’dan is-sens?

2)

F’każ bħal dak ineżami, l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu effett dirett u jista’ jiġi applikat direttament mill-qorti nazzjonali?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/25


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2014 minn Intel Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Ġunju 2014 fil-Kawża T-286/09, Intel Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-413/14 P)

(2014/C 395/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingli

Partijiet

Appellanti: Intel Corporation (rappreżentanti: D. M. Beard QC, A. N. Parr u R. W. Mackenzie, Solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Association for Competitive Technology, Inc.,

Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir)

Talbiet tal-appellanti

tannulla totalment jew parzjalment is-sentenza appellata;

tannulla totalment jew parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tannulla jew tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi b’mod konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, li huwa maqsum fi tliet partijiet, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju legali żbaljat sabiex tevalwa l-legalità tal-aġir tagħha taħt l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE:

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li l-aġir inkwistjoni kien intrinsikament kapaċi li jirrestrinġi l-kompetizzjoni u għaldaqstant jista’ jinstab li huwa kuntrarju għall-Artikolu 82 KE u għall-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE mingħajr ebda ħtieġa li jitiqesu l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti relatati miegħu.

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li sabiex jiġi stabbilit ksur tal-Artikolu 82 KE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE, il-kapaċità li tiġi ristretta l-kompetizzjoni tista’ tiġi evalwata abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet astratti minflok ta’ effetti probabbli jew attwali.

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-konstatazzjoni sussidjarja tagħha li l-aġir inkwistjoni kien kapaċi jirrestrinġi l-kompetizzjoni, peress li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ħadet inkunsiderazzjoni elementi li ma jistgħux jistabbilixxu din il-kapaċità u injorat numru ta’ elementi rilevanti li kellhom jitqiesu, bħall-kopertura tas-suq tal-prattika, it-tul tal-prattiki allegati, evidenza mis-suq attwali ta’ prezzijiet li qed jonqsu malajr u assenza ta’ esklużjoni, u l-konklużjonijiet li għandhom jinġibdu mit-test ta’ kompetitur daqstant effiċjenti (AEC) imwettaq mill-Kummissjoni matul il-proċedura amministrattiva.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat ksur għall-aħħar sentejn tal-perijodu allegat ta’ ksur, peress li, l-aktar, il-kopertura tas-suq tal-aġir matul dawn is-snin kien jaffettwa biss 3.5 % tas-suq rilevanti.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkwalifikat l-aġir tagħha ma’ HP u ma’ Lenovo bħala “roħs ta’ esklużività” meta dan l-aġir inkwistjoni kien jirrigwarda biss 28 % u 42 % (jew inqas) tax-xiri totali ta’ kull konsumatur tal-prodott rilevanti, rispettivament, li huwa ħafna inqas mill-ħtiġijiet “kollha jew ħafna minnhom” ta’ dawn il-klijenti.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u ta’ imparzjalità proċedurali fir-rigward tal-intervista ta’ ħames sigħat li l-Kummissjoni kellha ma’ uffiċjal ewlieni ta’ Dell fuq domandi li għandhom rabta oġġettiva mal-mertu tal-investigazzjoni, u li matulha l-uffiċjal ewlieni ta’ Dell ta spjegazzjonijiet iddettaljati ħafna. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi kkonkludiet li kien biżżejjed li l-Kummissjoni tiżvela sempliċi lista tas-suġġetti li ġew diskussi waqt l-intervista, minflok verbal jew sommarju ta’ dak li qal l-intervistat fir-rigward ta’ dawn is-suġġetti. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ukoll billi kkonkludiet li l-appellanti kellha l-oneru li tipproduċi provi prima facie li l-Kummissjoni naqset milli tirreġistra provi ġustifikattivi; meta jinftiehem sewwa, l-oneru tal-appellanti kien biss sabiex turi li ma setax jiġi eskluż li l-materjal seta’ kienu utli għad-difiża tagħha, liema oneru kien issodisfatt f’dan il-każ.

Permezz tal-ħames aggravju, li huwa maqsum fi tliet partijiet, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali stabbiliet b’mod żbaljat il-ġurisdizzjoni tal-Komunità fuq l-akkordji ta’ Intel ma’ Lenovo fl-2006 u l-2007:

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li dan l-aġir kien “implementat” fiż-ŻEE, peress li Intel ma biegħetx xi prodotti lil Lenovo fiż-ŻEE taħt dawn l-akkordji.

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li t-test “effetti kkwalifikati” huwa bażi xierqa għall-kompetenza Komunitarja fuq l-aġir inkwistjoni.

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tat-testijiet “effetti kkwalifikati” peress li ma kienx previst li l-akkordji Intel ma’ Lenovo fir-rigward ta’ x86 CPU għall-kunsinna fiċ-Ċina jkollhom effett immedjat u sostanzjali fiż-ŻEE.

Permezz tas-sitt aggravju, li huwa maqsum f’żewġ partijiet, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji fil-kalkolu tal-multa imposta:

 

Il-multa kienet manifestament sproporzjonata.

 

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni billi applikat il-linji gwida tal-multi tal-Kummissjoni tal-2006 għal aġir li twettaq qabel id-data ta’ dawn tal-aħħar.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/27


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-52/12, Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-431/14 P)

(2014/C 395/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Khalkias u A. Vasilopoulou)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ dan l-appell;

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha;

tilqa’ r-rikors tar-Repubblika Ellenika skont kif huwa espost b’mod iktar speċifiku;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni, jew inkella, fuq ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali. B’mod iktar partikolari, fl-ewwel parti tal-aggravju, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-kunċett, imsemmi fl-Artikolu 107(1) TFUE, ta’ riżorsi tal-Istat, jekk inkella żball ta’ fatt meta kklassifikat bħala tali l-ammont tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa mill-agrikolturi li kienu jirċievu l-għajnuna u assigurati mill-Organismos Ellinikon Georgikon Asfaliseon (Organizzazzjoni Griega għall-Assigurazzjoni tal-Agrikoltura) (ELGA), filwaqt li, fit-tieni parti tal-istess aggravju, hija ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali ngħatat bi ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali sa fejn il-Qorti Ġenerali ma investigatx, u lanqas immotivat b’mod speċifiku, jekk l-ammonti li tħallsu bħala kontribuzzjonijiet mill-agrikolturi li jirċievu l-għajnuna meqjusa li hija għajnuna mill-Istat illegali, kinux jagħtu lil dawn tal-aħħar vantaġġ illeċitu, skont l-Artikolu 107(1) TFUE, jiġifieri vantaġġ li jista’ jwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni; jew inkella, interpretat u applikat b’mod żbaljat dan l-artikolu billi ċaħdet b’mod impliċitu l-argument ippreżentat f’dan ir-rigward.

Permezz tat-tieni aggravju, qed jiġi sostnut li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali ngħatat bi ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u, b’mod iktar speċifiku, b’interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE għaliex il-Qorti Ġenerali qieset li l-ħlasijiet ta’ kumpens fis-sena 2009 jikkostitwixxu vantaġġ finanzjarju selettiv għal dawk li jirċievu l-għajnuna, li seta’ jhedded u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li fihom kienet tinsab u għadha tinsab l-ekonomija Griega.

Permezz tat-tielet aggravju, qed jiġi sostnut, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE għaliex irrestrinġiet il-portata ta’ dik id-dispożizzjoni għall-ħlasijiet tal-kumpens kuntenzjużi għas-sena 2009 għall-kundizzjonijiet tal-Komunikazzjoni dwar il-Qafas Komunitarju Temporanju, minkejja ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali kollha li fihom kienet tinsab l-ekonomija Griega fiż-żmien rilevanti (l-ewwel parti tat-tielet aggravju) u, min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx l-ilment tar-Repubblika Ellenika li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, sa fejn ordnat l-irkupru tal-għajnuna f’Diċembru 2011, kienet sproporzjonata (it-tieni parti tat-tielet aggravju).


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/27


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2014 minn DTS Distribuidora de Televisión Digital, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-11 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-533/10, DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-449/14 P)

(2014/C 395/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: DTS Distribuidora de Televisión Digital, S.A. (rappreżentanti: H. Brokelmann u M. Ganino, avukati

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Telefónica de España, S.A., Telefónica Móviles España, S.A., ir-Renju ta’ Spanja u Corporación de Radio y Televisión Española, S.A. (RTVE)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-533/10, DTS Distribuidora de Televisión Digital, S.A. vs Il-Kummissjoni u, għaldaqstant, abbażi tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja:

abbażi tal-elementi għad-dispożizzjoni tagħha, tilqa’ t-talbiet magħmula fir-rikors li permezz tiegħu nbdew il-proċeduri fl-ewwel istanza u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [Nru 2011/1/UE] (1)tal-20 ta’ Lulju 2010 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Corporación de Radio y Televisión Española (RTVE); jew

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex hija tagħti deċiżjoni fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni u lill-partijiet li jintervjenu insostenn tagħha għall-ispejjeż relatati kemm ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ għajnuna.

Is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn hija tinterpreta b’mod żbaljat il-kunċett ta’ għajnuna u, preċiżament, il-kundizzjonijiet li skont is-sentenza Laboratoires Boiron (2) għandhom jiġu ssodisfatti sabiex taxxa tkun tista’ titqies li tifforma parti integrali minn għajnuna.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn is-sentenza appellata ma tistħarriġx b’mod eżawrjenti l-eżistenza ta’ għajnuna u tiżnatura d-dritt Spanjol

Is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn hija ma’ tistħarriġx b’mod eżawrjenti l-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fis-sentenza Régie Networks (1) sabiex it-taxxa imposta fuq DTS tkun tista’ titqies li tifforma parti integrali mill-għajnuna lil RTVE u sa fejn din is-sentenza tiżnatura d-dritt Spanjol.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE.

Is-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE. Hija tiżnatura l-argumenti ta’ DTS – intiżi li juru li l-metodu ta’ finanzjament tal-għajnuna lil RTVE joħloq distorsjoni sproporzjonata tal-kompetizzjoni – billi tinterpretahom li jirreferu għall-effetti tal-għajnuna nfisha u mhux għal dawk tat-taxxi li jiffinanzjawha. Għaldaqstant, is-sentenza appellata taqta’ ultra petita kwistjonijiet li ma tqajmux minn DTS fir-rikors u li lanqas ma ġew analizzati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha, u b’hekk tbiddel is-suġġett tat-tilwima u teċċedi l-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU L 1, p. 9.

(2)  C-526/04, EU:C:2006:528.

(1)  C-333/07, EU:C:2008:764.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/29


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 minn Kinonia tis Pliroforias Anikhti stis Eidikes Anagkes – Isotis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-59/11, Isotis vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-450/14 P)

(2014/C 395/34)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Kinonia tis Pliroforias Anikhti stis Eidikes Anagkes – Isotis (rappreżentant: S. Skliris, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-16 ta’ Lulju 2014, fil-Kawża T-59/11, Kinonia tis Pliroforias Anikhti stis Eidikes Anagkes – Isotis vs Il-Kummissjoni Ewropea, kollha kemm hi;

tilqa’ r-rikors tal-kumpannija rikorrenti kollu kemm hu;

tiċħad il-kontrotalba tal-Kummissjoni kollha kemm hi;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 1315 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan dwar l-allokazzjoni tal-oneru tal-prova

Iċ-ċaħda tar-rikors ma tfissirx awtomatikament li ngħatat prova tal-fondatezza tal-kontrotalba. Fil-kontrotalba, l-oneru tal-prova kien fuq il-Kummissjoni.

2.

Motivazzjoni difettuża dwar il-fondatezza tal-kontrotalba

Nuqqas ta’ motivazzjoni tal-affermazzjoni tal-fondatezza tal-kontrotalba tal-Kummissjoni.

Kontradizzjoni fil-motivi minħabba t-teħid inkunsiderazzjoni bħala l-unika prova r-rapport ta’ awditu li kien ikkontestat u li kien jikkostitwixxi l-fatt li kellha tingħata prova tiegħu.

3.

Żball ta’ liġi minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-istandards internazzjonali tal-awditu

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-istandards internazzjonali tal-awditu bi ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-kontabbiltà u bi ksur tal-obbligu li l-kuntratti kontenzjużi jiġu interpretati skont ir-rieda komuni tal-partijiet (Artikolu 1156 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan) u skont il-prinċipju ta’ bona fides (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan).

4.

Interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn il-partijiet ma huwiex l-istess bħall-prinċipju ta’ kontradittorju.

5.

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-prinċipju ta’ bona fides u ksur tad-drittijiet tad-difiża minħabba l-lingwa tal-kawża

L-interpretazzjoni korretta tal-prinċipju ta’ bona fides teħtieġ li l-istipulazzjoni kuntrattwali tiġi interpretata skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża.

6.

Interpretazzjoni żbaljata tal-kliem tal-kuntratti kontenzjużi, applikazzjoni żbaljata tad-dritt Elleniku u assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ allegazzjoni fuq il-mertu

Skont l-Artikolu II 19.1 tal-kuntratti FP6, l-Artikolu II.16 tal-kuntratti e-Ten u l-Artikolu II 20.1 tal-kuntratti CIP, il-verifiki kellhom jirrigwardaw biss l-ispejjeż u d-dħulijiet relatati mat-twettiq tal-proġetti kontenzjużi u mhux tal-entrati l-oħra.

Ksur tal-prinċipju, stabbilit bil-ġurisprudenza, li fid-dritt tal-kontabbiltà u fiskali Elleniku s-snin finanzjarji huma indipendenti.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni u assenza ta’ evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-motiv fuq il-mertu mqajjem mir-rikorrenti fil-punti 61 sa 64 tar-rikors.

7.

Interpretazzjoni żbaljata tal-kliem tal-kuntratti kontenzjużi, nuqqas ta’ teħid inkundsiderazzjoni ta’ motiv fuq il-mertu u żnaturament tas-sens ċar tad-dokumenti

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-frażi “rendikont ġenerali tal-kontijiet” (overall statement of accounts), bi ksur tal-bona fides u tad-dritt Elleniku, u tal-klawżola “dħulijiet” (receipts) bi ksur tal-kliem espress tal-kuntratti.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni u assenza ta’ evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali, tal-motiv fuq il-mertu mqajjem mir-rikorrenti dwar ir-reġistrazzjoni tal-ħlas bil-quddiem għall-proġett Access e-Gov fil-kotba tagħha qabel it-tmiem tal-verifika fuq il-post.

Żnaturament tal-Annessi A3, A6, A9, A11, A14 u A17 tar-rikors.

8.

Nuqqas ta’ motivazzjoni, ksur tad-dritt applikabbli għall-kuntratti kontenzjużi u żnaturament tas-sens ċar ta’ dokument

Nuqqas ta’ motivazzjoni (punti 127, 129) u kontradizzjoni fil-motivi (punti 128, 129).

Ksur tal-prinċipju ta’ bona fides, tal-istandards internazzjonali tal-awditu u tal-leġiżlazzjoni Ellenika tal-kontabbiltà (punt 127).

Żnaturament tas-sens ċar tal-Anness B101 prodott mill-Kummissjoni.

9.

Teħid inkunsiderazzjoni ta’ motiv mhux imqajjem u assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ motiv imqajjem

Teħid inkunsiderazzjoni ta’ motiv li r-rikorrenti ma qajmitx (punt 165) u assenza ta’ evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-motivi kuntrarji li hija ressqet (punti 88, 89, 91 tar-rikors).


Il-Qorti Ġenerali

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/07 RENV) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt dwar l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għal proġett fil-kuntest tal-programm eContent - Rexissjoni tal-kuntratt mill-Kummissjoni - Rimbors tal-ispejjeż eliġibbli”))

(2014/C 395/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Manhaeve u M. Wilderspin, sussegwentement M. Wilderspin, S. Delaude u L. Cappeletti u fl-aħħar nett S. Delaude u L. Cappeletti, aġenti, assistiti minn D. Philippe u M. Gouden, avukati)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ initiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas, minn naħa, somom allegatament dovuti lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, l-interessi, wara r-rexissjoni ta’ kuntratt dwar l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għall-proġett “e-Content Exposure and Business Opportunities” (kuntratt Nru EDC-53007 EEBO/27873), konkluż fil-kuntest tal-programm multi annwali tal-Komunità intiż sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fin-netwerks globali u sabiex jippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà tal-informazzjoni.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE s-somma ta’ EUR 8 843,10.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati 5 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u ta’ dawk sostnuti minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, u din tal-aħħar għandha tbati 95 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 267, 10.11.2007.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-498/11) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Rinnovament ta’ sit internet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterji ta’ għoti - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Talba għad-danni”))

(2014/C 395/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u T. Ruys, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP), li tiġi miċħuda l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi li għandha bħala suġġett l-immodernizzar tas-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-601/11) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Logħob online - Stabbiliment fid-Danimarka ta’ taxxi inqas għolja għal-logħob online milli għall-casinos u għas-swali tal-logħob - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna intiża li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà”))

(2014/C 395/37)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Dansk Automat Brancheforening (Fredericia, id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Dyekjær, T. Høg u J. Flodgaard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Afonso u C. Barslev, sussegwentement M. Afonso u L. Grønfeldt, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang, sussegwentement M. Wolff u C. Thorning, aġenti, assistiti minn K. Lundgaard Hansen, avukat); Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: P. Grech u A. Buhagiar, aġenti); Betfair Group plc (Londra, ir-Renju Unit) u Betfair International Ltd (Santa Venera, Malta) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati); European Gaming and Betting Association (EGBA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. D. Ehlermann, J. C. Heithecker u J. Ylinen, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/140/UE, tal-20 ta’ Settembru 2011, dwar il-miżura C 35/10 (ex N 302/10) li d-Danimarka qed tippjana biex timplimenta fil-forma ta’ Dazji fuq il-Logħob tal-Azzard Onlajn fl-Att Daniż dwar id-Dazji fuq il-Logħob tal-Azzard (ĠU 2012, L 68, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dansk Automat Brancheforening għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura prinċipali, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Betfair Group plc, Betfair International Ltd u European Gaming and Betting Association (EGBA).

3)

Dansk Automat Brancheforening għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċeduri għall-miżuri provviżorji, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika ta’ Malta għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Royal Scandinavian Casino Århus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-615/11) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Logħob online - Stabbiliment fid-Danimarka ta’ taxxi inqas għoljin għal-logħob online meta mqabbla ma’ dawk imposti fuq każinos u postijiet tal-logħob - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

(2014/C 395/38)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Royal Scandinavian Casino Århus I/S (Århus, id-Danimarka) (rappreżentant: B. Jacobi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Afonso u C. Barslev, sussegwentement M. Afonso u L. Grønfeldt, aġenti)

Partijiet konvenuti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen u finalment C. Thorning, aġenti, assistiti minn K. Lundgaard Hansen, avukat); Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: P. Grech u A. Buhagiar, aġenti); Betfair Group plc (Londra, Ir-Renju Unit) u Betfair International Ltd (Santa Venera, Malta) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati); European Gaming and Betting Association (EGBA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C.-D. Ehlermann, J. C. Heithecker u J. Ylinen, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/140/UE, tal-20 ta’ Settembru 2011, dwar il-miżura C 35/10 (ex N 302/10) li d-Danimarka tipproponi li timplementa fil-forma ta’ taxxi fuq il-logħob online fil-liġi Daniża dwar it-taxxi fuq il-logħob (ĠU 2012, L 68, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Royal Scandinavian Casino Århus I/S għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Betfair Group plc, Betfair International Ltd u European Gaming and Betting Association (EGBA).

3)

Ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika ta’ Malta għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 32, 4.2.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-669/11) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument li joriġina mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot - Artikolu 4(4) u (5) - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Rifjut ta’ aċċess - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Aċċess parzjali - Interess pubbliku superjuri”])

(2014/C 395/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Darius Nicolai Spirlea u Mihaela Spirlea (Capezzano Pianore, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn V. Foerster u T. Pahl, sussegwentement minn V. Foerster u E. George, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u H. Kraemer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Novembru 2012, li tirrifjuta li tagħti aċċess lir-rikorrenti għall-osservazzjonijiet li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja indirizzat lill-Kummissjoni, fis-7 ta’ Lulju 2011, fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2014 – Scooters India vs UASI – Brandconcern (LAMBRETTA)

(Kawża T-51/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali LAMBRETTA - Uużu ġenwin mit-trade mark - Revoka parzjali - Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2014/C 395/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scooters India Ltd (Lucknow, l-Indja) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brandconcern BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. Casucci, N. Ferretti u C. Galli, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2312/2010-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Brandconcern BV u Scooters India Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2312/2010-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti minn Scooters India Ltd, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

3)

Brandconcern BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-91/12 u T-280/12) (1)

([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u kiri ta’ ajruplani użati bħala taxi - Ċaħda tal-kandidatura - Artikolu 94(b) tar-regolament finanzjarju - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 134(5) tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-regolament finanzjarju - Rikors għal annullament - Ittra li tirrispondi għal talba tar-rikorrenti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Deċiżjoni ta’ attribuzzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2014/C 395/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Flying Holding NV (Wilrijk, il-Belġju); Flying Group Lux SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Flying Service NV (Deurne, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Doutrelepont u V. Chapoulaud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u D. Calciu; sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn V. Vanden Acker, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet inklużi fl-ittri tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 u tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiċħdu l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti ristretta dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u l-kiri ta’ ajrupjali użati bħala taxi (ĠU 2011/S 192-312059) kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2012 li tattribwixxi l-kuntratt lil kumpannija oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huwa miċħuda.

2)

Flying Holding NV, Flying Group Lux SA u Flying Service NV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 126, 28.4.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2014 – Scooters India vs UASI – Brandconcern (LAMBRETTA)

(Kawża T-132/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali LAMBRETTA - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2014/C 395/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scooters India Ltd (Lucknow, l-Indja) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brandconcern BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. Casucci u N. Ferretti, avukati)

Suġġett

Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2012, (Każ R 2308/2010-1) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Brandconcern BV u Scooters India Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Jannar 2012, (Każ R 2308/2010-1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti minn Scooters India Ltd, inkluż għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

3)

Brandconcern BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 165, 9.6.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Peri vs UASI [Forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle)]

(Kawża T-171/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle) - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2014/C 395/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Dönch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1209/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali kkostitwit minn forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle) bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 23.06.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Spraylat vs ECHA

(Kawża T-177/12) (1)

((REACH - Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva - Proporzjonalità))

(2014/C 395/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Spraylat GmbH (Aix-la-Chapelle, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Fischer, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u C. Schultheiss, aġenti, assistiti minn M. Kuschewsky, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Düsterhaus u E. Manhaeve, sussegwentement B. Eggers u M. Manhaeve, aġenti

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Fattura Nru 10030371 maħruġa mill-ECHA fil-21 ta’ Frar 2012, li tistabbilixxi l-ammont tal-ispiża amministrattiva imposta fuq ir-rikorrenti u, bħala miżura kawtelatorja, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni SME (2012) 1445 tal-ECHA, tal-15 ta’ Frar 2012, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti biex tibbenefika mit-tnaqqis fil-ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha ħlasijiet amministrattivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni SME (2012) 1445 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tal-15 ta’ Frar 2012, u l-Fattura Nru 10030371, maħruġa mill-ECHA fil-21 ta’ Frar 2012, huma annullati.

2)

L-ECHA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti minn Spraylat GmbH.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 174, 16/06/2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Euro-Link Consultants u European Profiles vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/12) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Proġett ta’ sostenn u ta’ diversifikazzjoni tat-turiżmu fil-Krimea - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Att li ma jistax ikun suġġett għal rikors - Att konfermattiv - Inammissibbiltà parzjali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterji ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2014/C 395/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Euro-Link Consultants Srl (Bucharest, ir-Rumanija); u European Profiles AE Meleton kai Symvoulon Epicheiriseon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Bartelt u A. Bordes, sussegwentement S. Bartelt u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Ukraina, tat-28 ta’ Frar 2012, mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti ristretta EuropeAid/131567/C/SER/UA, “Proġett ta’ sostenn u ta’ diversifikazzjoni tat-turiżmu fil-Krimea”, li ma tagħtix il-kuntratt lill-konsorzju tar-rikorrenti, kif ukoll tad-deċiżjonijiet wara ċ-ċaħda tal-ilmenti tagħhom meħuda fl-14 ta’ Marzu 2012 mill-istess awtorità u fit-2 ta’ Mejju 2012 mid-Direttur tad-Direttorat “Viċinat” tad-Direttorat Ġenerali “Żvilupp u kooperazzjoni – EuropeAid” tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Euro-Link Consultants Srl u European Profiles AE Meleton kai Symvoulon Epicheiriseon huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 14.07.2012


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/12) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri - Aċċess parzjali - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2014/C 395/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Darius Nicolai Spirlea u Mihaela Spirlea (Capezzano Pianore, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn V. Foerster u T. Pahl, sussegwentement minn V. Foerster u E. George, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, aġent, assistit inizjalment minn A. Krämer u R. Van der Hout, sussegwentement minn R. Van der Hout, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka, irrappreżentat inizjalment minn V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, sussegwentement minn C. Thorning u K. Jørgensen, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: S. Hartikainen, aġent); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn C. Meyer-Seitz, A. Falk, C. Stege, S. Johannesson, U. Persson, K. Ahlstrand-Oxhamre u H. Karlsson, sussegwentement minn C. Meyer-Seitz, A. Falk, U. Persson, L. Swedenborg, C. Hagerman u E. Karlsson, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u D. Hadroušek, aġenti); u r-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn M. J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ġunju 2012, li tirrifjuta li tagħti aċċess lir-rikorrenti għal żewġ talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fl-10 ta’ Mejju u fl-10 ta’ Ottubru 2011, fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Koscher + Würtz vs UASI – Kirchner & Wilhelm (KW SURGICAL INSTRUMENTS)

(Kawża T-445/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva KW SURGICAL INSTRUMENTS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Ka We - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Firxa tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Rikors ippreżentat quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-kundizzjoni tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Żball ta’ liġi - Setgħa ta’ riforma”))

(2014/C 395/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Koscher + Würtz GmbH (Spaichingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. (Asperg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Dönch, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1675/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. u Koscher + Würtz GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1675/2011-4), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. u Koscher + Würtz GmbH, hija annullata.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Koscher + Würtz quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

4)

Koscher + Würtz għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 379, 08.12.2012


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Giorgis vs UASI – Comigel (Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati)

(Kawża T-474/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2014/C 395/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Giorgis (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: I. Prado u A. Tornato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Comigel SAS (Saint-Julien-Lès-Metz, Franza) (rappreżentanti: S. Guerlain, J. Armengaud u C. Mateu, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1301/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Comigel SAS u G. Giorgis.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

G. Giorgis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – CEWE Stiftung vs UASI (SMILECARD)

(Kawża T-484/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SMILECARD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2014/C 395/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CEWE Stiftung & Co. KGaA, li kienet CeWe Color AG & Co. OHG (Oldenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2279/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali SMILECARD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CEWE Stiftung & Co. KGaA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Arnaldo Mondadori Editore vs UASI – Grazia Equity (GRAZIA)

(Kawża T-490/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAZIA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti GRAZIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Reputazzjoni - Assenza ta’ rabta bejn it-trade marks inkwistjoni”])

(2014/C 395/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arnoldo Mondadori Editore SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti, R. Valenti u S. Balice, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grazia Equity GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Müller, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1958/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arnoldo Mondadori Editore SpA u Grazia Equity GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arnoldo Mondadori Editore SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Ted-Invest vs UASI – Scandia Down (sensi scandia)

(Kawża T-516/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva Komunitarja sensi scandia - Trade mark komunitarja preċedenti SCANDIA HOME - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]))

(2014/C 395/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ted-Invest EOOD (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Scandia Down LLC (Weehawken, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Farrington, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2247/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Scandia Down LLC u Ted Invest EOOD.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ted-Invest EOOD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 2.2.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Grazyte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/13 P) (1)

([“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Perijodu deċennali ta’ referenza - Funzjonijiet f’organizzazzjoni internazzjonali”])

(2014/C 395/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Diana Grazyte (Utena, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Guarino, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Joris, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Diċembru 2012, Grazyte vs Il-Kummissjoni (F-76/11, ĠabraSP, EU:F:2012:173), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Diana Grazyte għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – B&S Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-222/13) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-għajnuna minn barra l-Unjoni - Ċaħda tal-kandidatura - Kriterji ta’ selezzjoni - Kuntratti maqsuma f’partijiet - Proġett ta’ referenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amminsitrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ imparzjalità - Prinċipju ta’ kontradittorju”))

(2014/C 395/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Bihain u S. Pâques, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bordes u R. Tricot, sussegwentement R. Tricot, aġenti, assistiti minn A.-M. Vandromme u J. Stuyck, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittri tagħha tal-15 ta’ Frar u tat-2 ta’ April 2013, li jinformaw lir-rikorrenti li hija ma nżammitx fil-lista ta’ kandidati msejħa jipparteċipaw fil-proċedura ristretta ta’ sejħa għal offerti dwar il-lott 7 tal-kuntratt-qafas multiplu relatat mal-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika minn għajnuna minn barra l-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 105-174077).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/13) (1)

((“Politika soċjali - Programmi ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam taż-żgħażagħ - Rimbors parzjali tal-finanzjament imħallas - Ineliġibbiltà ta’ ċerti somom - Qbiż tal-limitu previst għal kategorija ta’ azzjonijiet - Implementazzjoni mill-aġenziji nazzjonali tal-proċeduri ta’ rkupru tas-somom użati indebitament mingħand il-benefiċjarji finali”))

(2014/C 395/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn W. Ferrante, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Cattabriga, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament, fl-ewwel lok, tal-ittra tal-Kummissjoni Ares (2013) 237719, tat-22 ta’ Frar 2013, indirizzata lill-Agenzia nazionale per i giovani (aġenzija nazzjonali għaż-żgħażagħ, l-Italja), li tħabbar il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu għal ammont totali ta’ EUR 1 486 485,90, sa fejn dan l-ammont jinkludi parti minn EUR 52 036,24 għal spejjeż sostnuti għal attivitajiet ta’ taħriġ rigward is-servizz volontarju Ewropew, u parti minn EUR 183 729,72 għal somom mhux irkuprati mill-Agenzia nazionale per i giovani mingħand il-benefiċjarji finali f’dak li jirrigwarda l-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2004, u, fit-tieni lok, tal-ittra tal-Kummissjoni Ares (2013) 267064, tat-28 ta’ Frar 2013, indirizzata lid-Dipartimento della gioventù e del servizio civile nazionale (dipartiment għaż-żgħażagħ u għas-servizz ċivili nazzjonali, l-Italja), li tikkomunika l-konklużjonijiet fuq l-evalwazzjoni finali tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u fuq ir-rapport annwali tal-imsemmija aġenzija għas-sena 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 22.6.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Lausitzer Früchteverarbeitung vs UASI – Rivella International (holzmichel)

(Kawża T-263/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva holzmichel - Trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti Michel u Michel POWER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2014/C 395/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH (Sohland an der Spree, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Weiß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rivella International AG (Rothrist, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u A. Coordes, avukati)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2013 (Każ R 1968/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rivella International AG u Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Settembru 2014 – Brainlab vs UASI (Curve)

(Kawża T-266/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Curve - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2014/C 395/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brainlab AG (Feldkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2073/2012-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Curve bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brainlab AG hija kkundannata għall-ispjjeż.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Alma-The Soul of Italian Wine vs UASI – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

(Kawża T-605/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIÑA SOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2014/C 395/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alma-The Soul of Italian Wine LLLP (Bal Harbor, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 18/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 18/2013-2), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.

3)

Miguel Torres, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Romonta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-614/13) (1)

((Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 ’l quddiem - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali ppreżentati mill-Ġermanja - Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi - Libertà professjonali u libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità))

(2014/C 395/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Romonta GmbH (Seegebiet Mansfelder Land, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke, M.-Y. Vollmer, C. Telschow u A. Schulze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn l-Artikolu 1(1) ta’ din id-deċiżjoni jirrifjuta, għat-tielet perijodu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mill-2013 sal-2020, li jalloka lir-rikorrenti l-kwoti addizzjonali mitluba abbażi tal-klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi prevista fl-Artikolu 9(5) tat-Treibhausgas-Emissionshandelsgesetz (Liġi Ġermaniża fuq l-iskambji ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra) tal-21 ta’ Lulju 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Romonta GmbH għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri prinċipali u mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Molda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-629/13) (1)

((“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli tranżitorji għall-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet mill-2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali ppreżentati mill-Ġermanja - Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi - Libertà professjonali u libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2014/C 395/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Molda AG (Dahlenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke, M. Y. Vollmer, C. Telschow u A. Schulze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), sa fejn l-Artikolu 1(1) ta’ din id-deċiżjoni jirrifjuta, għat-tielet perijodu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mill-2013 sal-2020, li jagħti lir-rikorrenti l-kwoti addizzjonali mitluba fuq il-bażi tal-klawżola ta’ rigorożità eċċessiva prevista fl-Artikolu 9(5) tat-Treibhausgas-Emissionshandelsgesetz (il-liġi Ġermaniża fuq l-iskambji ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra) tal-21 ta’ Lulju 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Molda AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – DK Recycling und Roheisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/13) (1)

((“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’gassijiet serra - Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja - Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi - Libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2014/C 395/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DK Recycling und Roheisen (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Altenschmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjonijiet bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni DE000000000001320 u DE-new-14220-0045 fil-lista tal-installazzjonijiet prevista fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u l-kwantitajiet annwali totali provviżorji tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa annullat sa fejn jiċħad l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-installazzjonijiet elenkati fil-Punt D tal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni, fuq il-bażi ta’ ta’ komponenti ta’ sistema għal emissjonijiet minn proċess ta’ produzzjoni għall-produzzjoni taż-żingu fil-kalkara ta’ funderija u l-proċessi ta’ produzzjoni konnessi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Raffinerie Heide vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-631/13) (1)

((“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’gassijiet serra - Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja - Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi - Libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2014/C 395/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Raffinerie Heide GmbH (Hemmingstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn l-Artikolu 1(1), moqri flimkien mal-Punt A tal-Anness I tiegħu, jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjoni bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni DE000000000000010 fil-lista tal-installazzjonijiet prevista fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u l-kwantitajiet annwali totali provviżorji tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil din l-installazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Raffinerie Heide GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Arctic Paper Mochenwangen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-634/13) (1)

((“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja - Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi - Libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2014/C 395/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Arctic Paper Mochenwangen GmbH (Wolpertswende, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kobes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjoni bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni DE000000000000563 fil-lista ta’ installazzjonijiet prevista fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u l-kwantitajiet annwali totali provviżorji tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil din l-installazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arctic Paper Mochenwangen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 31, 1.2.2014.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Green Source Poland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-512/14)

(2014/C 395/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Green Source Poland sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Merola u L. Armati, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2289 finali, tas-7 ta’ April 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni tirrifjuta li tagħtiha kontribuzzjoni finanzjarja li ġejja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-proposta ta’ proġett kbir “Purchase and implementation of innovative manufacturing technology of biocomponents to produce biofuels”, li jagħmel parti minn programm operattiv “Innovative Economy” għal għajnuna strutturali skont l-għanijiet ta’ konverġenza fil-Polonja.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-abbuż, mill-Kummissjoni tas-setgħa li ngħatatilha permezz tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (1) u fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità meta allokat de facto effetti vinkolanti lil proposta ta’ direttiva li kienet għadha ma ġietx adottata, jiġifieri l-proposta għad-Direttiva ILUC (2). Ir-rikorrenti ssostni li r-rifjut huwa fir-realtà bbażat mhux fuq il-fatt li l-proġett ma kienx ta’ livell għoli ta’ innovazzjoni bħala installazzjoni ta’ produzzjoni tal-ewwel ġenerazzjoni għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti minn għelejjel tal-ikel, iżda fuq il-fatt li l-proġett kien inkompatibbli mal-proposta tad-Direttiva ILUC, li tippromuovi bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni minn għelejjel oħra li ma humiex għelejjel tal-ikel. Il-Kummissjoni għaldaqstant serrħet fuq leġiżlazzjoni futura sabiex tirrifjuta kontribuzzjoni li ġejja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-proposta tad-Direttiva ILUC kienet tipperikola l-vijabbilità tal-fabbrika proposta. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni bi żball ikkunsidrat li l-vijabbilità ekonomika fuq żmien twil tal-fabbrika ser tiġi kkontestata mill-2020 abbażi ta’ spekulazzjoni li wara l-2020, huma biss il-bijokarburanti li ġejjin minn għelejjel oħra li ma humiex għelejjel tal-ikel li ser jirċievu għajnuna finanzjarja.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-abbuż proċedurali u l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba raġunijiet inkoerenti u artifiċjali suċċessivament invokati mill-Kummissjoni sabiex tirrifjuta l-kontribuzzjoni li ġejja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 1083/2006 sa fejn il-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tagħha, marret lil hinn mill-kriterji ffissati fil-programm operattiv rilevanti, u b’hekk ikkonkludiet li huma biss “is-soluzzjonijiet li jikkorrispondu għall-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku” u s-“soluzzjonijiet l-iktar reċenti u l-iktar innovattivi” li għandhom jingħataw l-għajnuna. Madankollu, il-programm operattiv jirreferi biss għal soluzzjonijiet ġodda u moderni, fatt li għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-livell attwali ta’ żvilupp industrijali u kummerċjali fil-Polonja u tal-għan ġenerali ta’ konsolidazzjoni tal-iżvilupp tar-reġjun ikkonċernat.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 1083/2006 u tal-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ diliġenza raġonevoli u tal-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur proċedurali u l-ksur tal-prinċipji ta’ terminu raġonevoli u ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 li jistabbilixxi t-terminu ta’ tliet xhur għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet fuq proġetti kbar. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni baqgħet tistieden kontinwament lill-Polonja sabiex tirtira l-applikazzjoni tagħha u li rrepetiet l-istess domanda jew żiedet domandi ġodda mingħajr ma għandhom x’jaqsmu mal-kwistjoni, b’tali mod li l-proċedura estendiet għal iktar minn sena u nofs, u b’hekk naqsu l-opportunitajiet ta’ implementazzjoni tal-proġett propost.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU 2006, L 210, p. 25).

(2)  Proposta COM(2012) 595 finali għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/51


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-565/14)

(2014/C 395/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla id-Deċiżjoni kkontestata tat-12 ta’ Ġunju 2014 (Ares (2014)1915757);

tannulla t-tieni Deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni 2014/804/UE tas-17 ta’ Frar 2014;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2014 (Ares (2014)1915757) li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent għal reviżjoni interna li tirrigwarda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 804 finali, tas-17 ta’ Frar 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Polonja ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali. Ir-rikorrent jitlob ukoll l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 804 finali tas-17 ta’ Frar 2014.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv dwar id-Deċiżjoni Ares (2014) 1915757, li jallega l-ksur tar-Regolament Nru 1367/2006 (2) u tad-Direttiva Nru 2010/75:

peress li d-deċiżjoni fuq il-pjan nazzjonali transitorju huwa miżura bi skop individwali u għalhekk att amministrattiv skont ir-Regolament Nru 1367/2006. Skont ir-rikorrent, il-Kummissjoni b’hekk kellha tiddikjara t-talba għal reviżjoni interna ammissibbli;

peress li l-Kummissjoni kellha tinterpreta l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006 skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tiddikjara l-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Nru 1367/2006 illegali;

peress li l-argumenti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq interpretazzjoni skoretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2010/75/UE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq id-Deċiżjoni C(2014) 804 finali, li tallega l-ksur tal-Artikolu 17 TUE, tad-Direttiva 2010/75/UE, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE (3), tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, tad-Direttiva 2001/42/KE (4) u tad-Direttiva 2008/50/KE (5).


(1)  Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU 2010 L 334, p. 17).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006 L 264, p. 13).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Frar 2012, li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 612) (ĠU 2012 L 52, p. 12).

(4)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).

(5)  Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008 L 152, p. 1).


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/52


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Larymnis Larko vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-575/14)

(2014/C 395/65)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Elliniki Metalleftiki kai Metallourgiki Larymnis Larko A.E. (Kallithea Attikis, il-Greċja) (rappreżentanti: B. Koulouris, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2014 [SG–Greffe (2014) D/4621/28-03-2014] dwar għajnuna mill-Istat favur kumpannija b’responsabbiltà limitata “Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki Anonimi Eteria NEA LARKO” [NEA LARKO], Nru SA.34572 (2013/C) (ex 2013NN), li r-Repubblika Ellenika implementat, sa fejn huma kkonċernati l-miżuri 2, 3, 4 u 6, li, skont id-deċiżjoni kkontestata, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkumpatibbli mas-suq intern;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti, fl-ewwel lok, issostni li għandha interess ġuridiku manifest biex titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, inkwantu din tirrigwardha b’mod dirett u individwali, bħal fil-każ tad-destinatarji tagħha, u fit-tieni lok, tiddeduċi tliet motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, skont l-Artikolu 296 TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li: a) kif jirriżulta mill-istess deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet tagħha dwar il-miżuri inkwistjoni adottati mill-awtorità Griega mingħajr ma kellha informazzjoni suffiċjenti f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, fir-rigward tal-miżuri 2, 4 u 6 (rispettivament il-garanziji mill-Istat tal-2008, tal-2010 u tal-2011), id-deċiżjoni kkontestata tirreferi espressament għall-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dwar l-iskadenza ta’ tali garanziji. Fir-rigward, barra minn hekk, tal-miżura 3 (żieda fil-kapital tal-2009), il-Kummissjoni tammetti li ma tafx meta kienet seħħet parti sinjifikattiva ta’ tali żieda ta’ kapital; b) id-deċiżjoni kkontestata tbati minn nuqqas ta’ motivazzjoni wkoll inkwantu ma tiddefinixxix bl-ebda mod is-suq tal-prodotti sabiex jiġi delimitat l-oriġini tal-vantaġġ għal NEA LARKO u l-iżvantaġġ tal-kompetizzjoni għall-operaturi l-oħra; ċ) fil-verità, fir-rigward tal-miżuri 4 u 6, huwa biss l-Istat Grieg li nissel vantaġġ minn dan il-każ, li, minflok ma ta lura lil NEA LARKO t-taxxi mħallsa minnha (taxxa fuq id-dħul u l-VAT) tatha l-garanzija inkwistjoni, flimkien ma’ primjum.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti (żball ta’ fatt), kif ukoll fuq żball ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 296(2) TFUE u 107(1) TFUE

Ir-rikorrenti ssostni s-segwenti a) kemm fil-każ tal-garanzija msemmija iktar ’il fuq (il-miżuri 2, 4 u 6) kif ukoll fil-każ tal-miżura 3 (iż-żieda tal-kapital ta’ NEA LARKO tal-2009) l-awtorità Griega aġixxiet “bħala investitur razzjonali fis-suq”. Kwalunkwe investitur professjonali raġonevoli u razzjonali kien jagħti garanzija lill-kumpannija li fiha huwa għandu interessi (bħal fil-każ ineżami ta’ NEA LARKO għall-Istat Grieg) għat-taxxi koperti mill-obbligi korrispondenti tagħha fil-konfront tal-impriża tagħha (f’dan il-każ, obbligi tal-Istat Grieg għall-ħlas lura favur NEA LARKO tat-taxxi fuq id-dħul u tal-VAT). Barra minn hekk, f’din il-kawża, l-Istat Grieg stenna li jwettaq profitt mill-bejgħ ta’ NEA LARKO. Għandu jiġi enfasizzat li l-garanziji inkwistjoni ma seħħewx u li b) id-deċiżjoni kkontestata la eżaminat il-portata tal-impriża kkontrollata u lanqas jekk, fid-dawl ta’ tali portata u tal-pożizzjoni ta’ NEA LARKO fis-settur sħiħ tas-suq tal-prodott, din tal-aħħar setgħetx tinfluwenza s-suq intern tal-“prodott”. Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li l-portata ta’ NEA LARKO hija tali li għaliha l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni ma setgħetx ikollha bl-ebda mod effett fuq is-suq intern.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jiġi aċċettat li l-garanziji inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna riċevuta. B’mod speċifiku, fir-rigward ta’ tali determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna riċevuta (miżuri 2, 4 u 6), il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt li l-miżuri inkwistjoni ma seħħewx u li, għalhekk, ma kienx legalment aċċettabbli li NEA LARKO (jew impriża terza) tintalab tħallas l-istess ammont tal-garanziji li ma seħħewx, inkwantu tali ammont kien kopert anki bil-garanzija tal-Istat Grieg, liema Stat b’mod ċert ta l-garanziji inkwistjoni sabiex jiġi kopert d-dejn ta’ NEA LARKO, id-destinatarja tas-self.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/53


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Larymnis LARKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-576/14)

(2014/C 395/66)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Elliniki Metalleftiki kai Metallourgiki Larymnis LARKO A.E. (Kallithea Attikis, il-Greċja) (rappreżentant: B. Koulouris, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Marzu 2014 [SG-Greffe(2014) D/4621/28/03/2014] dwar il-bejgħ ta’ ċerti elementi mill-attiv tal-kumpannija b’responsabbiltà limitata msejħa “Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki Anonimi Eteria NEA LARKO” [NEA LARKO], bin-Numru SA.37954 (2013/N) (EE 23/05/2014, C 156), indirizzata lir-Repubblika Ellenika;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti, l-ewwel nett, issostni li għandha interess ġuridiku manifest sabiex titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tirrigwardaha direttament u individwalment, b’mod analogu għad-destinatarji tagħha u, it-tieni nett, tqajjem tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 (1). Ir-rikorrenti ssostni li, bl-att ikkontestat, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-bejgħ innotifikat, mill-Istat Grieg, ta’ ċerti elementi patrimonjali tan-NEA LARKO ma wassalx għall-kontinwità ekonomika bejn l-imsemmija kumpannija u l-proprjetarju jew il-proprjetarji tal-elementi patrimonjali għall-bejgħ. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tiżbalja meta tikkontesta li l-elementi patrimonjali għall-bejgħ kienu jirrappreżentaw biss parti negliġibbli tal-attivitajiet tan-NEA LARKO, peress li, fil-verità, dawn kienu jikkostitwixxu l-parti prinċipali tal-attivitajiet tagħha u l-elementi li jibqgħu fil-pussess tagħha ma huwiex possibbli li jiġu valorizzati mill-perspettiva ekonomika u ma jistgħux jintużaw waħedhom. Pereżempju, fl-istabbiliment ta’ Larymna (li l-bejgħ tiegħu jaqa’ fil-pjan ta’ privatizzazzjoni) huwa l-element patrimonjali prinċipali ta’ NEA LARKO, b’mod partikolari peress li huwa hemmhekk li jittieħed il-mineral estratt kollu fil-Greċja kollha u huwa unikament f’dan il-post li l-imsemmi mineral jiġi pproċessat. It-tieni nett, id-deċiżjoni kkontestata hija daqstant ieħor żbaljata sa fejn tikkonkludi li l-elementi patrmonjali li se jitqiegħdu għall-bejgħ bl-irkant ma humiex proprjetà tan-NEA LARKO, iżda tal-Istat Grieg, bil-konsegwenza li fil-verità l-istabbiliment metallurġiku ta’ Larymna, flimkien mal-istabbilimenti l-oħra ta’ pproċessar tal-mineral, kif ukoll l-istabbilimenti awżiljarji qatt ma huma ser isiru proprjetà tal-Istat Grieg, iżda ser jibqgħu proprjetà tan-NEA LARKO anki wara r-rexissjoni possibbli tal-kuntratt ta’ lokazzjoni tad-drittijiet relatati mal-attività tal-minjieri, peress li dawn huma kompletament proprjetà ta’ din tal-aħħar. Konsegwenza diretta tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti hija li l-ġestjoni tan-NEA LARKO ser titkompla mix-xerrej il-ġdid, u għaldaqstant dan tal-aħħar ma jistax jinħeles mill-obbligu li jħallas lir-rikorrenti dak dovut lilha min-NEA LARKO.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata suffiċjentement, peress li din bl-ebda mod ma teżamina jekk it-trasferiment ta’ elementi patrimonjali inkwistjoni, skont il-pjan ta’ privatizzazzjoni meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, joħloqx distorsjoni jew jheddidx li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma eżaminatx is-suq tal-prodott, u lanqas biss iddefinixxiet l-imsemmi suq, u lanqas is-settur industrijali. Hija tillimita ruħha għad-dikjarazzjonijiet tal-Gvern Grieg, mingħajr ma teżaminahom kif xieraq. Hija lanqas talbet ebda opinjoni ta’ NEA LARKO f’dan ir-rigward, minkejja li din tal-aħħar kienet direttament ikkonċernata bid-deċiżjoni, u dan għamlitu bi ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ NEA LARKO, u speċjalment id-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-Gvern Grieg, l-aspettattivi leġittimi fil-konfront tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u d-dritt li tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonċernaha.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-argument li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi kunsiderazzjonijiet kontradittorji li jrendu lid-deċiżjoni inġustifikata u illeġittima. Essenzjalment, ir-rikorrenti ssostni li, filwaqt li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, tiddikjara li eżaminat b’mod komplessiv l-elementi kollha għall-bejgħ, peress li l-Kummissjoni tgħaqqad ir-rexissjoni tal-kuntratt ta’ lokazzjoni tad-drittijiet relatati mal-attività tal-minjieri, bħala parti mill-pjan ta’ privatizzazzjoni, flimkien mal-bejgħ bl-irkant fl-istess waqt u t-twettiq tal-pjan “sort out”, u konsegwentement tagħti valur sinjifikattiv lill-valur kontabbli sabiex tasal għall-konklużjoni li, peress li r-relazzjoni bejn l-elementi għall-bejgħ u l-bqija tal-elementi, minkejja li hija żbaljata, minn perspettiva ta’ kontabbiltà hija ta’ 1:3, il-kontinwità tal-attivitajiet ekonomiċi ma tissussistix. Bl-istess mod, il-Kummissjoni bl-ebda mod ma timmotiva d-deċiżjoni tagħha li tqis li l-kuntratti ta’ xogħol mal-persunal ta’ NEA LARKO ma jiġux ittrasferiti għas-settur li huwa għall-bejgħ, u dan bi ksur sostanzjali tal-“acquis communautaire” f’dan ir-rigward.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/54


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2014 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-639/14)

(2014/C 395/67)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismoy A.E. (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, A. Ikonomou, K. Sinodinos u E. Salaka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li huma inklużi fl-ittra tal-konvenuta tat-12 ta’ Ġunju 2014 lir-rikorrenti u li jirrigwardaw rispettivament iż-żewġ ilmenti li r-rikorrenti ssottomettiet imbagħad lill-konvenuta fejn tikkontesta l-għajnuna mill-Istat illegali li rriżultat, inizjalment, mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 346/2012 tal-awtorità regolatorja għall-enerġija Griega u, sussegwentement, mid-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ speċjali fil-kuntest tal-arbitraġġ permanenti tal-awtorità regolatorja għall-enerġija fuq imsemmija – li t-tnejn li huma obbligaw lir-rikorrenti li tipprovdi l-elettriku lill-kumpannija Alouminion A.E. bi prezz taħt il-prezz ta’ produzzjoni – u, speċifikament, id-deċiżjoni espressa tal-Kummissjoni li ma tinvestigax iktar it-tieni ilment tar-rikorrenti imsemmi hawn fuq, minħabba li ma ġie stabbilit ebda ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u d-deċiżjoni impliċita tagħha li ma tinvestigax iktar l-ewwel ilment imsemmi hawn fuq;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżit proċedurali sostanzjali, billi l-konvenuta ma kkonformatx mar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti għall-adozzjoni tal-miżura kkontestata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward il-liġi u l-fatti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, dwar il-konklużjoni tal-konvenuta li l-miżura kkontestata ma tistax tiġi imputata lill-Istat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward il-liġi u l-fatti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, dwar il-konklużjoni tal-konvenuta li l-miżura kkontestata ma tirriżultax fl-għoti ta’ vantaġġ inġust lill-kumpannija Alouminion A.E.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni suffiċjenti u li jiġu eżaminati l-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, b’mod partikolari fid-dawl tan-nuqqas tal-konvenuta li tistabbilixxi b’mod suffiċjenti r-raġunijiet kollha li għalihom il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li r-rikorrenti poġġiet quddiemha ma stabbilixxewx l-eżistenza tal-allegat għajnuna mill-Istat illegali u li tiddikjara r-raġunijiet kollha għall-bidla sostanzjali għall-pożizzjoni li l-konvenuta stess kienet adottat f’każijiet preċedenti, fir-rigward is-sodisfazzjon tal-kriterju ta’ imputabbiltà lill-Istat u l-kalkolu tal-prezz għall-provvista tal-elettriku lil konsumatur bħalma hija l-kumpannija Alouminion A.E. u fid-dawl tan-nuqqas tal-konvenuta li twettaq kull investigazzjoni sostanzjali dwar iż-żewġ ilmenti msemmija hawn fuq mir-rikorrenti.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/55


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2014 – NTS Energie- und Transportsysteme vs UASI – Schütz (X-Windwerk)

(Kawża T-649/14)

(2014/C 395/68)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NTS Energie- und Transportsysteme GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Mach, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Schütz GmbH & Co. KGaA (Selters, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 978/2013-1

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “X-Windwerk”, għal servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 39, 40 u 42 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 719 466.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Wind Werk”, għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 7, 9, 37 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/56


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2014 – Ir-Repubblika tal-Latvja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-661/14)

(2014/C 395/69)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: Inguss Kalniņš u Dace Pelše)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4479 tad-9 ta’ Lulju 2014 (1) sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika tal-Latvja u sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni l-ispejjeż li jammontaw għal EUR 739 393,95, inkorsi minn organu ta’ ħlas awtorizzat tar-Repubblika tal-Latvja għall-perijodu finanzjarju 2009 sal-2012 dwar l-istabbiliment tal-eżiġenzi ta’ kundizzjonalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-Repubblika tal-Latvja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-iżball imwettaq mill-Kummissjoni fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 (1) u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 73/2009 (2), minħabba li:

Mill-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1782/2003 u mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Istati Membri, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi spefiċi taż-żoni kkonċernati, għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni tal-eżiġenzi għall-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin.

Il-problemi msemmija fl-anness tar-Regolament Nru 1782/2003 jistgħu jiġu riżolti billi tiġi evalwata kull problema u billi jiġu imposti l-iktar regoli adegwati (effettivi) fost dawk stabbiliti fl-imsemmi regolament skont il-kuntest nazzjonali.

Sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jekk l-introduzzjoni ta’ rekwiżit tkun tikkonċerna biss l-attivitajiet agrikoli żgħar u, konsegwentement, toħloq spejjeż amministrattivi u spejjeż kunsiderevolmet iktar għoljin mill-benefiċċji, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti essenzjali, dejjem jekk dawn jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1782/2003.

Il-Kummissjoni ma adottatx approċċ koerenti fir-rigward tan-natura obbligatorja u essenzjali tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament Nru 1782/2003; barra minn hekk, l-assenza ta’ azzjoni tal-Kummissjoni sal-ħarifa tal-2009 tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1290/2005 (2) u tal-Linji Gwida Nru VI/5330/97 (Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji tal-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG – Garanzija) meta l-Kummissjoni għamlet il-kalkolu tal-korrezzjoni finanzjarja applikabbli għar-Repubblika tal-Latvja, minħabba:

n-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li r-riskju għall-fondi ma ġiex ippreċiżat u minħabba li ma tteħdux inkunsiderazzjoni l-kalkoli ppreżentati mir-Repubblika tal-Latvja, li abbażi tagħhom ir-riskju kkawżat kien iżgħar.

ksur tal-Linji Gwida li abbażi tagħhom il-kriterju tar-rata fissa għandu jintuża biss meta t-telf ma jkunx jista’ jiġi kkalkolat abbażi tal-informazzjoni disponibbli, filwaqt li r-Repubblika tal-Latvja pprovdiet informazzjoni preċiża li tippermetti li jiġi kkalkolat ir-riskju għall-fondi.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62).

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 286M, p. 1).


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/57


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2014 – International gaming projects vs UASI (BIG BINGO)

(Kawża T-663/14)

(2014/C 395/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: International gaming projects Ltd (Valletta, Malta) (rappreżentant: M. D. Garayalde Niño, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 755/2014-1;

tapprova r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 12 120 325“BIG BINGO” fil-klassijiet 9, 28 u 41;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “BIG BINGO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 12 120 325

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/58


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2014 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-667/14)

(2014/C 395/71)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, “državni pravobranilec”, avukat ġenerali tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [notifikata bid-dokument C (2014) 4479] (ĠU L 205, p. 62), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imwettaq mir-Repubblika tas-Slovenja, u b’mod iktar preċiż minħabba:

nuqqasijiet fil-verifika ta’ ħbula żgħar biex tiġi rrispettata d-definizzjoni ta’ ħbula agrikoli, li b’riżultat tagħhom ġiet applikata korrezzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa ta’ 5 % fuq il-ħlasijiet diretti, f’ammont ta’ EUR 115 956,46 għas-senza finanzjarja 2011, u ta’ EUR 131 260,23 għas-senza finanzjarja 2012;

nuqqas ta’ estrapolazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli f’każ ta’ differenza ta’ inqas minn 3 %, li b’riżultat tiegħu ġie applikat aġġustament speċifiku fuq il-ħlasijiet diretti, f’ammont ta’ EUR 1 771,90 għas-senza finanzjarja 2010; ta’ EUR 6 376,67 għas-senza finanzjarja 2011, kif ukoll ta’ EUR 6 506,76 għas-senza finanzjarja 2012;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjoni u fuq ksur tal-prinċipju tal-legalità f’dak li jikkonċerna l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-verifika tal-ħbula żgħar, u biex tiġi rrispettata d-definizzjoni ta’ ħbula agrikoli.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonstatat li s-sistema Slovena tippermetti lill-agrikolturi li jintegraw, fid-dikjarazzjoni tal-ħbula, strippi twal u dojoq ta’ mergħat, li huma mdawrin prinċipalment b’art li tinħarat, bil-konsegwenza li s-superfiċi tal-ħbula agrikoli grafiċi ta’ ażjenda agrikola jsiru eliġibbli, liema ħaġa twassal għal anomaliji fil-kejl u, għalhekk, fuq l-aċċettazzjoni tal-ħbula li ma jilħqux is-superfiċi minima li għandu jkollu ħabel agrikolu b’mod konformi mal-Artikoli 14(4) tar-Regolament Nru 796/2007 (1) u 13(9) tar-Regolament Nru 1122/2009 (2).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjoni u fuq ksur tal-prinċipju tal-legalità f’dak li jikkonċerna l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ksur tal-obbligu ta’ estrapolazzjoni.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball meta kkonstatat li fir-Repubblika tas-Slovenja, il-ħbula agrikoli li ntagħżlu matul il-kontroll intagħżlu biss b’kumbinazzjoni u biss fil-limitu tal-50 %; li l-metodu ta’ għażla tal-ħbula agrikoli grafiċi ta’ ażjenda agrikola ma ppermettix li tintlaħaq ir-rappreżentattività, u lanqas l-affidabbiltà meħtieġa mir-Regolament Nru 1122/2009, u, finalment, li l-obbligu ta’ estrapolazzjoni abbażi tal-premessa 44 tar-Regolament ġie miksur.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU L 141, p. 18).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, p. 65).


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/59


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Biogaran vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/14)

(2014/C 395/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Biogaran (Colombes, Franza) (rappreżentant: T. Reymond, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 u tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (AT.39612-Perindopril (SERVIER)) sa fejn dawn jirrigwardaw lil Biogaran;

sussidjarjament, tagħmel użu mill-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tnaqqas b’mod sostanzjali ħafna l-ammont tal-multa imposta fuq Biogaran mill-Artikolu 7 tal-imsemmija deċiżjoni;

tagħti lil Biogaran l-benefiċċju ta’ kull annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, fil-kuntest tar-rikors ippreżentat mill-kumpanniji Servier S.A.S, Les Laboratoires Servier u Servier Laboratories Limited u minn dan tislet kull konsegwenza fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din ma turix il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fi kwalunkwe ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li personalment hija ma wettqet ebda att antikompetittiv u ma setgħetx tinżamm responsabbli għal ftehim bonajru fil-qasam tal-privattivi konkluż mill-kumpannija parent tagħha, li għalih hija ma kinitx parti u li ma kinitx taf il-kontenut tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żnaturament tal-fatti, saf fejn id-deċiżjoni kkontestata b’mod żbaljat ikkonkludiet li l-ftehim ta’ liċenzja u ta’ provvista li r-rikorrenti kienet ikkonkludiet mal-kumpannija Niche kien serva ta’ inċentiv addizzjonali sabiex din l-aħħar kumpannija tiġi inkoraġġuta tikkonkludi l-ftehim bonarju fil-qasam tal-privattivi mal-kumpannija parent tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq żball ta’ liġi, sa fejn ġiet imposta multa fuq ir-rikorrenti minkejja li l-ksur kien għadu kif ġie ddeterminat.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/60


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-686/14)

(2014/C 395/73)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Galluzzo, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, fil-parti li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-9 ta’ Lulju 2014, innotifikata bin-Nru C (2014) 4479 fl-10 ta’ Lulju 2014, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti fejn aġixxiet fil-konfront tal-Italja;

tannulla l-korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa li tirrigwarda l-għajnuna għall-ipproċessar tat-tadam għas-sena finanzjarja 2009 u li tammonta għal total ta’ EUR 1 399 293,78;

tannulla l-korrezzjoni finanzjarja ta’ darba għall-irregolaritajiet “Nuqqas ta’ tagħrif dwar l-azzjonijiet ta’ rkupru implimentati” li tammonta għal total ta’ EUR 2 362 005,73;

tannulla l-korrezzjoni finanzjarja ta’ darba għall-irregolaritajiet “Nuqqas ta’ rappurtar fl-Anness III” li tammonta għal total ta’ EUR 1 460 976,88.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali (Artikolu 253 KE) mill-aspett tan-nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fir-rigward tal-korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa li tirrigwarda l-għajnuna għall-ipproċessar tat-tadam għas-sena finanzjarja 2008, ġew invokati ksur tal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 286M, p. 1) u ksur tal-Artikoli 28 u 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003, tad-29 ta’ Awwissu 2003, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 555). Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tikkontesta l-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mid-deċiżjoni kkontestata, ikkalkolati li jammontaw għal 5 % tal-infiq imġarrab, billi ssostni li dawn saru minkejja l-prova tal-assenza ta’ dannu finanzjarju sinjifikattiv.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontesta l-kwantifikazzjoni tal-korrezzjoni nfisha, sa fejn jirriżulta li d-determinazzjoni konkreta tagħha hija sproporzjonata u manifestament illoġika, billi hija nettament ogħla mid-dannu potenzjali li jista’ jirriżulta mill-aġir imputat lill-awtoritajiet Taljani.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żnaturament tal-fatti u fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali (Artikolu 253 KE) mill-aspett tan-nuqqas ta’ motivazzjoni.

Dan il-motiv jirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja imposta minħabba li l-Istat Taljan allegatament naqas li jindika allegata irregolarità fit-tabella prevista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR, li tammonta għal EUR 1 460 976,88. F’dan ir-rigward, il-Gvern Taljan isostni li kienet ġiet irreġistrata l-assenza ta’ irregolaritajiet fl-għajnuna mogħtija u għalhekk ma kien meħtieġ li ssir ebda annotazzjoni fit-tabella prevista fl-Anness III.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-korrezzjoni finanzjarja għall-irregolaritajiet “Nuqqas ta’ rappurtar fl-Anness III”, li tirrigwarda l-għajnuna kollha kemm hi u li hija mmotivata min-nuqqas li jintbagħtu dokumenti, tidher li hija nettament ogħla mid-dannu potenzjali li jista’ jirriżulta mill-aġir imputat lill-awtoritajiet Taljani.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ res judicata, tal-Artikolu 32(8)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Dan il-motiv jirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja imposta minħabba li l-Istat allegatament ma pprovdiex informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta’ rkupru mressqa, li tammonta għal EUR 2 362 005,73. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, mingħajr ma mmotivat id-deċiżjoni tagħha, qieset li setgħet tinjora sentenza finali mogħtija fuq il-każ li kienet ikkonfermat li l-għoti tal-għajnuna kien leġittimu. Barra minn hekk, il-Gvern Taljan irreġistra t-trażmissjoni ta’ sentenza tal-qorti kriminali li kienet illiberat lill-benefiċjarju tal-għajnuna. Dawn il-fatti kienu jipprovaw li ma kien hemm ebda raġuni għalfejn jitwettaq l-irkupru u, għalhekk, li l-informazzjoni kienet ġiet ipprovduta. Barra minn hekk, din il-korrezzjoni, li tirrigwarda l-għajnuna kollha kemm hi, tidher li hija nettament ogħla mid-dannu potenzjali li jista’ jirriżulta mill-aġir imputat lill-awtoritajiet Taljani.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/61


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2014 – Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża T-702/14)

(2014/C 395/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hamas (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: L. Glock, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/483/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/72/PESK, sa fejn din tirrigwarda lill-Hamas (inkluż lill-Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 790/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014, sa fejn dan jirrigwarda lill-Hamas (inkluż lill-Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-531/11, Hamas vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2012, C 126, p. 18.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/63


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 – CQ vs Il-Parlament

(Kawża F-12/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Interpreti tal-konferenzi li huma membri tal-persunal (AIC) - Artikolu 90 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli interni rigward il-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Kunfidenzjalità tax-xogħol tal-imsemmi kumitat - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni))

(2014/C 395/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CQ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-ilment ta’ fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CQ għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013, p. 40.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/63


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 – DF vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/13) (1)

((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Spejjeż tal-ivvjaġġar - Kollokament tar-rikorrent fil-pajjiż ta’ nazzjonalità tiegħu - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal))

(2014/C 395/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DF (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u V. Joris, aġenti, sussegwentement J. Currall, aġent)

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li biha jintalab lir-rikorrent ir-rimbors tal-allowance tal-espatrijazzjoni u tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li huwa rċieva matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja, bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u l-31 ta’ Awwissu 2012, u t-talba għar-rimbors tas-somom diġà rkuprati kif ukoll l-għoti tad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil DF is-somma ta’ EUR 1 500 bħala kumpens għad-danni morali tiegħu.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kwart mill-ispejjeż ta’ DF.

4)

DF għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013, p. 40.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/64


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Julien-Maley et vs SEAE

(Kawża F-100/13) (1)

((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li temenda l-lista tal-pajjiżi terzi li l-kundizzjonijiet tal-ħajja tagħhom huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni - Att ta’ portata ġenerali - Ammissibbiltà tar-rikors - Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja - Tneħħija))

(2014/C 395/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Julien-Maley (Tokjo, il-Ġappun) et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li, mill-1 ta’ Jannar 2014, ma jibqax iħallas l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja lill-uffiċjali assenjati fl-Arġentina, fiċ-Ċilì, fiċ-Ċina (Ħong Kong), fil-Ġappun, fil-Malasja, f’Singapor u fit-Tajwan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

B. Julien-Malvy u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

3)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 45, 15.02.2014, p. 46.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/65


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Osorio et vs SEAE

(Kawża F-101/13) (1)

((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tbiddel il-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom il-kundizzjonijiet tal-ħajja huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni - Att ta’ portata ġenerali - Ammissibbiltà tar-rikors - Evalwazzjoni annwali tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja - Tneħħija))

(2014/C 395/78)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carla Osorio (Pointe aux Canonniers, il-Mawrizju) et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt, u M. Silva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tad-19 ta’ Diċembru 2012, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013, li ma tingħatax iktar l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal lill-uffiċjali assenjati fir-Repubblika tal-Mawrizju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

C. Osorio u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

3)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013, p. 41.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/65


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembre 2014 – Wahlström vs Frontex

(Kawża F-117/13) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal ta’ Frontex - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Proċedura ta’ tiġdid - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal smigħ - Ksur - Influwenza fuq is-sens tad-deċiżjoni))

(2014/C 395/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent ma jiġġedditx wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/11.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tad-19 ta’ Frar 2013, li l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju ta’ K. Wahlström ma jiġġedditx, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ K. Wahlström.


(1)  ĠU C 01.02.2014, p. 23.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/66


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 –  KE (*1) vs ERA

(Kawża F-120/13) (1)

((Servizz publiku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Persunal ta’ aġenzija - Tnaqqis tal-ħaddiema - Kuntest finanzjarju multiannwali tal-ERA - Tneħħija ta’ żewġ pożizzjonijiet tat-tabella tal-ħaddiema - Osservanza tal-formalitajiet essenzjali - Dritt ta’ smigħ - Direttivi interni - Interess tas-servizz))

(2014/C 395/80)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: KE (*1) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (rappreżentanti: G. Stärkle, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għan-nofs l-ispejjeż sostnuti minn  KE (*1).

3)

 KE (*1) għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU C 45, 15.02.2014, p. 47.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/66


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-149/12) (1)

((Servizz pubbliku - Invalidità - Allowance tal-invalidità - Tnaqqis fuq l-allowance tal-invalidità))

(2014/C 395/81)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tal-irkupru kull xahar tas-somma ta’ EUR 500 mnaqqsa mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent minn April sa Ġunju 2012.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013, p. 38.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/67


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Prigent vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/13) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/230/12 (AD5) u EPSO/AD/231/12 (AD7) - Kundizzjoni ta’ eliġibbiltà dwar l-esperjenza professjonali tal-kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 (AD7) mhux issodisfatta - Assenjazzjoni mill-ġdid għall-kompetizzjoni EPSO/AD/230/12 (AD5) - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/230/12 (AD5) - Interess ġuridiku - Tardività tal-ilment - Talbiet għal eżami mill-ġdid suċċessivi))

(2014/C 395/82)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oliver Prigent (Fentange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tammettix lir-rikorrent għall-fażi ta’ selezzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 (AD7) u li tikklassifikah mill-ġdid fil-kompetizzjoni EPSO/AD/230/12 (AD5) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li huwa jiġi inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni AD5 iċċitata iktar 'il fuq u għoti ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat.

2)

O. Prigent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014, p. 22.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/68


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – Ojamaa vs Il-Parlament

(Kawża F-37/14) (1)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Awtorità tal-Ħatra - Att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta))

(2014/C 395/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Priit Ojamaa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u N. Chemaï, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma tawtorizzax it-trasferiment tas-16-il ġurnata ta’ leave li ma ttieħdux fl-2012, għas-sena 2013, wara li r-rikorrent kien bil-leave għal perijodu twil minħabba marda gravi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

P. Ojamaa għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 184, 16.06.2014, p. 47.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/68


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-77/14)

(2014/C 395/84)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-konstatazzjoni tal-inapplikabbiltà tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal kif emendat bl-Artikolu 1(67)(d) tar-Regolament Nru 1023/2013 inkwantu jistabbilixxi rabta bejn l-għoti tal-benefiċċji previsti f’dan l-artikolu u l-istatus ta’ espatrijat jew ta’ resident barra mill-pajjiż, u l-annullament tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni relatati mal-ispejjeż tal-ivjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini adottati mill-Kunsill fl-1 ta’ Jannar 2014 li jopera l-istess rabta.

Talbiet tar-rikorrent

jikkonstata li bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, l-Artikolu 1(67)(d) tar-Regolament Nru 1023/2013 għandu jitħalla mhux applikat inkwantu jorbot ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivjaġġar annwali previsti fl-Artikolu 7 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal mal-kundizzjoni ta’ residenza barra mill-pajjiż jew ta’ espatrija;

jannulla l-Artikolu 1 tad-DĠI tal-1 ta’ Jannar 2014 inkwantu jorbot ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivjaġġar annwali previst fl-Artikolu 7 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal mal-kundizzjoni ta’ residenza barra mill-pajjiż jew ta’ espatrija;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/69


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Settembru 2014 – Loescher vs Il-Kunsill

(Kawża F-108/13) (1)

(2014/C 395/85)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014, p. 41.