ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 388

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
3 ta' Novembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 388/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 388/02

Kawża C-379/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – TOP Logistics BV & Van Caem International BV vs Bacardi & Co. Ltd & Bacardi International Ltd

2

2014/C 388/03

Kawża C-381/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Jorge Sales Sinués vs Caixabank S.A.

3

2014/C 388/04

Kawża C-384/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 44 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Alta Realitat S.L. vs Erlock Films y Ulrich Thomsen

3

2014/C 388/05

Kawża C-385/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fit-12 ta’ Awwissu 2014 – Youssouf Drame Ba vs Catalunya Caixa S.A.

4

2014/C 388/06

Kawża C-396/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Klagenævnet for Udbud (id-Danimarka) fl-20 ta’ Awwissu 2014 – MT Højegaard A/S u Züblin A/S vs Banedanmark

5

2014/C 388/07

Kawża C-415/14 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 minn Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2014 fil-Kawża T-564/10 Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni

5

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 388/08

Kawżi magħquda T-196/11 u T-542/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Mikhalchanka vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Restrizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Unjoni u għat-tranżitu minnu — Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati — Ġurnalist — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Inammissibbiltà parzjali — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni)

8

2014/C 388/09

Kawża T-646/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Ipatau vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Żball ta’ evalwazzjoni)

9

2014/C 388/10

Kawża T-168/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Georgias et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe — Iffriżar ta’ fondi — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rabta kawżali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

10

2014/C 388/11

Kawża T-195/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Nuna International vs UASI – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuna) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nuna — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NANA u NANU-NANA — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenz ta’ xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

10

2014/C 388/12

Kawża T-262/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Central Bank of Iran vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Lis alibi pendens — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża)

11

2014/C 388/13

Kawża T-317/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Holcim (Romania) vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Responsabbiltà minħabba nuqqas — Rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela informazzjoni u li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ kwoti ta’ emissjoni allegatament misruqa — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Responsabbiltà mingħajr nuqqas)

12

2014/C 388/14

Kawża T-493/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2014 – Sanofi vs UASI – GP Pharm (GEPRAL) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali GEPRAL — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DELPRAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

12

2014/C 388/15

Kawża T-11/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Tegometall International vs UASI – Irega (MEGO) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali MEGO — Raġuni relattiva għal rifjut — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti — Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata]

13

2014/C 388/16

Kawża T-90/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Herdade de S. Tiago II vs UASI – Polo/Lauren (V) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva V — Trade marks Komunitarji, nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti li jirrapreżentaw plejer tal-polo — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

14

2014/C 388/17

Kawża T-265/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Polo/Lauren vs UASI – FreshSide (Rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota li jżomm mazza) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta tifel fuq rota li jżomm mazza — Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirappreżentaw persuna li tilgħab il-polo — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]

14

2014/C 388/18

Kawża T-267/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – El Corte Inglés vs UASI OHMI – Gaffashion (BAUSS) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjonii — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja BAUSS — Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BASS3TRES — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ probabblità ta’ konfużjoni]

15

2014/C 388/19

Kawża T-341/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Groupe Léa Nature vs UASI – Debonair Trading Internacional (SO’BiO ētic) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SO’BiO ētic — Trade mark Komunitarja u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SO…? — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

16

2014/C 388/20

Kawża T-348/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2014 – Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja — Iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ anullament — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

16

2014/C 388/21

Kawża T-511/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

17

2014/C 388/22

Kawża T-559/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Ackermann Saatzucht et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

18

2014/C 388/23

Kawża T-560/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

19

2014/C 388/24

Kawża T-636/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

20

2014/C 388/25

Kawża T-644/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2014 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

21

2014/C 388/26

Kawża T-654/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2014 – Revolution vs UASI (REVOLUTION)

21

2014/C 388/27

Kawża T-656/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2014 – Peri vs UASI (Forma ta’ lukkett għal shuttering)

22

2014/C 388/28

Kawża T-659/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 – Instituto dos vinhos do Douro e do Porto vs UASI – Bruichladdich Distillery (PORT CARLOTTE)

23

2014/C 388/29

Kawża T-674/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – SEA vs Il-Kummissjoni

23

2014/C 388/30

Kawża T-675/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

24

2014/C 388/31

Kawża T-676/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

25

2014/C 388/32

Kawża T-688/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Airport Handling vs Il-Kummissjoni

26

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 388/33

Kawża F-54/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Parlament

28

2014/C 388/34

Kawża F-70/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

28

2014/C 388/35

Kawża F-71/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

29

2014/C 388/36

Kawża F-72/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

29

2014/C 388/37

Kawża F-74/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

30

2014/C 388/38

Kawża F-76/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

30

2014/C 388/39

Kawża F-78/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ et vs SEAE

31

2014/C 388/40

Kawża F-79/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Parlament

31

2014/C 388/41

Kawża F-81/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

32

2014/C 388/42

Kawża F-82/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

32

2014/C 388/43

Kawża F-86/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 388/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 380, 27.10.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 372, 20.10.2014

ĠU C 361, 13.10.2014

ĠU C 351, 6.10.2014

ĠU C 339, 29.9.2014

ĠU C 329, 22.9.2014

ĠU C 315, 15.9.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – TOP Logistics BV & Van Caem International BV vs Bacardi & Co. Ltd & Bacardi International Ltd

(Kawża C-379/14)

2014/C 388/02

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TOP Logistics BV, Van Caem International BV

Konvenuti: Bacardi & Co. Ltd, Bacardi International Ltd

Domandi preliminari

Dawn id-domandi jikkonċernaw merkanzija li toriġina barra miż-ŻEE li, wara li tkun iddaħħlet fit-territorju taż-ŻEE (mhux mill-proprjetarju tat-trade mark u lanqas bil-kunsens tiegħu), tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern jew taħt il-proċedura ta’ ħażna fl-imħażen doganali [fis-sens tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2913/92 (1) (ir-Regolament il-qadim) u r-Regolament (KE) Nru 450/2008 (2)] fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

1)

Fejn tali merkanzija hija sussegwentement, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, imqiegħda taħt proċedura ta’sospensjoni tad-dazji tas-sisa, din għandha tkun ikkunsidrata bħala importata fis-sens tal-Artikolu 5(3)(ċ) tad-Direttiva 89/104/CEE (3) (li saret id-Direttiva 2008/95/CE (4)), fis-sens li tikkonċerna “[użu tas-sinjal] fl-eżerċizzju tal-kummerċ” li jista’ jiġi pprojbit mill-proprjetarju tat-trade mark skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva?

2)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, is-sempliċi preżenza ta’ tali merkanzija fi Stat Membru (imqiegħda taħt proċedura ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa f’dak l-Istat Membru) ma taffettwax jew ma tkunx tista’ taffettwa l-funzjonijiet tat-trade mark, b’tali mod li l-proprjetarju ta’ din it-trade mark li jinvoka drittijiet ta’ trade mark nazzjonali f’dak l-Istat Membru ma jkunx jista jopponi din il-preżenza?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(2)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, p. 1).

(3)  L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92).

(4)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 299, p. 25).


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Jorge Sales Sinués vs Caixabank S.A.

(Kawża C-381/14)

2014/C 388/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jorge Sales Sinués.

Konvenuta: Caixabank S.A.

Domandi preliminari

Peress li s-sistema Spanjola tipprovdi, fl-Artikolu 43 tal-LEC (1), dan l-effett sospensiv jew ta’ preġudizzju tal-azzjoni individwali mibdija b’mod parallel mill-konsumatur sakemm tingħata sentenza definittiva fl-azzjoni kollettiva, sa fejn dan il-konsumatur ikun ġie marbut minn dak li jiġi deċiż f’dan il-kuntest mingħajr ma kellu la l-opportunità li jiddifendi b’mod utli d-dritt tiegħu u lanqas li jipproduċi provi bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu:

1)

Jista’ jiġi kkunsidrat li dan huwa mezz jew mekkaniżmu effettiv fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE[E] (2)?

2)

Sa liema punt dan l-effett sospensiv jikkostitwixxi ostakolu għall-konsumatur, u għalhekk, ksur tal-Artikolu 7(1) tal-istess direttiva, biex tiġi invokata n-nullità ta’ dawn il-klawżoli inġusti li jinsabu fil-kuntratt tiegħu?

3)

Il-fatt li konsumatur ma jistax jiddistakka ruħu mill-azzjoni kollettiva jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/13/KE[E]?

4)

Jew inkella, bil-kontra ta’ dan, l-effett sospensiv tal-Artikolu 43 tal-LEC huwa konformi mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KE[E] fis-sens li d-drittijiet tal-konsumatur huma kompletament imħarsa minn din l-azzjoni kollettiva, peress li l-ordinament ġuridiku Spanjol jipprevedi mekkaniżmi proċedurali oħra li huma daqstant effettivi għall-ħarsien tad-drittijiet tiegħu, u mill-prinċipju ta’ ċertezza legali?


(1)  Ley de Enjuiciamiento Civil (kodiċi tal-proċedura ċivili Spanjol)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur. ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 44 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Alta Realitat S.L. vs Erlock Films y Ulrich Thomsen

(Kawża C-384/14)

2014/C 388/04

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 44 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alta Realitat S.L.

Konvenuti: Erlock Films u Ulrich Thomsen

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali adita tista’, abbażi tal-elementi kollha li hija għandha, tiddetermina jekk id-destinatarju ta’ att jafx il-lingwa li fiha dan l-att huwa redatt?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

2)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-qorti nazzjonali adita tkun iddeċidiet, abbażi tal-elementi kollha li hija għandha, li d-destinatarju ta’ att jaf il-lingwa li fiha dan l-att huwa redatt, l-uffiċjal li jwettaq in-notifika ma għandux joffrilu l-possibbiltà li jirrifjuta li jirċievi dan l-att?

3)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk id-destinatarju ta’ notifika jirrifjutaha minħabba li d-dokument huwa redatt f’lingwa speċifika filwaqt li l-qorti adita tkun iddikjarat li din il-persuna kellha għarfien suffiċjenti tal-imsemmija lingwa, ir-rifjut tad-dokument ma huwiex iġġustifikat u l-qorti adita tista’ tapplika l-konsegwenzi previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ oriġini għal dan it-tip ta’ rifjut mhux iġġustifikat u saħansitra, jekk dan ikun previst mir-regoli proċedurali tal-Istat ta’ oriġini, tista’ tiddikjara li d-dokument ġie nnotifikat lid-destinatarju tiegħu?


(1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fit-12 ta’ Awwissu 2014 – Youssouf Drame Ba vs Catalunya Caixa S.A.

(Kawża C-385/14)

2014/C 388/05

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Mercantil no 9 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Youssouf Drame Ba

Konvenuta: Catalunya Caixa S.A.

Domandi preliminari

Peress li s-sistema Spanjola tipprovdi, fl-Artikolu 43 tal-LEC (1), dan l-effett sospensiv jew ta’ preġudizzju tal-azzjoni individwali mibdija b’mod parallel mill-konsumatur sa kemm tingħata sentenza definittiva fl-azzjoni kollettiva, sa fejn dan il-konsumatur ikun marbut minn dak li jiġi deċiż f’dan il-kuntest mingħajr ma kellu la l-opportunità li jiddifendi b’mod utli d-dritt tiegħu u lanqas li jipproduċi provi bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu:

1)

Jista’ jiġi kkunsidrat li dan huwa mezz jew mekkaniżmu effettiv fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE[E] (2)?

2)

Sa liema punt dan l-effett sospensiv jikkostitwixxi ostakolu għall-konsumatur, u għalhekk ksur tal-Artikolu 7(1) tal-istess direttiva, biex tiġi invokata n-nullità ta’ dawn il-klawżoli inġusti li jinsabu fil-kuntratt tiegħu?

3)

Il-fatt li konsumatur ma jistax jiddistakka ruħu mill-azzjoni kollettiva jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/13/KE[E]?

4)

Jew inkella, bil-kontra ta’ dan, l-effett sospensiv tal-Artikolu 43 tal-LEC huwa konformi mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KE[E] fis-sens li d-drittijiet tal-konsumatur huma kompletament imħarsa minn din l-azzjoni kollettiva, peress li l-ordinament ġuridiku Spanjol jipprevedi mekkaniżmi proċedurali oħra li huma daqstant effettivi għall-ħarsien tad-drittijiet tiegħu, u mill-prinċipju ta’ ċertezza legali?


(1)  Ley de Enjuiciamiento Civil (kodiċi tal-proċedura ċivili Spanjol)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur. ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Klagenævnet for Udbud (id-Danimarka) fl-20 ta’ Awwissu 2014 – MT Højegaard A/S u Züblin A/S vs Banedanmark

(Kawża C-396/14)

2014/C 388/06

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Klagenævnet for Udbud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MT Højegaard A/S u Züblin A/S

Konvenut: Banedanmark

Domanda preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE (1), moqri flimkien mal-Artikolu 51 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jipprekludi li entità kontraenti tagħti kuntratt lil offerent li ma jkunx ippreżentata l-kandidatura tiegħu għall-preselezzjoni u għaldaqstant ma ġiex preselezzjonat?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/5


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 minn Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2014 fil-Kawża T-564/10 Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-415/14 P)

2014/C 388/07

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA (rappreżentant: J. Calheiros, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) tat-TFUE, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Ġunju 2014 [T-564/10], li ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti kontra l-Kummissjoni Ewropea, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata mill-Uffiċjal tal-kontijiet tagħha permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Ottubru 2010, fil-parti li fiha hija tirrikjedi li l-garanzija finanzjarja li għandha tingħata, skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 (1), f’dan il-każ minn bank b’rating “AA” ta’ terminu twil, u tikkundanna lill-appellanti għall-ħlas tal-ispejjeż tagħhom u tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

tilqa’, wara l-annullament tas-sentenza appellata, it-talbiet ippreżentati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, u, konsegwentement, tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata mill-Uffiċjal tal-kontijiet tagħha permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Ottubru 2010, fil-parti li fiha hija tirrikjedi l-garanzija finanzjarja li għandha tingħata, skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, f’dan il-każ minn bank b’rating “AA” ta’ terminu twil.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji:

1.

L-ewwel aggravju – żball ta’ liġi fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni appellata, li qieset bħala infondat l-argument invokat mill-appellanti fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali dwar in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata fit-8 ta’ Ottubru 2010 fil-parti fejn hija rrikjediet il-provvista ta’ garanzija finanzjarja minn bank b’rating “AA” ta’ terminu twil

Fid-deċiżjoni appellata huwa kkonstatat li d-deċiżjoni adottata fit-8 ta’ Ottubru ma tinkludix motivazzjoni espliċita għar-rekwiżit ta’ rating tal-bank li joħroġ il-garanzija. Madankollu, hija tiġġustifika dan bil-fatt li l-bażi tar-raġunament tal-Kummissjoni tirriżulta mir-rekwiżit innifsu.

Skont l-Artikolu 296 TFUE, jeżisti l-obbligu li l-atti kollha, inklużi d-deċiżjonijiet, jiġu mmotivati.

“Il-“bażi ta’ raġunament tal-Kummissjoni” għandu jirriżulta mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni, u mhux mill-att kontenzjuż innifsu.

Dan huwa wisq iżjed minnu meta il-“protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni”, li kienet fil-“bażi tar-raġunament tal-Kummissjoni”, tista’ tiġi mħarsa adegwatament, b’mod partikolari permezz tal-garanzija bankarja proposta mill-appellanti fl-ittra mibgħuta lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Settembru 2010.

Min-naħa l-oħra, fl-2010, meta l-Kummissjoni ħolqot ir-rekwiżit, il-fatt li ntgħażel bħala uniku kriterju għall-provvista ta’ garanzija bankarja l-kunċett ta’ rating mill-ewwel kien jirriżulta assolutament inadegwat, inkwantu dan il-kriterju, peress li huwa oġġettivament diskutibbli, jirrikjedi motivazzjoni iktar b’saħħitha, ċara u espliċita.

Anki mill-fatt li l-għoti ta’ terminu supplimentari għall-ħlas isir fl-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali, il-livell ta’ rekwiżit ta’ motivazzjoni huwa dejjem ogħla minn dak li jirriżulta meta jiġu eżerċitati setgħat irregolati.

Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll li d-deċiżjoni ma tinvoka ebda regola Komunitarja li fuqha dan ir-rekwiżit jista’ jkun ibbażat.

Ladarba, kif inhu rrikonoxxut fid-deċiżjoni appellata, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata fit-8 ta’ Ottubru 2010 ma tinkludix motivazzjoni espliċita għar-rekwiżit ta’ rating tal-bank li joħroġ il-garanzija, id-deċiżjoni appellata hija żbaljata fil-parti fejn ikkunsidrat li l-att kontenzjuż ma huwiex ivvizzjat b’nuqqas ta’ motivazzjoni invokat mill-appellanti fir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.

2.

It-tieni aggravju – żball ta’ liġi fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni appellata, fil-parti fejn din qieset bħala infondat l-argument invokat mill-appellanti fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali dwar il-ksur tat-Trattat – il-prinċipju ta’ proporzjonalità

Mill-Artikolu 85 tar-Regolament Nru 2342/2002 jirriżulta li, ladarba jiġu sodisfatti r-rekwiżiti u l-ħtiġijiet previsti fl-imsemmi artikolu, l-awtorità responsabbli Komunitarja (f’dan il-każ, l-Uffiċjal tal-kontijiet) għandha tevalwa t-talba li ssirilha mill-impriża interessata biex isir il-ħlas f’terminu supplimentari speċifiku u tilqa’ din it-talba, fil-mument li dawn ir-rekwiżiti jiġu vverifikati u l-ħtiġijiet legali previsti għal dan il-permess jiġu sodisfatti.

Is-“setgħa diskrezzjonali wiesgħa” li tingħata lill-Uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolament tikkonsisti fl-evalwazzjoni tat-talba li ssirlu mill-impriża interessata li twettaq il-ħlas f’terminu supplimentari speċifiku u f’li tintlaqa’ din it-talba, u mhux fl-evalwazzjoni tat-tip ta’ garanzija bankarja li l-Uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni jqis li huwa aċċettabbli, peress li, għall-istħarriġ tal-att kontenzjuż ma huwiex suffiċjenti li jiġi meqjus jekk dan huwiex manifestament inadegwat sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, bħal ma ġie kkunsidrat b’mod żbaljat fid-deċiżjoni appellata.

Garanzija li tingħata fuq l-ewwel talba, skont il-mudell rikjest mill-Kummissjoni, maħruġa minn istituzzjoni ta’ kreditu, hija forma korretta u adegwata biex jiġi żgurat il-ħlas tal-ammonti dovuti. Fil-fatt l-ordinament ġuridiku Portugiż kollu (kif ukoll, b’mod ġenerali, dawk ta’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea) jaċċetta, għal diversi raġunijiet, il-provvista ta’ garanzija bankarja, inkluż għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, b’mod partikolari ta’ eżekuzzjoni eventwali mressqa mill-Kummissjoni fil-qrati nazzjonali intiża sabiex titħallas multa li ma tkunx tħallset.

F’dan il-każ, il-garanzija proposta mill-appellanti (u mhux aċċettata mill-Kummissjoni) kienet ser tinħareġ mill-Banco Comercial Português, S.A., istituzzjoni ta’ kreditu bis-sede tagħha fl-Unjoni Ewropea, suġġetta għar-regoli ta’ superviżjoni u ta’ konsolidament iddefiniti mill-istituzzjonijiet Komunitarji nnifishom. Għaldaqstant xejn ma jidher li jiġġustifika, għad-difiża tad-drittijiet tal-Komunitajiet, li tiġi miċħuda l-possibbiltà li l-garanzija tinħareġ mill-imsemmi bank u li jiġi rikjest il-ħruġ minn bank b’rating “AA” ta’ terminu twil.

Ma dan jirriżultaw iċ-ċirkustanzi fattwali, li huma ta’ għarfien pubbliku, li r-ratings tal-banek Portugiżi ġew affettwati bil-bidla fir-rating tar-Repubblika Portugiża. F’dan is-sens ma jeżisti ebda bank, ibbażat fil-Portugall, li jissodisfa l-kriterji ta’ rating (“AA” ta’ terminu twil) rikjesti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Dawn iċ-ċirkustanzi ġew identifikati fid-deċiżjoni appellata, taħt it-titolu “fatti li wasslu għall-kawża”, minkejja l-fatt li ġew esklużi mill-motivazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.

B’dan il-mod, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tissodisfax kriterju ta’ neċessità (li jikkostitwixxi dimensjoni importanti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità) ladarba, minn fost il-miżuri possibbli, il-Kummissjoni għażlet dik li, skont il-fatti, l-iżjed kienet tagħmel ħsara lill-interessi tal-appellanti.

B’hekk, jirriżulta li hemm sproporzjon ċar bejn ir-rekwiżit magħmul mill-Kummissjoni (garanzija maħruġa minn bank Ewropew b’rating “AA” ta’ terminu twil) u l-għan li jrid jinkiseb (protezzjoni tad-dritt tal-Kummissjoni li titħallas), fejn id-deċiżjoni appellata hija żbaljata fil-parti fejn ikkunsidrat li l-att kontenzjuż ma jiskrix il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).


Il-Qorti Ġenerali

3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Mikhalchanka vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-196/11 u T-542/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Unjoni u għat-tranżitu minnu - Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati - Ġurnalist - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà parzjali - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))

2014/C 388/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aliaksei Mikhalchanka (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-196/11, F. Naert u M.-M. Joséphidès u, fil-Kawża T-542/12, F. Naert u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 40), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 84/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 17), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/174/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 76, p. 72), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 271/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 76, p. 13), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1014/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), sa fejn dawn l-atti kollha jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil A. Mikhalchanka:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/174/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 271/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.

2)

Ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba tal-Kunsill li jinżammu l-effetti ratione temporis tal-atti kkontestati.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn A. Mikhalchanka.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Ipatau vs Il-Kunsill

(Kawża T-646/11) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ evalwazzjoni”))

2014/C 388/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vadzim Ipatau (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [id-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 17), inkwantu tikkonċerna lir-rikorrent, tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 8), inkwantu jikkonċerna lir-rikorrent, tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-14 ta’ Novembru 2011, li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex ismu jitneħħa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 40), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 84/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 17), u l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), inkwantu jikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vadzim Ipatau għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 25.08.2012


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Georgias et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-168/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe - Iffriżar ta’ fondi - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rabta kawżali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

2014/C 388/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aguy Clement Georgias (Harare, iż-Żimbabwe); Trinity Engineering (Private) Ltd (Harare); u Georgiadis Trucking (Private) Ltd (Harare) (rappreżentanti: inizjalment M. Robson, E. Goulder, solicitors, u H. Mercer, QC, sussegwentement M. Robson, H. Mercer u I. Quirk, barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġent); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S. Bartelt, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2007, tas-16 ta’ April 2007, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004, dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 3, p. 50).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aguy Clement Georgias, Trinity Engineering (Private) Ltd u Georgiadis Trucking (Private) Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 165, 9.6.2012.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Nuna International vs UASI – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuna)

(Kawża T-195/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nuna - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NANA u NANU-NANA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenz ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 388/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nuna International BV (Erp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Alpera Plazas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 476/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Nuna International BV.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 476/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Nuna International BV, hija annullata fir-rigward tal-“prammijiet għat-trabi; prammijiet; sedili tas-sigurtà għat-tfal għall-karozzi”, li jaqgħu fil-klassi 12 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, kif ukoll tal-“walkers tat-trabi [tagħmir għat-tagħlim tal-mixi għat-trabi]” u “xkejjer tal-irqad għat-trabi u għat-tfal”, li jaqgħu fil-klassi 20.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 14.07.2012.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Central Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-262/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Lis alibi pendens - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża”))

2014/C 388/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Central Bank of Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Lester, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), sa fejn dawn niżżlu jew żammew, wara eżami mill-ġdid, isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, it-tieni nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dawn niżżlu jew żammew, wara eżami mill-ġdid, isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan iniżżel isem is-Central Bank of Iran fil-lista li tinsab fl-Anness IX tiegħu, huwa annullat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tas-Central Bank of Iran.

4)

Central Bank of Iran għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tal-Kunsill.


(1)  ĠU C 243, 11.08.2012.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Holcim (Romania) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/12) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Responsabbiltà minħabba nuqqas - Rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela informazzjoni u li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ kwoti ta’ emissjoni allegatament misruqa - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Responsabbiltà mingħajr nuqqas”))

2014/C 388/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Holcim (Romania) SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: L. Arnauts, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u E. White, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba, imressqa abbażi tar-responsabbiltà minħabba nuqqas, intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tiżvelalha informazzjoni dwar kwoti ta’ emissjoni ta’ gass serra li allegatament insterqulha u li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ dawn il-kwoti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni, imressqa abbażi tar-responsabbiltà mingħajr nuqqas.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Holcim (Romania) SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2014 – Sanofi vs UASI – GP Pharm (GEPRAL)

(Kawża T-493/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali GEPRAL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DELPRAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 388/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sanofi (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: GP Pharm, SA (Sant Quinti de Mediona, Spanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2012 (Każ R 201/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi SA u GP Pharm SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Settembru 2012 (Każ R 201/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi SA u GP Pharm SA, hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Tegometall International vs UASI – Irega (MEGO)

(Kawża T-11/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MEGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti - Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata”])

2014/C 388/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tegometall International AG (Lengwil, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Timmann u E. Schaper, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Irega AG (Zuchwil, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tegometall International AG u Irega AG.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Tegometall International AG quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Herdade de S. Tiago II vs UASI – Polo/Lauren (V)

(Kawża T-90/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva V - Trade marks Komunitarji, nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti li jirrapreżentaw plejer tal-polo - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 388/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: I. de Carvalho Simões u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u S. Davies, solicitors)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2240/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP u Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Polo/Lauren vs UASI – FreshSide (Rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota li jżomm mazza)

(Kawża T-265/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta tifel fuq rota li jżomm mazza - Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirappreżentaw persuna li tilgħab il-polo - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 388/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Davies, solicitor, J. Hill, barrister, u R. Black, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FreshSide Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lockett, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2013 (Każ R 15/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Polo/Lauren Company, LP u FreshSide Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-1 ta’ Marzu 2013 (Każ R 15/2012-2) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn The Polo/Lauren Company, LP.

3)

FreshSide Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – El Corte Inglés vs UASI OHMI – Gaffashion (BAUSS)

(Kawża T-267/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjonii - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja BAUSS - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BASS3TRES - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ probabblità ta’ konfużjoni”])

2014/C 388/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gaffashion – Comércio de Acessórios de Moda, Lda (Viana do Castelo, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2013 (Każ R 2295/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Gaffashion – Comércio de Acessórios de Moda, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 215, 27.7.2013.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Groupe Léa Nature vs UASI – Debonair Trading Internacional (SO’BiO ētic)

(Kawża T-341/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SO’BiO ētic - Trade mark Komunitarja u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SO…? - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 388/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Léa Nature (Périgny, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internactional Lda u Groupe Léa Nature SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011-1) hija annullata.

2)

L-UASI u Debonair Trading Internacional Lda huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll l-ispejjeż ta’ Groupe Léa Nature SA.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2014 – Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill

(Kawża T-348/13) (1)

((Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja - Iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ anullament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali))

2014/C 388/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ahmed Mohammed Kadhaf Al Dam (Il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentant: H. de Charette, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 53), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (ĠU L 111, p. 50), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 183, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (ĠU L 183, p. 52), inkwantu dawn l-attivitajiet jirrigwardaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, u tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati inkwantu jżommu isem Ahmed Mohammed Kadhaf Al Dam fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011, huwa annullat inkwantu jżomm isem Kadhaf Al Dam fil-lista li tinsab fl-Annessi III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/182, tad-Deċiżjoni 2014/380 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 689/2014 għandhom jinżammu fir-rigward ta’ Kadhaf Al Dam sal-iskadenza tat-terminu ta’ appell minn din is-sentenza jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Kadhaf Al Dam huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tiegħu marbuta mat-talba tiegħu għal kumpens.

6)

Il-Kunsill huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn Kadhaf Al Dam u l-ispejjeż tiegħu marbuta mat-talba għall-annullament.


(1)  ĠU C 298, 12.10.2013.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/17


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/14)

2014/C 388/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Horsham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha u dawk ta’ Novartis.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2155 finali, tas-27 ta’ Marzu 2014, li tawtorizza lil Teva Generics għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali għall-użu uman “Zoledronic acid Teva Generics – Zoledronic Acid”.

Insostenn tat-talba tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, essenzjalment identiku jew simili għall-motiv invokat fil-Kawżi T-472/12 Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni (1) u T-67/13 Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni (2).


(1)  ĠU C 389, p. 8.

(2)  ĠU C 101, p. 24.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/18


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Ackermann Saatzucht et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-559/14)

2014/C 388/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ackermann Saatzucht GmbH & Co. KG (Irlbach, il-Ġermanja); Böhm-Nordkartoffel Agrarproduktion GmbH & Co. OHG (Hohenmocker, il-Ġermanja); Deutsche Saatveredelung AG (Lippstadt, il-Ġermanja); Ernst Benary, Samenzucht GmbH, (Hann. Münden, il-Ġermanja); Freiherr Von Moreau Saatzucht GmbH (Osterhofen, il-Ġermanja); Hybro Saatzucht GmbH & Co. KG (Kleptow, il-Ġermanja); Klemm + Sohn GmbH & Co. KG (Stuttgart, il-Ġermanja); KWS Saat AG (Einbeck, il-Ġermanja); Norddeutsche Pflanzenzucht Hans-Georg Lembke KG (Hohenlieth, il-Ġermanja); Nordsaat Saatzuchts GmbH (Halberstadt, il-Ġermanja); Peter Franck-Oberaspach (Schwäbisch Hall, il-Ġermanja); P.H. Petersen Saatzucht Lundsgaard GmbH (Grundhof, il-Ġermanja); Saatzucht Streng – Engelen GmbH & Co. KG (Uffenheim, il-Ġermanja); Saka Pflanzenzucht GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja); Strube Research GmbH & Co. KG (Söllingen, il-Ġermanja); Gartenbau und Spezialkulturen Westhoff GbR (Südlohn-Oeding, il-Ġermanja); u W. von Borries-Eckendorf GmbH & Co. KG (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli;

tannulla r-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 150, p. 59); u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li l-Unjoni Ewropea hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti, implementata fl-Unjoni bir-Regolament dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1). L-Artikolu 15(ċ) ta’ dan ir-regolament jirrikonoxxi l-hekk imsejħa eżenzjoni tal-koltivaturi, jiġifieri li l-portata tad-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti ma testendix għal “atti magħmula għall-għanijiet ta’ tkabbir, jew għall-iskoperta jew l-iżviluppar ta’ varjetajiet oħrajn.” Il-miżura kkontestata hija restrizzjoni serja tal-eżenzjoni tal-koltivaturi, li tikser obbligu internazzjonali tal-Unjoni li huwa vinkolanti u effettiv direttament. Barra minn hekk, l-eżenzjoni tal-koltivaturi hija rrikonoxxuta fl-Artikolu 27 tal-Ftehim tal-Qorti Unifikata tal-Privattivi (UPCA). Minkejja li l-Unjoni ma hijiex parti għal dan il-ftehim, il-miżura kkontestata essenzjalment teżiġi li l-Istati Membri jiksru l-obbligi internazzjonali tagħhom li ġejjin mill-Ftehim UPC.

2.

It-tieni motiv jallega li bħala parti kontraenti għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, u skont il-Artikolu 3(5) TUE, l-Unjoni Ewropea għandha obbligu li tappoġġja l-preservazzjoni tal-biodiversità tad-Dinja. Ir-regolament ikkontestat se jkollu effett sinjifikattiv ta’ inibizzjoni fuq l-isforzi kollha għall-protezzjoni tal-biodiversità tal-pjanti, li b’hekk se jħalli effett fuq dan l-obbligu internazzjonali.

3.

It-tielet motiv jallega li l-miżura kkontestata hija bbażata unikament fuq l-Artikolu 192(1) TFUE. Skont ġurisprudenza stabbilita, l-għażla tal-bażi legali ta’ miżura għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju. Sa fejn il-miżura hija intiża sabiex torganizza miżuri dwar l-osservanza tal-protokoll imsemmi mill-utenti fuq is-suq intern tal-Unjoni, ir-regolament kellu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 114 TFUE. L-għażla tal-bażi legali għandha impatt fuq il-kontenut tal-att, peress li l-għanijiet li għalihom jistgħu jintużaw il-bażijiet legali huma kompletament differenti u b’hekk jaffettwaw sostanzjalment il-proċess leġiżlattiv.

4.

Ir-raba’ motiv jallega li r-regolament manifestament jikser il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE sa fejn: l-ewwel nett, fl-evalwazzjoni tal-impatt ma kienx hemm konnessjoni bejn l-informazzjoni kwantitattiva u l-konklużjonijiet li kienu purament ibbażati fuq argumenti “kwalitattivi”; it-tieni nett, manifestiament ma’ ħaditx inkunsiderazzjoni s-settur tal-koltivazzjoni tal-pjanti li jista’ jissubixxi impatt qawwi u distint minħabba l-fatt li r-riżorsi ġenetiċi huma l-essenza proprja tas-settur, u mhux sempliċement parti anċillari tal-attivitajiet tiegħu; it-tielet nett, ir-regolament manifestament jimponi restrizzjonijiet sproporzjonati tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; ir-raba’ nett, dan jimponi obbligu de facto illimitat fuq is-settur tal-koltivazzjoni tal-pjanti sabiex jiġu rreġistrati u tinżamm informazzjoni fuq l-attivitajiet; l-aħħar nett, jeżistu miżuri inqas onerużi, kif jirriżulta mit-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura (ITPGRFA).

5.

Il-ħames motiv jallega li r-regolament ikkontestat joħloq sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ċertezza legali manifesta għall-koltivaturi tal-pjanti sa fejn: l-ewwel nett, il-portata tal-applikazzjoni tiegħu tiddependi fuq jekk l-Istati jagħżlux jew le li jeżerċitaw is-sovranità tagħhom fuq ir-riżorsi ġenetiċi, it-tieni nett, dan jiddependi fuq definizzjonijiet li huma miftħin għall-interpretazzjoni li ma jipperemettux li jiġi stabbilit jekk ir-riżorsi ġenetiċi ġewx “użati” jew le; it-tielet nett, il-fatt li din l-interpretazzjoni miftuħa twassal għal applikazzjoni retroattiva de facto; l-aħħar nett, minħabba l-fatt li l-iżvilupp tal-aħjar prattiċi sempliċement “jistgħu” jnaqqsu r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità għal utenti li jkunu suġġetti għall-miżura kkontestata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390)


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/19


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-560/14)

2014/C 388/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV (Hoorn NH, il-Pajjiżi l-Baxxi); Agriom BV (Aalsmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi); Agrisemen BV (Ellewoutsdijk, il-Pajjiżi l-Baxxi); Anthura BV (Bleiswijk, il-Pajjiżi l-Baxxi); Barenbrug Holding BV (Oosterhout, il-Pajjiżi l-Baxxi); De Bolster BV (Epe, il-Pajjiżi l-Baxxi); Evanthia BV (Hoek van Holland, il-Pajjiżi l-Baxxi); Gebr. Vletter & Den Haan VOF (Rijnsburg, il-Pajjiżi l-Baxxi); Hilverda Kooij BV (Aalsmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi); Holland-Select BV (Andijk, il-Pajjiżi l-Baxxi); Könst Breeding BV (Nieuwveen, il-Pajjiżi l-Baxxi); Koninklijke Van Zanten BV (Hillegom, il-Pajjiżi l-Baxxi); Kweek- en Researchbedrijf Agirco BV (Emmeloord, il-Pajjiżi l-Baxxi); Kwekerij de Wester-Bouwing BV (Rossum, il-Pajjiżi l-Baxxi); Limgroup BV (Horst aan de Maas, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Ontwikkelingsmaatschappij Het Idee BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)) (rappreżentanti: P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli;

tannulla r-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 150, p. 59); u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-559/14 Ackermann Saatzucht et vs Il-Parlament u Il-Kunsill.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-636/14)

2014/C 388/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu), grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14, (COM/2014/10356), ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Ġunju 2014 C 185 A;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qiegħed jiġi ppreżentat kontra l-avviż iċċitat iktar 'il fuq, sa fejn il-kandidati għandhom jippreżentaw lilhom infushom bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 18 u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE; tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 1/58; tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal (li japplikaw b’analoġija għall-membri tal-persunal temporanju u jirreferu għall-avviż ikkontestat)

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, permezz ta’ riferiment għas-sit tal-internet tal-Kummissjoni li kien jinkludi tali rekwiżit vinkolanti, l-avviż impona fuq il-kandidati l-obbligu li jippreżentaw il-kurrikulu u l-ittra ta’ motivazzjoni bilfors bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, minflok fi kwalunkwe lingwa tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ kooperazzjoni leali (Artikolu 4(3) TUE)

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, matul il-proċedura ta’ adozzjoni tal-avviż inkwistjoni, il-Kummissjoni kienet żgurat formalment lill-Gvern Taljan li l-imsemmija diskriminazzjoni minħabba l-lingwa kienet ser titneħħa, filwaqt li aġixxiet b’mod oppost fir-redazzjoni tal-avviż u meta stabbilixxiet ir-regoli ta’ funzjonament tas-sit tal-internet li għalih l-avviż jagħmel riferiment fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-kandidaturi.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/21


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2014 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/14)

2014/C 388/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Tantalo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni esposta fl-ittra tagħha tas-27 ta’ Ġunju 2014 għal azzjoni ta’ rkupru kontra ADR Center;

tordna l-ħlas immedjat tal-bilanċ dovut lil ADR Center ta’ EUR 79  700,40 fuq il-fattura pro forma u noti ta’ kreditu maħruġa fit-13 ta’ Novembru 2013;

tordna l-ħlas immedjat tad-danni sostnuti minn ADR Center għar-reputazzjoni internazzjonali tagħha, u għal ħin użat mill-membri tal-persunal anzjani tagħha għad-difiża kontra pretensjoni infondata;

tordna lill-konvenuta u kwalunkwe intervenjenti sabiex iħallsu l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u l-ispejjeż ta’ din il-proċedura f’ammont li għandu jiġi ddeterminat b’mod ekwu mill-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li l-azzjonijiet ta’ awditu u l-ordnijiet sussegwenti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq sett ta’ regoli li qatt ma sar ftehim dwarhom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li l-Kummissjoni dewmet b’mod irraġonevoli l-ħruġ tar-rapporti tal-awditu finali u l-ordnijiet ta’ rkupru relatati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-oneru tal-prova tagħha. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni bbażat l-awditu finanzjarju finali tagħha u l-ordnijiet ta’ rkupru sussegwenti fuq konstatazzjonijiet li ma ġewx issostanzjati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konstatazzjonijiet tal-awditu tal-Kummissjoni kienu żbaljati. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-konstatazzjonijiet tal-awditu tal-Kummissjoni huma kkontestati fuq il-bażi ta’ diversi żbalji manifesti, proċedurali u sostantivi. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni mhux biss naqset milli teżamina mill-ġdid l-istess ordnijiet li hija ħarġet iżda wkoll, b’mod manifest, injorat u naqset milli tikkunsidra l-kwistjonijiet kollha jew kwalunkwe kwistjoni mqajma minn ADR Center.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/21


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2014 – Revolution vs UASI (REVOLUTION)

(Kawża T-654/14)

2014/C 388/26

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Revolution LLC (Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2014 mogħtija fil-Każ R 2143/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REVOLUTION” għal servizzi fil-Klassi 36 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 8 15  297

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/22


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2014 – Peri vs UASI (Forma ta’ lukkett għal shuttering)

(Kawża T-656/14)

2014/C 388/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Eck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Ġunju 2014, mogħtijia fil-Każ R 1178/2013-1;

tikkundanna l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ lukkett għal shuttering, għal prodotti fil-klassijiet 6 u 19: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 8 26  766

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 – Instituto dos vinhos do Douro e do Porto vs UASI – Bruichladdich Distillery (PORT CARLOTTE)

(Kawża T-659/14)

2014/C 388/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Instituto dos vinhos do Douro e do Porto, IP (Peso da Régua, il-Portugall) (rappreżentanti: P. Sousa e Silva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bruichladdich Distillery Co. Ltd (Argyll, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 946/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “PORT CARLOTTE” għal prodotti fil-klassi 33 – trade mark Komunitarja Nru 5 4 21  474

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(g), fl-Artikolu 53(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) u fl-Artikolu 53(2)(d) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal kanċellazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u (g) u tal-Artikolu 53(2)(d) tar-Regolament Nru 207/2009.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – SEA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/14)

2014/C 388/29

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: F. Gatti, J.-F. Bellis, F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni C (2014) 4537 final, tad-9 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea bdiet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-istabbiliment ta’ Airport Handling;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni elementi (pereżempju, il-fatt li ġiet stabbilita Trust sabiex jiġi żgurat li tinkiser il-kontinwità ekonomika bejn Airport Handling u SEA Handling, kumpannija li allegatament hija l-benefiċjarja tal-għajnuna mill-Istat SA.21420) li għandhom rwol essenzjali fl-adozzjoni tad-deċiżjoni u li l-Kummissjoni kienet informata tajjeb bihom.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, li tirriżulta minn żball ta’ evalwazzjoni ta’ elementi importanti u ta’ informazzjoni oġġettiva li r-rikorrenti ġabet għall-konjizzjoni tal-Kummissjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni żbaljat meta ddeċidiet li Airport Handling tista’ titqies li hija s-suċċessur ekonomiku ta’ SEA Handling u li l-kontribuzzjoni magħmula mir-rikorrenti lil Airport Handling tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji fundamentali ta’ aspettattivi leġittimi, amministrazzjoni tajba, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-aġir tad-dipartimenti tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni kkontestata jmorru manifestament kontra l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq. B’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kien imissha neħħiet id-dubji tagħha permezz ta’ analiżi diliġenti tal-informazzjoni diġà pprovduta mir-rikorrenti f’fażi preċedenti tal-investigazzjoni, minflok ma adottat id-deċiżjoni kkontestata li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/24


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-675/14)

2014/C 388/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2014, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), meta tirreferi għar-Renju ta’ Spanja, u

tikkundanna lill-istituzzjoni kkonċernata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-korrezzjoni imposta b’rata fissa għal ammont nett ta’ EUR 2 7 31  208.07 u l-metodu ta’ kalkolu użat jiksru l-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, p. 1) u l-Linji gwida tad-Dokument tal-Kummissjoni VI/5330/97, tat-23 ta’ Diċembru 1997 (Linji gwida għall-kalkolu tal-implikazzjonijiet finanzjarji fit-tħejjija tal-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet tat-Taqsima Garanzija FAEGG) u tad-Dokument AGRI-64043-2005 (Communication from the Commission, on how the Commission intends in the context of the EAGGF-Guarantee clearance procedure to handle shortcomings in the context of croos-compliance control system implemented by the Member State) minħabba li ma huwiex xieraq li ssir stima b’rata fissa meta r-rikorrent ppreżenta stima f’waqtha tar-riskju attwali għall-fond. L-applikazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, minbarra li hija żbaljata hija sproporzjonata u mhux ġustifikata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li s-somma kkalkolata b’rata fissa ta’ 2 % tal-korrezzjoni ġeneralment imposta b’mod ad hoc jammonta għal EUR ,,55 u l-metodu ta’ kalkolu huma kuntrarji għall-Artikolu 31(2) tar-Regolament imsemmi iktar ’il fuq, u għad-dokumenti tal-Kummissjoni dwar il-Linji gwida għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji peress li ma jistgħux jużaw u jżidu żewġ metodi ta’ kalkolu simultanjament għall-istess ksur. Minbarra li din hija inkonsistenza ġuridika din hija totalment sproporzjonata u mhux ġustifikata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-korrezzjoni imposta għas-sena 2010, sena finanzjarja 2011, tikser l-Artikolu 31(4) tar-Regolament iċċitat, tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u tipproduċi djufija fis-sistema minħabba li l-konvenuta tkun estendiet b’mod irregolari korrezzjoni finanzjarja għal perijodu sussegwenti għall-24 xahar qabel il-komunikazzjoni, meta dawn in-nuqqasijiet ġa ikunu ġew ikkoreġuti.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/25


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-676/14)

2014/C 388/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni C(2014) 4856 finali, tal-11 ta’ Lulju 2014, dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar il-manipulazzjoni tal-istatistika fi Spanja, skont ir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività tar-regoli.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jallega li l-prinċipji ta’ legalità u ta’ nuqqas ta’ retroattività tar-regoli, applikati għar-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2011, dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (ĠU L 306, p. 1) u għad-Deċiżjoni 2012/678/UE, jippresupponu li ma jistgħux jiġu ġġudikati fatti li seħħew qabel it-13 ta’ Diċembru 2011, mument li fih il-fatti tal-kawża preżenti ma setgħux jiġu ssanzjonati. L-unika data li tista’ tkun issanzjonata hija dik innotifikata f’April 2012. Fil-fatt, il-perijodu tal-investigazzjoni għandu jkun limitat għad-data li tinsab fin-notifiki li saru mill-2012.

Il-perijodu tal-investigazzjoni għandu jkun limitat għad-data li tinsab fin-notifiki li saru mill-2012, meta din tirrigwarda fatti li seħħew minn Diċembru 2011, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq. B’konsegwenza ta’ dan, ma hemmx bażi legali sabiex tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni fir-rigward ta’ fatti li seħħew qabel it-13 ta’ Diċembru 2011.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(3) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jallega li ma hemmx indizji serji dwar l-eżistenza ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu rappreżentazzjoni ħażina tad-data dwar id-defiċit u d-dejn. L-azzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli tikkostitwixxi reviżjoni spjegata b’mod ċar u xieraq tal-imsemmija data.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Renju ta’ Spanja.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jallega li saret investigazzjoni moħbija, separatament mill-proċedura stabbilita, għad-detriment tad-drittijiet tad-difiża ta’ Spanja.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/26


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Airport Handling vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-688/14)

2014/C 388/32

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Airport Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: R. Cafari Panico u F. Scarpellini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla b’mod sħiħ id-Deċiżjoni C (2014) 4537 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-Każ SA.21420 (2014/NN) fir-rigward tal-istabbiliment tal-kumpannija Airport Handling S.p.A.;

sussidjarjament, u fil-każ remot li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li tilqa’ biss uħud mill-ilmenti mressqa b’dan ir-rikors, tannulla d-deċiżjoni suesposta f’dan ir-rigward;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE

Ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea tassumi b’mod żbaljat li Airport Handling S.p.A. hija s-suċċessur ta’ SEA Handling, abbażi ta’ rabta preżunta ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji, u li abbażi ta’ din il-premessa żbaljata adottat id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

2.

It-tieni motiv huwa wkoll ibbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni n-natura żbaljata tad-deċiżjoni sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kapitalizzazzjoni ta’ Airport Handling S.p.A. tista’ tirrappreżenta għajnuna mill-Istat inkompattibbli mas-suq komuni, u abbażi ta’ din il-premessa żbaljata fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, naqset mill-obbligu tagħha li teżamina b’mod imparzjali u diliġenti l-informazzjoni fil-pussess tagħha, u naqset li tikkunsidra r-rekwiżit marbut mal-ibbilanċjar tal-interessi involuti.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/28


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-54/14)

2014/C 388/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: André Bernard, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jinħatarx għall-pożizzjoni ta’ ġurikonsult tal-Parlament Ewropew.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ ħatra ta’ persuna oħra għall-pożizzjoni ta’ ġurikonsult.

jiffissa eventwalment ex aequo et bono d-danni sabiex ir-rikorrent jiġi kkumpensat għad-diversi nuqqasijiet amministrattivi kkonstatati;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/28


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/14)

2014/C 388/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet relatati mat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda (DĠI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 u, sussidjarjament, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni li rriżultaw minn żmien ta’ pproċessar eċċessivament twil tat-talba tagħhom għal trasferiment.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet li jikkalkolaw l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni rispettivi tagħhom miksuba qabel id-dħul tagħhom fis-servizz tal-Kummissjoni.

sussidjarjament, jikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu subit minħabba żbalji mwettqa li wasslu għal żmien ta’ pproċessar eċċessivament twil tat-talba tagħhom għal trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni.

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/29


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

(Kawża F-71/14)

2014/C 388/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. F. de Castro u J.-L. Gillain, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li ma jibqgħux jitħallsu l-kumpens għall-kundizzjonijiet tal-ħajja (KKĦ), il-kumpens addizzjonali (KA) fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-post ta’ assenjazzjoni tar-rikorrenti u allowance ta’ kuljum (AK), u ħlas ta’ 49 jum ta’ leave tas-sena 2012 mhux meħuda kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu għal nuqqas ta’ assistenza u abbandun wara l-inċident fuq il-post tax-xogħol li r-rikorrenti sfat vittma tiegħu.

Talbiet tar-rikorrenti

il-ħlas tal-KA u tal-KKĦ mill-1 ta’ Mejju 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013, jew tal-inqas il-ħlas għall-istess perijodu tal-AK;

il-ħlas tad-49 jum ta’ leave mhux meħuda matul is-sena 2012;

l-istabbiliment mill-ġdid tal-kuntratt jew l-istabbiliment ta’ kuntratt ġdid għal żmien indeterminat jew li għandu, fit-tmien tiegħu, jiġi kkonfermat bħala kuntratt għal żmien indeterminat jew kumpens għad-dannu marbut mal-fatt li, mingħajr l-inċident, kuntratt ġdid kien jiġi konkluż bejn ir-rikorrenti u l-konvenut;

il-kumpens għad-dannu li hija sofriet wara l-inċident. i) EUR 10  000 fir-rigward tan-nuqqas ta’ assistenza fil-Ġordan u f’Brussell fuq livell mediku, amministrattiv u pekunjarju ii) somma ugwali għas-salarji, għall-allowances u għall-benefiċċji kollha mhux riċevuti u mitlufa u għall-spejjeż kollha sostnuti, mediċi u oħrajn, mir-rikorrenti minħabba l-inċident, stmati provviżorjament għal EUR 50  000, għall-inċident li n-Nazzjonijiet Uniti u l-EEAS huma responsabbli għalih; dan tal-aħħar għandu jassisti u jiffinanzja din il-kawża għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-partijiet kollha involuti fl-organizzazzjoni ta’ dan il-perijodu ta’ prova. iii) somma provviżorja ta’ EUR 50  000 għall-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat, li kull darba jinkludu klawżoli ta’ prova, b’mod partikolari dan l-aħħar wieħed u n-nuqqas ta’ tiġdid tiegħu.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/14)

2014/C 388/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco u A. Givaja Sanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-kompetizzjoni interna COM/3/AD9/13 minħabba li hija ma kinitx “membru tal-persunal temporanju tal-Kummissjoni” li hija kundizzjoni ta’ eliġibbiltà.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2013, ikkonfermata fit-22 ta’ Ottubru 2013, li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-kompetizzjoni COM/3/AD9/13;

jannulla, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni ta’ ċaħda, tal-11 ta’ April 2014 u kkomunikata lir-rikorrenti fl-14 ta’ April 2014, tal-ilment tas-17 ta’ Diċembru 2013;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/30


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/14)

2014/C 388/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Sébastien Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Dikjarazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 7 tal-Anness V u tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġdid u ta’ annullament tad-deċiżjoni li tirtira l-benefiċċju tar-rikorrenti għal-leave għal raġuni ta’ distanza u tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar bejn il-post tax-xogħol tagħha u l-post ta’ oriġini tagħha li kellha dritt għalihom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni l-ġdida tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara l-illegalità tal-Artikoli 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persual u 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persual;

jannulla d-deċiżjoni li ma jingħatawx iktar la l-leave għal raġuni ta’ distanza u lanqas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti mill-2014;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/30


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/14)

2014/C 388/38

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: G. Suárez de Castro u M. Orman, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13.

Talbiet tar-rikorrenti

Jinkludi isem ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni, peress li jeżisti post ħieles fl-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13 sabiex jiġu impjegati amministraturi fil-Qasam 1: sigurtà tal-bini u peress li r-rikorrent għandu marka ta’ 53,38 li hija għola mill-marka minima stabbilita mill-EPSO ta’ 51,01.

Sussidjarjament, fid-dawl tad-diversi irregolaritajiet ikkonstatati fl-evalwazzjoni tal-eżami d, jannulla l-evalwazzjoni ta’ dan l-eżami d u l-lista tal-kandidati tiġi stabbilita mill-ġdid skont il-marki l-oħra miksuba, fejn ma ġewx ikkonstatati irregolaritajiet.

Fil-każ li t-talba tiġi milqugħa jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ et vs SEAE

(Kawża F-78/14)

2014/C 388/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J-N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi fil-grad suċċessiv fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet tar-rikorrenti

tanulla d-deċiżjonijiet tad-9 u tal-14 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxu l-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2013,

tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-79/14)

2014/C 388/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Lamamra u K. Evora, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jiġi rtirat il-benefiċċju tal-allowance tad-dar, b’effett retroattiv, wara t-trasferiment tar-rikorrent f’istituzzjoni oħra u li jiġi limitat l-ammont ta’ allowance ta’ installazzjoni għal xahar minflok xahrejn.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2013;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu.

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/32


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-81/14)

2014/C 388/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, D. de Abreu Caldas u R. Metz, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad sussegwenti (AD 13) fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013 tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD 13 fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-82/14)

2014/C 388/42

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012 minħabba l-fatt li dan ma infurmax lill-Kumitat tal-Għażla li kien jiġi minn wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, b’ittra tal-EPSO b’risposta għat-talba għal eżami mill-ġdid tal-31 ta’ Jannar 2014 imressqa mir-rikorrent, kienet tikkonferma l-esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent bid-deċiżjoni msemmija fl-inċiż ta’ hawn fuq, valutat ex aequo et bono għal EUR 3  000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/33


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-86/14)

2014/C 388/43

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu n-numru totali ta’ ġranet ta’ leave annwali u dikjarazzjoni tal-inapplikabbiltà tal-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal kif emendat bl-Artikolu 1, punt 70 tar-Regolament Nru 1023/2013, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet indirizzati lir-rikorrenti permezz ta’ Sysper2 dwar l-intitolament għal-leave annwali bażiku l-ġdid tagħhom;

jiddikjara inapplikabbli l-Artikolu 1, punt 70(a) tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 1023/2013 li jemenda l-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal (“Disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-uffiċjali li jservu f’pajjiż terz”) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9051 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2013, sa fejn dawn inaqqsu l-intitolament għan-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali tar-rikorrenti.

jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2014 (R/123/14) li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti, sa fejn din tikkonċerna l-leave annwali.

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.