ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2014/C 387/01 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 387/02 |
||
2014/C 387/03 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 387/04 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7387 — BP/Statoil Fuel and Retail Aviation) ( 1 ) |
|
2014/C 387/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7252 — Holcim/Lafarge) ( 1 ) |
|
2014/C 387/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7389 — Aegon Spain/Santander Totta Seguros/Aegon Santander Vida/Aegon Santander Não Vida) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2014/C 387/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7292 — DEMB/Mondelēz/Charger OpCo) ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 387/08 |
||
2014/C 387/09 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Ottubru 2014
li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
(2014/C 387/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina preżentata mill-Gvern Estonjan,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2012 sas-17 ta’ Settembru 2015. |
(2) |
Post ta’ membru fuq il-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru huwa disponibbli għall-Estonja fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern bħala riżultat tar-riżenja tas-Sur Kalle TOOM. |
(3) |
Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandhom jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2015, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta’ Settembru 2015:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:
L-ESTONJA |
Is-Sinjura Rita SIILIVASK |
Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. L. GALLETTI
(2) ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.
Il-Kummissjoni Ewropea
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-31 ta’ Ottubru 2014
(2014/C 387/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2524 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
140,18 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4444 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,78425 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,2664 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2067 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,4900 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,770 |
HUF |
Forint Ungeriż |
308,26 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2177 |
RON |
Leu Rumen |
4,4163 |
TRY |
Lira Turka |
2,7769 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4249 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4120 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,7125 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6045 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6111 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 343,43 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,7517 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6559 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6640 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 169,68 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1210 |
PHP |
Peso Filippin |
56,355 |
RUB |
Rouble Russu |
53,8575 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,832 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,0714 |
MXN |
Peso Messikan |
16,8711 |
INR |
Rupi Indjan |
76,8535 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/3 |
Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2014
(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))
(2014/C 387/03)
Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 338, 27.9.2014, p. 28.
Minn |
sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
1.11.2014 |
… |
0,44 |
0,44 |
2,46 |
0,44 |
0,58 |
0,44 |
0,78 |
0,44 |
0,44 |
0,44 |
0,44 |
0,44 |
1,54 |
2,38 |
0,44 |
0,44 |
0,55 |
0,44 |
0,44 |
0,44 |
0,44 |
2,75 |
0,44 |
2,97 |
0,57 |
0,44 |
0,44 |
1,04 |
1.10.2014 |
31.10.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,46 |
0,53 |
0,58 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,54 |
2,38 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
2,97 |
0,68 |
0,53 |
0,53 |
1,04 |
1.9.2014 |
30.9.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,58 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,54 |
2,92 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
2,97 |
0,81 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
1.5.2014 |
31.8.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,58 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,54 |
2,92 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
3,72 |
1,06 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
1.4.2014 |
30.4.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,58 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,83 |
2,92 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
3,72 |
1,06 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
1.3.2014 |
31.3.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,71 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,83 |
3,45 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
3,72 |
1,29 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
1.1.2014 |
28.2.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,71 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,35 |
3,45 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
3,72 |
1,29 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7387 — BP/Statoil Fuel and Retail Aviation)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 387/04)
1. |
Fis-27 ta’ Ottubru 2014, il-Kummisjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża BP Global Investments Limited (“BP GIL”, ir-Renju Unit), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ BP plc. (“BP”, ir-Renju Unit), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Statoil Fuel & Retail Aviation AS kollha kemm hi, (“SFRA”, in-Norveġja) li hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi ta’ Alimentation Couche-Tard Inc. (“Alimentation Couche-Tard”, il-Kanada), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7387 — BP/Statoil Fuel and Retail Aviation f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7252 — Holcim/Lafarge)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 387/05)
1. |
Fis-27 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Holcim Ltd (“Holcim”, l-Isvizzera) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Lafarge SA kollha kemm hi (“Lafarge”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Holcim: il-produzzjoni u l-provvista ta’ siment, aggregatei, konkos lest kif ukoll asfalt u materjali tas-siment fosthom servizzi relatati, — għal Lafarge: il-provvista ta’ siment, aggregati u konkrit kif ukoll prodotti oħra assoċjati mal-industrija tal-kostruzzjoni. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7252 — Holcim/Lafarge, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7389 — Aegon Spain/Santander Totta Seguros/Aegon Santander Vida/Aegon Santander Não Vida)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 387/06)
1. |
Fis-27 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Aegon Spain Holding B.V. (“Aegon Spain”, Spanja), proprjetà ta’ Aegon Group (“Aegon”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Santander Totta Seguros (“Santander Totta Seguros”, il-Portugall), li huma għalkollox proprjetà ta’ Santander Group (“Santander”, Spanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ Aegon Santander Portugal Vida — Companhia de Seguros de Vida, S.A. (“Aegon Santander Portugal Vida”, il-Portugall) u AEGON Santander Portugal Não Vida — Companhia de Seguros de Vida, S.A. (“Aegon Santander Portugal Não Vida”, il-Portugall) permezz tax-xiri ta’ ishma f’żewġ kumpaniji ġodda li jikkostitwixxu impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Aegon Group: il-provvediment ta’ ġestjoni ta’ assi, assigurazzjoni, pensjoni u prodotti relatati magħhom madwar id-dinja kollha, prinċipalment fl-Istati Uniti, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit, — Aegon Spain: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux u prodotti tal-pensjoni fi Spanja, — Santander Group: grupp internazzjonali ta’ servizzi bankarji u kumpaniji finanzjarji li joperaw fi Spanja, ir-Renju Unit u xi pajjiżi Ewropej oħra, kif ukoll fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel, — Santander Totta Seguros: il-provvediment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fil-Portugall, — Aegon Santander Portugal Vida: il-provvediment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, — Aegon Santander Portugal Não Vida: il-provvediment ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. |
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7389 — Aegon Spain/Santander Totta Seguros/Aegon Santander Vida/Aegon Santander Não Vida, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7292 — DEMB/Mondelēz/Charger OpCo)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 387/07)
1. |
Fis-27 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi D.E. Master Blenders 1753 (“DEMB”, Il-Pajjiżi l-Baxxi) kkontrollata minn JAB Holding Company (il-Ġermanja) u Mondelēz International Inc. (“Mondelēz”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta' Charger OpCo (“Charger OpCo”, il-Pajjiżi l-Baxxi), kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta, permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal DEMB: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' firxa ta' prodotti tal-kafè u tè madwar l-Ewropa, il-Brażil, l-Awstralasja u l-Asja. Barra minn hekk, DEMB topera ħwienet tal-kafè, inkluż bl-użu ta’ arranġamenti ta' franchise, f’bosta pajjiżi, — għal Mondelēz: kumpanija globali ta' ikel ħafif b'offerta ta' prodott li tkopri l-gallettini, iċ-ċikkulata, il-ħelu, il-ġobon, it-trab tal-bibiti, iċ-ċjuwing gamm u l-kafè, — Charger OpCo: l-impriża konġunta se tikkombina n-negozju ta' DEMB man-negozju tal-kafè ta' Mondelēz. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7292 — DEMB/Mondelēz/Charger OpCo, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/8 |
Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2014/C 387/08)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“CEREZA DEL JERTE”
Nru tal-KE: ES-PDO-0105-01121-27.6.2013
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
—
—
—
—
—
—
—
—
—
2. Tip ta’ emenda/i
—
—
—
—
3. Emenda/i
3.1. Emendi għall-intestatura B. “Deskrizzjoni tal-prodott”
Il-punt B.3. Karatteristiċi tal-prodott
It-tabella li ġejja turi l-kontenut il-ġdid taz-zokkor (imkejjel fi gradi Brix) u l-livelli l-ġodda ta’ aċidità, li jieħdu post il-valuri mogħtija fl-ispeċifikazzjoni attwali u fid-dokument uniku korrispondenti għal kull varjetà protetta:
Tabella Nru 1
kontenut taz-zokkor, għamla, daqs minimu u valur tal-pH tal-varjetajiet taċ-ċirasa protetti mid-DPO, mogħtija skont il-varjetà
Varjetà |
Kontenut taz-zokkor (imkejjel fi gradi Brix) |
Għamla |
Daqs minimu |
Valur tal-pH |
||||
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut medju |
Valur minimu |
Valur massimu |
Valur medju |
|||
Navalinda |
12 |
21,60 |
14 |
ċatta |
21 mm |
3,80 |
4,70 |
4,25 |
Ambrunés |
14 |
25,80 |
20 |
ċatta |
21 mm |
3,65 |
4,85 |
4,25 |
Pico Colorado |
13,90 |
26,40 |
21 |
tawwalija |
21 mm |
3,80 |
4,70 |
4,25 |
Pico Negro |
11,80 |
25,60 |
19 |
tawwalija |
21 mm |
3,80 |
4,90 |
4,35 |
Pico Limón Negro |
15,40 |
26,80 |
20 |
tawwalija |
21 mm |
3,80 |
4,70 |
4,25 |
It-tabella li ġejja turi t-tabella li tidher fl-ispeċifikazzjoni rreġistrata dal-ħin.
Tabella Nru 2
kontenut taz-zokkor, aċidità u għamla tal-varjetajiet taċ-ċirasa protetti, mogħtija skont il-varjetà
Varjetà |
Kontenut taz-zokkor (imkejjel fi gradi Brix) |
Għamla |
Daqs minimu* |
Aċidità (imkejla f’meq/100 ml) |
||||
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut medju |
Livell minimu |
Livell massimu |
Livell medju |
|||
Navalinda |
12 |
16 |
14 |
ċatta |
21 mm |
9,55 |
10,45 |
10,00 |
Ambrunes |
18 |
21 |
20 |
ċatta |
21 mm |
7,46 |
16,42 |
11,94 |
Pico Colorado |
17 |
23 |
21 |
tawwalija |
21 mm |
7,46 |
16,42 |
11,94 |
Pico Negro |
17 |
24 |
19 |
tawwalija |
21 mm |
7,46 |
16,42 |
11,94 |
Pico Limón Negro |
17 |
24 |
20 |
tawwalija |
21 mm |
7,46 |
16,42 |
11,94 |
Raġunijiet
L-avvanzi teknoloġiċi ta’ dawn l-aħħar snin, flimkien mal-intensità li biha qegħdin isiru bħalissa t-testijiet, wasslu għal titjib fit-tekniki ta’ analiżi hekk li dawn saru aktar affidabbli u preċiżi.
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-parametri mogħtija fl-ispeċifikazzjoni inizjali jiġu emendati għar--raġunijiet li ġejjin:
1) |
il-gradi Brix. Il-kontenut medju taz-zokkor huwa ogħla mill-kontenut tas-soltu, b’indiċi rifrattiv li, meta l-frotta tkun saret l-iktar, ivarja minn 12 sa 20 gramma għal kull 100 gramma ta’ piż tal-frott frisk, skont il-varjetà. L-analiżi li saru f’laboratorji akkreditati għad-DPO “Cereza del Jerte” bħala parti mill-kontrolli tal-prodott imwettqin tul diversi snin mill-ispetturi tal-Kunsill Regolatorju wrew li l-valuri tal-kontenut taz-zokkor indikati fl-ispeċifikazzjoni attwali fi gradi Brix huma differenti minn dawk misjuba fir-realtà. Barra minn hekk, il-valuri mogħtija fit-tabella t’hawn fuq ġew stabbiliti bl-użu tar-riżultati tad-diversi studji li twettqu fuq kampjuni differenti analizzati f’diversi stadji tas-sajran tal-frott (il-kontenut taz-zokkor fi gradi Brix ivarja hija u ssir iċ-ċirasa). Peress li dawn il-prodotti b’dawn il-valuri kollha kemm huma kienu tajbin biex jinbiegħu bħala prodotti ċċertifikati bid-DPO, qed jintalab li dawn il-valuri l-ġodda jieħdu post dawk irreġistrati qabel. |
2) |
il-valur tal-pH. Il-kejl tal-aċidità f’milliekwivalenti għal kull 100 ml ta’ aċidu maliku huwa wieħed mill-parametri stabbiliti bħala rekwiżit tal-prodott imħares minn din id-denominazzjoni tal-oriġini. Il-prodott protett huwa frotta li tmur malajr ħafna u li m’għandhiex ħajja twila ħafna. Minħabba dan huwa importanti ferm li wieħed jikseb malajr ir-riżultati tal-parametri li juru l-kwalità tal-frotta. Il-parametru ta’ aċidità użat dal-ħin (f’milliekwivalenti għal kull 100 ml ta’ aċidu maliku) irid jiġi stabbilit f’laboratorji li, kull meta jkun possibbli, iridu jkunu akkreditati. Dan ifisser perjodu taż-żmien konsiderevoli, li huwa importanti ferm jekk wieħed irid ibiegħ il-frotta fl-aħjar kundizzjoni possibbli. Il-prattika li jiġi stabbilit il-valur tal-pH tal-frott qiegħda ssir dejjem aktar komuni u hija rrikonoxxuta mis-suq u mis-settur għal diversi raġunijiet, fosthom dawn li ġejjin:
Għaldaqstant, qed jiġi propost li l-valuri tal-aċidità mogħtija fl-ispeċifikazzjoni attwali jinbidlu bil-valuri tal-pH mogħtija fit-Tabella Nru 1. Bħal fil-każ tal-parametru tal-kontenut taz-zokkor, il-valuri proposti fit-tabella t’hawn fuq huma dawk miksubin minn diversi testijiet li saru bħala parti mill-kontrolli tal-prodotti li wettqu fuq diversi snin l-ispetturi tal-Kunsill Regolatorju u diversi korpi (l-“Instituto Tecnológico Agroalimentario” (l-Istitut teknoloġiku għall-agrikoltura u l-ikel)) u laboratorji akkreditati. |
3.2. Emendi għall-intestatura D. “Elementi li juru li l-prodott ġej miż-żona ġeografika ddefinita”
Diversi paragrafi għandhom jinbidlu sabiex il-kontenut tagħhom ikun adattat għas-sistema l-ġdida ta’ ċertifikazzjoni skont l-istandard UNE-EN 45.011/ISO-IEC 17065, li qed juża l-Kunsill Regolatorju (il-korp ta’ ċertifikazzjoni akkreditat skont dak l-istandard), u sabiex jitqassar u jiġi ssimplifikat u aġġornat it-test oriġinali tal-ispeċifikazzjoni, li kien jirrifletti s-sitwazzjoni tas-settur meta ntbagħtet l-applikazzjoni oriġinali għar-reġistrazzjoni.
Din it-taqsima tiddeskrivi l-proċess ta’ kontroll u ta’ ċertifikazzjoni li huwa meħtieġ biex ikunu żgurati l-oriġini u l-kwalità tal-prodott, kif ukoll il-karatteristiċi li għandu jkollu l-istess prodott.
L-emendi magħmula f’din it-taqsima jirrigwardaw biss l-għamla tad-dokument u la l-kontenut u lanqas l-għażla l-ġdida tal-kliem ma jaffettwaw b’xi mod l-elementi li juru li l-prodott ġej miż-żona ġeografika kkonċernata. L-aktar bidliet importanti huma dawn li ġejjin:
— |
Fl-ewwel paragrafu (fil-punt 1), il-kliem li ġej: “Il-‘Picotas’ u/jew iċ-ċiras l-ieħor ġej biss minn pjantaġġuni rreġistrati li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni. Dawn il-pjantaġġuni huma identifikati b’mod ċar f’bażi tad-dejta li tinkludi lista tal-irziezet, produttur produttur, u li tiddeskrivi s-siġar skont id-daqs, l-età, il-varjetà, it-tip ta’ tħawwil, is-sistema ta’ tkabbir u fatturi varjabbli oħrajn” għandu jinbidel b’dan li ġej: “Il-‘picotas’ u/jew iċ-ċiras l-ieħor ġej biss minn pjantaġġuni rreġistrati li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni. Dawn il-pjantaġġuni huma identifikati b’mod ċar fid-diversi reġistri tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini”. |
— |
Fil-punt 2, il-kliem li ġej: “Kull sena, l-ispetturi tal-Kunsill Regolatorju jżuru, b’mod aleatorju, madwar 10 % mill-irziezet irreġistrati (jiġifieri madwar 400 razzett fis-sena) sabiex jivverifikaw fuq il-post l-eżattezza u l-veraċità tal-informazzjoni mibgħuta mill-produtturi. Barra minn hekk, kull sena se tiġi stabbilita data ta’ skadenza għall-emendar tad-dejta fir-reġistru biex b’hekk jitqiesu l-bidliet li jkunu saru u tiġi aġġornata l-informazzjoni eżistenti” għandu jinbidel b’dan li ġej: “Kull sena, id-denominazzjoni protetta tal-oriġini trid twettaq il-kontrolli meħtieġa fuq l-irziezet, l-imħażen tal-konsenja awtorizzati u l-prodotti sabiex ikun żgurat li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti sabiex ikun żgurat li l-prodott ġej mir-reġjun. Kull tant żmien, se tiġi stabbilita data ta’ skadenza għall-emendar tad-dejta inkluża fir-reġistru sabiex jitqiesu l-bidliet li jkunu saru u tiġi aġġornata l-informazzjoni eżistenti”. |
— |
Bl-istess mod, il-punt 5, li jiddeskrivi l-proċess ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, għandu jitħassar sabiex jitqiesu l-kontrolli attwali li huma deskritti fil-punt 4 u f’punti oħra ta’ din it-taqsima D u li għandhom l-istess għan: Il-punt 5: “Il-proċess ta’ assigurazzjoni tal-kwalità huwa bbażat fuq it-teħid ta’ kampjuni kuljum minn lottijiet differenti minn diversi mħażen, u l-volum tal-kampjuni tal-frott irid ikun proporzjonat għall-volum tal-frott li jidħol f’kull maħżen. Il-prodott li minnu jittieħdu l-kampjuni jrid jiġi spezzjonat bir-reqqa biex jiġi vverifikat, fost l-oħrajn, jekk il-frotta hijiex ġejja effettivament mill-pjantaġġuni rreġistrati, jekk teżistix korrelazzjoni bejn il-kontenut u t-tikkettar, jekk il-prodott sarx kif suppost, jekk il-prodott huwiex perfettament omoġenju fil-lewn u fid-daqs tiegħu, jekk għandux difetti, jekk tħarsux ir-rekwiżiti tal-ippakkjar u tal-identifikazzjoni, jekk il-piż huwiex korrett, eċċ.”. |
— |
Fil-punt 8, il-kliem li ġej: “Il-kontroll tal-identifikaturi skont is-serje ta’ numri jrid jiġi rreġistrat b’mod rigoruż biex jiġi evitat kull attentat ta’ frodi. Ir-reġistru tal-identifikaturi u t-tqabbil tad-dejta ta’ ġo fih mal-volumi tal-istaġun f’kull maħżen irreġistrat, jippermetti lil dak li jkun jinduna bl-anomaliji malajr ħafna u jidentifika r-riperkussjonijiet fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-konsenja u tal-bejgħ” għandu jinbidel b’dan li ġej: “Il-kontroll tal-identifikaturi skont is-serje ta’ numri jrid jiġi rreġistrat b’mod rigoruż biex jiġi evitat kull attentat ta’ frodi”. |
— |
Fil-paragrafu 9, il-kliem li ġej: “Il-kontrolli, il-kampjuni u t-testijiet kollha li jsiru biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti kollha jridu jsiru skont il-Manwal tal-Kwalità u l-Manwal tal-Proċeduri. Il-Kunsill Regolatorju jrid iwettaq it-testijiet permezz ta’ aġenziji li jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija fl-istandard ISO-EN 17.025” għandu jinbidel b’dan li ġej: “Jekk wara li jkun għamel il-valutazzjonijiet ix-xierqa, il-Kunsill Regolatorju tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Cereza del Jerte’ jsib li l-kumpanija inkarigata mill-bejgħ tissodisfa l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, huwa għandu joħroġ dokument li juri li ċ-ċertifikat korrispondenti jkun ingħata lill-prodotti tagħha”. |
— |
Fil-paragrafu 10, il-kliem li ġej: “Wara li jitlestew il-kontrolli kollha msemmija, il-Kumitat Konsultattiv tal-Kunsill Regolatorju, magħmul minn rappreżentanti tal-partijiet kollha kkonċernati, għandu jevalwa r-riżultati miksuba sabiex jieħu deċiżjoni imparzjali u oġġettiva. Jekk il-Kumitat taċ-Ċertifikazzjoni jiddeċiedi li jagħti ċ-ċertifikat, il-Kunsill Regolatorju għandu jibgħat iċ-ċertifikat korrispondenti lill-kumpanija rreġistrata. Il-prodott jitqiegħed fis-suq bil-garanzija tal-oriġini tiegħu, irrappreżentata mit-tikketta ta’ quddiem jew ta’ wara nnumerata mill-Kunsill Regolatorju” għandu jinbidel b’dan li ġej: “Il-prodott jitqiegħed fis-suq bil-garanzija tal-oriġini tiegħu, irrappreżentata mit-tikketta ta’ quddiem jew ta’ wara nnumerata mill-Kunsill Regolatorju”. |
Kif intqal hawn fuq, dawn l-emendi kollha qegħdin isiru biex it-test oriġinali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DPO “Cereza del Jerte” jiġi adattat għas-sitwazzjoni attwali, wara l-bidliet li saru fil-korp ta’ kontroll responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni. Dan ma jaffettwax l-elementi li juru li l-prodott ġej miż-żona ġeografika ddefinita f’din id-denominazzjoni tal-oriġini.
3.3. Emendi għall-intestatura G. “Korp ta’ kontroll”
L-indirizz postali għandu jinbidel b’dan li ġej:
Indirizz: Polígono Industrial. Centro de Empresas. Carretera Nacional 110, Km. 381,400. 10613 Navaconcejo (Cáceres), España.
Qed tissemma wkoll l-akkreditazzjoni tal-Kunsill Regolatorju skont l-istandard UNE-EN 45011.
3.4. Emendi għall-intestatura H. “Tikkettar”
Din l-intestatura għandha tiġi emendata sabiex jitneħħa t-tieni paragrafu dwar l-awtorizzazzjoni tat-tikketti u jiġu inklużi ż-żewġ lowgos tal-prodotti msejħin “Cereza del Jerte” u “Cereza del Jerte + Picota”, sabiex il-konsumatur ma jitfixkilx meta jiġi biex jagħżel il-prodott.
3.5. Emendi għall-intestatura I. “Rekwiżiti leġiżlattivi nazzjonali”
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u għall-finijiet taċ-ċarezza u tas-simplifikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, dan il-paragrafu għandu jitneħħa peress li mhuwiex essenzjali u ma jissemmiex f’dak l-Artikolu.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“CEREZA DEL JERTE”
Nru tal-KE: ES-PDO-0105-01121-27.6.2013
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem
“Cereza del Jerte”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1
Id-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Cereza del Jerte” tirrigwarda esklussivament iċ-ċiras tal-mejda li jittiekel frisk tal-varjetajiet lokali li ġejjin: “Navalinda”, “Ambrunés”, “Pico Limón Negro”, “Pico Negro” u “Pico Colorado”, li jiffurmaw parti mill-ispeċi Prunus avium L..
Il-varjetajiet taċ-ċiras protetti mid-denominazzjoni protetta tal-oriġini huma ta’ żewġ tipi:
— |
iċ-ċiras tat-tip “bigarreau” (imsejjaħ ukoll “picotas”): il-varjetajiet “Ambrunés”, “Pico Negro”, “Pico Colorado” u “Pico Limón Negro”. Dan it-tip ta’ ċiras jirrappreżenta l-parti l-kbira tal-produzzjoni taċ-ċiras, u l-karatteristika ewlenija tiegħu hija li jinqata’ b’mod naturali minn maz-zokk meta jinġabar. |
— |
iċ-ċiras biz-zokk: “Navalinda”. |
Dan iċ-ċiras huwa kkaratterizzat minn lewn ħamrani fuq barra, li jkun l-iktar lewn l-inbid jew vjola. Lewn il-laħam iebes u jqarmeċ ta’ dan it-tip ta’ ċiras ivarja minn aħmar għal isfar jew lewn il-krema, skont il-varjetà, u l-meraq tiegħu jista’ jkun aħmar jew ma jkollu l-ebda kulur. Il-frott jista’ jkollu għamla ta’ kilwa, jew ikun ċatt, tond jew tawwali. L-għadma tiegħu tista’ tkun ta’ daqs medju jew tkun kbira jew kbira ħafna u tkun għamla tonda jew tawwalija, skont il-varjetà.
It-tabella li ġejja turi fil-qosor ir-rekwiżiti ewlenin marbutin mal-kontenut taz-zokkor (imkejjel fi gradi Brix), mal-għamla tal-frotta, mad-daqs minimu tagħha u mal-valur tal-pH tagħha.
Kontenut taz-zokkor, għamla, daqs minimu u valur tal-pH tal-varjetajiet taċ-ċirasa protetti mid-DPO, mogħtija skont il-varjetà
Varjetà |
Kontenut taz-zokkor (imkejjel fi gradi Brix) |
Għamla |
Daqs minimu |
Valur tal-pH |
||||
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut medju |
Valur minimu |
Valur massimu |
Valur medju |
|||
Navalinda |
12 |
21,60 |
14 |
ċatta |
21 mm |
3,80 |
4,70 |
4,25 |
Ambrunés |
14 |
25,80 |
20 |
ċatta |
21 mm |
3,65 |
4,85 |
4,25 |
Pico Colorado |
13,90 |
26,40 |
21 |
tawwalija |
21 mm |
3,80 |
4,70 |
4,25 |
Pico Negro |
11,80 |
25,60 |
19 |
tawwalija |
21 mm |
3,80 |
4,90 |
4,35 |
Pico Limón Negro |
15,40 |
26,80 |
20 |
tawwalija |
21 mm |
3,80 |
4,70 |
4,25 |
Iċ-ċiras protett permezz tad-DPO “Cereza del Jerte” se jkun jaqa’ fil-kategorija “extra” biss, skont l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni li japplika għaċ-ċiras approvat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2004 (4).
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata
L-istadji kollha tal-produzzjoni għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
it-tħawwil u t-tkabbir, li jsiru l-aktar f’għelieqi żgħar imtarrġin weqfin ħafna fejn huwa diffiċli li wieħed juża l-magni, ix-xogħol fuq il-ħamrija (il-ħart, it-tidmil u ż-żbir) u l-ġbir bl-idejn.
3.6. Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
L-imballaġġ u l-ippakkjar iridu jiggarantixxu l-protezzjoni sħiħa tal-prodott. Il-materjal tal-imballaġġ għandu jintgħażel bir-reqqa sabiex jiġi evitat kull deterjorament tal-prodott. Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun omoġenju f’dak li għandu x’jaqsam mal-oriġini, il-varjetà, il-kwalità u d-daqs tal-prodott u parti mill-prodott trid tkun tidher u din il-parti trid tirrappreżenta l-kontenut kollu tal-pakkett.
L-imballaġġ taċ-ċiras protett mid-DPO “Cereza del Jerte” irid isir fiż-żona ġeografika identifikata, minħabba li dan huwa meħtieġ sabiex tinżamm il-kwalità tal-prodott u sabiex ikunu żgurati l-kontroll u t-traċċabbiltà tal-prodott matul il-proċess kollu taċ-ċertifikazzjoni.
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar
Minbarra d-dettalji speċifiċi tal-impriża u l-informazzjoni ġenerali mitluba mil-leġiżlazzjoni applikabbli, l-isem tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Cereza del Jerte” għandu jidher b’mod ċar fuq l-imballaġġ.
Il-Kunsill Regolatorju għandu żewġ verżjonijiet tal-lowgo. Dawn jintużaw kif ġej:
il-lowgo tas-“Cereza del Jerte”. Dan il-lowgo, li jidher hawn taħt, jista’ jintuża għaċ-ċiras kollu, inkluż dak tal-varjetajiet taċ-ċiras imsejjaħ “picotas”:
il-lowgo “Cereza del Jerte” + “Picota”. Dan il-lowgo, li jidher hawn taħt, jista’ jintuża biss għall-varjetajiet taċ-ċiras imsejjaħ “picotas”, biex il-konsumaturi ma jitfixklux:
Ikun xi jkun it-tip ta’ imballaġġ li jintuża għaċ-ċiras biex dan jitqiegħed fis-suq, dan għandu jkollu fuqu t-tikketta fuq wara nnumerata mill-Kunsill Regolatorju jew in-numru ta’ identifikazzjoni maħruġ minn dan il-Kunsill.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tinsab fir-reġjuni tat-tramuntana tal-provinċja ta’ Cáceres. Din iż-żona tikkonsisti fl-artijiet li jiffurmaw parti mit-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin, miġbura skont ir-reġjuni:
— FIR-REĠJUN TAL-WIED TA’ JERTE: it-territorji ta’ Barrado, Cabezuela del Valle, Cabrero, Casas del Castañar, El Torno, Jerte, Navaconcejo, Piornal, Rebollar, Tornavacas u Valdastillas;
— FIR-REĠJUN TA’ LA VERA: it-territorji ta’ Aldeanueva de la Vera, Arroyomolinos de la Vera, Cuacos de Yuste, Garganta la Olla, Gargüera, Guijo de Santa Bárbara, Jaraíz de la Vera, Pasarón de la Vera u Torremenga; u
— FIR-REĠJUN TA’ AMBROZ: it-territorji ta’ Cabezabellosa, Casas del Monte, Gargantilla, Hervás, Jarilla u Segura de Toro.
Ir-rabta kbira li teżisti bejn il-kwalità, il-fatt li l-għelieqi jinsabu fil-muntanji u t-tip ta’ produzzjoni tfisser li l-artijiet u l-irziezet li ġejjin, li jinsabu ‘l barra miż-żona agrikola muntanjuża, ma jidħlux fiż-żona ġeografika identifikata tad-DPO:
— |
l-irziezet tar-reġjun ta’ La Vera li jinsabu inqas minn 500 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar, u |
— |
l-irziezet tar-reġjun tal-Wied ta’ Ambroz li jinsabu inqas minn 600 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar. |
L-imballaġġ u l-ippakkjar tal-prodott iridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika
L-isem ta’ “Jerte” jew “Valle del Jerte” huwa marbut mill-qrib maċ-ċiras. Fi Spanja, ħafna mill-konsumaturi jassoċjaw minnufih dan il-post ma’ dan il-prodott u viċiversa. Għaldaqstant, din iż-żona hija magħrufa ħafna għaċ-ċiras eċċellenti li jitkabbar fiha, u b’mod partikulari għaċ-ċiras tat-tip “bigarreau” (imsejjaħ ukoll “picotas”).
Jingħad li s-siġar taċ-ċiras iddaħħal fir-reġjun mill-Għarab u li, mal-wasla ta’ kolonji ġodda, wara r-rikonkwista, instab li dan is-siġar kien adattat ħafna għat-tip ta’ raba’ f’dan ir-reġjun. Madankollu, l-ewwel provi ċerti tal-eżistenza tiegħu fir-reġjun imorru lura biss għas-Seklu XIV.
Fit-2 ta’ Ġunju 1352, grupp ta’ emissarji tar-re waqaf għal-lejl f’raħal minnhom f’dan ir-reġjun. Hemmhekk, dawn il-persunaġġi distinti kielu t-troti u ċ-ċiras. Dan juri li dak iż-żmien iċ-ċiras kien diġà jitqies bħala prodott partikulari ta’ kwalità li kien xieraq biex jingħata lil vjaġġaturi daqshekk importanti.
Matul is-sekli ta’ wara, iċ-ċiras kompla jitkabbar b’suċċess f’dan ir-reġjun. Fis-Seklu XVI, it-tabib famuż Spanjol Luis de Toro irrefera għaċ-ċiras ta’ Jerte u ftaħar bid-daqs, il-lewn u t-togħma tiegħu.
Kien fis-Seklu XVIII, meta s-siġar tal-qastan inqered mill-marda tal-linka, li ċ-ċiras beda jitqies bħala alternattiva ekonomika reali. Fi tmiem dan is-seklu u tul is-Seklu XIX, it-tkabbir taċ-ċiras infirex fil-wied ta’ Jerte u fiż-żewġ widien li jmissu miegħu.
Fil-bidu tas-Seklu XIX, il-kittieba diġà kienu qed igħidu li l-aqwa ħaġa li hemm f’dan ir-reġjun “… hija ċ-ċiras li, kif xieraq, huwa apprezzat ferm fil-Palazz tar-Re …”. Matul dan is-seklu, it-tkabbir taċ-ċiras kompla jinfirex fl-irħula kollha, hekk li, fil-bidu tas-Seklu XX, dan ir-reġjun kien magħruf sew għaċ-“ċiras delizzjuż tiegħu”.
Il-ħames varjetajiet protetti huma varjetajiet indiġeni, li ġejjin jew mill-Wied ta’ Jerte, jew mill-Widien ta’ Ambroz u ta’ La Vera li jmissu miegħu. Dawn il-varjetajiet jitkabbru kważi esklussivament f’dan ir-reġjun, peress li t-tentattivi biex jibdew jitkabbru f’postijiet oħra b’latitudnijiet differenti s’issa ftit li xejn irnexxew.
Diversi awturi jsostnu li l-preżenza tal-varjetajiet taċ-ċiras mingħajr zokk fil-Wied ta’ Jerte hija r-riżultat ta’ proċess twil ta’ akklimatizzazzjoni u ta’ għażla semi-indotta ta’ razez differenti tal-ispeċi Prunus avium L., li hija speċi indiġena għall-foresti li ilha tikber f’dawn il-widien muntanjużi minn żmien żemżem.
Sar ħafna xogħol ta’ titjib u ta’ għażla tar-razez mill-popolazzjonijiet ta’ Jerte, u l-preżenza ta’ ċerti fatturi ambjentali fir-reġjun, bħall-umdità għolja, li ma tonqosx lanqas fis-sajf, il-fewġiet li nsibu fil-wied, il-pożizzjoni ġoegrafika tiegħu, l-ammont medju ta’ xemx fis-sena, l-altitudni tar-reġjun, il-mikroklima tiegħu u l-aċidità tal-ħamrija fih, għamlu l-bqija.
L-istruttura tal-proprjetajiet u l-kundizzjonijiet imposti mit-topografija diffiċli ta’ dan ir-reġjun jiffurmaw pajsaġġ ta’ ġonna żgħar imtarrġa, li xi kultant ikunu żgħar ħafna, miżmumin b’ħitan tal-ġebel, li fihom ix-xogħol irid isir fil-parti l-kbira tiegħu bl-idejn u mhux bil-magni.
Għalhekk, il-karatteristiċi tal-prodott ġejjin mill-użu ta’ pjanti speċifiċi, li huma adattati għall-klima u għall-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi tal-wied ta’ Jerte u tal-widien li jmissu miegħu, iżda wkoll mill-karatteristiċi speċjali ta’ sistema tal-produzzjoni li torbot it-tkabbir taċ-ċiras ma’ tradizzjonijiet tal-biedja bbażati fuq proprjetajiet żgħar u l-organizzazzjoni tax-xogħol fil-familja. L-irziezet, li ġeneralment ikunu jinsabu fuq artijiet imtarrġa mal-ġnub ta’ għoljiet weqfin fejn ma tantx jistgħu jintużaw magni, jippermettu lil dak li jkun jagħmel tajjeb għar-rendiment baxx tar-raba’ bil-kwalità għolja tal-prodotti tiegħu.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott
Id-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Cereza del Jerte” tirrigwarda esklussivament iċ-ċiras tal-mejda li jittiekel frisk tal-varjetajiet lokali li ġejjin: “Navalinda”, “Ambrunés”, “Pico Limón Negro”, “Pico Negro” u “Pico Colorado”, li jiffurmaw parti mill-ispeċi Prunus avium L..
Iċ-ċiras ikollu lewn ħamrani minn barra, li jista’ jkun skur jew ċar, skont il-varjetà tiegħu. Wieħed isib l-iktar iċ-ċiras lewn l-inbid jew vjola, minħabba l-ammont ta’ ċiras tat-tip “bigarreau” fil-ħsad lokali, u b’mod partikulari tal-varjetà “Ambrunés”, li hija magħrufa bħala “r-reġina taċ-ċiras”.
Iċ-ċiras tat-tip “bigarreau”, imsejjaħ ukoll “picotas”, jiddistingwi ruħu minn tipi ta’ ċiras oħrajn essenzjalment minħabba l-fatt li dan jinqala’ b’mod naturali minn maz-zokk meta jinġabar, mingħajr ma tonqos il-kwalità tiegħu jew mingħajr ma jkun jiflaħ inqas għall-immaniġġjar jew mingħajr ma jitħassar iktar malajr. Il-varjetajiet taċ-ċiras li ġejjin jiffurmaw parti minn dan il-grupp: “Ambrunés”, “Pico Negro”, “Pico Limón Negro” u “Pico Colorado”.
Il-frott jista’ jkollu għamla ta’ kilwa, jew ikun ċatt, tond jew tawwali.
Il-laħam ta’ dan it-tip ta’ ċiras ikun iebes u jqarmeċ u lewnu jvarja minn aħmar għal isfar jew lewn il-krema, skont il-varjetà, u l-meraq tiegħu jista’ jkun aħmar jew ma jkollu l-ebda kulur. Il-kulur tal-laħam u tal-meraq ġeneralment ikun stabbli, b’mod partikulari dak tal-meraq.
L-għadma hija waħda mill-karatteristiċi l-aktar stabbli taċ-ċiras. Hija tista’ tkun ta’ daqs medju jew tkun kbira jew kbira ħafna (fil-każ tal-varjetajiet “Navalinda” u “Ambrunés”), u tkun ta’ għamla tonda (fil-każ tal-varjetà “Ambrunés”), ovali (fil-każ tal-varjetà “Pico Colorado”) jew tawwalija (fil-każ tal-varjetà “Pico Limón Negro”).
Il-proporzjon bejn l-għadma u l-frotta jvarja minn wieħed medju (fil-każ tal-varjetà “Pico Colorado”) għal wieħed kbir jew kbir ħafna (fil-każ tal-varjetajiet “Pico Limón Negro”, “Navalinda” u “Ambrunés”).
Iz-zokk ivarja ferm fit-tul u fil-ħxuna tiegħu:
— |
f’dak li għandu x’jaqsam mat-tul tiegħu, il-varjetajiet “Ambrunés” u “Navalinda” jkollhom zokk b’tul medju, waqt li l-varjetajiet “Pico Negro” u “Pico Colorado” jkollhom zokk twil; |
— |
f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħxuna tiegħu, il-varjetajiet “Pico Negro” u “Pico Colorado” jkollhom zokk irqiq, waqt li l-varjetajiet “Ambrunés” u “Navalinda” jkollhom zokk bi ħxuna medja. |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi organolettiċi, il-kontenut medju taz-zokkor huwa ogħla mill-kontenut tas-soltu, b’indiċi rifrattiv li, meta l-frotta tkun saret l-iktar, ivarja minn 12 sa 24 gramma għal kull 100 gramma ta’ piż tal-frott frisk, skont il-varjetà.
Iċ-ċiras protett permezz tad-DPO “Cereza del Jerte” jaqa’ fil-kategorija “extra” biss, skont l-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni li japplika għaċ-ċiras approvat bir-Regolament (KE) Nru 214/2004.
5.3. Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Il-varjetajiet protetti jitkabbru kważi esklussivament f’dan ir-reġjun, peress li t-tentattivi biex jibdew jitkabbru f’postijiet oħra s’issa ftit li xejn irnexxew, minħabba li dawn ma jikbrux kif suppost meta ma jkollhomx il-kundizzjonijiet it-tajbin tal-ħamrija u l-altitudni, l-ammont ta’ xemx, l-umdità u r-riħ xierqa.
Il-preżenza tal-varjetajiet taċ-ċiras mingħajr zokk fil-Wied ta’ Jerte hija r-riżultat ta’ proċess twil ta’ akklimatizzazzjoni u ta’ għażla semi-indotta ta’ razez differenti tal-ispeċi Prunus avium L., li hija speċi indiġena għall-foresti li ilha tikber f’dawn il-widien muntanjużi minn żmien żemżem.
Sar ħafna xogħol ta’ titjib u ta’ għażla tar-razez mill-popolazzjonijiet ta’ Jerte, u l-preżenza ta’ ċerti fatturi ambjentali fir-reġjun, bħal:
— |
l-umdità għolja, li ma tonqosx lanqas fis-sajf, |
— |
il-fewġiet li nsibu fil-wied, il-pożizzjoni ġoegrafika tiegħu, l-ammont medju ta’ xemx fis-sena, l-altitudni tar-reġjun, il-mikroklima tiegħu u l-aċidità tajba tal-ħamrija fih, għamlu l-bqija, |
— |
Orografija: il-prodott jitkabbar f’għelieqi li jinsabu f’qiegħ it-tliet widien sa għoli ta’ aktar minn 1 200 metru “l fuq mil-livell tal-baħar. Ir-raba” li jinsab bejn 600 metru u 1 200 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar huwa l-aktar adattat għat-tkabbir tal-varjetajiet taċ-ċiras tat-tip “bigarreau”, imsejjaħ ukoll “picotas”. Iċ-ċiras ta’ dawn il-varjetajiet u tal-varjetajiet l-oħra taċ-ċiras imkabbrin f’dan ir-reġjun ta’ kull sena jsir bil-mod il-mod fuq perjodu li jibda mill-aħħar ta’ April u li jdum sal-bidu ta’ Awwissu, |
— |
Il-ħamrija ta’ din iż-żona ġeneralment tkun raffa u mhux kompatta, u tkun grassa u ramlija. Ġeneralment, l-ilma jiskula tajjeb ‘il barra minnha. Il-ħamrija hawnhekk dejjem tkun aċiduża, minħabba l-materjal li minnha hija magħmula, u normalment ikollha pH b’valur ta’ bejn 5 u 5,5. Dawn il-karatteristiċi ġenerali tal-ħamrija huma eċċellenti għat-tkabbir tal-varjetà ewlenija (l-ispeċi Prunus avium jew iċ-ċirasa salvaġġa) u għat-tkabbir tal-varjetajiet lokali taċ-ċiras, |
— |
Il-klima: il-karatteristiċi klimatiċi tat-tliet widien li jiffurmaw parti miż-żona ġeografika identifikata ġejjin mill-fatt li huma dojoq u fondi, mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom u mill-fatt li huma jiftħu lejn in-Nofsinhar. Id-differenzi fl-altitudni u l-art ifframmentata joħolqu distribuzzjoni irregolari tax-xemx u differenzi fit-temperatura bejn il-qċaċet tal-muntanji u l-qigħan alluvjali tal-widien, u dawn id-differenzi fit-temperatura xi kultant ikunu kbar ħafna. Dawn id-differenzi klimatiċi joħolqu differenzi fit-tul tal-istaġun tat-tkabbir u fil-perjodi meta s-siġar joħorġu ż-żahar u meta l-frott isir, li huma mifruxin fuq perjodi differenti tas-sena, hekk li hemm differenzi notevoli ħafna fid-dati tal-ħsad. Fil-fatt, iċ-ċiras ta’ varjetà partikulari mkabbar f’ċertu post f’din iż-żona jista’ jsir iktar minn 20 jum wara ċiras ieħor tal-istess varjetà mkabbar f’post differenti fl-istess żona. |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-umdità, l-indiċijiet ta’ kull xahar u dawk annwali, kif ukoll it-tqassim tax-xita, juru li r-reġjun igawdi minn klima Mediterranja umda, b’perjodu sinifikanti tas-sajf li jkun qasir u niexef, minħabba li ftit li xejn tinżel xita fix-xhur sħan ta’ Lulju u ta’ Awwissu.
Minkejja li t-temperatura medja annwali turi li l-klima f’din iż-żona hija ġeneralment waħda sħuna, it-temperaturi jvarjaw ħafna minn staġun għall-ieħor. Din il-firxa ta’ temperaturi rreġistrati tirrifletti l-klima ħarxa ta’ dan ir-reġjun.
Għaldaqstant, nistgħu ngħidu li l-karatteristiċi orografiċi, klimatiċi u tal-ħamrija u tal-ilma speċifiċi kollha deskritti hawn fuq huma essenzjali biex wieħed ikabbar prodott daqstant tipiku u awtentiku bħalma huwa ċ-ċiras tat-tip “Cereza del Jerte”. Li kieku kellu jispiċċa xi wieħed minn dawn il-fatturi, kieku wieħed ma jkunx jista’ jkabbar aktar il-prodott imsemmi.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (5))
http://aym.juntaex.es/NR/rdonlyres/DEAAADC4-16EB-4424-985B-4A40BE02ECF4/0/PliegoCerezaJertemodificado.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(5) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.
1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/17 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2014/C 387/09)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“REBLOCHON”/“REBLOCHON DE SAVOIE”
Nru tal-KE: FR-PDO-0217-01003-11.6.2012
IĠP ( ) AOP ( X )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
—
—
—
—
—
—
—
—
—
2. Tip ta’ emenda/i
—
—
—
—
3. Emenda (emendi)
Deskrizzjoni tal-prodott: il-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni
Żdiedu xi dettalji fid-deskrizzjoni tal-qoxra u tal-qalba li jispjegaw aktar l-elementi li jidhru fil-fajl oriġinali.
Il-medda ta’ piż tar-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie” żdiedet kemxejn (bejn 230 u 280 gramma minflok 240 sa 280 gramma).
Iddaħħlet il-preżentazzjoni tal-ġobon fl-għamla ta’ porzjonijiet. Għall-grupp ta’ produtturi dan jippermetti li l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw għal żviluppi fil-mod ta’ konsum individwali tal-prodotti.
Il-kwalità tal-materjal tal-imballaġġ kif ukoll it-tekniki ta’ tqattigħ jgħinu biex tinżamm il-kwalità tal-prodott waqt dawn l-operazzjonijiet.
L-indikazzjoni tal-preżenza tal-qiegħ falz tirreferi għar-regoli tal-ippakkjar fil-punt 5.7 tal-ispeċifikazzjoni.
Żona ġeografika: l-operazzjonijiet li jsiru fiż-żona: punt 3 tal-ispeċifikazzjoni
L-operazzjonijiet li jsiru fiż-żona ġeografika huma speċifikati.
Iddaħħal il-kunċett ta’ taħlib fiż-żona biex tkun iċċarata l-funzjoni tal-azjendi li jinsabu fil-limiti taż-żona. Ġie speċifikat ukoll li l-ippakkjar, li diġà huwa previst fl-ispeċifikazzjoni irreġistrata, huwa l-ewwel ippakkjar, biex jirrifletti l-operazzjonijiet ta’ imballaġġ minn qabel li jistgħu jsiru fuq il-prodott aktar 'il quddiem fil-katina ta’ produzzjoni.
Id-dispożizzjoni temporanja dwar il-possibbiltà li l-maturazzjoni issir f’żewġ muniċipalitajiet mal-konfini taż-żona ġeografika tneħħiet peress li l-impriżi kkonċernati reġgħu daħlu fiż-żona ġeografika.
Żdiedet muniċipalità li nħolqot mill-firda ta’ muniċipalitajiet antiki li sa dak iż-żmien kienu magħquda (ma kien hemm l-ebda tibdil fil-perimetru taż-żona ġeografika).
Prova tal-oriġini (traċċabilità): il-punt 4 tal-ispeċifikazzjoni
L-emendi huma marbuta mar-riforma tas-sistema ta’ kontroll tad-denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini introdotta minħabba żviluppi fir-regolamenti nazzjonali. Din tinkludi dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni, qabel ma l-operaturi jingħataw ċertifikat li jirrikonoxxi l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-marka li minnha qegħdin igawdu.
Jingħataw ukoll dettalji dwar il-kontenut u l-metodi ta’ kif għandhom jintbagħtu d-dikjarazzjonijiet meħtieġa għall-għarfien u l-monitoraġġ tal-prodotti.
Id-dokumenti u r-reġistrazzjonijiet meħtieġa għall-monitoraġġ tat-traċċabilità u l-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni huma speċifikati, kif ukoll il-metodi ta’ kontroll tal-karatteristiċi tal-prodott.
Rigward l-elementi ta’ mmarkar tal-ġobnijiet, ġew speċifikati l-metodi ta’ tqassim u ta’ ġbir tal-pjanċi ta’ identifikazzjoni.
Ir-razez ta’ baqar tal-ħalib: il-punt 5.1 tal-ispeċifikazzjoni
Id-definizzjoni tal-merħla ta’ baqar tal-ħalib, li tinkludi l-baqar kollha tal-ħalib li jkunu qegħdin ireddgħu, il-baqar bla ħalib u erħiet ta’ aktar minn sitt xhur tal-azjenda agrikola tgħin sabiex tispeċifika t-tipi ta’ annimali li għalihom japplikaw il-kontrolli.
Jingħataw ukoll dettalji dwar l-appartenenza tal-annimali għar-razez awtorizzati, li jikkorrispondu għall-kodiċijiet 12, 46, 31, sabiex jissaħħaħ il-kontroll.
Ċerti produtturi jistgħu jrabbu l-annimali għal skopijiet oħrajn minbarra l-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-manifattura tar-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie”; din il-possibbiltà hija offruta u rregolata.
L-għalf tal-baqar tal-ħalib: il-punt 5.2 tal-ispeċifikazzjoni
(a) Ir-razzjon bażiku u l-ikel komplementari
Id-dispożizzjonijiet il-ġodda għandhom it-tendenza li jikkonfermaw is-sistema ta’ għalf ibbażata fuq il-foraġġ (ħaxix u ħuxlief) biex tissaħħaħ ir-rabta mat-territorju tad-DPO u tinżamm manifattura tal-ġobon li tuża teknoloġija ta’ ħalib mhux ippasturizzat (l-ikel iffermentat huwa eskluż).
Biex jintlaħaq dan l-għan, iddaħħlet densità għal kull ettaru ta’ art agrikola użata, li ġiet iffissata għal 1,5 Unità ta’ Bhejjem. Fis-sajf, il-baqar tat-treddigħ għandhom jirgħu għal perjodu minimu ta’ 150 jum.
Biex wieħed jikkunsidra d-differenzi fil-funzjonijiet osservati fost l-azjendi fiż-żona ġeografika, l-użu ta’ għalf li jkun ġej minn barra ż-żona huwa approvat għall-għalf tal-baqar tal-ħalib li jkunu qegħdin ireddgħu. Biex jintlaħaq dan l-għan, iddaħħlet densità għal kull ettaru ta’ art agrikola użata, li ġiet iffissata għal 1,5 Unità ta’ Bhejjem.
L-għalf li jinxtara minn barra ż-żona ġeografika jista’ jkun biss ħuxlief.
L-għalf ta’ ħaxix aħdar huwa awtorizzat iżda limitat għal ikla kuljum matul il-perjodu ta’ ragħa ta’ 150 ġurnata. Madankollu, barra l-perjodu ta’ ragħa, żewġ ikliet kuljum ta’ ħaxix aħdar huma awtorizzati iżda bilfors f’żewġ porzjonijiet u żewġ tqassimiet. Biex tiġi evitata kwalunkwe problema ta’ kontaminazzjoni minn mikrobi mhux mixtieqa, l-għalf aħdar għandu jitqassam fl-istat frisk tiegħu u l-imxatar għandhom jitnaddfu minn kull fdal qabel ma jitqassam il-porzjon li jkun imiss.
Dejjem bl-għan li tinżamm ir-rabta mat-territorju imma wkoll minħabba li l-fibri qosra mgħandhomx l-istess konsegwenzi fuq l-ixtarr bħall-ħuxlief tal-ħaxix jew tan-nifel, it-tqassim tan-nifel deidrat f’qatgħet żgħar huwa limitat bħala ikel addizzjonali.
Id-definizzjoni ta’ lista pożittiva ta’ konċentrati tgħin biex jiġu ffaċilitati l-kontrolli u evitati l-innovazzjonijiet teknoloġiċi mhux stabbiliti fil-qasam. Biex tinżamm ir-rabta bejn il-prodott u t-territorju tiegħu, iż-żieda ta’ għalf addizzjonali fir-razzjon hija limitata għal 1 800 kilo għal kull baqra li tagħmel il-ħalib u għal 500 kilo għal kull erħa fis-sena.
Fl-aħħar nett, huwa ddikjarat li x-xorrox prodott fl-azjenda huwa awtorizzat biss fit-tisqija tal-bhejjem u sa mhux aktar tard minn 24 siegħa.
(b) Metodi ta’ tqassim tal-għalf.
Biex ikunu evitati l-problemi tas-saħħa u dawk teknoloġiċi, ikun aħjar jekk it-tqassim tal-għalf niexef isir fix-xitwa. Biex ikun iffaċilitat ukoll l-ixtarr, huwa obbligatorju li jitqassam għalf integrali. Dawn il-fatturi wasslu biex jiġi pprojbit l-użu ta’ magni li jħalltu l-ikel fit-tqassim tar-razzjon.
(c) Ikel iffermentat
Id-dispożizzjonijiet attwali jipprojbixxu l-użu ta’ ikel iffermentat fl-għalf tal-baqar tal-ħalib. Madankollu, il-possibbiltà li wieħed jagħlef merħla oħra, li tinżamm separata, b’dan it-tip ta’ ikel, hija kkunsidrata u soġġetta għal kondizzjonijiet partikolari ta’ produzzjoni, ħażna u użu.
Is-sistema tal-biedja: il-punti 5.3 u 5.4 tal-ispeċifikazzjoni
(a) Il-projbizzjoni ta’ OĠM (għelejjel u ikel)
Din il-projbizzjoni ta’ OĠM fl-ispeċifikazzjoni ssaħħaħ in-natura tradizzjonali tal-ikel.
(b) Iż-żieda ta’ fertilizzanti minerali awtorizzati
Sabiex ikunu ffaċilitati r-ragħa, il-bijodiversità u l-flora naturali u sabiex jitħares l-ambjent, iż-żieda ta’ fertilizzanti minerali hija ristretta. Iddaħħlet distinzjoni bejn il-muniċipalitajiet skont is-sitwazzjoni topografika tagħhom ibbażata fuq id-diviżjoni msejħa “żoni żvantaġġati” użata mill-amministrazzjoni. Il-limiti msemmija fl-ispeċifikazzjoni għandhom jinftiehmu bħala medja fuq il-plottijiet ta’ kull azjenda.
(c) Iż-żieda ta’ fertilizzanti organiċi
Ġew imfissra l-kundizzjonijiet tat-tifrix tal-fertilizzanti organiċi biex l-għalf tal-baqar ikun protett minn kwalunkwe riskju ta’ kontaminazzjoni minn sustanzi li jniġġsu.
Il-ġeneralizzazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tat-tifrix tal-fertilizzanti għandha tgħin sabiex il-kontrolli jkunu aktar ekwi u faċli.
Il-kundizzjonijiet tal-ħlib: il-punt 5.5 tal-ispeċifikazzjoni
Il-kundizzjonijiet tal-ħlib huma speċifikati sabiex tekniki ġodda ta’ ħlib li jintużaw ikunu jirrispettaw il-kundizzjonijiet kollha marbuta mal-ġestjoni tal-merħla kif ukoll maż-żamma tal-karatteristiċi tal-ħalib prodott.
Il-verifika tal-apparat tal-ħlib hija obbligatorja sabiex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-ħalib prodott.
It-temperatura tat-tkessiħ fil-maħżen tal-ġobon:
It-temperatura li fiha għandu jinżamm il-ħalib fir-razzett jew fil-maħżen tal-ġobon ittellgħet għal 10 °C minflok 8 °C biex tgħin lill-flora teknoloġika utli tal-ħalib.
Il-manifattura: il-punt 5.6 tal-ispeċifikazzjoni
Il-ħalib prodott, l-għajnuniet tal-manifattura u l-addittivi
Sabiex jinżammu l-karatteristiċi tal-materja prima maħduma fil-ħalib mhux ippasturizzat, it-trattamenti pprojbiti huma elenkati.
Il-paragrafu dwar l-użu tas-supplimenti tal-manifattura u ta’ addittivi ġie komplut sabiex jissaħħu l-prattiki attwali tal-użu ta’ trattamenti u addittivi fil-manifattura tal-ġobon u b’hekk jiġi evitat li l-prattiki futuri mhux issorveljati jaffettwaw il-karatteristiċi tal-ġobon.
L-istadji tal-manifattura
Ġew introdotti l-karatteristiċi tat-tankijiet tal-manifattura: dawn għandhom ikunu miftuħa u l-kapaċità massima tagħhom mgħandhiex taqbeż is-6 000 litru.
Fil-fatt, l-osservazzjoni tal-iżvilupp tal-baqta fit-tank billi wieħed iħares u jmiss il-prodott tibqa’ element importanti tal-manifattura mill-ħalib mhux ippasturizzat, li jinġabar kuljum u li ma jkunx ġie ttrattat qabel il-manifattura.
Il-kontroll tal-manifattura jissaħħaħ ukoll jekk il-volum użat ma jtawwalx b’mod sinifikanti l-fażi tal-iffurmar tal-ġobon. Jekk il-ġobon jinżamm fil-forma għal tul ta’ żmien żejjed il-karatteristiċi tiegħu jkunu wisq varjabbli.
Ġew inklużi xi dettalji dwar id-deskrizzjoni tal-fażijiet mill-ħidma fit-tank sat-tmelliħ tal-ġobon minħabba xi aġġustamenti: id-daqs tal-forom, il-massa tal-piżijiet użati għall-ippressar tal-forom iż-żgħar, id-densità tas-salmura mnaqqsa għal 1 130 minflok 1 140.
Il-proċess tat-tmelliħ jista’ jsir biss fit-tank tal-manifattura.
Ġie speċifikat li t-tul ta’ żmien totali tal-manifattura, ta’ qabel il-maturazzjoni u l-maturazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il jum mid-data taż-żieda tax-xorrox. B’hekk il-ġobon mgħandux jinħareġ mill-post tal-manifattura jew tal-maturazzjoni qabel ma jgħaddu mill-inqas 16-il jum.
Qabel il-maturazzjoni u l-maturazzjoni
Saru xi kjarifiki fil-kitba tad-deskrizzjoni tal-fażi ta’ qabel il-maturazzjoni sabiex jitqies b’mod aktar preċiż l-għarfien tal-manifatturi tal-ġobon u biex tiġi mħarsal-kwalità tal-ġobon.
Mal-metodi ta’ maturazzjoni żdiedet il-possibbiltà li l-ġobon jitgeżwer mit-12-il jum ta’ maturazzjoni u din titkompla f’temperatura aktar baxxa, għal aktar żmien.
Dan qed isir biex wieħed jadatta għall-maturazzjoni aktar mgħaġġla tal-qoxra tal-ġobon, li d-dehra tagħha fil-kantina tkun fl-aqwa tagħha mat-12-il jum imbagħad tibda tmur lura, u għalhekk jista’ jkollha xi difetti meta l-ġobon jiġi ppreżentat għall-bejgħ.
Żdiedu dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
— |
L-ewwel stadju fil-kantina li jdum ta’ mill-inqas 12-il jum mid-data tal-manifattura huwa obbligatorju, |
Matul dan il-perjodu t-temperatura tal-kantina għandha tkun bejn 10 u 15 °C u l-umdità għandha tkun ogħla minn 90 %,
— |
Mit-tnax-il jum, il-ġobon jista’ jitgeżwer individwalment u jitħalla jimmatura sa mill-inqas it-18-il jum f’temperatura minima ta’ 6 °C, |
— |
F’każ li l-ġobon ma jitġeżwirx, il-maturazzjoni tkompli fil-kantina sa mill-inqas is-16-il jum f’temperatura ta’ bejn 10 u 15 °C u f’umdità ta’ aktar minn 90 %. |
Huwa ddikjarat li jistgħu jintużaw jew ma jintużawx twavel tal-injam inċanati biex jgħinu l-maturazzjoni tal-ġobon. Din id-dikjarazzjoni tqis l-importanza teknoloġika tal-iżvilupp tal-flora tal-wiċċ permezz tal-preżenza ta’ riti organiċi pożittivi fuq it-twavel.
Il-ħin meta għandha tintemm iż-żieda tax-xorrox huwa speċifikat biex it-tul ta’ żmien ta’ din il-fażi jkun magħruf tajjeb.
Id-doża ta’ fermenti lattiċi hija speċifikata wkoll.
Huwa indikat li jistgħu jintużaw forom ta’ aċidifikazzjoni. Dawn il-forom jgħinu t-tiswir tal-prodott u jissostitwixxu d-drapp tal-qanneb mingħajr ma jibdlu l-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodott. Joffru wkoll żmien iqsar meta mqabbel ma’ dak tat-tgeżwir fid-drapp tal-qanneb imsejħa “toilage”, kontroll aqwa tat-tqattir, ġobniet b’forma aktar regolari u effetti ta’ benefiċċju għall-qoxra tal-prodott.
Huwa ddikjarat li l-volum ta’ ħalib li jifdal wara l-manifattura jista’ jerġa’ jintuża biex jiġi evitat li l-manifattur ikun obbligat iħaddem tank mhux mimli għal kollox, u hekk ix-xogħol fit-tank ikun aktar faċli u kkontrollat aħjar.
Mal-kundizzjonijiet ta’ manifattura fir-razzett qegħdin jiżdiedu dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
— |
karatteristiċi tal-ġobon maħdum fir-razzett f’dak li jirrigwarda t-togħma, peress li din l-inċirata tirriżulta li hija riżerva ta’ flora teknoloġika. |
— |
Biex il-ġobon tal-irziezet iżomm teknoloġija ta’ manifattura bil-mod li toħloq togħma aktar speċifika, id-doża ta’ fermenti lattiċi użati hija limitata għal 0,5 % (0,5 litri ta’ fermenti ta’ ħmira kbira (1) għal kull 100 litru ta’ ħalib) tal-kwantità totali ta’ ħalib użat għall-produzzjoni tar-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie” tal-irziezet. |
— |
Mhux permess l-użu ta’ forom ta’ aċidifikazzjoni kif ukoll ta’ kwalunkwe forma oħra jew xibka li fiha jinżamm il-ġobon tul il-fażi ta’ tnixxif sabiex jinżamm l-użu tad-drapp tal-qanneb, li huwa tradizzjonali fil-manifattura tal-ġobon fl-irziezet. Iż-żmien kemm idum imgeżwer fid-drapp huwa ta’ sitt sigħat minn meta l-ġobon jitqiegħed fil-forom. |
Jingħataw xi dettalji wkoll dwar il-metodi ta’ ppressar, tal-qlib tal-ġobon, tal-fażi ta’ qabel il-maturazzjoni, tal-ħasil u tal-kundizzjonijiet ta’ umdità meta l-ġobon jiddaħħal fil-kantina biex jimmatura.
Dawn id-dispożizzjonijiet iwasslu sabiex il-prattiki jiġu standardizzati u sabiex tissaħħaħ l-ispeċifiċità tal-ġobon tal-irziezet.
Biex ir-raffinaturi jkunu jistgħu, jekk jixtiequ, jagħtu trattamenti speċifiċi aktar kmieni lill-ġobon, dan għandu jdum sitt ijiem fir-razzett minflok għaxart ijiem kif kien ippjanat qabel.
Ġew miżjuda l-kundizzjonijiet tal-manifattura, tal-maturazzjoni u ta’ qabel il-maturazzjoni tar-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie” iż-żgħir li jsir fir-razzett u dawn jiċċaraw aktar ċerti dispożizzjonijiet b’konformità mal-prattiki użati.
L-elementi li jiġġustifikaw ir-rabta mal-ambjent ġeografiku: il-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni
Il-kitba ta’ din it-taqsima tinkludi s-subintestaturi li ġejjin: “L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika: fatturi naturali u umani”, “L-ispeċifiċità tal-prodott”, “Ir-rabta kawżali”.
Il-kitba ġiet organizzata mill-ġdid u tinkludi wkoll titjib fl-ispjegazzjoni u dettalji fejn kienu meħtieġa.
Elementi speċifiċi tat-tikkettar: il-punt 8 tal-ispeċifikazzjoni
L-elementi tal-immarkar tal-ġobon tqiegħdu fit-taqsima 4: Prova tal-oriġini.
L-obbligu li jitqiegħed il-logo “INAO” ġie sostitwit mill-obbligu li jitqiegħed is-simbolu “AOP” (DPO) tal-Unjoni Ewropea.
Huwa speċifikat li irrispettivament mill-kliem regolamentari applikabbli għall-ġobon kollu u l-kelma “petit” (żgħir), l-użu ta’ kwalunkwe deskrizzjoni jew avviż ieħor miżjud mad-denominazzjoni protetta ta’ oriġini huwa pprojbit fuq it-tikketta, fir-reklamar, fil-kontijiet u l-karti kummerċjali, ħlief għal marki kummerċjali u marki ta’ produzzjoni partikolari.
Rekwiżiti nazzjonali: il-punt 9 tal-ispeċifikazzjoni
Iddaħħlet tabella li turi l-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni li wieħed għandu jikkontrolla; magħhom żdiedu l-valuri miri tagħhom u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.
Emendi oħrajn
(1) L-ippakkjar: il-punt 5.7 tal-ispeċifikazzjoni
Il-ġobon huwa ppakkjat sħiħ, f’nofsijiet jew f’porzjonijiet.
Biex tiġi protetta l-kwalità tal-qoxra, il-ġobon ma jinxifx u ma tiżviluppax moffa mhux mixtieqa, il-ġobon għandu joħroġ miż-żona ġeografika f’imballaġġ adattat. Dan l-imballaġġ għandu jibqa’ jintuża sakemm il-prodott jiġi ppreżentat lill-konsumatur aħħari iżda dan ma jfissirx li ma jistax jerġa’ jiġi ppakkjat.
Dan l-ippakkjar għandu jinkludi qiegħ tal-injam ta’ dijametru speċifiku. Dan il-qiegħ għandu jintuża anki waqt it-tqattigħ tal-ġobon.
Dawn id-dispożizzjonijiet kollha jgħinu biex tinżamm il-kwalità tal-qoxra, il-konsistenza tal-qalba tal-ġobon u l-intensità tar-riħa tal-ġobon. Barra minn hekk, jekk wieħed jikkunsidra kemm huwa delikat ir-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie” f’dak li jirrigwarda l-formazzjoni tal-qoxra u t-tnixxif, il-qiegħ tal-injam u l-materjal tal-ippakkjar għandhom ir-rwol li jirregolaw l-umdità. L-imballaġġ użat jirrispetta l-flora tal-fungi speċifika tal-qoxra tar-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie”.
Madankollu fil-każ ta’ dak il-ġobon li jkun maħsub għall-industrija tas-settur tal-ikel fejn isiru attivitajiet ta’ pproċessar tal-ikel, l-ippakkjar individwali ta’ dan il-ġobon mhuwiex obbligatorju. F’dan il-każ, m’hemmx lok għall-qiegħ tal-injam.
(2) L-uffiċċju kompetenti tal-Istat Membru: tibdil fl-indirizz tal-Institut national de l’origine et de la qualité (l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità);
(3) Il-kompożizzjoni tal-grupp li ressaq l-applikazzjoni: ingħataw xi dettalji dwar il-kompożizzjoni ta’ dan il-grupp;
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-istrutturi ta’ kontroll: id-dettalji ta’ kuntatt tal-istrutturi ta’ kontroll ġew aġġornati.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel (3)
“REBLOCHON”/“REBLOCHON DE SAVOIE”
Nru tal-KE: FR-PDO-0217-01003-11.6.2012
IĠP ( ) AOP ( X )
1. Isem
“Reblochon”/“Reblochon de Savoie”
2. Stat membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1
Ir-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie” huwa ġobon tal-ħalib tal-baqra sħiħ u mhux ippasturizzat li joriġina mill-bhejjem tar-razza Abondance, Montbéliarde u Tarentaise, b’qalba ppressata mhux imsajra f’għamla ta’ ċilindru ċatt, kemmxejn ittundjat, b’dijametru ta’ madwar 14-il ċentimetru, b’għoli ta’ madwar 3,5 ċentimetri u b’piż ta’ bejn 450 u 550 gramma.
Fih minimu ta’ 45 gramma ta’ xaħam għal kull 100 gramma wara li jkun tnixxef għal kollox u l-kontenut f’materja niexfa mgħandux ikun inqas minn 45 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon.
Il-qoxra tiegħu, li tinħasel waqt il-maturazzjoni, hija pjuttost irqiqa, regolari u uniformi. Din tkun ta’ lewn safrani sa safrani fl-oranġjo u parti minnha jew kollha kemm hi tkun miksija b’moffa bajda, ħafifa u baxxa.
Il-qalba tal-ġobon hija ratba, omoġenea, flessibbli u lixxa. Din tkun lewn il-krema jew l-avorju, xi ftit mielħa u xi drabi jkollha xi toqob żgħar.
Il-ġobon ta’ daqs iżgħar, li għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi iżda li huwa ta’ dijametru ta’ madwar 9 ċentimetri, għoli ta’ madwar 3 ċentimetri u piż ta’ bejn 230 u 280 gramma, ukoll igawdi mid-DPO.
Ir-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie” jista’ jinbiegħ sħiħ jew f’porzjonijiet.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-ħalib użat għall-manifattura tal-ġobon “Reblochon”/“Reblochon de Savoie” għandu jkun ġej biss mill-merħliet ta’ baqar tal-ħalib tar-razez tal-ħalib Abondance, Montbéliarde, Tarentaise (li tissejjaħ ukoll Tarine).
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Biex tinżamm ir-rabta mat-territorju, l-għalf tal-merħla għandu jkun magħmul l-aktar minn għalf li ġej miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni. Ir-razzjon bażiku huwa magħmul minn għalf li jikkonsisti:
— |
f’mill-inqas 50 % ħaxix li jkun ittiekel fil-mergħa matul is-sajf u minn ħuxlief imqassam kuljum tul ix-xitwa, |
— |
għalf frisk: qamħ aħdar, ħaxix imqassam frisk, pitravi għall-għalf. Il-ħuxlief jista’ jitqassam fir-razzjon bażiku tal-erħiet biss. |
Matul is-sajf, il-bhejjem għandhom jirgħu għal mill-inqas 150 jum.
L-għalf li jkun ġej miż-żona għandu jkopri 100 % espressi f’materja niexfa tar-razzjon bażiku tal-baqar li jkunu qegħdin ireddgħu. Fil-każ tal-azjendi li jinsabu f’għoli ta’ aktar minn 600 metru u l-irziezet alpini fejn il-baqar tal-ħalib jirgħu f’għoli ta’ aktar minn 600 metru, l-għalf li jkun ġej miż-żona għandu jkopri mill-inqas 75 % tar-razzjon bażiku espressi f’materja niexfa tal-baqar li jkunu qegħdin ireddgħu. Jista’ jinxtara biss ħuxlief barra miż-żona tad-denominazzjoni.
Minbarra r-razzjon bażiku, jista’ jitqassam ikel addizzjonali. Dan jinkludi ikel ikkonċentrat kif ukoll għalf deidrat. Jistgħu jitqassmu biss sa 1 800 kilo minn dan l-ikel addizzjonali fis-sena, lil kull baqra li tkun qed tredda’.
Mhuwiex permess l-użu fl-għalf tal-merħla tal-ħalib ta’ prodotti maħżuna fis-sajlos, ikel iffermentat, balal ippakkjati kif ukoll ikel ieħor li jista’ jaffettwa ħażin ir-riħa, it-togħma tal-ħalib jew tal-ġobon, jew li jistgħu joħolqu kontaminazzjoni ta’ batterji.
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-ħlib, il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobon iridu jsiru fiż-żona ġeografika.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
L-ewwel ippakkjar tal-ġobon isir fiż-żona ġeografika qabel ma dan jitlaq mill-post ta’ maturazzjoni li hija l-aħħar stadju tal-produzzjoni tar-“Reblochon/Reblochon de Savoie”. Din id-dispożizzjoni tgħin sabiex tinżamm il-kwalità tal-qoxra tal-prodott u jiġi evitat li jinxef jew li tiżviluppa moffa mhux mixtieqa. Dan l-ewwel ippakkjar ma jeskludix li l-prodott ikompli jiġi ppakkjat wara, f’post ieħor.
Dan l-ippakkjar, li jsir f’imballaġġ apposta, jinkludi qiegħ tal-injam tal-prinjoli li jkun imiss ma’ mill-inqas wieħed mill-uċuħ tal-ġobon li jiġi ppreżentat bħala ġobna sħiħa jew nofs ġobna. Il-porzjonijiet għandu jkollhom tliet naħat bil-qoxra.
Il-prodotti maħsuba għall-industrija tas-settur tal-ikel jistgħu ma jiġux ippakkjati meta jitilqu miż-żona ġeografika.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar
It-tikketta għandha tinkludi l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini “Reblochon” jew “Reblochon de Savoie” miktub f’ittri ta’ daqs mhux inqas minn żewġ terzi tal-akbar ittri li jidhru fuq it-tikketta. Barra minn hekk, it-tikketta tista’ tinkludi l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini akkumpanjat mill-kelma “petit” (żgħir), fil-każ tal-ġobon iż-żgħir deskritt fil-punt 3.2.
Irrispettivament mill-kliem regolamentari applikabbli għall-ġobon kollu u mill-kelma msemmija hawn fuq, l-użu ta’ kwalunkwe deskrizzjoni jew avviż ieħor miżjuda mad-denominazzjoni protetta ta’ oriġini huwa pprojbit fuq it-tikketta, fir-reklamar, fil-kontijiet u l-karti kummerċjali, ħlief għal marki kummerċjali u marki ta’ produzzjoni partikolari.
It-tikketta għandha tinkludi s-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea. Tista’ wkoll tinkludi l-frażi “appellation d’origine protégée” (denominazzjoni protetta ta’ oriġini).
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinkludi żewġ terzi tad-dipartiment ta’ Haute-Savoie (il-parti kollha fil-Lvant ta’ Annecy li tinsab f’għoli ta’ aktar minn 500 metru) kif ukoll xi muniċipalitajiet jew sezzjonijiet tad-dipartiment ta’ Savoie.
Id-dipartiment ta’ Haute-Savoie.
Abondance, Alex, Allinges, Amancy, Andilly, Annecy-le-Vieux, Arâches-Ia-Frasse, Arbusigny, Arenthon, Armoy, Arthaz-Pont-Notre-Dame, Aviernoz, Ayse, Ballaison, Beaumont, Bellevaux, Bernex, Bluffy, Boëge, Bogève, Bonne, Bonnevaux, Bonneville, Bons-en-Chablais, Brenthonne, Brizon, Burdignin, Cervens, Chamonix-Mont-Blanc, Charvonnex, Châtel, Châtillon-sur-Cluses, Chevaline, Chevenoz, Cluses, Collonges-sous-Salève, Combloux, Cons-Sainte-Colombe, Contamine-sur-Arve, Copponex, Cordon, Cornier, Cranves-Sales, Cruseilles, Demi-Quartier, Dingy-Saint-Clair, Domancy, Doussard, Draillant, Duingt, Entremont, Entrevernes, Essert-Romand, Etaux, Evires, Faucigny, Faverges, Fessy, Féternes, Fillinges, Giez, Groisy, Habère-Lullin, Habère-Poche, Juvigny, La Balme-de-Thuy, La Baume, La Chapelle-d’Abondance, La Chapelle-Rambaud, La Chapelle-Saint-Maurice, La Clusaz, La Côte-d’Arbroz, La Forclaz, La Muraz, La Rivière-Enverse, La Roche-sur-Foron, Lathuile, La Tour, La Vernaz, Le Biot, Le Bouchet, Le Lyaud, Le Grand-Bornand, Le Petit-Bornand-Les-Glières, Le Reposoir, Le Sappey, Leschaux, Les Clefs, Les Contamines-Montjoie, Les Gets, Les Houches, Les Ollières, Les Villards-sur- Thônes, Lucinges, Lullin, Lully, Manigod, Marcellaz-en-Faucigny, Marlens, Machilly, Magland, Margencel, Marignier, Marnaz, Megève, Mégevette, Menthonnex-en-Bornes, Menthon-Saint-Bernard, Mieussy, Monnetier-Mornex, Montmin, Montriond, Mont-Saxonnex, Morillon, Morzine, Nancy-sur-Cluses, Nangy, Nâves-Parmelan, Novel, Onnion, Orcier, Passy, Peillonnex, Perrignier, Pers-Jussy, Praz-sur-Arly, Présilly, Quintal, Reignier, Reyvroz, Saint-André-de-Boëge, Saint-Blaise, Saint-Cergues, Saint-Eustache, Saint-Férréol, Saint-Gervais-les-Bains, Saint-Jean-d’Aulps, Saint-Jean-de-Sixt, Saint-Jean-de-Tholome, Saint-Jeoire, Saint-Jorioz, Saint-Laurent, Saint-Martin-Bellevue, Saint-Pierre-en-Faucigny, Saint-Sigismond, Saint-Sixt, Sallanches, Samoëns, Saxel, Scientrier, Scionzier, Serraval, Servoz, Sevrier, Seythenex, Seytroux, Sixt-Fer-A-Cheval, Talloires, Taninges, Thônes, Thorens-Glières, Thyez, Vailly, Vacheresse, Vallorcine, Verchaix, Vétraz-Monthoux, Veyrier-du-Lac, Villard, Villaz, Ville-en-Sallaz, Villy-Ie-Bouveret, Villy-Ie-Pelloux, Vinzier, Viuz-en-Sallaz, Vougy, Vovray-en-Bornes.
Id-dipartiment ta’ Savoie.
Cohennoz, Crest-Voland, Flumet, La Giettaz, Mercury (Is-sezzjoni G1 u G2), Notre-Dame-de-Bellecombe, Plancherine (Is-sezzjoni A1, A2, A3), Saint-Nicolas-La-Chapelle, Ugine.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinsab fl-Alpi tat-Tramuntana u tinkludi r-reġjuni muntanjużi ta’ bejn il- Lac Léman u l-muntanja Mont-Blanc. Il-limitu tagħha fil-Lvant huwa l-fruntiera mal-Isvizzera u fil-Punent testendi sal-muntanji li jinsabu l-aktar fil-Punent tal-Alpi. Fin-Nofsinhar, iż-żoni teskludi l-muntanja ta’ Beaufortain u tinkludi l-parti tat-Tramuntana tal-muntanja ta’ Bauges.
L-art hija partikolarment muntanjuża, b’muntanji li jkomplu jogħlew mill-Punent għal-Lvant (1 000 metru għall-għoljiet tal-Punent, aktar minn 2 000 metru għall-muntanji tal-franka, u aktar minn 4 000 metru fil-każ tal-muntanja Mont-Blanc), u maqsuma minn widien kbar li l-għoli tagħhom huwa ta’ aktar minn 500 metru (Dranse, Giffre, Arve, Arly).
Iż-żona ġeografika tinkludi reġjuni differenti ħafna mill-aspett tas-substrat ġeoloġiku. Iż-żona mill-Grigal għal-Lbiċ hija maqsuma minn muntanji ffurmati l-aktar mill-ġebla tal-franka. Ċerti livelli partikolarment reżistenti jiffurmaw muntanji ppuntati ħafna bħall-katina ta’ Aravis. Fil-Punent, il-promontorju huwa magħmul minn substrat ta’ molassa tat-tafal u l-franka fejn jispuntaw muntanji tal-franka definiti ħafna (Salève). Fil-Lvant, il-muntanji kristallini ta’ Mont-Blanc u tal-Aiguilles il-ħomor huma l-ogħla punti tar-reġjun. Il-blat hawnhekk huwa aċiduż (granit, gneiss, majka). Fit-Tramuntana, il-muntanja ta’ Chablais hija magħmula minn blat aċiduz jew kalkarju mħallat.
Il-klima hija dik tipika tal-muntanji, esposta direttament għall-flussi mill-Punent. Hija kkaratterizzata minn abbundanza ta’ xita (aktar minn 900 millimetru fis-sena) u nuqqas ta’ nixfa fis-sajf. Fil-qalba tal-muntanji, ix-xita spiss taqbeż l-1 500 sa 2 000 millimetru fis-sena. Minħabba l-ambjent muntanjuż, ix-xitwa tkun kiesħa u jinżel ammont kbir ta’ borra. Il-muntanji u l-altitudni jaffettwaw ferm il-kundizzjonijiet tal-klima lokali.
Il-parti l-kbira tal-art agrikola tintuża bħala mergħa. Ir-reġjun huwa kkaratterizzat minn żvilupp partikolarment kbir ta’ mergħat permanenti fil-muntanji, jew mergħat alpini. Dawn jikkonsistu f’varjetà kbira ta’ veġetazzjoni marbuta mill-varjetà ta’ kondizzjonijiet tal-ambjent (ħamrija, ilma, espożizzjoni, altitudni …) u tal-użu (il-prattika tal-mergħa). 90 % tal-uċuħ miksija ħaxix huma mergħat permanenti ddominati mill-“orchardgrass”, meqjus bħala ħaxixa tajba ħafna għall-għalf, kif ukoll silla bajda u silla ħamra. Wieħed isib ukoll mergħat għall-qtugħ rikki bl-agretta selvaġġa, mergħat għall-qtugħ medji bil-Pimpinella u l-mergħat għall-qtugħ b’ħaxix baxx jew xott bis-salvja tal-għelieqi u l-origanu. L-għelieqi li jintużaw bħala mergħat huma mtarrġa mill-qiegħ tal-widien sal-muntanji f’għoli ta’ aktar minn 2 500 metru.
Waħda mill-karatteristiċi tal-azjendi tal-ħalib fiż-żona ġeografika hija l-użu tal-mergħat alpini fis-sajf. Il-ħajja tal-merħliet hija ferm affettwata mill-istaġuni: dawn jinħarġu mill-istalel fil-bidu ta’ Mejju, jibdew jirgħu fl-għelieqi fil-baxx, imbagħad jittellgħu lejn il-muntanji fil-bidu ta’ Ġunju fejn jibqgħu sal-bidu tax-xahar ta’ Ottubru. Imbagħad tiġi xitwa twila b’ħafna xhur ta’ borra u maltemp. Għaldaqstant tul is-sajf il-bidwi jkollu jaħżen il-ħaxix li jkun ser jagħti lill-merħla minn Novembru sa April (dan jammonta għal madwar 2 000 kilogramma ta’ ħuxlief għal kull baqra għal xitwa sħiħa).
Biex ilaħħqu ma’ dawn il-kundizzjonijiet ta’ għajxien, il-produtturi tal-ħalib jużaw razez ta’ baqar tal-ħalib li ġejjin mir-reġjuni muntanjużi, adattati għar-restrizzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-post (morfoloġija adatta għall-mergħa f’għelieqi mżerżqa; tolleranza għas-sħana; kapaċità ta’ użu tar-ragħa fis-sajf u tal-għalf xott fix-xitwa), filwaqt li jipproduċu b’mod regolari ħalib ta’ kwalità.
L-ikel tal-baqar tal-ħalib huwa magħmul l-aktar minn ħaxix tal-mergħat fis-sajf u minn għalf xott tul ix-xitwa. L-ikel addizzjonali huwa limitat fil-kwantità, biex tinżamm ġestjoni ftit li xejn intensiva tal-bhejjem. Dan l-għalf ma fihx ikel iffermentat li jista’ jaffettwa ħażin ir-riħa u t-togħma tal-ħalib u allura tal-ġobon.
L-isem “Reblochon de Savoie” ġej mill-kelma “Reblâche” li tfisser “taħleb darb’oħra”. Din il-prattika kienet komuni mis-Seklu Tlettax: il-bidwi li kien jikri mergħa kien ikollu jħallas taxxa lis-sid. Il-baqra ma kinitx tinħaleb kompletament l-ewwel darba imma t-tieni taħliba kienet tipproduċi ammont żgħir ta’ ħalib iżda magħqud ħafna peress li l-aħħar ħalba tipproduċi ħalib mimli xaħam. B’dan l-ammont żgħir ta’ ħalib pjuttost xaħmi, il-produtturi tal-ġobon kienu jagħmlu ġobon kremuż u ta’ daqs żgħir. Għalkemm dan il-ġobon għall-bidu kien klandestin, ir-Reblochon, li mbagħad beda jintuża bħala mezz ta’ ħlas, ħareġ fil-miftuħ fis-Seklu Tmintax u kont issibu fuq l-imwejjed tal-borgeżija, tal-kleru u tan-nobbli.
Ix-xogħol tal-produttur tal-ġobon, ibbażat fuq l-għarfien tal-antenati, għandu rwol essenzjali fir-rivelazzjoni tal-potenzjal aromatiku tar-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie”. Il-ħidma tal-ħalib mhux ippasturizzat u mhux ipproċessat qabel, f’temperatura baxxa jgħin biex dan il-potenzjal joħroġ l-aqwa tiegħu. It-taħlib darbtejn kuljum jeżiġi użu mgħaġġel u eżatt tal-ħalib. It-tħaddim tal-ħalib mhux ippasturizzat jimplika li wieħed irid jaħdem f’tankijiet miftuħa biex il-manifattur ikun jista’ jara u jħoss kwalunkwe bidla fil-ħalib.
Fil-bidu l-maturazzjoni kienet issir fir-razzett alpin. Wara nxterdet fil-wied fejn il-fatt li hawnhekk kien relattivament aktar aċċessibbli għen sabiex titfaċċa s-sengħa tar-raffinatur. Ir-raffinatur ikollu diversi kompiti, fosthom, li jissorvelja t-temperatura ta’ maturazzjoni peress li din għandha rwol importanti għall-flora fungali (li tagħti lill-qoxra d-dehra karatteristika tagħha). Diversi batterji jiżviluppaw flimkien u wara xulxin fuq wiċċ il-ġobon. Din is-suċċessjoni sseħħ l-aktar minħabba l-iżvilupp tal-pH u l-kontenut ta’ melħ fil-qoxra. Din il-mikroflora, u b’mod partikolari l-Geotrichum candidum, tagħti lir-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie” il-“fjoritura” karatteristika, bajda u fina tagħha, iżda tgħin ukoll fl-iżvilupp tal-konsistenza u t-togħma tal-qalba tal-ġobon.
Il-bejgħ tar-“Reblochon” kiber fis-Seklu Dsatax u ħoloq attività kummerċjali speċifika, megħjuna mill-iżvilupp tal-mezzi ta’ komunikazzjoni. Fl-ewwel nofs tas-Seklu Għoxrin, il-produzzjoni tar-“Reblochon” saħansitra ħarġet lil hinn miċ-ċentru oriġinali tagħha u dan wassal sabiex sa mill-1953, il-produtturi bdew iħarsu l-prodott tagħhom u jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi ta’ produzzjoni.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott
Ir-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie” huwa ġobon b’qalba ppressata u mhux imsajra li ġej mill-ħalib tal-baqra sħiħ u mhux ippasturizzat, li ma jiġix ipproċessat qabel il-manifattura.
Huwa ta’ daqs u piż żgħar u jista’ jinstab ukoll f’verżjoni iżgħar. Għandu forma ta’ ċilindru ċatt, kemmxejn għat-tond.
Huwa ġobon kremuż li għandu qalba ratba u flessibbli lewn l-avorju u b’togħma ftit mielħa b’aromi lattiċi u nkaljati. Il-qoxra rqiqa u maħsula tiegħu, ta’ lewn safrani hija miksija minn saff fin ta’ moffa bajda (flora fungali).
5.3. Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
L-ambjent niedi tal-muntanji li jifforma ż-żona ġeografika kollha jgħin biex il-ħaxix jikber ħafna fir-rebbiegħa u fis-sajf. Il-varjazzjoni fil-kundizzjonijiet tal-ambjent bħall-altitudni u l-espożizzjoni, il-mergħat alpini, it-tip ta’ blat, hija kkaratterizzata minn varjetà kbira botanika tal-mergħat, b’kull ambjent jiżvela varjetà oriġinali ta’ fjuri.
Diversi speċijiet fosthom għandhom valuri aromatiċi qawwija li jgħinu fil-karatteristiċi tipiċi tar-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie”. Il-ħjiel ta’ togħmiet karatteristiċi differenti jistgħu jkunu assoċjati man-natura differenti tal-ħuxlief u l-ħxejjex li wieħed isib fiż-żona ġeografika.
Dan l-ambjent aħrax huwa restrittiv ħafna għall-merħliet, u r-razez tal-muntanji biss huma kapaċi jadattaw għal stil ta’ ħajja li jikkonsisti f’nuqqas ta’ attività fix-xitwa ġewwa l-istalel fil-wied u ċ-ċaqliq kbir ta’ kuljum fil-mergħat alpini fl-istaġun tas-sajf, li jista’ jkun ta’ diversi mijiet ta’ metri u li jinvolvi tlugħ kontinwu fl-għoli.
F’dawn il-kundizzjonijiet dawn ir-razez huma kapaċi jipproduċu ħalib mimli proteini u ideali biex jissawwar f’ġobon: il-ġel miksub wara li jiżdied ix-xorrox huwa sod u jagħti rendiment għoli ta’ ġobon.
Oriġinarjament derivat minn produzzjoni li ġejja minn kwantitajiet żgħar ta’ ħalib mimli xaħam, il-ġobon “Reblochon”/“Reblochon de Savoie” huwa r-riżultat tal-implimentazzjoni ta’ teknoloġija sempliċi (ftit tisħin, koltivazzjoni mgħaġġla, xejn tnixxif fit-tank) li twassal għal żmien ta’ maturazzjoni iqsar.
B’hekk, il-karatteristiċi organolettiċi tar-“Reblochon”/“Reblochon de Savoie”, huma marbuta sew mal-ikel li jieħdu l-baqar tal-ħalib (ragħa, għalf), magħmul minn flora adattata għall-kundizzjonijiet ambjentali deskritti aktar 'il fuq u maż-żamma tal-għarfien tal-manifatturi tal-ġobon u tar-raffinaturi.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCReblochon.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) Ara n-nota tal-qiegħ 3.