ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 384

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
30 ta' Ottubru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 384/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7418 — Bosch/ZF Lenksysteme) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 384/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 384/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7430 — Fosun/Club Méditerranée) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 384/04

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Estensjoni ta’ Skadenza — Talba minn Stat Membru

4

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7418 — Bosch/ZF Lenksysteme)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 384/01

Fl-24 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) bid-dokument li jġib in-numru 32014M7418. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Ottubru 2014

2014/C 384/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2737

JPY

Yen Ġappuniż

137,75

DKK

Krona Daniża

7,4445

GBP

Lira Sterlina

0,79095

SEK

Krona Żvediża

9,3294

CHF

Frank Żvizzeru

1,2059

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4675

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,784

HUF

Forint Ungeriż

309,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,2252

RON

Leu Rumen

4,4245

TRY

Lira Turka

2,8029

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4334

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4192

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,8778

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6035

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6196

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 333,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,8447

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7842

HRK

Kuna Kroata

7,6650

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 405,88

MYR

Ringgit Malażjan

4,1653

PHP

Peso Filippin

56,982

RUB

Rouble Russu

54,6031

THB

Baht Tajlandiż

41,353

BRL

Real Brażiljan

3,0902

MXN

Peso Messikan

17,1338

INR

Rupi Indjan

78,0619


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7430 — Fosun/Club Méditerranée)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 384/03

1.

Fit-22 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Fosun International Limited (“Fosun”, iċ-Ċina) takkwista fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Club Méditerranée (“Club Med”, Franza) permezz ta’ offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Fosun: investimenti ta’ ekwità privata;

—   Club Med: servizzi tal-ivvjaġġar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7430 — Fosun/Club Méditerranée, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/4


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Estensjoni ta’ Skadenza

Talba minn Stat Membru

2014/C 384/04

Fil-15 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35(25) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1).

Din it-talba, mir-Repubblika tal-Polonja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ fil-livell ta’ operatur tal-elettriku f’dak il-pajjiż. L-avviż relevanti ġie ppubblikat fil-paġna 14 tal-ĠU C 186 fit-18 ta’ Ġunju 2014. L-ewwel avviż ta’ estensjoni tal-iskadenza kien ippubblikat fil-ĠU C 310 tat-12 ta’ Settembru 2014. L-iskadenza estiża kienet il-31 ta’ Ottubru 2014.

Skont ir-raba’ subparagrafu ta’ punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza tista’ tiġi estiża aktar mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni konċernata. Minħabba l-ħtieġa li tikseb u tiġi analizzata aktar informazzjoni, u bil-kunsens tar-Repubblika tal-Polonja, il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba qiegħed jiġi estiż b’37 jum ta’ xogħol.

L-iskadenza finali għalhekk hija l-31 ta’ Diċembru 2014.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.