|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2014/C 376A/01 |
||
|
|
||
|
2014/C 376A/02 |
||
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 376/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI MIFTUĦA
EPSO/AD/293/14
Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin:
|
1. |
Il-liġi tal-kompetizzjoni |
|
2. |
Il-finanzi korporattivi |
|
3. |
L-ekonomija finanzjarja |
|
4. |
L-ekonomija industrijali |
|
5. |
Il-makroekonomija |
2014/C 376 A/01
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, abbażi ta' kwalifiki u ta' testijiet, sabiex jitfasslu listi ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' uffiċjali bħala “Amministraturi” (1) għall-Kummissjoni Ewropea.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 60 A tal-1 ta' Marzu 2014 u fuq il-websajt tal-EPSO.
Dawn ir-regoli huma parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni u jgħinuk tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u kif tapplika.
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
DMIRIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
TESTIJIET TA' AMMISSJONI |
|
V. |
AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI |
|
VI. |
ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI |
|
VII. |
VERIFIKA TAL-INFORMAZZJONI MOGĦTIJA MILL-KANDIDATI |
|
VIII. |
LISTI TA' RIŻERVA |
|
IX. |
ANNESSI |
I. KUNTEST ĠENERALI
|
Qasam 1. = 27 Qasam 2. = 14 Qasam 3. = 25 Qasam 4. = 15 Qasam 5. = 30 |
||
|
Dan l-avviż jirreferi għal diversi oqsma. Minħabba limitazzjonijiet baġitarji u amministrattivi, u fl-interess tas-servizz li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu lista ta’ riżerva ta’ kandidati, speċjalizzati u operattivi minnufih, tista’ tapplika biss għal qasam wieħed. Is-selezzjoni ssir inizjalment permezz tal-evalwazzjoni tat-talent (“Talent Screener”) (ara t-Taqsima V tal-avviż ta’ kompetizzjoni, u l-punti 4 tal-annessi), biex jiġu identifikati l-aħjar kandidati skont kriterji speċifiċi li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tas-servizz u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni. Din l-għażla għandha ssir meta timla l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku. |
||
|
Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod partikolari fil-Manwal tal-Applikazzjoni. Data tal-għeluq (inkluża l-validazzjoni): Il-25 ta’ Novembru 2014 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell |
II. DMIRIJIET
Il-profili speċifiċi huma deskritti fl-anness.
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
Fid-data ta' għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
2.1. |
Kwalifiki Ara l-annessi. |
||||||||||
|
2.2 |
Esperjenza professjonali Ara l-annessi. |
||||||||||
|
2.3 |
Għarfien ta' lingwi (2) |
||||||||||
|
Lingwa 1 |
Lingwa prinċipali (il-livell minimu meħtieġ: C1) Għarfien dettaljat ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||
|
Lingwa 2 |
It-tieni lingwa, li trid tkun differenti mil-lingwa 1 (livell minimu meħtieġ: B2) Għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana/il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-UE jixtiequ jinfurmaw lill-kandidati bir-raġunijiet li minħabba fihom l-għażla tat-tieni lingwa f'din il-kompetizjoni ġiet ristretta għal għadd żgħir ta' lingwi uffiċjali tal-UE. L-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti f'konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u li jkunu jistgħu jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Altrimenti jista' jiġri li l-funzjonament effettiv tal-istituzzjonijiet ikun imfixkel. Il-prassi li l-komunikazzjoni interna fl-istituzzjonijiet tal-UE ssir l-aktar bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż issa ilha titħaddem għal żmien twil u dawn huma wkoll il-lingwi li jkunu l-aktar meħtieġa fil-komunikazzjoni mad-dinja ta' barra u meta jiġu ttrattati l-każijiet. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-aktar użati fl-Unjoni Ewropea bħala t-tieni lingwa u huma dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta' studju u l-ħiliet professjonali li jistgħu jkunu mistennija mill-kandidati f’karigi fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-għarfien ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Għaldaqstant, meta wieħed iqis il-bilanċ bejn l-interess u l-ħtiġijiet tas-servizz u l-ħiliet tal-kandidati, b’mod partikolari fil-qasam ta’ din il-kompetizzjoni, huwa ġġustifikat li jiġu organizzati testijiet fit-tliet lingwi sabiex jiġi garantit li, tkun liema tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jistgħu jaħdmu f'mill-anqas waħda minnhom. L-evalwazzjoni tal-ħiliet speċifiċi b'dan il-mod jippermetti lill-istituzzjonijiet jevalwaw il-ħiliet tal-kandidati biex ikunu operattivi immedjatament f’ambjent simili li fih ikunu mitluba jaħdmu. Għall-istess raġunijiet, huwa raġonevoli li tiġi limitata l-lingwa ta' komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Barra minn dan, b'hekk tiġi żgurata l-uniformità fit-tqabbil tal-kandidati u l-verifika tal-applikazzjonijiet tagħhom. Biex jiġi żgurat trattament ugwali tal-kandidati kollha, kulħadd – inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta – irid jgħaddi minn xi testijiet bit-tieni lingwa tagħhom, magħżula minn fost dawn it-tlieta. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta’ ħidma, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
||||||||||
IV. TESTIJIET TA' AMMISSJONI
Dawn it-testijiet ta’ dħul fuq kompjuter jiġu organizzati mill-EPSO biss jekk in-numru ta’ kandidati li applikaw ikun ogħla minn ċertu limitu li jiġi stabbilit mid-Direttur tal-EPSO fil-kwalità tiegħu bħala awtorità tal-ħatra, wara li jkun għadda l-perjodu li fih jintlaqgħu l-applikazzjonijiet. Il-limitu jista' jvarja minn qasam għall-ieħor u inti tingħata d-dettalji preċiżi permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.
F'każ li ma jsiru l-ebda testijiet tad-dħul, dawn it-testijiet tar-raġunar isiru fl-istadju taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara t-Taqsima VI.2).
Il-Bord tas-Selezzjoni jiddetermina l-livell ta’ diffikultà tat-testijiet stabbiliti fit-tabella hawn taħt u japprova l-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
|
Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima I.3). N.B.:
|
||||||||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bl-għan li jiġu evalwati l-ħiliet fir-rigward ta': |
||||||||
|
Test (a) |
Raġunament verbali |
Marki: minn 0 sa 20 Minimu ta' punti biex tgħaddi 10 |
|||||||
|
Test (b) |
Raġunament numeriku |
Marki: minn 0 sa 10 |
|||||||
|
Test (c) |
Raġunament astratt |
Marki: minn 0 sa 10 |
|||||||
|
|
Il-minimu ta' marki aggregati meħtieġ għat-testijiet (b) u (c) huwa ta' 10. |
||||||||
|
Lingwa 1 |
||||||||
V. AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI
Il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki jsiru l-ewwel skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni elettronika tiegħek.
|
(a) |
Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tkunx tista' tiddaħħal fil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni (ara t-Taqsima III). |
|
(b) |
Imbagħad, il-Bord tas-Selezzjoni jagħmel selezzjoni abbażi tal-kwalifiki minn fost il-kandidati eliġibbli għall-kompetizzjoni, sabiex jidentifika liema huma l-kandidati li l-profil tagħhom (speċjalment id-diplomi u l-esperjenza professjonali tagħhom) ikunu dawk li l-aktar huma xierqa għad-dmirijiet u l-kriterji għas-selezzjoni deskritti f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni. Din is-selezzjoni ssir biss abbażi tal-informazzjoni li tkun ipprovdejt fil-parti tat-“Talent Screener” u ssir f'żewġ stadji:
|
Fil-każ li jiġu organizzati testijiet ta’ dħul minn qabel (ara t-Taqsima IV), il-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tiġi vverifikata, f’ordni dixxendenti tal-punti miksuba, għal kull qasam, sakemm in-numru ta' kandidati li:
|
— |
ikunu għaddew mit-testijiet ta' dħul bl-ogħla marki, u |
|
— |
jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni |
ikun laħaq l-għatba stabbilita mill-awtorità tal-ħatra (3).
F’każ li diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jiġu kkunsidrati għall-fażi ta' selezzjoni abbażi tal-kwalifiki [ara a) u b) aktar 'il fuq]. L-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt din l-għatba ma jkunux eżaminati.
Il-Bord tas-Selezzjoni jfassal imbagħad klassifika tal-kandidati skont il-marki globali miksuba. In-numru ta’ kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni (4), għal kull qasam, ma jkunx aktar minn tliet darbiet l-għadd ta' kandidati b'suċċess li jkunu jridu jintgħażlu (5) (ara t-Taqsima I). Dan l-għadd ta' inviti jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).
VI. ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI
|
Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati
inti tiġi mistieden biex tieħu sehem fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, li ġeneralment isir fi Brussell, u li jdum jum jew jumejn (6). Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru tal-evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ġustifikattivi) (7). Proċedura: ara l-punt 2.1.7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa. |
||||||||||||||||||||||
|
Inti tkun suġġett għal tliet tipi ta' evalwazzjoni li l-kontenut tagħhom huwa vvalidat mill-Bord tas-Selezzjoni:
|
Kull waħda minn dawn il-kompetenzi ġenerali tiġi ttestjata skont it-tabella li ġejja:
|
|
Studju ta' każ partikolari |
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista strutturata |
|
Analiżi u soluzzjoni tal-problemi |
x |
x |
|
|
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
|
Kwalità u riżultati |
x |
|
x |
|
Tagħlim u żvilupp |
|
x |
x |
|
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
x |
x |
|
|
Reżiljenza |
|
x |
x |
|
Ħidma ma' oħrajn |
|
x |
x |
|
Ħiliet ta’ tmexxija |
|
x |
x |
|
Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c). Lingwa 2 ghall-partijiet (d), (e), (f) u (g) |
||||||||
|
Ħiliet ta' raġunar
It-testijiet (a), (b) u (c) huma eliminatorji iżda l-marki tagħhom ma jiżdidux mal-marki l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Kompetenzi specifici (test d) It-test (d): minn 0 sa 100 marka Minimu ta' marki biex tgħaddi: 50 Piż: 55 % tal-marka globali Kompetenzi generali (testijiet (e), (f) u (g)) Minn 0 sa 80 marka għall-kompetenzi ġenerali kollha (10 marki għal kull kompetenza) Minimu ta' marki biex tgħaddi: 3 marki għal kull kompetenza, kif ukoll 40 marka minn 80 għat-8 kompetenzi ġenerali kollha f'daqqa Piż: 45 % tal-marka globali |
VII. VERIFIKA TAL-INFORMAZZJONI MOGĦTIJA MILL-KANDIDATI
Wara t-testijiet fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, u fid-dawl ta’ dawn ir-riżultati, l-informazzjoni li tingħata mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom tiġi vverifikata skont id-dokumenti ġustifikattivi li jkunu provdew; dan isir mill-EPSO għall-kundizzjonijiet ġenerali, u mill-Bord tas-Selezzjoni għall-kundizzjonijiet speċifiċi.
L-applikazzjonijiet tal-kandidati li jkunu għaddew mit-testijiet (d), (e), (f) u (g) bl-aħjar marki aggregati jiġu vverifikati f'ordni tal-mertu dixxendenti. Dawk il-kandidati jkunu jridu wkoll għaddew mit-testijiet tar-raġunar (a), (b) u (c). Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq l-għadd ta' kandidati li jkunu tassew eliġibbli jilħaq l-għadd li jista' jitniżżel fil-lista ta' riżerva. Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru ma jiġux eżaminati.
Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ġustifikattivi jiġi kkunsidrati biss bħala konferma tal-informazzjoni li tkun diġà ngħatat fil-parti tat-“Talent Screener”. Jekk matul din il-verifika jinstab li l-informazzjoni mogħtija ma tkunx ikkonfermata mid-dokumenti ta' prova rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.
VIII. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-Bord tas-Selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta’ riżerva
|
||||||
|
Titfassal lista għal kull qasam u l-ismijiet jitniżżlu f’ordni alfabetika. |
(1) F'dan l-avviż, kull referenza għall-persuna tas-sess maskil trid titqies bħala li tirreferi wkoll għall-persuna tas-sess femminil.
(2) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKERL) -(http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp)
(3) Dan huwa n-numru msemmi fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima IV.
(4) F’każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għall-eżamijiet tal-evalwazzjoni.
(5) Il-kandidati li ma jkunux ġew mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż attribwit għal kull mistoqsija mill-Bord tas-Selezzjoni.
(6) Minħabba limitazzjonijiet marbuta mal-organizzazzjoni, it-testijiet tar-raġunament jistgħu jsiru f'ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, indipendentement mit-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(7) Id-data tal-konvokazzjoni għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.
(8) Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
(9) Meta jkun hemm aktar minn kandidat wieħed li jġibu l-istess għadd ta' marki fl-aħħar post, kollha kemm huma jitqiegħdu fuq il-list ta' riżerva.
ANNESS I
QASAM 1. IL-LIĠI TAL-KOMPETIZZJONI (AD 7)
1. Dmirijiet
Din il-kompetizzjoni miftuħa qed issir biex jiġu rreklutati Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex avukati b’għarfien u kompetenza esperta tal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni (l-antitrust, il-fużjonijiet u l-għajnuna mill-Istat) u esperjenza prattika fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u tal-proċeduri f’ditta legali, ġuriżdizzjoni, avukat intern ta’ kumpanija, konsulenza legali, organizzazzjoni tan-negozju, awtorità nazzjonali jew internazzjonali. Il-kandidati għandu jkollhom abbiltà bil-provi li jkunu kapaċi janalizzaw każi li jinvolvu l-kompetizzjoni, bil-kunsiderazzjoni ta' aspetti ekonomiċi; jagħmlu evalwazzjoni legali skont ir-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni u jippreżentaw abbozzi legali.
Dmirijiet prinċipali: L-analiżi marbuta mal-politika tal-UE fejn jidħlu l-antitrust, il-fużjonijiet u l-għajnuna mill-Istat u li jwettqu dmirijiet ta' amministrazzjoni, konsultazzjoni u superviżorji relatati mal-attivitajiet tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE.
Id-dmirijiet ta’ dawk li jimmaniġġaw il-każijiet ivarja skont jekk dawn ikunux se jaħdmu fil-qasam tal-antitrust, il-fużjonijiet jew l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, id-dmirijiet jistgħu jinkludu, pereżempju:
|
— |
Valutazzjoni ta’ kif għandhom jiġu definiti swieq rilevanti skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. |
|
— |
Valutazzjoni ta’ jekk imġiba jew ftehim speċifiċi jew ftehim bejn kumpaniji jistgħux jammontaw għal ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE. |
|
— |
Valutazzjoni ta’ jekk konċentrazzjoni notifikata twassalx għal tfixkil sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva skont it-tifsira tal- Artikolu 2(2) u (3) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) u jekk l-impenji offruti mill-partijiet ineħħux il-preokupazzjonijiet marbuta mal-kompetizzjoni li jiġu identifikat bħala riżultat ta’ konċentrazzjoni. |
|
— |
Valutazzjoni ta’ kwistjonijiet proċedurali matul il-perjodu ta’ każ, bħal jekk it-tranżazzjoni tikkostitwixxix konċentrazzjoni b’dimensjoni tal-UE li tiġi taqa' taħt ir-Regolament dwar l-Għaqdiet jew l-għoti ta’ aċċess għall-fajl. |
|
— |
Valutazzjoni ta’ jekk ċerta miżura tistax tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat skont id-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 107.1 TFUE. |
|
— |
Analiżi tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat skont ir-regoli attwali. |
|
— |
It-twettiq ta’ investigazzjonijiet tas-suq. |
|
— |
It-tħejjija u l-abbozzar ta’ noti interni, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u dokumenti proċedurali oħrajn (bħad-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjonijiet). |
|
— |
It-tħejjija u l-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni, avviżi tal-Kummissjoni u dokumenti oħra ta’ politika tal-UE fil-qasam tal-antitrust, tal-fużjonijiet u tal-politika dwar l-għajnuna mill-istat. |
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas erba' snin, iċċertifikati b'diploma fil-liġi.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fil-liġi, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena, marbuta man-natura tad-dmirijiet deskritti taħt 1.
N.B. Il-minimu ta' sena esperjenza professjonali meħtieġa tgħodd bħala parti integrali mid-diploma u ma tistax titqies mal-esperjenza professjonali rikjesta aktar 'l isfel.
3. Esperjenza professjonali
Mill-inqas 6 snin esperjenza professjonali, li mill-inqas 3 minnhom iridu jkunu relatati mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni. L-oqsma tal-kompetenza esperta trid tinkludi analiżi tas-swieq u tal-kwistjonijiet relevanti tal-kompetizzjoni abbażi ta' fehim tajjeb tal-aspetti ekonomiċi; l-evalwazzjoni legali tagħhom skont ir-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni; u t-tħejjija ta' dokumenti legali.
Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
4. Kriterji tas-selezzjoni
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE jew tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi (pereż. l-EFTA, l-Istati Uniti) (anti-trust, ftehimiet restrittivi, dominanza, kartelli; fużjonijiet jew għajnuna mill-istat) f'xi wieħed minn dawn il-postijiet:
|
|
2. |
Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE jew tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi (pereż. l-EFTA, l-Istati Uniti) (anti-trust, ftehimiet restrittivi, dominanza, kartelli; fużjonijiet jew għajnuna mill-Istat) f'qorti jew f'awtorità pubblika nazzjonali jew internazzjonali |
|
3. |
Esperjenza professjonali fil-liġi tal-UE, id-dritt kummerċjali jew tan-negozju fi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
|
4. |
Esperjenza professjonali fil-liġi tal-UE, id-dritt kummerċjali jew tan-negozju f’qorti jew awtorità pubblika nazzjonali jew internazzjonali. |
|
5. |
Studji għal-lawrja jew wara l-lawrja fil-qasam tal-liġi tal-UE jew il-liġi tal-kompetizzjoni, apparti dik meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fi proċessi leġiżlattivi fil-qasam tal-liġi tal-UE jew il-liġi tal-kompetizzjoni. |
|
7. |
Esperjenza fir-riċerka akkademika jew tagħlim fil-liġi tal-UE jew il-liġi tal-kompetizzjoni. |
|
8. |
Artikli f’ġurnali speċjalizzati jew il-parteċipazzjoni, kemm bħala kelliem jew bħala kontributur, f’konferenzi jew gruppi ta’ ħidma fil-qasam tal-liġi tal-UE jew il-liġi tal-kompetizzjoni. |
ANNESS II
QASAM 2. IL-FINANZI KORPORATTIVI (AD 7)
Din il-kompetizzjoni miftuħa hi maħsuba biex tirrekluta Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-finanzi korporattivi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE.
1. Dmirijiet
Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex ekonomisti b’għarfien espert u esperjenza professjonali fil-finanzi korporattivi u fl-analiżi finanzjarja. Il-kandidati għandu jkollhom esperjenza rilevanti biex ikunu jistgħu japplikaw l-analiżi finanzjarja għal każijiet ta’ politika tal-kompetizzjoni.
Dmirijiet prinċipali: L-analiżi marbuta mal-politika tal-UE fejn jidħlu l-antitrust, il-fużjonijiet u l-għajnuna mill-Istat u li jwettqu dmirijiet ta' amministrazzjoni, konsultazzjoni u superviżorji relatati mal-attivitajiet tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE.
Id-dmirijiet ta’ dawk li jimmaniġġaw il-każijiet b’għarfien speċifiku tal-finanzi korporattivi u l-analiżi finanzjarja jinkludu, pereżempju:
|
— |
Il-valutazzjoni dettaljata tat-termini u ċ-ċirkustanzi tal-għotja ta’ self, garanzija jew injezzjoni ta’ kapital minn entità tal-Istat lil impriża, sabiex jiġi determinat jekk dan l-appoġġ ikunx ingħata b'kundizzjonijiet tas-suq jew jekk ikunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Dan normalment jeħtieġ l-analiżi tal-kredibbiltà tal-kreditu u l-profittabbiltà tal-kumpanija riċeventi. |
|
— |
Analiżi dettaljata tal-pjan ta’ ristrutturar notifikat ta’ impriża f’diffikultà li tkun irċeviet l-għajnuna mill-Istat. Dan jinkludi partikolarment l-evalwazzjoni ta’ jekk il-pjan jittrattax l-għejjun tad-diffikultajiet, jekk jiżgurax ir-ristorazzjoni ta’ vijabbiltà fit-tul u l-profittabbiltà tal-kumpanija mingħajr ma d-ditta jkollha bżonn għajnuna mill-Istat aktar, u jekk id-ditta tkunx ħadet miżuri suffiċjenti biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar hija stess (il-bejgħ tal-assi, il-ġbir privat tal-kapital u l-ġbir ta' ffinanzjar mis-suq). |
|
— |
Il-valutazzjoni dettaljata tal-profittabbiltà mistennija ta’ proġett ta’ riċerka u żvilupp jew ta’ proġett ta’ investiment. Il-verifika tal-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus u tar-rata tal-iskont użata. Il-valutazzjoni dwar jekk il-proġett ikunx profitabbli biżżejjed biex isir mingħajr għajnuna mill-Istat. |
|
— |
Il-valutazzjoni dettaljata tal-kosti u tal-profittabbiltà marbuta mat-twettiq ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali minn kumpanija. |
|
— |
Il-valutazzjoni dettaljata ta’ skemi u mekkaniżmi finanzjarji ad hoc maħsuba mill-Istati Membri biex jappoġġaw is-self lill-SMEs. |
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija, il-finanzi, il-kontabilità jew l-amministrazzjoni tan-negozju.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin fl-ekonomija jew fil-finanzi, il-kontabilità jew l-amministrazzjoni tan-negozju, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b’rabta man-natura tal-funzjonijiet kif deskritt fil-punt 1.
N.B. Il-minimu ta' sena esperjenza professjonali meħtieġa tgħodd bħala parti integrali mid-diploma u ma tistax titqies mal-esperjenza professjonali rikjesta aktar 'l isfel.
3. Esperjenza professjonali
Mill-inqas 6 snin esperjenza professjonali relatata mal-analiżi finanzjarja tal-kumpaniji. L-oqsma ta’ kompetenza għandhom jinkludu l-analiżi finanzjarja tal-kumpaniji u tal-għodod ta’ finanzjament tagħhom.
Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
4. Kriterji tas-selezzjoni
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Taħriġ profond b'għarfien internazzjonali, grad ta' wara l-ewwel lawrja jew ċertifikat b'żieda ma' dak meħtieġ għall-aċeess għall-kompetizzjoni fil-finanzi (il-Programm tal-Analisti Finanzjarji Ċċertifikati kompletat jew ekwivalenti) jew dottorat fil-finanzi jew il-finanzi korporattivi. |
|
2. |
Esperjenza professjonali fil-valutazzjoni tal-kredibbiltà kreditizja ta’ korporazzjonijiet, jiġifieri l-kapaċità tal-korporazzjoni li tħallas lura s-self u l-obbligazzjonijiet oħrajn tagħha. |
|
3. |
Esperjenza professjonali fl-ipprezzar, il-kummerċ jew l-investiment f’self korporattiv jew bonds korporattivi. |
|
4. |
Esperjenza professjonali fil-valutazzjoni tal-profittabbiltà futura mistennija ta’ kumpaniji jew proġetti ta’ investiment abbażi tal-pjan kummerċjali. |
|
5. |
Esperjenza professjonali tal-użu ta’ metodi kwantitattivi għall-valwazzjoni ta’ kumpaniji jew proġetti ta’ investiment, bħal flussi ta’ flus futuri skont mudelli jew proporzjonijiet finanzjarji. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fl-ipprezzar, il-kummerċ jew l-investiment fi strumenti derivattivi. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fir-ristruttuar ta' ditta waħda, jew diversi, f’diffikultà. |
|
8. |
Esperjenza professjonali fil-ġbir ta’ kapital jew il-finanzjament/id-dejn għal kumpanija kbira (trid tkun akbar minn SME, jiġifieri kumpanija b'aktar mnn 250 persuna kif defininta fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2003:124:0036:0041:EN:PDF) |
ANNESS III
QASAM 3. L-EKONOMIJA FINANZJARJA (AD 7)
1. Dmirijiet
Din-il kompetizzjoni miftuħa hi maħsuba biex tirrekluta Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-ekonomija finanzjarja, b’enfasi fuq sorveljanza multilaterali u tal-pajjiżi u dwar l-analiżi u t-tfassil tal-politika.
Il-kompiti prinċipali jinkludu:
|
— |
Is-sorveljanza u l-analiżi tal-funzjonament tas-swieq finanzjarji jew partijiet tas-suq tal-Istati Membri, iż-Żona tal-Euro u l-Unjoni Ewropea, inkluż l-istabbiliment tal-eżistenza ta’ fallimenti possibbli tas-suq u l-iżbalji fil-prezzijiet. |
|
— |
L-analiżi u l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà, il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tal-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq fl-Istati Membri, inklużi dawk li għandhom programm ta’ aġġustament ekonomiku. |
|
— |
L-analiżi (teoretika, empirika, jew ibbażata fuq mudell) biex tappoġġa l-formolazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ politiki relatati mar-regolament tas-swieq finanzjarji, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-infrastruttura finanzjarja. |
|
— |
L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' metodi, għodod u proċeduri għall-ipproċessar u l-interpretazzjoni ta' dejta finanzjarja, monetarja u ekonomika; dan jinkludi dejta dwar garanziji finanzjarji, li jistgħu jkunu jinvolvu l-użu ta' tekniċi kwantitattivi avvanzati għal skopijiet ta' evalwazzjoni u valutazjoni. |
|
— |
It-tfassil, in-negozjar, u l-implimentazzjoni ta’ istrumenti finanzjarji jew mezzi ta’ għan speċjali (bħall-istrumenti ta’ skemi ta’ garanzija ta’ dejn jew l-istrumenti ta’ tqassim tar-riskju) biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE. |
|
— |
Il-koordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet ekonomiki u finanzjarji internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u msieħba oħra fl-implimentazzjoni ta’ sorveljanza ekonomika tas-swieq finanzjarji, inkluża s-sorveljanza skont programmi ta’ aġġustament ekonomiku. |
|
— |
Fil-kuntest tal-kompiti deskritti hawn fuq, l-abbozzar ta' dokumenti analitiċi, ta' politika u legali għall-użu intern u estern. |
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrospondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija jew fil-finanza.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin fl-ekonomija jew fil-finanzi b'diploma, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b’rabta man-natura tal-funzjonijiet kif deskritt fil-punt 1.
NB: Il-minimu ta' sena esperjenza professjonali meħtieġa tgħodd bħala parti integrali mid-diploma u ma tistax titqies mal-esperjenza professjonali rikjesta aktar 'l isfel.
3. Esperjenza professjonali
Esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' 6 snin fl-analiżi tas-settur finanzjarju.
Din l-esperjenza professjonali tkun rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
4. Kriterji tas-selezzjoni
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Lawrea universitarja (minbarra PhD) jew ċertifikat b’żieda ma’ dak meħtieġ għal ammissjoni għall-kompetizzjoni (kif deskritt fil-punt nru 2 hawn fuq) f’wieħed minn dawn l-oqsma: ekonomija finanzjarja, ekonomija, finanza korporattiva, analiżi kwantitattiva, statistika, ekonomija avvanzata, jew finanza matematika. |
|
2. |
PhD f’wieħed minn dawn l-oqsma: ekonomija finanzjarja, ekonomija, finanza korporattiva, analiżi kwantitattiva, statistika, ekonomija avvanzata, jew finanza matematika. |
|
3. |
Esperjenza ta’ xogħol ta’ mill-inqas sentejn fis-settur bankarju jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra. |
|
4. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn f’amministrazzjoni pubblika jew istituzzjoni internazzjonali responsabbli għas-superviżjoni mikro jew makro prudenzjali. |
|
5. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn f’amministrazzjoni pubblika jew f'istituzzjoni internazzjonali responsabbli għat-tfassil, l-amministrazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ stabbiltà finanzjarja. |
|
6. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn f’istituzzjonijiet akkademiċi jew ta’ riċerka bi speċjalizzazzjoni fil-qasam tal-finanzi jew l-ekonomija. |
|
7. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fl-analiżi tal-vijabbiltà jew il-prestazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. |
|
8. |
Pubblikazzjonijiet f’ġurnali dwar l-ekonomija evalwati bejn il-pari, speċjalment fl-oqsma tal-eckomina finanzjarja kwantitattiva, l-istabbiltà finanzjarja, jew il-finanzi korporattivi. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ rapporti tekniċi jew mhux tekniċi dwar l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja, jew xejriet fis-settur bankarju. |
|
10. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fl-ekonometrija avvanzata bħal analiżi ta’ serje temporali u analiżi ta’ tnaqqis ibbażat fuq kampjun. |
|
11. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp jew l-użu ta’ mudelli makroekonomiċi (pereż mudelli DSGE). |
|
12. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil jew l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ aġġustament ekonomiku. |
ANNESS IV
QASAM 4. L-EKONOMIJA INDUSTRIJALI (AD 7)
Din il-kompetizzjoni miftuħa hi maħsuba biex tirrekluta Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-ekonomija industrijali ħall-implimentazzjoni tal-politika ta' kompetizzjoni tal-UE.
1. Dmirijiet
Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex ekonomisti b’għarfien espert fl-ekonomija industrijali (bi sfond empiriku jew teoretiku) u b'esperjenza prattika fl-iżvilupp ta’ analiżi ekonomika fil-kuntest ta’ proċeduri tal-antitrust jew tal-fużjonijiet jew proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat. Il-kandidati jrid ikollhom esperjenza bil-provi li jkunu kapaċi japplikaw l-analiżi ekonomika għal każijiet ta’ politika tal-kompetizzjoni.
Dmirijiet prinċipali: L-analiżi marbuta mal-politika tal-UE fejn jidħlu l-antitrust, il-fużjonijiet u l-għajnuna mill-Istat u li jwettqu dmirijiet ta' amministrazzjoni, konsultazzjoni u superviżorji relatati mal-attivitajiet tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE.
Id-dmirijiet ta’ dawk li jimmaniġġaw il-każijiet ivarja skont jekk dawn ikunux se jaħdmu fil-qasam tal-antitrust, il-fużjonijiet jew l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, id-dazji jistgħu jinkludu, pereżempju:
|
— |
Valutazzjoni ta’ kif għandhom jiġu definiti swieq rilevanti skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. |
|
— |
Valutazzjoni ta’ jekk imġiba jew ftehim speċifiċi jew ftehim bejn kumpaniji jistgħux jammontaw għal ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE. |
|
— |
Valutazzjoni ta’ jekk konċentrazzjoni notifikata twassalx għal tfixkil sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva skont it-tifsira tal- Artikolu 2(2) u (3) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) u jekk l-impenji offruti mill-partijiet ineħħux il-preokupazzjonijiet marbuta mal-kompetizzjoni li jiġu identifikat bħala riżultat ta’ konċentrazzjoni. |
|
— |
Valutazzjoni ta’ jekk ċerta miżura tistax tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat skont id-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 107.1 TFUE. |
|
— |
Analiżi tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat skont ir-regoli attwali. |
|
— |
Il-koordinazzjoni, l-evalwazzjoni u t-tmexxija ta' valutazzjoni ekonomika tal-politiki pubbliċi u l-attivitajiet ta’ infurzar. |
|
— |
It-twettiq ta’ investigazzjonijiet tas-suq. |
|
— |
It-tħejjija u l-abbozzar ta’ noti interni, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u dokumenti proċedurali oħrajn (bħad-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjonijiet). |
|
— |
It-tħejjija u l-abbozzar ta’ avviżi tal-Kummissjoni u dokumenti oħra ta’ politika fil-qasam ta' politika tal-UE dwar l-antitrust, il-fużjonijiet u l-għajnujna mill-Istat. |
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena, marbuta man-natura tad-dmirijiet deskritti taħt 1.
N.B. Il-minimu ta' sena esperjenza professjonali meħtieġa tgħodd bħala parti integrali mid-diploma u ma tistax titqies mal-esperjenza professjonali rikjesta aktar 'l isfel.
3. Esperjenza professjonali
Mill-inqas 6 snin esperjenza professjonali marbuta mal-analiżi ekonomika relevanti għall-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni. L-oqsma tal-kompetenza esperta għandhom jinkludu l-analiżi tas-swieq/tal-kumpaniji u l-kwistjonijiet relevanti tal-kompetizzjoni abbażi ta' fehim tajjeb tal-aspetti ekonomiċi u l-valutazzjoni tagħhom skont ir-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni.
Din l-esperjenza professjonali tkun rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
4. Kriterji tas-selezzjoni
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Esperjenza professjonali f’konsulenza ekonomika, istitut ta’ riċerka jew dipartiment pubbliku fil-qasam tal-politika, l-evalwazzjoni jew ir-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni. |
|
2. |
Esperjenza professjonali f’awtorita regolatorja jew ta' kompetizzjoni. |
|
3. |
Esperjenza professjonali f’istituzzjoni finanzjarja. |
|
4. |
Esperjenza professjonali fid-dipartiment tal-fużjonijiet u l-akkwisti jew id-dipartiment għall-ippjanar strateġiku ta’ ditta multinazzjonali. |
|
5. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tal-analiżi ekonomika, l-ekonometrika jew l-istatistika marbuta mal-evalwazzjoni ekonomika ex post tal-politiki pubbliċi u l-attivitajiet ta’ infurzar. |
|
6. |
Studji għal-lawrja jew wara l-lawrja bi speċjalizzazzjoni fl-industrija ekonomika, il-finanzi tal-kumpaniji, il-finanzi pubbliċi, l-ekonomija applikata, l-ekonometrika jew l-istatistika. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta’ tekniki ekonometriċi (inklużi għodod bħal Stata jew SPSS) jew esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta’ mmudellar ekonomiku (inklużi għodod bħal Mathematica jew Matlab). |
|
8. |
Esperjenza fir-riċerka akkademika jew it-tagħlim fil-qasam tal-analiżi ekonomika jew finanzjarja, l-ekonometrika jew l-istatistika relevanti għall-politika u r-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni. |
|
9. |
Il-pubblikazzjoni ta' artikoli f'ġurnali akkademiċi evalwati bejn il-pari fil-qasam tal-analiżi ekonomika jew finanzjarja, l-ekonometrika jew l-istatistika relevanti għall-politika u r-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni. |
|
10. |
Il-pubblikazzjoni ta' artikoli oħra jew ta' dokumenti ta' ħidma fil-qasam tal-analiżi ekonomika jew finanzjarja, relevanti għall-politika u r-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni. |
|
11. |
Parteċipazzjoni f’konferenzi jew workshops fil-qasam ta’ analiżi ekonomika jew finanzjarja relevanti għall-politika jew ir-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni, kemm bħala kelliem kif ukoll bħala koawtur. |
ANNESS V
QASAM 5. IL-MAKROEKONOMIJA (AD 7)
1. Dmirijiet
Din il-kompetizzjoni miftuħa hi maħsuba biex tirrekluta amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-makroekonomija, b’enfasi fuq sorveljanza multilaterali u tal-pajjiżi u dwar l-analiżi u t-tfassil tal-politika.
Il-kompiti prinċipali huma:
|
— |
Is-sorveljanza tal-iżviluppi u l-politiki makroekonomiċi tal-Istati Membri, iż-Żona tal-Euro u l-Unjoni Ewropea. |
|
— |
It-tfassil u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament makroekonomiku. |
|
— |
L-analiżi empirika jew is-simulazzjoni b'mudelli għall-irfid tal-formulazzjoni u l-valutazzjoni tal-politiki ekonomiċi, inkluż f'oqsma bħal finanzi pubbliċi, ir-riformi strutturali u l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji. |
|
— |
It-tfassil ta’ oqfsa u għodod analitiċi għal analiżi tal-iżviluppi ekonomiċi u prestazzjoni ta' politika. |
|
— |
It-tħejjija ta' tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
— |
Il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra kkonċernati fl-implimentazzjoni ta' sorveljanza ekonomika u programmi ta' aġġustament ekonomiku. |
|
— |
Fil-kuntest tal-kompiti deskritti hawn fuq, l-abbozzar ta’ dokumenti analitiċi, ta’ politika u legali, kemm għall-użu intern kif ukoll għall-pubblikazzjoni. |
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena, marbuta man-natura tad-dmirijiet deskritti fil-punt 1.
NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena hija parti integrali tad-diploma u ma tistax tingħadd fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitluba hawn taħt.
3. Esperjenza professjonali
Esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' 6 snin fil-makroekonomija.
Din l-esperjenza professjonali tkun rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
4. Kriterji tas-selezzjoni
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Lawrja universitarja (minbarra PhD) jew ċertifikat b’żieda ma’ dak meħtieġ għal ammissjoni għall-kompetizzjoni (kif deskritt fil-punt nru 2 hawn fuq) f’wieħed minn dawn l-oqsma: ekonomija, analiżi kwantitattiva, statistika, finanzi jew makroekonomija applikata. |
|
2. |
PhD f’wieħed minn dawn l-oqsma: ekonomija, analiżi kwantitattiva, statistika, finanzi jew makroekonomija applikata. |
|
3. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn f'istituzzjonijiet internazzjonali tal-ekonomija jew tal-finanzi. |
|
4. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn f’amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali b’responsabbiltà għat-tfassil jew l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiki, fiskali jew monetarji. |
|
5. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn f’istituzzjonijiet akkademiċi, ta’ politika jew ta’ riċerka (bi speċjalizzazzjoni fil-qasam tal-ekonomija jew il-politika ekonomika). |
|
6. |
Pubblikazzjonijiet f’ġurnali dwar l-ekonomija evalwati bejn il-pari fl-oqsma ta’ analiżi kwantitattiva jew mudellar. |
|
7. |
Pubblikazzjonijiet f’ġurnali dwar l-ekonomija evalwati bejn il-pari fil-qasam tal-makroekonomija. |
|
8. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ rapporti tekniċi u mhux tekniċi dwar xejriet makroekonomiċi, sorveljanza u previżjonijiet. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ rapporti tekniċi jew mhux tekniċi dwar l-effetti ekonomiċi ta’ riformi strutturali u politiki għat-titjib tal-kompetittività. |
|
10. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ rapporti tekniċi jew mhux tekniċi dwar finanzi pubbliċi u governanza ekonomika Ewropea. |
|
11. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fl-ekonometrija avvanzata bħal analiżi ta’ serje temporali jew analiżi ta’ tnaqqis ibbażat fuq kampjun. |
|
12. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp jew l-użu ta’ mudelli makroekonomiċi (pereż mudelli DSGE). |
|
13. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil jew l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ aġġustament ekonomiku. |
|
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 376/18 |
REVIŻJONI TAL-ĠURNALI UFFIĊJALI C A KOMPETIZZJONI
2014/C 376 A/02
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
|
5 |
|
|
6 |
|
|
11 |
|
|
19 |
|
|
21 |
|
|
26 |
|
|
27 |
|
|
30 |
(PL) |
|
35 |
|
|
41 |
(DE/EN/FR) |
|
42 |
|
|
43 |
|
|
46 |
|
|
47 |
|
|
48 |
|
|
55 |
|
|
56 |
|
|
60 |
|
|
62 |
|
|
65 |
|
|
73 |
(DE/EN/FR) |
|
74 |
|
|
81 |
|
|
88 |
|
|
92 |
(DE/EN/FR) |
|
97 |
|
|
98 |
|
|
99 |
|
|
108 |
|
|
109 |
|
|
116 |
|
|
119 |
|
|
133 |
|
|
134 |
|
|
136 |
|
|
137 |
(DE/EN/FR) |
|
140 |
|
|
145 |
|
|
152 |
|
|
160 |
|
|
163 |
|
|
164 |
|
|
176 |
|
|
178 |
|
|
180 |
|
|
182 |
|
|
185 |
|
|
186 |
|
|
188 |
|
|
195 |
|
|
207 |
|
|
209 |
(DE/EN/FR) |
|
211 |
|
|
217 |
|
|
219 |
|
|
242 |
|
|
254 |
|
|
255 |
|
|
256 |
(LV) |
|
258 |
(RO) |
|
262 |
(EN) |
|
267 |
(SL) |
|
270 |
(FR) |
|
272 |
(DA) |
|
274 |
(IT) |
|
277 |
|
|
283 |
|
|
289 |
(DE/EN/FR) |
|
293 |
(NL) |
|
295 |
(MT) |
|
297 |
|
|
299 |
|
|
304 |
|
|
321 |
(DE/EN/FR) |
|
325 |
(SL) |
|
332 |
|
|
334 |
|
|
340 |
|
|
342 |
(EN) |
|
352 |
|
|
354 |
|
|
358 |
|
|
366 |
|
|
376 |
|