|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 360/01 |
||
|
2014/C 360/02 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/67/KE — Notifika mir-Repubblika tal-Kroazja tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(d) tad-Direttiva 96/67/KE għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Zagreb ( 1 ) |
|
|
2014/C 360/03 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2014/C 360/04 |
||
|
2014/C 360/05 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-10 ta’ Ottubru 2014
(2014/C 360/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2638 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
136,27 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4435 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,78820 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,1506 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2092 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,2580 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,493 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
306,84 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1835 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4058 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8836 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4511 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4151 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,8066 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6166 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6105 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 358,62 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,0640 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7484 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6465 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 464,20 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1172 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,611 |
|
RUB |
Rouble Russu |
51,0952 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,028 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0580 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,0161 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,5152 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
11.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/2 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI SKONT L-ARTIKOLU 9(3) TAD-DIRETTIVA 96/67/KE
Notifika mir-Repubblika tal-Kroazja tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(d) tad-Direttiva 96/67/KE għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Zagreb
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 360/02)
Skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità, fl-1 ta’ Settembru 2014 il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar deċiżjoni tal-Ministeru tal-Affarijiet Marittmi, it-Trasport u l-Infrastruttura tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja li jeżenta l-Arjuport Internazzjonali ta’ Zagreb skont dan li ġej:
|
— |
li jiġi pprojbit l-immaniġġar mill-utenti stess tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Zagreb għall-kategoriji ta’ servizz imsemmijin fil-punti 3, 4 u 5 tal-Anness tad-Direttiva: l-immaniġġjar tal-bagalji; l-immaniġġjar tar-rampa; l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta, fir-rigward tal-immaniġġjar fiżiku tal-merkanzija u tal-posta bejn it-terminal tal-ajru u l-inġenji tal-ajru, kemm mal-wasla kif ukoll mat-tluq, jew waqt li jiġu trasferiti, u |
|
— |
li l-korp amministrattiv tal-ajruport (Zagreb International Airport Jsc.) permezz ta’ MZLZ-Zemaljske Usluge d.o.o., kumpanija sussidjarja li hija 100 % tiegħu, ikollu l-monopolju fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Zagreb, tal-forniment lil partijiet terzi tal-kategoriji ta’ servizz li ġejjin, li jissemmew fil-punti 3, 4 u 5 tal-Anness tad-Direttiva: l-immaniġġjar tal-bagalji; l-immaniġġjar tar-rampa; l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta, fir-rigward tal-immaniġġjar fiżiku tal-merkanzija u tal-posta bejn it-terminal tal-ajru u l-inġenji tal-ajru, kemm mal-wasla kif ukoll mat-tluq, jew waqt li jiġu trasferiti. |
Din l-eżenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(d) tad-Direttiva, se tingħata għal sentejn mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2016.
Din l-eżenzjoni qed tingħata mir-Repubblika tal-Kroazja prinċipalment għar-raġuni li ġejja. Il-limitazzjonijiet infrastrutturali u operazzjonali tat-terminal attwali ma jagħtux lok ekonomiku u effettiv għall-introduzzjoni ta’ fornituri oħrajn addizzjonali tas-servizzi ta’ groundhandling għall-kategoriji ta’ servizz imsemmijin hawn fuq matul il-perjodu tal-bini ta’ terminal ġdid tal-passiġġieri. B’mod partikolari:
|
— |
Minħabba l-pożizzjoni u d-daqs tal-faċilità attwali tal-għażla tal-bagalji mhuwiex possibbli li jiġi allokat spazju għal fornituri tal-immaniġġjar tal-bagalji addizzjonali. Il-pożizzjoni tal-faċilità attwali teskludi l-possibbiltà li din is-sitwazzjoni tinbidel qabel ma jinfetaħ it-terminal il-ġdid tal-passiġġieri. |
|
— |
Hemm nuqqas ta’ spazju li jista’ jkun disponibbli għall-ħżin ta’ unitajiet ġodda ta’ tagħmir li jkun meħtieġ għal fornituri addizzjonali tas-servizz ta’ maniġġjar tar-rampa. |
|
— |
Il-faċilità attwali tal-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta mhijiex kbira biżżejjed u lanqas mhi mfassla biex tagħti lok fejn jaħdmu fornituri tas-servizzi addizzjonali, u dan mhux se jinbidel qabel ma jinfetaħ it-terminal il-ġdid tal-passiġġieri. |
L-awtoritajiet Kroati ppreżentaw il-miżuri biex jingħelbu dawn ir-restrizzjonijiet imsemmija — l-iskadenza tal-eżenzjoni taħbat fiż-żmien mat-tlestija tat-terminal il-ġdid tal-passiġġieri fl-ajruport.
Bi qbil mal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet ikkonċernati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni, lil:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Mobility and Transport (unit E4 internal market and airports) |
|
Office: DM24 05/84 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Email: emmanuelle.maire@ec.europa.eu |
|
11.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2014/C 360/03)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti tal-euro bil-ħsieb li tinforma lill-partijiet kollha kkonċernati li jkollhom jużaw il-muniti f’xogħolhom kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku b’mod ġenerali (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li d-denominazzjoni ta’ EUR 2 biss tintuża. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Stat li qed joħroġ il-munita : L-Istat tal-Belt tal-Vatikan
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-25 Anniversarju tal-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri fuq quddiem xi kantuni tal-Ħajt ta’ Berlin, parzjalment imwaqqa’, li fuqhom tidher il-kitba bit-Taljan “XXV ANNIVERSARIO DEL CROLLO DEL MURO DI BERLINO 1989 2014”. Fin-nofs, bejn il-kantuni u biċċa barbed wire, tidher fergħa taż-żebbuġ u, fl-isfond, il-Bieb ta’ Brandenburgu. Fuq nett, il-kitba “CITTÀ DEL VATICANO”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 103 000 munita
Data tal-ħruġ : Ottubru 2014
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
11.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/4 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2014/C 360/04)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
11.9.2014 |
|
Tul ta’ żmien |
11.9.2014–31.12.2014 |
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
USK/1214EI |
|
Speċi |
Tusk (Brosme brosme) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II u XIV |
|
Tip/tipi ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
44/TQ43 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
11.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/5 |
Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta’ missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 13; ĠU C 38, 8.2.2014, p. 16; ĠU C 133, 1.5.2014, p. 2)
(2014/C 360/05)
Il-pubblikazzojni tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta’ missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
I L-LATVJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006
Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri
Karti tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
|
— |
Karta tal-Identità tal-kategorija A, għal persunal diplomatiku (immarkata aħmar), Dawn il-karti huma maħruġa lill-istaff diplomatiku (pereż ambaxxaturi, l-ewwel segretarji u l-attachés) ta’ missjoni diplomatika, u lill-membri tal-familji tagħhom; Fuq il-parti ta’ wara tal-karta hemm miktub li d-detentur igawdi mill-privileġġi u l-immunitajiet kollha previsti fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda visas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas 1961. gada 18. aprīļa Vīnes konvencijā ‘Par diplomātiskajām attiecībām’”, |
|
— |
Karta tal-Identità tal-kategorija B, għal persunal amministrattiv u tekniku (b’immarkar isfar) Dawn il-karti huma maħruġa lil persunal amministrattiv u tekniku ta’ missjoni diplomatika; Fuq il-parti ta’ wara tal-karta hemm miktub li d-detentur igawdi mill-privileġġi u immunitajiet parzjali skont l-Artikolu 37(2) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tat-18 ta’ April 1961: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda daļējas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas administratīvajiem un tehniskajiem darbiniekiem saskaņā ar 1961. gada 18. aprīļa Vīnes konvencijas ‘Par diplomātiskajām attiecībām’ 37. panta 2. punktu”, |
|
— |
Karta tal-identità tal-kategorija C, għall-persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (b’kulur abjad) Dawn il-karti huma maħruġa lill-persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u lil membri tal-familji tagħhom; fuq il-parti ta’ wara tal-karta hemm miktub li d-detentur igawdi mill-privileġġi u l-immunitajiet previsti fil-ftehim bejn il-Latvja u l-organizzazzjoni internazzjonali rilevanti: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda daļējas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas līgumā starp Latvijas Republiku un attiecīgo starptautisko organizāciju”, |
|
— |
Karta tal-identità tal-kategorija D, għal uffiċjali konsulari ta’ karriera (b’immarkar blu) Dawn il-karti huma maħruġa lill-uffiċċjali konsulari ta’ karriera ta’ missjoni konsulari; fuq il-parti ta’ wara tal-karta hemm miktub li d-detentur igawdi mill-privileġġi u l-immunitajiet kollha previsti fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda visas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas 1963. gada 24. aprīļa Vīnes konvencijā ‘Par konsulārajām attiecībām’”, |
|
— |
Il-karti tal-identità tal-kategorija F (ta’ kulur aħdar) huma ta’ żewġ tipi:
|
Karti ta’ akkreditazzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
|
— |
Latvijas Republikas Ārlietu ministrijas akreditācijas karte Din hija karta ta’ akkreditazzjoni maħruġa lil ġurnalisti; Il-Karta tindika l-professjoni tad-detentur, “Žurnālists/Ġurnalist” din il-karta hija valida għal mhux iktar minn sena, u mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ. |
Karta tal-Identità tal-kategorija A, għal persunal diplomatiku (immarkata aħmar)
Karta tal-Identità tal-kategorija B, għal persunal amministrattiv u tekniku (b’immarkar isfar)
Karta tal-identità tal-kategorija C, għall-persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (b’kulur abjad)
Karta tal-identità tal-kategorija D, għal uffiċjali konsulari ta’ karriera (b’immarkar blu)
Konsli onorarji (kulur griż)
Il-karti tal-identità tal-kategorija F (ta’ kulur aħdar) huma ta’ żewġ tipi:
|
— |
Karti tal-identità tal-kategorija F maħruġa lill-persunal tas-servizz ta’ missjoni diplomatika
|
|
— |
Karti tal-identità tal-kategorija F maħruġa lill-uffiċjali privati ta’ membri ta’ missjoni diplomatika
|
Karti ta’ akkreditazzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
|
— |
Din hija karta ta’ akkreditazzjoni maħruġa lil ġurnalisti (ta’ kulur aħdar)
|
(1) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.