|
ISSN 1977-0987 | ||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352 | |
| ||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet | |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA | |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea | |
|
2014/C 352/01 | ||
|
2014/C 352/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7373 — Ortner/Strauss/UBM) ( 1 ) | |
|
2014/C 352/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7316 — Det Norske Oljeselskap/Marathon Oil Norge) ( 1 ) | |
|
|
III Atti preparatorji | |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew | |
|
2014/C 352/04 | ||
|
|
IV Informazzjoni | |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA | |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea | |
|
2014/C 352/05 | ||
|
2014/C 352/06 | ||
|
|
V Avviżi | |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI | |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea | |
|
2014/C 352/07 | ||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI | |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea | |
|
2014/C 352/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7423 — VINCI/Imtech ICT) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) | |
|
2014/C 352/09 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7333 — Alitalia / Etihad) ( 1 ) | |
|
|
ATTI OĦRAJN | |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea | |
|
2014/C 352/10 | ||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/1 |
Komunikazzjoni skond l-Artikolu 12(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali
2014/C 352/01
Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja ma tibqax valida minn dan il-jum jekk issir inkompatibbli ma' l-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:
Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata u l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC2004 – rapport tas-53 Sessjoni tal-Kumitat HS):
EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKOND IL-PROĊEDURA TA' L-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS U L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TA' L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI
(IT-53 SESSJONI TAL-HSC – MARZU 2014)
DOK. NC2004
Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura fl-anness tal-Konvenzjoni HS
|
Kapitli 3, 5 u 16 |
O/10 |
|
07.12 |
O/1 |
|
Kapitlu 29 |
O/8 |
|
28.33 |
O/30 |
|
29.34 |
O/9 |
|
30.02 |
O/7 |
Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS
|
1902.30/1 |
O/12 |
|
2005.80/1 |
O/13 |
|
2008.99/3 |
O/14 |
|
2106.90/29 |
O/15 |
|
3824.90/20 |
O/16 |
|
3913.90/1 |
O/17 |
|
4303.90/1 |
O/18 |
|
5402.20/1 |
O/19 |
|
6204.62/1 |
O/20 |
|
6206.30/1 |
O/21 |
|
6214.90/2 |
O/22 |
|
8473.30/3 |
O/23 |
|
8517.70/1 |
O/24 |
|
8517.70/2 |
O/25 |
|
8537.10/2 |
O/26 |
|
8543.70/6-7 |
O/27 |
|
9018.39/1 |
O/11 |
|
9403.20/2 |
O/28 |
|
9705.00/1-3 |
O/29 |
Informazzjoni dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri tista' tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, 1049 Brussell, il-Belġju) jew tista' titniżżel mis-sit ta' l-internet tad-Direttorat-Ġenerali:
http://ec.europa.eu/comm/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/harmonised_system/index_en.htm
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7373 — Ortner/Strauss/UBM)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 352/02
Fit-30 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) dokument li jġib in-numru 32014M7373. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7316 — Det Norske Oljeselskap/Marathon Oil Norge)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 352/03
Fl-10 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7316. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/4 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta' Lulju 2014
dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni
(CON/2014/58)
2014/C 352/04
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-7 ta' Frar, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta għal direttiva li tikkonċerna miżuri li jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (1) (minn hawn 'il quddiem id-“direttiva proposta”)
Il- Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jagħti opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess dwar id-direttiva proposta, peress illi huwa ma kienx ġie kkonsultat formalment mil-leġislaturi Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompitu tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' pagament, kif imsemmi fir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat. Barra minn dan, l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jistipula illi l- BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista' jagħmel regolamenti, biex jiżgura sistemi ta’ ikklerjar (ta’ cekkijiet) u ta’ pagament fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi oħrajn. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Skop tad-direttiva proposta
|
1.1 |
Id-d-direttiva proposta għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni (network and information security - NIS) billi ttejjeb is-sigurtà tal-internet u tan-netwerk u s-sistemi tal-informazzjoni li jsostnu s-soċjetà tagħna u l-ekonomija. Din il-proposta hija l-azzjoni prinċipali tal-Istrateġija tas-Sigurtà Ċibernetika Ewropea (2). |
|
1.2 |
Is-sistemi ta’ netwerks u tal-informazzjoni għandhom rwol essenzjali fl-iffaċilitar tal-moviment transkonfinali tal-oġġetti, is-servizzi u l-persuni. Minħabba din id-dimensjoni transnazzjonali intrinsika, tfixkil fi Stat Membru wieħed jista’ jaffettwa wkoll lil Stati Membri oħrajn u lill-Unjoni kollha. Barra minn dan, il-probabilità li inċidenti sejrin iseħħu ta' spiss u l-inabilità biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva jimminaw il-fiduċja pubblika u l-kunfidenza fin-NIS. Ir-reżiljenza u l-istabbiltà tal-NIS huma għaldaqstant kruċjali għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. |
|
1.3 |
Id-direttiva proposta tibni fuq inizjattivi preċedenti f'dan il-qasam (3). F'dan l-isfond, id-direttiva proposta tirrikonoxxi l-ħtieġa biex regoli dwar l-NIS jiġu armonizzati u biex jinħolqu mekkaniżmi ta' kooperazzjoni effettivi bejn l-Istati Membri. |
|
1.4 |
Id-direttiva proposta tistabbilixxi qafas legali komuni tal-Unjoni għall-NIS fir-rigward tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri, mekkaniżmi għal kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u rekwiżiti għall-amministrazzjoniiet pubbliċi u ukoll għal entitajiet fis-settur privat f'setturi kritiċi speċifiċi. Dan għandu jiżgura preparazzjoni adegwata fil-livell nazzjonali u għandu jgħin biex irawwem klima ta' fiduċja reċiproka, li hija prekondizzjoni għal kooperazzjoni effettiva fil-livell tal-Unjoni. IL-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE permezz tan-netwerk ser iwassal għal mezz koerenti u kkoordinat ta' prevenzjoni u ta' rispons għal inċidenti u r-riskji transkonfinali tal-NIS. |
|
1.5 |
Id-dispożizzjonijiet ewlenin jikkonċernaw dan li ġej:
|
2. Osservazzjonijiet ġenerali
|
2.1 |
Il-BĊE jappoġġa l-għan tad-direttiva proposta li jiġi żgurat livell għoli komuni ta' NIS fl-Unjoni u li tinkiseb konsistenza fl-approċċ f'dan il-qasam fis-setturi tan-negozju u fl-Istati Membri. Huwa importanti li jiġi żgurat li s-suq intern huwa post sikur biex isir in-negozju u li l-Istati Membri kollha jkollhom livell minimu ta' preparatezza f'każ ta' inċident ta' ċibersigurtà. |
|
2.2 |
Madankollu il-BĊE jikkunsidra illi d-direttiva proposta għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-reġim eżistenti għas-sorveljanza ta' sistemi ta' pagament u saldu mill-Eurosistema (5), li jinkludi arranġamenti xierqa, fost oħrajn, fil-qasam tal-NIS. Għandu jiġi nnutat illi l-BĊE għandu interess partikolari f'sigurtà msaħħa fis-sistemi ta' pagament u saldu (6) sabiex jippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' pagament u jgħin biex tinżamm il-kunfidenza fl-euro u fil-funzjonament tal-ekonomija fl-Unjoni. |
|
2.3 |
Barra minn hekk, l-evalwazzjoni ta' arranġamenti ta' sigurtà u notifiki ta' inċidenti għal sistemi ta' pagament u saldu u għal fornituri ta' servizzi ta pagament (PSPs) hija waħda mill-kompetenzi ewlenin ta' superviżuri prudenzjali u banek ċentrali. Ir-responsabbiltà għall-iżvilupp ta' rekwiżiti ta' sorveljanza fl-oqsma fuq imsemmija għandhom għalhekk jibqgħu ma' dawn l-awtoritajiet, u s-sistemi ta’ pagament u saldu m'għandhomx ikunu suġġetti għal rekwiżiti potenzjalment konfliġġenti imposti minn awtoritajiet nazzjonali oħrajn.. Barra minn dan, il-ġestjoni tar-riskju, inkluż ir-rekwiżiti ta' sigurtà fir-rigward ta' sistemi ta' pagament u saldu u infrastrutturi oħra tas-suq fi ħdan iż-żona tal-euro, hija stabbilita mill-Eurosistema, inkluż il-BĊE u l-BĊNi minn dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro. Permezz ta' din il-funzjoni ta' sorveljanza, l-Eurosistema timmira li tiżgura l-funzjonament mingħajr xkiel tas-sistemi ta' pagament u saldu billi tapplika, fost oħrajn, standards ta' sorveljanza xierqa u rekwiżiti minimi. Id-direttiva proposta għandha tikkunsidra l-qafas ta' sorveljanza diġà fis-seħħ u tiżgura konsistenza regolatorja fl-Unjoni. |
3. Osservazzjonijiet speċifiċi
|
3.1 |
Il-premessa 5 u l-Artikolu 1 tad-direttiva proposta jistipulaw illi l-obbligi relevanti, il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u r-rekwiżiti tas-sigurtà għandhom japplikaw għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi kollha tas-suq. Il-kliem preżenti tal-premessa 5 u l-Artikolu 1 ma jikkunsidrawx il-mandat tal-Eurosistema, inkluż fit-Trattat, biex tissorvelja sistemi ta' pagament u saldu. Id-direttiva proposta għandha għalhekk tiġi emendata biex tirrifletti sew ir-responsabilitajiet tal-Eurosistema f'dan il-qasam. |
|
3.2 |
L-arranġamenti u l-proċeduri għall-banek ċentrali u awtoritajiet kompetenti oħrajn biex jissorveljaw is-sistemi ta' pagament u saldu ta' titoli jinsabu f'numru ta' direttivi u regolamenti tal-Unjoni inkluż, b'mod partikolari:
|
|
3.3 |
Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat illi, fit-3 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE adotta l-“Prinċipji għal infrastrutturi tas-suq finanzjarju”, introdotti f'April 2012 mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta Pagament u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organization of Securities Commissions - IOSCO) (11), għat-twettiq tas-sorveljanza tal-Eurosistema fir-rigward tat-tipi kollha ta' infrastrutturi tas-suq finanzjarju. Dan ġie segwit minn konsultazzjoni pubblika dwar abbozz ta' regolament dwar ir-rekwiżiti tas-sorveljanza għal sistemi ta' pagament sistemikament importanti (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament SIPS”) (12). Ir-Regolament SIPS jimplimenta l-prinċipji tas-CPSS-IOSCO b'mod legalment vinkolanti u jkopri kemm is-sistemi ta' pagament b'valur għoli kif ukoll sistemi ta' pagament tal-konsumatur ta' importanza sistemika, kemm jekk imħaddmin minn BCNi tal-Eurosistema kif ukoll minn entitajiet privati. |
|
3.4 |
L-arranġamenti eżistenti tas-sorveljanza (13) fir-rigward ta' sistemi ta' pagament u PSPs diġà fihom proċeduri għal twissijiet bikrin (14) u tweġibiet ikkoordinati (15) fi ħdan u lil hinn mill-Eurosistema biex jiġu affrontati theddidiet possibbli għaċ-ċibersigurtà, li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikoli 10 u 11 tad-direttiva proposta. |
|
3.5 |
Is-SEBĊ stabbilixxa standards li jirrigwardaw l-obbligi tar-rapportar u tal-ġestjoni tar-riskju għal sistemi ta' pagament. Barra minn dan, il-BĊE regolarment jevalwa sistemi ta' ħlas ta' titoli sabiex jiddetermina l-eliġibbiltà tagħhom għall-użu f'operazzjoniiet ta' kreditu tal-Eurosistema. Għaldaqstant, il-BĊE jqis illi huwa neċessarju illi r-rekwiżiti fid-direttiva proposta li jeffettwaw l-infrastrutturi kritiċi tas-suq u l-operaturi tagħhom (16) ma jippreġudikawx l-istandards fir-Regolament SIPS, il-qafas tal-politika tas-sorveljanza tal-Eurosistema jew regolamenti oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari l-EMIR u s-CSDR futura. Barra minn dan, huma m'għandhomx ixxekklu l-kompiti tal-ABE jew tal-AETS u ta' superviżuri prudenzjali oħrajn (17). |
|
3.6 |
Minkejja dak imsemmi aktar 'il fuq, il-BĊE jqis illi hemm każ b'saħħtu biex l-Eurosistema taqsam informazzjoni relevanti mal-Kumitat tal-NIS li għandu jitwaqqaf bis-saħħa tal-Artikolu 19 tad-direttiva proposta. Għall-finijiet tal-qsim ta' informazzjoni effettiv li jista jkun neċesarju, il-BĊE, l-ABE u l-AETS għandhom jiġu mistiedna jibgħatu lil rappreżentanti għal laqgħat tal-Kumitat tal-NIS għal suġġetti fl-aġenda li jistgħu jkunu ta' interess għat-twettiq tal-mandati rispettivi tagħhom. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Lulju 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2013) 48 finali.
(2) Ara l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Regjuni, “Strateġija Ċibernetika tal-Unjoni Ewropea”. “Ċiberspazju Miftuħ, Sigur u Sikur”, JOIN(2013) 1 final.
(3) Dawn jinkludu l-komunikazzjonijiet li ġejjin: “Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni: Proposta għall-Approċċ ta' Politika Ewropew” COM(2001) 298 finali: “Strateġija għal Soċjetà tal-Informazzjoni Sigura: ‘Djalogu, sħubija u awtorizzazzjoni’” COM(2006) 251 finali; “Il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni - ‘Il-protezzjoni tal-Ewropa mill-attakki ċibernetiċi u t-tfixkil fuq skala kbira: titjib fit-tħejjija, is-sigurtà u r-reżistenza’”, COM(2009) 149 finali; “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” COM(2010) 245 finali; u “Il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta' Informazzjoni - ‘Kisbiet u l-passi li jmiss: lejn ċibersigurtà kriminali’” COM(2011) 163 finali.
(4) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(5) Il-funzjonijiet ta' sorveljanza ta' xi membri tas-SEBĊ jitwettqu abbażi ta' liġijiet u regolamenti nazzjonali, li jikkumplimentaw, u f'xi każijiet jiddupplikaw, il-kompetenza tal-Eurosistema.
(6) It-terminu “saldu” kif użat f'din l-opinjoni jinkludi l-funzjoni tal-ikklerjar.
(7) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar il-finalità tal-ħlas f’sistemi ta’ saldu ta’ pagamenti u s-sistemi ta’ ħlas ta’ titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(8) Ara t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Finalità tas-Saldu.
(9) ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(10) COM(2012) 73 finali.
(11) Disponibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq https://www.bis.org/publ/cpss94.pdf
(12) Disponibbli fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(13) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE li tirrigwarda l-Memorandum ta' Ftehim (MoU) dwar prinċipji ta' kooperazzjoni fuq livell għoli bejn is-superviżuri bankarji u l-banek ċentrali tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżi (2003), disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(14) Ara r-Rakkomandazzjoni 3: monitoraġġ u rapportar ta' inċidenti f' “Rakkomandazzjonijiet għas-sigurtà ta' pagamenti bl-internet - verżjoni finali wara l-konsultazzjoni pubblika”, Il-Forum Ewropew dwar is-Sigurtà ta' Pagamenti bl-Imnut (SecuRe Pay), Jannar 2013, disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(15) Abbażi tal-prinċipji tas-sorveljanza internazzjonali ta' kooperazzjoni, kif imtenni mir-rapport ta' sorveljanza tas-CPSS tal-2005, il-banek ċentrali tal-Eurosistema pparteċipaw b'suċċess f'arranġamenti għas-sorveljanza għal SWIFT (is-Soċjetà għat-Telekomunikazzjoni Finanzjarja Interbankarja Dinjija) u għal Continuous Linked Settlement (CLS).
(16) Pereżempju, ir-rekwiżiti biex operaturi tas-suq josservaw miżuri tekniċi u organizzattivi fl-Artikoli 14(3) u (4) u s-setgħa biex joħorġu struzzjonijiet vinkolanti lil operaturi tas-suq fl-Artikolu 15(3) tad-direttiva proposta.
(17) Ara l-paragrafu 2.12 tal-Opinjoni CON/2014/9 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU C 224, 15.7.2014, p.1). L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-premessa 5 għandha tiġi emendata sabiex tirrifletti r-responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-BĊNi fis-sorveljanza u r-regolamentazzjoni ta' sistemi ta' pagament u ta' saldu. Bi-saħħa tar-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, wieħed mill-kompiti ewlenin tas-SEBĊ huwa l-promozzjoni tal-operat bħa xkiel ta' sistemi ta' pagament. L-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ jagħti wkoll is-setgħa lill-BĊE biex jagħmel regolamenti biex jiżgura sistemi ta' pagament u ta' kklerjar effiċjenti. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll illi, skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat, is-SEBĊ għandha tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel ta' politiki relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Barra minn dan, skont il-Qafas tal-Politika tas-Sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011 (2) , is-sorveljanza ta' sistemi ta' pagament u saldu hija funzjoni tal-bank ċentrali fejn l-għanijiet tas-sigurtà u l-effiċjenza jitmexxew 'il quddiem billi jimmonitorja sistemi eżistenti u ppjanati, jevalwahom kontra dawn l-għanijiet u, fejn neċessarju, jinstiga t-tibdil'. Fi kliem ieħor, l-assigurazzjoni li s-sistemi huma siguri u effiċjenti hija prekundizzjoni importanti għall-abilità tal-Eurosistema li tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja, biex timplimenta l-politika monetarja u biex iżżomm il-kunfidenza pubblika fl-euro. Barra minn dan, fuq l-istess linja tal-kummenti tal-BĊE dwar ir-reviżjoni proposta tad-direttiva dwar is-servizzi ta' pagament (PSD2), għandu jiġi nnutat ilili s-superviżuri nazzjonali u l-banek ċentrali huma l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu linji gwida dwar il-ġestjoni ta' inċidenti u n-notifiki ta' inċidenti għal PSPs, kif ukoll biex joħorġu linji gwida dwar il-qsim ta' notifiki ta' inċidenti bejn l-awtoritajiet relevanti. Il-premessa għandha tqis ukoll il-kompiti kkonferiti fuq il-BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Finalment, meta membri tas-SEBĊ li mhumiex miż-żona tal-euro jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-kompiti tat-Trattat u tal-Istatut tas-SEBĊ, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom, dawk il-funzjonijiet ukoll m'għandhomx jiġu effettwati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 1(4) u (5) (ġodda) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kif innutat aktar 'il fuq, is-SEBĊ għandu interess qawwi biex jiżgura illi s-sistemi ta' pagament u saldu jiffunzjonaw sew. Dan joħroġ mill-importanza ta' sistemi ta' pagament, ikklerjar u saldu għat-tmexxija mingħajr xkiel ta' operazzjonijiet ta' politika monetarja u mir-rwol li għandhom biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ġenerali. Għaldaqstant, il-BĊE jirrakkomanda illi d-direttiva proposta tinnota r-rwol tas-SEBĊ fir-rigward tas-sistemi ta' pagament u ħlas u l-qafas tas-sorveljanza diġà fis-seħħ. Is-SEBĊ diġà għandha għodod effettivi ħafna biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' sigurtà u effiċjenza ta' dawn is-sistemi. Il-premessa għandha tikkunsidra wkoll il-kompiti kkonferiti fuq il-BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Id-direttiva proposta għandha wkoll ma tippreġudikax funzjonijiet ekwivalenti mwettqa minn membri tas-SEBĊ li mhumiex fiż-żona tal-euro skont l-oqfsa nazzjonali tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 6(1) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Spjegazzjoni Il-BĊE jirrakkomanda illi l-Artikolu 6(1) jiġi emendat sabiex jiżgura livell tajjeb ta' kooperazzjoni filk-livell tal-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 8(3) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Hemm każ b'saħħtu għall-qsim ta' informazzjoni mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni jew ma' awtoritajiet kompetenti skont id-direttiva proposta, u mal-ABE jew l-AETS bħala l-awtorità kompetenti għall-koordinazzjoni ta' inċidenti relatati ma' PSPs. Għaldaqstant, il-BĊE jipproponi din l-emenda bil-ħsieb li jitrawwem il-qsim tal-informazzjoni u koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 19(1) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-BĊE, l-ABE u l-AETS għandhom jiġu mistiedna jibagħtu rappreżentant għal-laqgħat tal-Kumitat tas-Sigurtà tan-Netwerk u tal-Informazzjoni dwar suġġetti fl-aġenda li jista' jkollhom implikazzjonijit fuq il-prestazzjoni tal-mandati rispettivi tal-BĊE, l-ABE jew l-AETS.” | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-BĊE għandu interess personali fit-tisħiħ tas-sigurtà fis-sistemi ta' pagament u saldu, fis-servizzi u fl-istrumenti bħala komponent importanti għaż-żamma tal-kunfidenza fil-munita unika u l-funzjonament bla xkiel tal-ekonomija fl-Unjoni. Għal dan il-għan, il-BĊE jirrakkomanda illi huwa għandu jkun mistieden għal laqgħat tal-Kumitat tan-NIS. Fi kwalunkwe każ, il-BĊE ser ikollu jiġi kkonsultat formalment skont it-Trattat fuq kwalunkwe miżura bħal din li tirrigwarda s-sistemi ta' pagament, u kwalunkwe kwistjoni oħra li taqa' fl-oqsma ta' kompetenza tal-BĊE. L-ABE jew l-AETS għandhom jiġu involuti wkoll fi kwistjonijiet marbutin mal-PSPs. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/12 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta’ Ottubru 2014
2014/C 352/05
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2565 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
137,25 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4439 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,78575 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,0773 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2120 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1575 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,481 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,27 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1844 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4090 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8588 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4381 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4078 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,7465 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6104 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6054 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 341,07 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,1403 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7149 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6415 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 316,16 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0996 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,276 |
|
RUB |
Rouble Russu |
50,0375 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,986 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0014 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,8044 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,2500 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/13 |
Avviż dwar ir-regoli ta’ oriġini applikabbli u s-sospensjoni temporanja fir-rigward tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra
2014/C 352/06
L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Fiġi nnotifikaw it-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra skont l-Artikolu 76(2) ta’ dak il-Ftehim (1).
Konsegwentement il-Ftehim japplika provviżorjament mit-28 ta’ Lulju 2014 bejn l-Unjoni Ewopea u r-Repubblika ta’ Fiġi. Minn din id-data, b’konfromità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 (2), il-Protokoll I tal-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” jieħu post id-dispożizzjonijiet fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.
Mill-istess data, b’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007, il-proċeduri ta’ sospensjoni temporanja stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 4 tal-Artikolu 5 tar-Regolament jiġu sostitwiti b’dawk fl-Artikolu 17 tal-Ftehim.
(1) ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2.
(2) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/14 |
Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Rawnd ġdid ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli
2014/C 352/07
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C 363/02) (1) għar-rawnd ta’ Lulju tal-2015.
Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika dwar l-unjoni doganali tal-Kummissjoni (Europa) (2).
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija l-16 ta’ Diċembru 2014, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja
Dawk l-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.
Aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinstab fuq il-websajt Europa:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm
(1) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=mt
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7423 — VINCI/Imtech ICT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 352/08
|
1. |
Fit-30 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vinci Energies SA, li tappartjeni lill-grupp Vinci (“Vinci Group”, Franza) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Imtech ICT Group kollha kemm hi (“Imtech ICT”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma u assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Vinci Group: servizzi tal-enerġija u l-IT, bini, xogħlijiet pubbliċi u inġinerija ċivili, konċessjonijiet u infrastrutturi, xogħlijiet fit-toroq, — għal Imtech ICT: provvista ta’ servizzi tal-IT. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu lilha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7423 — VINCI/Imtech ICT, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/16 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7333 — Alitalia / Etihad)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 352/09
|
1. |
Fid-29 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Alitalia Compagnia Aerea Italiana SpA (“Alitalia”, l-Italja) u Etihad Airways PJSC (“Etihad”, l-Emirati Għarab Magħquda) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' New Alitalia (l-Italja), joint venture inkorporata ġdida li se tirċievi n-negozju operatorju tal-Alitalia bħala negozju avvjat, permezz ta' xiri ta' ishma. Bħala parti mill-istess tranżazzjoni, Etihad se takkwista l-kontroll waħdieni tal-Alitalia Loyalty SpA (“Alitalia Loyalty”), sussidjarja tal-Alitalia attiva fil-maniġment tal-programm ta' klijenti regolari tal-Alitalia minn New Alitalia. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għall-Alitalia: Alitalia hija l-kumpanija tal-ajru nazzjonali tal-Italja attiva fit-trasport bl-ajru kemm domestiku u kemm internazzjonali; — għall-Alitalia Loyalty: Alitalia Loyalty hija entità legali separata ddedikata kollha kemm għall-operazzjoni u l-iżvilupp tal-programm ta' klijenti leali tal-Alitalia msejjaħ “MilleMiglia Programme”; kif ukoll — għal Etihad: Etihad hija l-kumpanija tal-ajru nazzjonali ta' Abu Dhabi attiva fit-trasport tal-ajru internazzjonali. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu lilha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7333 — Alitalia / Etihad, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/17 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2014/C 352/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“FASOLA PIĘKNY JAŚ Z DOLINY DUNAJCA”/“FASOLA Z DOLINY DUNAJCA”
Nru tal-KE: PL-DPO-0105-01189 – 19.12.2013
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestaturi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwati mill-emendi
—
—
—
—
—
—
—
—
—
2. Tip ta’ emenda(i)
—
—
—
—
3. Emenda(i)
Il-valur tal-massa ta’ 1 000 żerriegħa ġie emendat. Il-massa ta’ 1 000 żerriegħa li tvarja minn 1 100 sa 1 500 g indikata taħt il-punt 3.2 (Deskrizzjoni tal-prodott) hija żball klerikali ovvju. Iż-żrieragħ kbar huma waħda mill-karatteristiċi distintivi ewlenin tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca”, u l-massa attwali ta’ 1 000 żerriegħa tvarja minn 2 000 sa 2 800 g. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sentenza li ġejja ġiet miżjuda mal-punt 3.2: “Il-fażola hija fost l-akbar mill-ispeċi Phaseolus multiflorus, jew Phaseolus coccineus”. Dik is-sentenza hija argument addizzjonali favur il-ħtieġa li tiġi emendata l-massa ta’ 1 000 żerriegħa tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca”.
L-użu tal-pjanti komuni tal-ġirasol (bil-Latin: Helianthus annuus) bħala qasab se jiżdied mal-Punt 7 tal-ispeċifikazzjoni. Il-ġirasoli komuni ilhom jintużaw bħala pjanti ta’ sostenn għat-tkabbir tal-fażola li tixxeblek “Piękny Jaś” minn mindu l-fażola li tixxeblek bdiet tiġi kultivata għall-ewwel darba fil-wied ta’ Dunajec. Dan il-metodu qed isir dejjem aktar popolari fost il-bdiewa minħabba l-effett ta’ ekoloġizzazzjoni tiegħu u jsebbaħ il-pajsaġġ. Din l-informazzjoni ġiet inkluża bil-għan li jinkiseb status ta’ DPO.
Barra minn hekk, id-data agronomika relatata mal-istandards taż-żrigħ taż-żerriegħa u l-wisa’ tar-ringieli għall-kultivazzjoni tal-fażola ġew aġġornati fil-punt 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca”. Dawn il-bidliet saru meħtieġa minħabba t-tibdil intensiv li sar fil-makkinarju tal-irziezet f’Małopolska matul l-aħħar ftit snin. It-tratturi moderni għandhom distanza akbar bejn il-fusien u tajers usa’ mill-mudelli aktar antiki, u dan wassal għall-ħtieġa li jsir tibdil fl-istandards agrotekniċi.
L-emendi proposti ma għandhom l-ebda impatt fuq il-karatteristiċi distintivi tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” indikati taħt il-punt 5.2 tad-dokument uniku jew fuq it-togħma karatteristika u ta’ kwalità għolja tagħha, iżda jippermettu li l-produtturi li japplikaw l-istandards agrotekniċi attwali jingħataw protezzjoni tad-DPO.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“FASOLA PIĘKNY JAŚ Z DOLINY DUNAJCA”/“FASOLA Z DOLINY DUNAJCA”
Nru tal-KE: PL-DPO-0105-01189 – 19.12.2013
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem
“Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“Fasola z Doliny Dunajca”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Polonja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6: - Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Taħt l-isem “fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” jistgħu jinbiegħu biss żrieragħ nixfin tal-fażola maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Il-fażola hija fost l-akbar mill-ispeċi tal-Phaseolus multiflorus, jew Phaseolus coccineus.
Karatteristiċi fiżiċi:
|
— |
il-massa ta’ elf żerriegħa tvarja minn 2 000 sa 2 800 g, skont il-kundizzjonijiet tal-ħamrija tal-pjantaġġun u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi matul il-perjodu tat-tkabbir; |
|
— |
iż-żrieragħ huma b’saħħithom, misjurin, lixxi, żviluppati sew u mimlijin, f’għamla uniformi ta’ kilwa, iċċattjati fil-ġenb u mingħajr impuritajiet jew ħsara kkawżata mill-insetti. Huma karatterizzati minn tegument ġerminali jleqq ta’ lewn abjad uniformi. Għandhom riħa karatteristika ta’ żrieragħ tal-fażola mnixxfa sew, mingħajr l-ebda riħa ta’ moffa jew ebda rwejjaħ estranji oħra. Il-kontenut tal-umdità taż-żrieragħ ma jaqbiżx it-18 %. Għandhom togħma delikata, mhux qawwija u kemxejn ħelwa li hija karatteristika ta’ din il-fażola. |
Ir-rekwiżiti minimi li ġejjin japplikaw għall-fażola qabel ma tiġi ppakkjata:
|
— |
sa 0,1 %, żrieragħ miksurin; |
|
— |
sa 0,1 %, żrieragħ nixfin; |
|
— |
sa 2 %, varjetajiet oħra ta’ żerriegħa bajda; |
|
— |
sa 1 %, żrieragħ imlewna; |
|
— |
sa 1 %, żrieragħ ta’ kulur mhux uniformi; |
|
— |
sa 0,3 %, partijiet ta’ zkuk, imżiewed, weraq, injam, ippakkjar u żrieragħ mhux tossiċi ta’ ħaxix ħażin; |
|
— |
sa 0,2 %, impuritajiet minerali. |
Il-fażola li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq m’għandhiex taqbeż il-1,05 % tal-ammont totali.
Karatteristiċi kimiċi:
|
— |
proteina totali 20-24 %; |
|
— |
xaħam mhux raffinat 1,0-2,5 %; |
|
— |
fibra mhux raffinata 3,3-4,8 %; |
|
— |
irmied 3,8-4,4 %. |
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata
Sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità tal-prodott, kull pass fil-produzzjoni tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” għandu jseħħ fiż-żona ġeografika definita f’(4). Dan minħabba l-fatt li, fost affarijiet oħra, il-kundizzjonijiet naturali speċifiċi prevalenti f’din iż-żona huma favorevoli għall-kultivazzjoni tal-fażola. Barra minn hekk, il-proċess kollu tal-produzzjoni huwa bbażat fuq metodi li huma tradizzjonali għal dan ir-reġjun u ħafna mix-xogħol isir bl-idejn. Għal din ir-raġuni, il-ħiliet tal-produtturi lokali jilagħbu parti sinifikanti.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-kultivazzjoni tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca” jew il-“fasola z Doliny Dunajca” tinkludi 11-il muniċipalità fil-wied tax-xmara Dunajec: Gródek nad Dunajcem (Kontea ta’ Nowosądecki), Zakliczyn, Wojnicz, Wierzchosławice, Radłów, Wietrzychowice, Tarnów, Pleśna, Żabno (Kontea ta’ Tarnowski), Czchów (Kontea ta’ Brzeski) u Gręboszów (Kontea ta’ Dąbrowski) f’Małopolskie Voivodship.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-Wied ta’ Dunajec kien iffurmat mix-Xmara Dunajec. Huwa karatterizzat minn topografija varjata. L-altitudni tal-art ‘il fuq mil-livell tal-baħar tonqos gradwalment minn Gródek nad Dunajcem għal Wietrzychowice, li din tal-aħħar hija l-aktar muniċipalità baxxa fil-Wied ta’ Dunajec. Il-parti ewlenija tal-pajsaġġ hija wied wiesa’ mtarraġ, li jwassal mil-Lbiċ għall-Grigal. Il-kanal imserrep tax-xmara Dunajec, wiesa’ bejn 50 u 150 m, huwa parzjalment regolat u mdawwar b’moll. Matulu hemm meded ta’ blat li fuqhom hemm pjanura distinta tal-għargħar li tokkupa kważi l-qiegħ kollu tal-wied. Mases ta’ arja mill-Artiku jgħaddu mill-wied lejn in-Nofsinhar u mases ta’ arja sħuna jimxu lejn it-Tramuntana. Il-wied jintlaħaq ukoll minn riħ sħun u xott. Fir-rebbiegħa u l-ħarifa, iċ-ċpar ta’ filgħodu jillimita l-bidliet f’daqqa fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl. Il-forma karatteristika tal-Wied ta’ Dunajec tikkawża wkoll influss ta’ mases ta’ arja sħuna fir-rebbiegħa u fis-sajf.
Il-pjantaġġuni tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” jinsabu f’livell relattivament baxx, li jipproteġi lill-għelieqi mir-riħ. Il-ħamrija alluvjali mtajna li fuqha jinsabu hija favorevoli ħafna għal din l-ispeċi, kemm fir-rigward tal-kontenut minerali disponibbli u l-livell tal-pH, kif ukoll tal-volum u x-xejra ta’ nżul ta’ xita matul il-perjodu tat-tkabbir. Il-ħamrija tal-farms fil-Wied ta’ Dunajec għandha kontenut għoli ħafna ta’ manjeżju (12,2-15 mg għal kull 100 g ta’ ħamrija).
Iż-żona ta’ Tarnów, fiċ-ċentru tal-Wied ta’ Dunajec, hija waħda mill-aktar sħan fil-Polonja. Id-dati li fihom it-temperatura medja tal-jum tilħaq limiti termali stabbiliti, jiġifieri > 0, > 5, > 10 u > 15 °C, huma vantaġġużi ħafna għall-Wied ta’ Dunajec, u bosta drabi dawn it-temperaturi jinżlu iktar minn tnax-il jum qabel ma jinżlu f’reġjuni oħra fil-Polonja. Barra minn hekk, il-valuri medji multiannwali tat-temperatura tal-arja f’Tarnów huma ta’ 0,8 °C ogħla milli fi Krakovja, xi 90 km ‘il bogħod.
5.1.1.
Il-ħiliet li huma indispensabbli għall-kultivazzjoni u l-ħsad ta’ fażola bil-kwalitajiet it-tajba ġew ipperfezzjonati mill-bdiewa li kabbru l-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” għal diversi ġenerazzjonijiet. Dawn li ġejjin huma partikolarment importanti: ir-riproduzzjoni taż-żerriegħa fl-azjenda stess tal-bidwi, l-għażla taż-żmien adattat għaż-żrigħ, biex b’hekk jiġi evitat it-telf li jista’ jseħħ minħabba l-iffriżar, it-tħejjija tal-ħamrija għaż-żrigħ, it-tqegħid tal-għadd tajjeb ta’ żrieragħ (3 sa 5) fil-ħofra individwali fil-ħamrija, l-għażla ta’ qasab tajjeb u l-metodu li bih il-fażola sserraħ magħhom u l-għażla tal-aħjar mument għall-qtugħ tal-pjanti sabiex iż-żrieragħ jitħallew jinxfu qabel l-ewwel ġlata. Huwa biss l-immaniġġjar b’ħila tal-proċess kollu tal-produzzjoni li jista’ jiżgura ħsad tajjeb u bbilanċjat tal-pjanta tal-fażola b’żerriegħa ta’ kwalità għolja. Il-kultivazzjoni tal-fażola hija bbażata prinċipalment fuq xogħol manwali u teħtieġ attenzjoni konsiderevoli, dedikazzjoni u twettiq f’waqtu ta’ kull biċċa xogħol skont il-kondizzjonijiet tat-temp fis-sena inkwistjoni.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-karatteristiċi distintivi tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” huma dawn li ġejjin:
— kontenut ta’ manjeżju (Mg): medja ta’ 80 mg/kg ogħla milli fil-każ ta’ fażola barra miż-żona ġeografika definita f’(4);
— kontenut ta’ umdità: ma jaqbiżx it-18 %;
— togħma ħelwa: ikkonfermata b’valutazzjoni sensorjali fil-laboratorju;
— struttura u konsistenza: delikata, “tinħall f’ħalqek”, kemm kemm imrammla;
— ħxuna tal-qoxra: ivvalutata bħala rqiqa permezz ta’ valutazzjoni sensorjali fil-laboratorju;
— irtubija tal-qoxra: ivvalutata bħala ratba permezz ta’ valutazzjoni sensorjali fil-laboratorju;
— ħin ta’ sajran: 10 minuti anqas milli fil-każ ta’ fażola barra miż-żona ġeografika definita f’(4).
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Il-“Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” hija prodott li ħareġ esklussivament minħabba l-kombinazzjoni ta’ sett speċifiku ta’ fatturi naturali (jiġifieri l-klima u l-ħamrija) mal-ħiliet tal-produtturi lokali. Din il-kombinazzjoni biss tiżgura l-kwalità unika tal-prodott.
Il-kontenut għoli ta’ manjeżju (Mg) tal-ħamrija fiż-żona fejn tiġi kultivata l-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” iżid il-kontenut ta’ dan l-element fiż-żrieragħ u, meta ż-żrieragħ jinqatgħu fiż-żmien adegwat, dan jgħin biex jagħti lill-prodott it-togħma ħelwa karatteristika tiegħu.
Il-ħamrija alluvjali mtajna għammiela u l-klima tal-Wied ta’ Dunajec huma adattati għall-fażola u jipprovdu kundizzjonijiet tajbin ħafna għat-tkabbir u l-iżvilupp tagħha. Il-firxa tat-temperatura tal-arja matul il-perjodu tat-tkabbir u l-volum u x-xejra ta’ nżul ta’ xita huma ta’ benefiċċju kbir għall-iżvilupp xieraq tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” u għal rendiment tajjeb. Ir-rabta inseparabbli bejn dawn il-karatteristiċi ġeografiċi u l-ħiliet involuti fl-għażla taż-żmien xieraq għaż-żrigħ, it-tħejjija tal-ħamrija għaż-żrigħ, it-tqegħid tal-għadd tajjeb ta’ żrieragħ fil-ħofor individwali fil-ħamrija u l-għażla tal-aħjar mument għall-qtugħ tal-pjanti jiżguraw rendiment abbundanti ta’ fażola kbira. L-għażla tal-aħjar żmien biex jinqatgħu l-pjanti u li dawn jitħallew għat-tul ta’ żmien xieraq fl-arja friska, flimkien mal-kundizzjonijiet atmosferiċi favorevoli, jipproduċu żrieragħ b’kontenut aktar baxx ta’ umdità u tegument ġerminali irqaq minn ta’ Phaseolus multiflorus li joriġina barra mill-Wied ta’ Dunajec. L-issortjar manwali taż-żerriegħa jippermetti li jinżammu standards stretti ta’ kwalità għaż-żrieragħ tal-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca”.
It-tnixxif taż-żrieragħ b’mod naturali mingħajr ma l-proċess jiġi sfurzat jew mgħaġġel iwassal għal tnaqqis uniformi fl-ispazjar tal-kisja taċ-ċelloli mingħajr ma jikkawża degradazzjoni tal-kisja taċ-ċelloli. Dan it-trattament jiżgura li l-“fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“fasola z Doliny Dunajca” tissajjar f’ħin qasir, ikollha struttura u konsistenza delikata u tegument ġerminali artab ħafna meta mqabbel maż-żrieragħ ta’ Phaseolus multiflorus li joriġinaw barra miż-żona ġeografika definita f’(4).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
http://www.minrol.gov.pl/pol/Jakosc-zywnosci/Produkty-regionalne-i-tradycyjne/Zlozone-wnioski-o-rejestracje-Produkty-regionalne-i-tradycyjne/OGLOSZENIE-MINISTRA-ROLNICTWA-I-ROZWOJU-WSI-z-dnia-25-pazdziernika-2013-roku2
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012
(4) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.