ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 345

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
2 ta' Ottubru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Is-27 laqgħa seħħet fi Strasburgu (fi Franza) bejn is-17 u d-19 ta' Marzu 2014.

2014/C 345/01

Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Ftehim ta’ Sħubija konkluż bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra — Minuti tas-seduta tat-Tnejn, is-17 ta’ Marzu 2014

1

2014/C 345/02

Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Ftehim ta’ Sħubija konkluż bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra — Minuti tas-seduta tat-tlieta, it-18 ta’ marzu 2014

5

2014/C 345/03

Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Ftehim ta’ Sħubija konkluż bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra — Minuti tas-seduta tal-Erbgħa, id-19 ta' Marzu 2014

9

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' Konsultazzjoni

***

Proċedura ta' Approvazzjoni

***I

Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Abbrevjazzjonijiet użati għall-kumitati parlamentari

AFET

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

DEVE

Kumitat għall-Iżvilupp

INTA

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

BUDG

Kumitat għall-Baġit

CONT

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

ECON

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

EMPL

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

ENVI

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà tal-Ikel

ITRE

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

IMCO

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

TRAN

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

REGI

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjunali

AGRI

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

PECH

Kumitat għas-Sajd

CULT

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

JURI

Kumitat għall-Affarijiet Legali

LIBE

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

AFCO

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

FEMM

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi

PETI

Kumitat għall-Petizzjonijiet

DROI

Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem

SEDE

Sottokumitat għas-Sigurtá u d-Difiża

Abbrevjazzjonijiet użati għall-gruppi politiċi

PPE

Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokratiċi Kristjani)

S&D

Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Socjalisti u d-Demokratici fil-Parlament Ewropew

ALDE

Grupp tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

Verts/ALE

Grupp tal-Ħodor/Alleanza Liberali Ewropea

ECR

Konservattivi u Riformisti Ewropej

GUE/NGL

Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew — Xellug Aħdar Nordiku

EFD

Grupp għall-Ewropa Ħielsa u Demokratika

NI

Membri mhux Affiljati

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Is-27 laqgħa seħħet fi Strasburgu (fi Franza) bejn is-17 u d-19 ta' Marzu 2014.

2.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 345/1


ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KONKLUŻ BEJN IL-MEMBRI TAL-GRUPP TAL-ISTATI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU, MINN NAĦA, U TAL-UNJONI U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, IS-17 TA’ MARZU 2014

2014/C 345/01

Werrej

Seduta inawgurali formali

Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Akkreditament tar-rappreżentanti mhux parlamentari

1.

Adozzjoni tal-aġenda (AP101.540)

2.

Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar żewġ seduti tas-26 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 64, 4.3 2014)

3.

Avviżi tal-Ko-Presidenti, inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta' Marzu 2014

4.

Tema urġenti Nru 1: id-drittijiet soċjali, ekonomiċi u tal-bniedem tal-migranti fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE

5.

Integrazzjoni reġjonali u l-modernizzazzjoni tad-dwana għal żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi tal-AKP, f'kooperazzjoni mal-UE

6.

Tema urġenti nru 2: il-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

7.

Rapport tas-sħab ekonomiċi u soċjali

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, is-17 TA’ MARZU 2014

(Is-seduta nfetħet fil-11.05 a.m.)

Seduta inawgurali formali

Indirizzaw l-Assemblea dawn li ġejjin:

Louis Michel, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, Fitz A. Jackson, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, u Evangelos Meimarakis, Kelliem tal-Parlament Hellenic.

(Is-seduta ġiet aġġornata f'12.15 u kompliet fit-15.05 p.m.)

PRESIDENZA: Louis MICHEL

Kopresident

Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Kopresident laqa' lill-parteċipanti kollha.

Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Kopresident ħabbar li l-lista tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif imgħoddija mill-awtoritajiet tal-istati tal-AKP u l-Parlament Ewropew, kienet se tkun annessa mal-minuti.

Akkreditar tar-rappreżentant mhux parlamentari

Il-Kopresident ħabbar li talba għal akkreditament ta' rappreżentant mhux parlamentari kienet riċevuta skont l-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Cotonou u l-Artikolu 1(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, minħabba każijiet eċċezzjonali ta' forza maġġuri. Il-preżenza tar-rappreżentant se jiġi rrekordjat u ismu se jiġi elenkat fl-anness tal-minuti.

1.   Adozzjoni tal-aġenda (AP101.540)

L-aġenda ġiet adottata kif tidher f'dawn il-minuti.

2.   Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar seduta tas-26 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 64, 4.3.2014)

Il-minuti ġew approvati.

3.   Avviżi tal-Kopresidenti, inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta’ Marzu 2014

Il-Kopresident irrapporta dwar ir-riżultati tal-laqgħa tal-Bureau li saret fis-16 ta' Marzu 2014.

Ittieħdu d-deċiżjonijiet li ġejjin:

a)

Il-kumitati permanenti jabbozzaw ir-rapporti li ġejjin:

 

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi

Diversità kulturali u d-drittijiet tal-bniedem

 

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ

Il-finanzjament tal-investiment u l-kummerċ, inkluża l-infrastruttura, fil-pajjiż tal-AKP mill-mekkaniżmu ta' taħlit tal-UE

 

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

Sfidi u opportunitajiet fil-kisba ta' għanijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi tal-AKP

b)

It-12-il laqgħa reġjonali se sseħħ din il-ġimgħa mis-27 sal-31 ta' Ottubru 2014 fir-reġjun Ċentrali tal-Afrika.

ċ)

Il-missjoni għal ġbir ta' informazzjoni fiż-Żimbabwe għandha tiġi organizzata fil-ħarifa tal-2014.

d)

Iż-żewġ Kopresidenti se jipparteċipaw fis-Seba' Forum Urban Dinji f'Medellín (il-Kolombja).

e)

Missjoni għall-osservazzjoni tal-missjoni se tintbgħat biex tosserva l-elezzjonijiet parlamentari f'Fiji soġġetta għal stedina min-naħa tal-awtoritajiet ta' Fiji.

f)

Missjonijiet futuri għall-osservazzjoni tal-missjonijiet tal-Assemblea se jorganizzaw konferenza tal-istampa awtonoma.

Il-Kopresident ħabbar is-skadenzi li ġejjin:

dwar l-emendi għar-riżoluzzjonijiet ta' kompromess (dwar id-drittijiet soċjali, ekonomiċi u tal-bniedem tal-migranti fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE u dwar il-kriżi fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika): it-Tlieta, 18 ta’ Marzu 2014, f'nofisnhar.

rigward talbiet dwar metodi ta' votazzjoni: l-Erbgħa d-19 ta' Marzu 2014 fl-10.00 ta' filgħodu, bil-miktub.

Kelliema: Michael Gahler.

Christophe Apala Pen’apala Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) informa l-Assemblea li Gabon se jospita t-12-il laqgħa reġjonali.

4.   Tema urġenti nru 1: id-drittijiet soċjali, ekonomiċi u tal-bniedem tal-migranti fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE

Kelliema: Roberto Ridolfi (il-Kummissjoni Ewropea), Boniface Yehouetome (Benin), Edit Bauer, Ahamada Chanfi Djaé (il-Komoros), Musa Hussein Naib (l-Eritrea), Catherine Bearder, Netty Baldeh (il-Gambja), Alban Sumana Kingsford Bagbin (il-Gana), Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Ana Rita Geremias Sithole (il-Możambik), Slavi Binev, Abdourahamane Chegou (in-Niġerja), Mariya Gabriel, Adjedoue Weidou (iċ-Ċad) u Michael Gahler.

Il-membri enfasizzaw li l-migrazzjoni hija fenomenu naturali globali li għandha diversi kawżi ta' għeruq, fosthom il-faqar u l-kunflitt, iżda titnissel ukoll minn aspirazzjonijiet tal-individwali għal ħajja aħajr. Il-kelliema enfasizzaw li minkejja li l-migrazzjoni kellha diversi impatti fuq il-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni, jinħtieġu risposti komuni. Huma fakkru fl-avvenimenti traġiċi li wasslu għat-telf ta' ħajjiet u talbu għal kooperazzjoni AKP-UE aktar b'saħħitha biex jiġi żġurat l-akbar rispett għad-drittijiet tal-migranti u għall-intensifikazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem. Il-Membri talbu wkoll għal attenzjoni speċjali għar-refuġjati u għat-tisħiħ tal-kanali tal-migrazzjoni legali.

5.   Integrazzjoni reġjonali u modernizzazzjoni tad-dwana għal żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi tal-AKP, b'kooperazzjoni mal-UE-{}-

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ

Korapporteurs: Piet Van Der Walt (in-Namibja) u Oldřich Vlasák

Piet Van Der Walt (in-Namibja) u Peter Štastný (li qed jieħu post Oldřich Vlasák) ippreżentaw ir-rapport.

Kelliema: Mo-Mamo Karerwa (Burundi), Peter Štastný, Norbert Neuser, Olle Schmidt, Alban Sumana Kingsford Bagbin (il-Gana), Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Sábado Teresa Malendza (Mozambique), Abdourahamane Chegou (in-Niġerja), Adjedoue Weidou (iċ-Ċad), Michael Gahler, Komi Selom Klassou (it-Togo), Kennedy K. Hamudulu (iż-Zambja), Mohammed Mukhtar Ahmed (in-Niġerja) u Roberto Ridolfi (il-Kummissjoni Ewropea).

Il-Membri enfasizzaw l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali f'affarijiet doganali f'termini ta' trawwim tal-integrazzjoni reġjonali. Huma enfasizzaw l-irwol vitali li l-amministrazzjonijiet doganali għandhom fil-ġbir ta' dazji u taxxi, iżda enfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom fil-pajjiżi tal-AKP bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-flussi tal-kummerċ u jittejbu miżuri ta' infurzar, inkluż fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u reati oħra. Membri laqgħu l-ftehim tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ tad-Disa' Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Bali, immirat lejn it-tnaqqis tal-burokrazija u t-tħaffif tal-approvazzjoni doganali. Il-membri talbu għal assistenza fl-implimentazzjoni tagħha (eż. permezz tal-Għajnuna għall-Kummerċ).

Piet Van Der Walt (Namibja) u Peter Štastný (li qed jieħu post Oldřich Vlasák) għalqu d-dibattitu.

6.   Tema urġenti nru 2: il-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Kelliema: Vincent Ringenberg (EEAS), Mo-Mamo Karerwa (il-Burundi), Mariya Gabriel, Gberi Kombo (il-Kamerun), Miguel Ángel Martínez Martínez, Dambert René Ndouane (Repubblika tal-Kongo), Louis Michel, Christophe Apala Pen’apala Lutundula (Repubblika Demokratika tal-Kongo), Mohammed Mukhtar Ahmed (in-Niġerja), Netty Baldeh (il-Gambja), Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Abdourahamane Chegou (in-Niġerja), Michael Gahler, Adjedoue Weidou (iċ-Ċad), Komi Selom Klassou (Togo), Jacob Oulanyah (Uganda), Peter Štastný and Laurent N’gon-Baba (Repubblika tal-Afrika Ċentrali).

Il-membri talbu azzjoni rapida mill-komunità internazzjonali fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, u faħħru l-pajjiżi involuti fl-isforzi kontinwi għall-iżvilupp umanitarju u tas-sigurtà. Il-kelliema enfasizzaw il-ħtieġa li jerġgħu jiġu stabbiliti l-paċi u s-sigurtà u biex jiġi żgurat finanzjament adegwat għar-ristawr tal-istat tad-dritt u s-servizzi pubbliċi bażiċi. Il-membri kkundannaw l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, waqt li saħqu l-importanza tal-ġlieda kontra l-impunità u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet għar-ritorn tar-refuġjati. Huma esprimew l-appoġġ tagħhom għall-mexxejja tranżitorji tar-Repubblika tal-Afrika Ċentrali u enfasizzaw li l-komunità internazzjonali għandha tiżgura li l-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali jistgħu jsiru kif skedat.

7.   Rapport tas-sħab ekonomiċi u soċjali

Preżentazzjoni ta' Xavier Verboven, President tal-Kumitat ta' Segwitu tal-AKP, Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Is-Sur Verboven ipprovda aġġornament dwar laqgħa ta' netwerk bejn l-UE u l-Afrika tal-partijiet interessati ekonomiċi u soċjali li saret fil-4-5 ta' Marzu 2014, u enfasizza l-importanza tal-impjieg taż-żgħażagħ, il-protezzjoni soċjali, is-sigurtà alimentari u l-isfidi tal-migrazzjoni.

Il-membri laqgħu l-kooperazzjoni kontinwa fost is-soċjetajiet ċivili kemm tal-pajjiżi tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi tal-AKP, u enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata sinerġija aħjar bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

Kelliema: Adjedoue Weidou (iċ-Ċad), Ousmane Kaba (il-Ginea) u Miguel Ángel Martínez Martínez.

Is-Sur Verboven għalaq id-dibattitu.

(Is-seduta ntemmet fis-18.25 p.m)

Fitz A. JACKSON

Louis MICHEL

Kopresidenti

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kosegretarji Ġenerali


2.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 345/5


ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KONKLUŻ BEJN IL-MEMBRI TAL-GRUPP TAL-ISTATI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU, MINN NAĦA, U TAL-UNJONI U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, IT-18 TA’ MARZU 2014

2014/C 345/02

Werrej

1.

Sorsi tal-enerġija rinnovabli u t-tibdil fil-klima: sfidi tekonoloġiċi u umani għall-pajjiżi tal-AKP – esperjenza Griega u Ewropea

2.

Sessjonijiet ta’ ħidma – rapport fil-qosor

3.

Estrazzjoni għaż-żejt u l-minerali minn qiegħ il-baħar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli

4.

Il-ġlieda kontra l-AIDS

5.

Dikjarazzjoni mis-Sur Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp

6.

Dibattitu ma’ Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp (-proċedura “catch-the-eye)

7.

Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni

8.

Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati fis-26 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

9.

Il-firxa globali tat-terroriżmu: ir-rwol tal-Internet u l-midja soċjali Kumitat dwar Affarijiet Politiċi

10.

Rapport dwar il-11-il Laqgħa Reġjonali

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, it-18 TA’ MARZU 2014

Is-seduta nfetħet fid-09.15 ta’ filgħodu

PRESIDENZA: Fitz A. JACKSON

Kopresident

1.   Sorsi tal-enerġija rinnovabbli u t-tibdil fil-klima: sfidi tekonoloġiċi u umani għall-pajjiżi tal-AKP – esperjenza Griega u Ewropea

Skambju ta’ fehmiet ma’ Kyriakos Gerontopoulos, Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin, il-Greċja

Kyriakos Gerontopoulos, Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġreċja, ta preżentazzjoni dwar is-suġġett tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u t-tibdil fil-klima.

Kelliema: Gay Mitchell, Picewell Forbes (Bahamas), Norbert Neuser, Olle Schmidt, Abdourahamane Chegou (Niger), Komi Selom Klassou (Togo), Makhosini Hlongwane (Zimbabwe), Christa Klaß, Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju) and Ana Rita Geremias Sithole (il-Możambik).

Il-membri talbu aktar investiment kemm fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll fil-miżuri preventivi bħalma huma t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Huma talbu koordinazzjoni aħjar bejn l-Unjoni Ewropea u l-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri għall-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi. Ġie ssuġġerit ukoll li l-programmi ta’ skambji universitarji u arranġamenti ta’ ġemellaġġ għandhom jiġu żviluppati sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-għarfien u tal-kompetenza.

Is-Sur Gerontopoulos għalaq id-dibattitu.

2.   Sessjonijiet ta’ ħidma – rapport fil-qosor

Ir-rapporteur, Arnaldo Álvaro Ramos (il-Kap Verde), rrappurta oralment dwar is-sessjoni ta’ ħidma “Appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat u l-promozzjoni tal-investimenti f’sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi tal-AKP”.

Din is-sessjoni ta’ ħidma eżaminat soluzzjonijiet ta’ finanzjament u teknoloġiċi innovattivi kif ukoll l-aħjar prattiki mmirati biex jagħlqu id-distakk enerġetiku billi jisfruttaw l-potenzjal tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Kelliema: Kopresident Fitz A. Jackson.

3.   Estrazzjoni għaż-żejt u l-minerali minn qiegħ il-baħar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

Korapporteurs: Joe Koim Komun (Papwa Ginea Ġdida) u Christa Klaß

Joe Koim Komun (Papwa Ginea Ġdida) u Horst Schnellhardt (minflok Christa Klaß) ippreżentaw ir-rapport.

Kelliema: Alban Sumana Kingsford Bagbin (il-Gana), Jutta Haug, Dharamkumar Seeraj (il-Gujana), Olle Schmidt, Ousmane Kaba (il-Ginea), Mohamed El Moctar Zamel (il-Mawritanja), Carlos Manuel (il-Możambik), Lautafi Fio Selafi Purcell (Samoa), Peter Štastný, Ibrahim Bundu (Sjerra Leone), Adjedoue Weidou (iċ-Ċad), Maria Fernanda Lay (Timor Leste), Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju) and Armando Astudillo González (il-Kummissjoni Ewropea).

Il-Membri nnotaw l-opportunitajiet u l-isfidi tal-minjieri għaż-żejt u l-minerali f’qiegħ il-baħar. Huma enfasizzaw il-kontribut tar-rapport għat-tiswir ta’ dan il-qasam emerġenti u l-ħtieġa li parlamenti nazzjonali jiżviluppaw oqfsa regolatorji li jiżguraw l-akbar rispett għall-istandards ambjentali, kif ukoll it-trasparenza ta’ kuntratti ta’ sfruttament u r-ritorn tad-dħul lill-komunitajiet lokali. Il-membri enfasizzaw li l-iżvilupp tal-kapaċità, it-taħriġ u t-trasferimenti tat-teknoloġija huma essenzjali biex jiżguraw li attivitajiet fil-minjieri f’qiegħ il-baħar jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli.

Joe Koim Komun (Papwa Ginea Ġdida) għalaq id-dibattitu.

4.   Il-ġlieda kontra l-AIDS

Dibattitu ewlieni

Michel Sidibe, Direttur Eżekuttiv tal-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV u l-AIDS (UNAIDS), ta preżentazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-ġlieda kontra l-AIDS.

Kelliema: Mariya Gabriel, Michael Cashman, Achille Marie Joseph Tapsoba (Burkina Faso), Nathalie Griesbeck, Dambert René Ndouane (ir-Repubblika tal-Kongo), Musa Hussein Naib (l-Eritrea), Alban Sumana Kingsford Bagbin (il-Gana), Michel Sidibé, Picewell Forbes (il-Baħamas), Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Louis Michel, Abdourahamane Chegou (in-Niġer), Horst Schnellhardt, Mohammed Mukhtar Ahmed (in-Niġerja), Gay Michell, Ibrahim Bundu (Sjerra Leone), Komi Selom Klassou (it-Togo), Jacob Oulanyah (l-Uganda), Kennedy K. Hamudulu (iż-Żambja), Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe), Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju) u Christophe Apala Pen’Apala Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

Il-Membri faħħru l-isforzi tal-ġlieda globali kontra l-HIV/AIDS taħt it-tmexxija u l-viżjoni tal-UNAIDS. Infaħħra bħala storja ta’ suċċess ta’ Solidarjetà Globali, il-kampanja hija prova li ż-żieda fir-riżorsi domestiċi u l-impenn, fit-tmexxija u attiviżmu globali ta’ livell bażiku. Il-Membri emfasizzaw li l-impenn attiv tal-ġenerazzjonijiet żgħażugħa, inizjattivi ta’ informazzjoni, il-prevenzjoni u l-aċċess effettiv għal trattament, inklużi l-popolazzjonijiet rurali l-aktar vulnerabbli, huma kruċjali biex ikompli jsir progress biex l-għan ta’ żero infezzjonijiet ġodda, isir realtà. Kien hemm dibattitu animat dwar il-kwistjoni kontroversjali tal-liġijiet fl-Uganda u n-Niġerja li jiddiskriminaw kontra gruppi ta’ minoranza, inklużi l-omosesswali. Kważi il-membri kollha tennew l-appoġġ tagħhom għall-għażliet leġiżlattivi ta’ tolleranza tal-pajjiżi individwali tagħhom b’kunsiderazzjoni għad-diversità kulturali. Oħrajn beżgħu li kwalunkwe att li jwassal għal stigmatizzazzjoni jista’ jipperikola l-aċċess għat-trattament u l-kura u l-isforzi kollha biex tintemm l-epidemija.

Michel Sidibé wieġeb il-mistoqsijiet li saru mill-membri.

(Is-seduta ġiet aġġornata fil-13.05 u kompliet fit-15.00)

Fitz A. JACKSON

Louis MICHEL

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kopresidenti

Kosegretarji Ġenerali

PRESIDENZA: Louis MICHEL

Kopresident

5.   Dikjarazzjoni minn Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni Ewropea b’responsabbiltà għall-iżvilupp

Is-Sur Piebalgs evalwa l-progress li sar minn mindu ġew adottati l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Huwa faħħar il-ħidma tal-Grupp ta’ Ħidma Miftuħ dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-kontribut siewi tal-pajjiżi tal-AKP fit-tiswir tal-qafas wara l-2015. Is-Sur Piebalgs fakkar li filwaqt li, f’kuntest globali li qed jinbidel malajr u profondament, ħafna pajjiżi kienu kisbu tkabbir, ħafna oħrajn kienu għadhom qed jitħabtu biex jiżviluppaw. L-Unjoni Ewropea pprovdiet appoġġ sinifikanti permezz ta’ finanzjament ta’ kooperazzjoni. L-aġenda tagħha għall-Bidla u l-impenn tagħha għal koerenza politika ippermettew li l-għajnuna tkun iffukati fuq pajjiżi ifqar. Bl-istess mod, il-valuri universali bħal non-diskriminazzjoni kellhom ikunu rispettati Il-Kummissarju talab djalogu miftuħ dwar kwistjonijiet li jifirdu f’dan ir-rigward fix-xhieda tal-maturità tas-sħubija bejn il-pajjiżi tal-AKP u l-UE.

6.   Dibattitu ma’ Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-iżvilupp – proċedura (“catch-the eye”)

L-iskambju ta’ fehmiet iffoka fuq suġġetti fosthom: Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kuba; id-drittijiet tal-minoranzi sesswali skont il-Ftehim ta’ Cotonou; l-effikaċja tal-proġetti għall-iżvilupp; appoġġ għall-SMEs u titjib fis-sjieda tal-proprjetà fil-kuntest tal-miri ta’ żvilupp sostenibbli; l-importanza tal-infrastruttura u t-tranżizzjoni għall-enerġija ekoloġika; appoġġ għas-settur privat u l-ħolqien tal-impjiegi; finanzjament għall-produtturi agrikoli żgħar; il-potenzjal futur ta’ servizzi bankarji agri; u l-isfida li pajjiżi jżgħar jattiraw investimenti ta’ skala kbira.

Kelliema: Miguel Angel Martínez Martínez, Michael Cashman, Mohamed El Moctar Zamel (il-Mawritanja), Gay Mitchell, Horst Schnellhardt, Arnaldo Andrade Ramos (il-Kap Verde), Dalton Tagelagi (Nju), Ahamada Soukouna (Mali), Ousmane Kaba (il-Papwa Ginea Ġdida) and Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju).

Il-Kummissarju Piebalgs wieġeb il-mistoqsijiet imqajma mill-membri skont il-proċedura “catch-the-eye”.

7.   Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni Ewropea

Total ta’ 16 mistoqsija tressqu lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni kienet wieġbet għall-mistoqsijiet bil-miktub. Il-Kummissarju ta tweġibiet orali għall-mistoqsijiet supplimentari mressqa mill-awturi li ġejjin:

 

Mistoqsija Nru 5 minn Mariya Gabriel dwar l-impenn tal-UE fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b’mod partikolari fil-Lvant tal-pajjiż;

 

Mistoqsija Nru 6 minn Olle Schmidt dwar it-traffikar tal-bnedmin fid-deżert ta’ Sinaj.

 

Mistoqsija Nru 9 minn Michael Cashman dwar leġiżlazzjoni li tikkrimina l-omosesswalità u l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou;

 

Mistoqsija Nru 10 mill-pajjiżi Horst Schnellhardt dwar il-Ġlieda kontra l-Faqar permezz ta’ sforzi tagħhom stess;

 

Mistoqsija Nru 11 minn Fiona Hall (issostitwita minn Olle Schmidt) dwar il-pastoraliżmu.

L-awturi tal-Mistoqsijiet Nri 1, 3, u 4 ma kellhomx mistoqsijiet supplimentari.

L-awturi tal-Mistoqsijiet Nri 2, 7, 8, 12, 13, 14, 15 u 16 ma kinux preżenti.

8.   Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati fis-26 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Dokument dwar is-segwitu għar-riżoluzzjonijiet adottati f’Addis Ababa kien ġie trażmess lill-Assemblea. Il-Kopresident irringrazzja lis-Sur Andris Piebalgs, membru tal-Kummissjoni Ewropea b’responsabilità għall-iżvilupp, għax-xogħol kuxjenzjuż u l-impenn profond tiegħu matul il-mandat tiegħu ta’ ħames snin.

9.   Il-firxa globali tat-terroriżmu: ir-rwol tal-Internet u l-midja soċjali

Korapporteurs: Moses Kollie (Liberja) u Zita Gurmai

Mosè Kollie (Liberja) u Miguel Angel Martínez Martínez (li ħadet post Zita Gurmai) ippreżenta r-rapport.

Il-Membri enfasizzaw l-importanza tal-Internet u netwerks soċjali bħala għodda b’potenzjal benefiku enormi għas-soċjetajiet kemm pajjiżi tal-AKP kif ukoll tal-UE. Madankollu, huma ddikjaraw li dawn l-għodda qegħdin jiġu abbużati minn għadd żgħir ta’ nies għall-propogazzjoni ta’ ideoloġiji estremisti u l-organizzazzjoni ta’ attakki terroristiċi. Il-memberi talbu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu ostakolati attivitajiet kriminali onlajn. Huma wissew kontra gvernijiet li jużaw it-theddida tat-terroriżmu bħala skuża għar-restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali. L-isfida hija li titfassal u tġi implimentata leġiżlazzjoni ta’ natura bilanċjata li tippermetti l-ġlieda effettiva kontra t-terroriżmu filwaqt li tissalvagwardja d-drittijiet tal-privatezza u attivitajiet politiċi leġittimi.

Kelliema: Boniface Yehouetome (Benin), Mariya Gabriel, Mohamed Youssouf Goumaneh (Djibouti), Abadula Gemeda Dago (l-Etijopja), Olle Schmidt, Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Mohamed El Moctar Zamel (il-Mawritanja), Mohammed Mukhtar Ahmed (in-Niġerja), Michael Gahler, Abdirizak Osman Hassan (is-Somalja), Mahamat Togoi Tekilio (iċ-Ċad), Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe) u Vincent Ringenberg (SEAE).

Moses Kollie (il-Liberja) u Miguel Ángel Martínez Martínez għalqu d-dibattitu.

10.   Rapport dwar il-11-il Laqgħa Reġjonali (Reġjun tal-Afrika tal-Lvant) li sar f’Port Louis (il-Mawrizju) mit-12 sal-14 ta’ Frar 2014 – rapport mill-Kopresidenti

Kopresident Fitz A. Jackson. Jackson irrapporta oralment dwar il-laqgħa reġjonali, fejn enfasizza s-soġġetti ewlenin li ġew diskussi.

Il-Membri rringrazzjaw u kkongratulaw il-Mawrizju tgħall-organizzazzjoni ta’ suċċess tal-laqgħa. Huma esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għad-dibattiti, li kienu ffukati inter alia fuq l-importanza tal-integrazzjoni reġjonali, it-theddida tat-terrorożmu u l-piraterija, u l-produzzjoni taz-zokkor fil-pajjiżi tal-AKP

Kelliema: Christa Klaß, Kopresident Louis Michel, Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju), Miguel Ángel Martínez Martínez u Kopresident Fitz A. Jackson.

(Is-seduta ntemmet fil-17.35)

Fitz A. JACKSON

Louis MICHEL

Kopresidenti

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Ko-Segretarji Ġenerali


2.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 345/9


ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KONKLUŻ BEJN IL-MEMBRI TAL-GRUPP TAL-ISTATI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU, MINN NAĦA, U TAL-UNJONI U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA

MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, ID-19 TA' MARZU 2014

2014/C 345/03

Werrej

1.

Dikjarazzjoni minn Kyriakos Gerontopoulos, Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Greċja u President fil-kariga tal-Kunsill tal-UE

2.

Dikjarazzjoni minn Mwigulu Lameck Nchemba, Deputat Ministru tal-Finanzi tat-Tanzanija u l-President fil-Kariga tal-Kunsill AKP

3.

Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill

4.

Dibattitu mal-Kunsill – proċedura “catch-the-eye”

5.

Sfidi u opportunitajiet fil-kisba ta' għanijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi tal-AKP

6.

Il-qagħda attwali tan-negozjati tad-WTO

7.

Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni inklużi fir-rapporti ppreżentati mit-tliet kumitati permanenti

8.

Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni urġenti

9.

Kwistjonijiet varji

10.

Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta ta' wara nofsinhar ta' nhar tat-Tnejn, 17 ta' Marzu 2014 u tas-seduti ta' filgħodu u ta' wara nofsinhar tat-Tlieta, it-18 ta' Marzu

11.

Data u post tat-28 Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Anness I

Lista alfabetika tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Anness II

Reġistru tal-attendenza tas-sessjoni fi Starsbourgu (fi Franza) bejn is-17 u d-19 ta' Marzu 2014

Anness III

Akkreditar tad-delegati mhux parlamentari

Anness IV

Testi adottati

Riżoluzzjoni dwar il-firxa globali tat-terroriżmu: ir-rwol tal-Internet u l-midja soċjali (AKP-UE/101.544/14/fin.)

Riżoluzzjoni dwar l-integrazzjoni reġjonali u l-modernizzazzjoni tad-dwana għal żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi AKP, b’kooperazzjoni mal-UE (AKP-UE/101.547/14/fin.)

Riżoluzzjoni dwar l-estrazzjoni għaż-żejt u l-minerali minn qiegħ il-baħar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli (ACP-EU/101.546/14/fin.)

Riżoluzzjoni dwar id-drittijiet soċjali, ekonomiċi u tal-bniedem tal-migranti fil-pajjiżi AKP u tal-UE (AKP-EU 101.674/14/fin.)

Riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (AKP-EU/101.675/14/fin.)

MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, 19 TA' MARZU 2014

(Is-seduta nfetħet fid-9.05)

PRESIDENZA: Fitz A. JACKSON

Kopresident

1.   Dikjarazzjoni minn Kyriakos Gerontopoulos, Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Greċja u President fil-kariga tal-Kunsill tal-UE

Kyriakos Gerontopoulos jispjega kwistjonijiet ewlenin ta' interess komuni għall-UE u l-Afrika, inklużi dawk fuq l-aġenda tas-Summit bejn l-UE u l-Afrika u l-laqgħa tal-Kunsill AKP-UE li se ssir f'Ġunju 2014. Huwa ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza, inkluż il-qafas ta' żvilupp ta' wara l-2015, il-migrazzjoni, u l-kontribuzzjoni tas-settur privat għall-iżvilupp. Huwa enfasizza wkoll l-appoġġ tal-UE għall-integrazzjoni reġjonali kif previst fil-programmar tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp fir-reġjuni tal-Paċifiku u tal-Karibew. Is-Sur Gerontopoulos enfasizzaw ukoll li r-relazzjoni mal-Karibew kienet dejjem marbuta aktar ma' kwistjonijiet globali bħas-sigurtà u l-klima.

2.   Dikjarazzjoni minn Mwigulu Lameck Nchemba, Deputat Ministru tal-Finanzi tat-Tanzanija u l-President fil-Kariga tal-Kunsill AKP

Mwigulu Lameck Nchemba enfasizza l-appoġġ tal-grupp tal-pajjiżi tal-AKP għall-istabbiliment mill-ġdid tal-paċi u l-istat tad-dritt fir-ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, filwaqt li rrikonoxxa wkoll il-kontribut tal-UE u l-appoġġ tagħha permezz Fond għall-Paċi fl-Afrika. Huwa nnota li kwistjonijiet kummerċjali relatati mal-banana, iz-zokkor u l-qoton kienu fost il-punti li ġew diskussi mill-Ministri AKP, u enfasizza li l-UE għandha tindirizza t-tħassib tal-pajjiżi tal-AKP, fejn talab ukoll sussidji għall-produtturi tal-qoton Ewropej li jkunu iktar diżakkoppjati mill-produzzjoni. Huwa enfasizza progress fin-negozjati għal Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, filwaqt li enfasizza li għadu importanti li t-tħassib tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġi indirizzat anke wara l-konklużjoni ta' ftehimiet u biex tissaħħaħ il-fokus ta' żvilupp tagħhom.

3.   Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill

Mwigulu Lameck Nchemba wieġeb f'isem il-Kunsill tal-AKP għall-mistoqsijiet li ġejjin:

 

Mistoqsija 1 minn Horst Schnellhardt dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel;

 

Mistoqsija 3 minn Mariya Gabriel dwar it-tnaqqis fl-imwiet tal-ommijiet u tat-trabi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

 

Mistoqsija nru 4 minn Olle Schmidt dwar il-libertà tal-kelma fil-pajjiżi tal-AKP.

 

L-awturi tal-mistoqsijiet Nru 1, 3 u 4 ma kellhomx mistoqsiji supplementari.

 

L-awturi tal-mistoqsijiet nri 2 u 5 ma kinux preżenti.

 

Kyriakos Gerontopoulos wieġeb f'isem il-Kunsill tal-UE għall-mistoqsijiet li ġejjin u dawk supplimentari:

 

Mistoqsija 6 minn Horst Schnellhardt dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel;

 

Mistoqsija 7 minn Enrique Guerrero Salom dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Sudan;

 

Mistoqsija 8 minn Gay Mitchell dwar il-kunflitt fir-ir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

 

Mistoqsija 11 minn Jo Leinen (li ġie sostitwit mill Norbert Neuser) dwar l-aġenda għall-iżvilupp wara l-2015;

 

Mistoqsija 13 minn Mariya Gabriel dwar it-tnaqqis fl-imwiet tal-ommijiet u tat-trabi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

 

Mistoqsija 14 minn Patrice Tirolien (Sostitwit minn Miguel Ángel Martínez Martínez) dwar finanzjament għall-iżvilupp u t-tibdil fil-klima;

 

Mistoqsija 15 minn James Kembi-Gitura (Kenja) dwar l-evażjoni tat-taxxa minn korporazzjonijiet multinazzjonali.

 

L-awturi tal-mistoqsijiet Nru 6, 13, 14 u 15 ma kellhom l-ebda mistoqsija supplimentari.

 

L-awturi tal-mistoqsijiet Nru 9, 10, 12, 14 u 16 ma kinux preżenti.

4.   Dibattitu mal-Kunsill – proċedura “catch-the-eye”

Kelliema: Musa Hussein Naib (l-Eritrea), Laurent N’Gon-Baba (ir-Repubblika Ċentru-Afrikana) u Mohamed El Moctar Zamel (il-Mawritanja).

Kyriakos Gerontopoulos ħa nota tal-apprezzament tal-Membri tal-azzjonijiet tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-motiv li titħaffef il-mobilizzazzjoni tal-missjoni EUFOR CAR. Huwa enfasizza l-importanza tal-libertà tal-midja, inkluż fil-pubblikazzjoni ta' dak liema l-politiċi jitiqiesu bħala żleali. Bi tweġiba għal tħassib dwar il-kapaċità ta' assorbiment tal-għajnuna u proċeduri ta' piż żejjed, huwa enfasizza li l-Kummissjoni kienet fi djalogu kostanti mal-pajjiżi benefiċjarji u dik il-kooperazzjoni teħtieġ tkun ibbażata fuq ftehim reċiproku.

5.   Sfidi u opportunitajiet fil-kisba ta' għanijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi tal-AKP

Dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

Alice P. Alice P. Albright (Uffiċjal Kap Eżekuttiv, Is-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni) għamel preżentazzjoni dwar il-kriżi fil-finanzjament tal-edukazzjoni u l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali ta' nuqqas ta' edukazzjoni ta' kwalità.

Kelliema: Boniface Yehouetome (il-Benin), Mariya Gabriel, Enrique Guerrero Salom, Achille Marie Joseph Tapsoba (il-Burkina Faso), Mo-Mamo Karerwa (Burundi), Koffi Didier Baudoua-Kouadio (il-Côte d’Ivoire), Musa Hussein Naib (l-Eritrea), Netty Baldeh (il-Gambja), Ousmane Kaba (il-Ginea), Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Ana Rita Geremias Sithole (il-Możambik), Abdourahamane Chegou (in-Niġer), Piet Van Der Walt (in-Namibja), Kennedy K. Hamudulu (iż-Żambja), Edit Bauer and Luis Riera Figueras (il-Kummissjoni Ewropea).

Il-Membri AKP enfasizzaw l-isforzi tal-pajjiżi tagħhom biex itejbu l-edukazzjoni u enfasizzaw il-ħtieġa li jiżdied l-investiment fit-taħriġ vokazzjonali, b'attenzjoni partikolari fuq il-ħiliet tal-għalliema, li tiżdied ir-reġistrazzjoni bit-tneħħija tat-tariffi, permezz ta' teknoloġiji ġodda u li l-istudenti jsiru litterati fl-IT sabiex ittejjeb l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Il-Membri tkellmu dwar rabta aħjar bejn l-edukazzjoni u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-trawwim tal-inizjattiva intraprenditorjali, u li tiġi żgurata kemm l-edukazzjoni fit-tfulija bikrija għall-indirizzar tal-inugwaljanzi kif ukoll l-edukazzjoni tal-adulti għal dawk li ma setgħux jibbenefikaw minn edukazzjoni ta' kwalità f'żogħżithom.

6.   Il-qagħda attwali tan-negozjati tad-WTO

Dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

Yonov Frederick Agah (Deputat Direttur-Ġenerali tad-WTO) ta preżentazzjoni dwar is-suġġett “tal-pakkett Bali” dwar l-iffaċilitar tal-kummerċ, l-agrikoltura u l-iżvilupp miftiehem fid-9 Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Diċembru 2013.

Kelliema: Netty Baldeh (il-Gambja), Kennedy K. Hamudulu (iż-Żambja), Olle Schmidt, Ko-President Fitz A. Jackson, Yonov Frederick Agah u Paolo Garzotti (il-Kummissjoni Ewropea).

Filwaqt li xi Membri tal-pajjiżi tal-AKP esprimew xettiċiżmu, il-biċċa l-kbira tal-kelliema laqgħu tajjeb il-ftehim, kif wkoll l-elementi oħra “tal-pakkett Bali” immirati biex iżidu l-kummerċ sabiex jinħolqu l-impjiegi u jitnaqqas il-faqar. Il-membri enfasizzaw l-importanza li jiżdied il-valur għall-merkanzija fil-pajjiżi tal-AKP u talab lill-imsieħba tal-UE jirrispettaw l-impenji tagħhom li jipprovdu għajnuna adegwata, inkluż Għajnuna għall-Kummerċ.

(Is-seduta ġiet aġġornata fis-12.40 p.m u kompliet fit-15.00)

Fitz A. JACKSON

Louis MICHEL

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kopresidenti

Kosegretarji Ġenerali

PRESIDENZA: Louis MICHEL

Kopresident

7.   Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti ppreżentati mit-tliet kumitati permanenti

Il-Kopresident fakkar lill-Assemblea dwar il-proċeduri ta' votazzjoni.

Il-firxa globali tat-terroriżmu: ir-rwol tal-Internet u l-midja soċjali (AKP-UE/101.544/14/fin.)

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi

Rapport minn Moses Kollie (il-Liberja) u Zita Gurmai

Emendi adottati: 1, 2.

Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata unanimament.

Integrazzjoni reġjonali u modernizzazzjoni tad-dwana għal żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi tal-AKP, b'kooperazzjoni mal-UE (AKP-EU/101.547/14/fin.)

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ

Piet Van Der Walt (in-Namibja) u Oldřich Vlasák

Ma tressqet l-ebda emenda

Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata unanimament.

Riżoluzzjoni dwar l-estrazzjoni għaż-żejt u l-minerali minn qiegħ il-baħar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli (ACP-EU/101.546/14/fin.)

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

Rapport minn Joe Koim Komun (il-Papwa Ginea Ġdida) u Christa Klaß

Ma tressqet l-ebda emenda

Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata unanimament.

8.   Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni urġenti

Id-drittijiet soċjali, ekonomiċi u tal-bniedem tal-migranti fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE (AKP-EU/101.674/14/fin.)

Ma tressqet l-ebda emenda

Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata unanimament.

Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (AKP-EU/101.675/14/fin.)

Emendi adottati: 1 emenda orali.

Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata unanimament.

9.   Kwistjonijiet varji

Kelliema: Jacob Oulanyah (l-Uganda), Mohamed Y Goumaneh (Djibouti), Abdirizak Osman Hassan (is-Somalja) u Fitz A. Jackson (Kopresident)

Il-Membri talbu dikjarazzjoni mill-Kopresidenti li tikkundanna l-attakk mill al-Shabaab fit-18 ta' Marzu 2014 kontra l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) u l-forzi nazzjonali tas-Somalja f'Buulo Burto (is-Somalja).

Il-Membri qajmu l-kwistjoni dwar in-nuqqas ta' servizzi ta' protokoll u tat-trasport fl-ajruport fi Strasburgu, Franza u d-diffikultajiet biex jinkisbu viżi ta' Schengen.

Il-Kopresident ħa nota tal-att terroristiku, esprima l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi u ħabbar li ladarba l-fatti tal-attakk ikunu ċari se toħroġ dikjarazzjoni. Dwar il-viżi ta' Schengen, huwa informa lill-Assemblea li l-gvern tal-Belġju kien se jimpenja ruħu li jttaffi l-għoti ta' viżi u talab lista konsolidata ta' rappreżentanti AKP u l-persunal li qiegħed jipparteċipa fl-Assemblea. Peress li xi pajjiżi ressqu listi estensivi ħafna, kien għadu mhux possibbli li l-lista konsolidata titressaq lill-gvern Belġjan.

Il-kopresident Fitz A. Jackson. Jackson irringrazzja lil Louis Michel talli ma żvijjax u tal-appoġġ u l-impenn profond tiegħu għas-sħubija AKP-UE, u xtaqlu r-risq fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew skedati għat-22-25 ta' Mejju 2014. Il-Kopresident Louis Michel, sellem għall-aħħar darba lil dawk il-Membri tal-Parlament Ewropew li ma kinux se jirritornaw lejn l-Assemblea, fejn semma b'mod partikolari lil Miguel Ángel Martínez Martínez u lil Olle Schmidt.

10.   Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta ta' wara nofsinhar ta' nhar tat-Tnejn, 17 ta' Marzu 2014 u tas-seduti ta' filgħodu u ta' wara nofsinhar tat-Tlieta, it-18 ta' Marzu

Il-minuti ġew approvati.

11.   Data u post tat-28 Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

It-28 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta se ssir mis-1 sad-3 ta' Diċembru fi Port Vila, Vanuatu.

Il-Kopresident irringrazzja lill-Membri, lill-ko-segretarjat, l-interpreti, lill-gruppi politiċi u l-istaff għall-ħidma tagħhom matul is-sessjoni, u b'mod partikolari lill-President Schulz għad-dedikazzjoni u l-appoġġ kostanti tiegħu rigward il-ħidma tal-Assemblea u talli għin biex din il-laqgħa tkun ta' suċċess.

(Is-seduta għalqet fit-15.35)

Fitz A. JACKSON

Louis MICHEL

Kopresidenti

Alhaj Muhammad MUMUNI u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kosegretarji Ġenerali


ANNESS I

LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA

Rappreżentanti tal-AKP

Rappreżentanti tal-PE

JACKSON (JAMAICA), Kopresident

MICHEL, Kopresident

 

 

ANGOLA

ALFONSI

ANTIGWA U BARBUDA

ALVES

BAĦAMAS

BAUER

BARBADOS (VP)

BEARDER

BELIŻE

BICEP

IL-BENIN

BULLMANN

IL-BOTSWANA

CALLANAN

IL-BURKINA FASO

CARVALHO

IL-BURUNDI

CASA

IL-KAMERUN

CASINI

IL-KAP VERDE

CASPARY

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

CASTEX

IĊ-ĊAD (VP)

CHRISTENSEN

IL-KOMOROS

COELHO

IL-KONGO (ir-Repubblika tal-Kongo) (VP)

DE KEYSER

Il-KONGO (Repubblika tal-)

DELVAUX

IL-GŻEJJER COOK

DE MITA

IL-CÔTE D’IVOIRE

DE SARNEZ

ĠIBUTI

DURANT

DOMINIKA

ENGEL

IR-REPUBBLIKA DOMENIKANA

ESTARÀS FERRAGUT

ERITREA

FERREIRA, Elisa

L-ETJOPA (VP)

FERREIRA, João

FIĠI

FORD

IL-GABON

GABRIEL

IL-GAMBJA

GAHLER (VP)

IL-GANA

GOERENS (VP)

IL-GRENADA

GRIESBECK

IL-GINEA

GUERRERO SALOM

IL-GINEA BISSAW

HALL

IL-GUJANA

HÄNDEL

ĦAITI

HANNAN

IL-ĠAMAJKA

HAUG

IL-KIRIBATI

JENSEN

LESOTO

JOLY

IL-LIBERJA

KACZMAREK

IL-MADAGASKAR

KLAß (VP)

IL-MALAWI (VP)

KORHOLA

IL-MALI

KUHN

IL-GŻEJJER MARSHALL (Repubblika tal-Gżejjer Marshall)

KURSKI

MAWRITANJA

LEGUTKO

IL-MAWRIZJU

LE PEN

L-Istati Federali tal-MIKRONEŻJA

LÓPEZ AGUILAR

MOŻAMBIK (VP)

LÖVIN

IN-NAMIBJA

McMILLAN-SCOTT

NAURU

MANDERS

IN-NIĠER

MARTIN

IN-NIĠERJA (VP)

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

IN-NJU (VP)

MATO ADROVER

PALAW

MAYER

IL-PAPWA GINEA ĠDIDA

MITCHELL

IR-RWANDA

MIZZI

SAINT KITTS U NEVIS

MOREIRA

SANTA LUĊIJA

NEUSER

SAINT VINCENT U L-GRENADINI

NICHOLSON (VP)

SAMOA

OMARJEE (VP)

SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

OUZKÝ (VP)

SENEGAL (VP)

RIVASI (VP)

IS-SEYCHELLES

ROITHOVÁ

SJERRA LEONE

RONZULLI (VP)

IL-GŻEJJER SOLOMON

SCHLYTER

IS-SOMALJA

SCHMIDT

L-AFRIKA T'ISFEL

SUDANSURINAME (VP)

SCHNELLHARDT

SCOTTÀ

SWAŻILAND

SENYSZYN

IT-TANZANIJA

SPERONI (VP)

TIMOR-LESTE

ŠŤASTNÝ (VP)

IT-TOGO

STRIFFLER

TONGA (VP)

STURDY

TRINIDAD U TOBAGO

TIROLIEN (VP)

TUVALU

TOIA

L-UGANDA

VAUGHAN (VP)

VANWATU

VLASÁK

IŻ-ŻAMBJA

WEBER

IŻ-ŻIMBABWE

WIELAND

 

ZANICCHI

 

ZIMMER


KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

HLONGWANE (ŻIMBABWE), kopresident

CASA, Kopresident

TOPSOBA (BURKINA FASO), VC

KORHOLA, VK

WAIS (ĠIBUTI), VC

CASTEX, VK

 

 

ANTIGWA U BARBUDA

ALFONSI

YEHOUETOME (IL-BENIN)

CALLANAN

IL-KAMERUN

CASINI

NGON-BABA (REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA)

DE KEYSER

CHANFI (KOMOROS)

DURANT

NDOUANE (KONGO, Repubblika tal-)

FERREIRA, ELISA

ZINSOU (IL-CÔTE D’IVOIRE)

GABRIEL

VOCEA (FIĠI)

GAHLER

SEERAJ (IL-GUJANA)

GRIESBECK

ĦAITI

HANNAN

PHILIPS (IL-ĠAMAJKA)

HÄNDEL

ADEN (IL-KENYA)

KACZMAREK

KOLLIE (LIBERJA)

LE PEN

IL-MALAWI

LÓPEZ AGUILAR

SOUKOUNA (MALI)

MANDERS

IL-GŻEJJER MARSHALL

MARTÍNEZ MARTÍNEZ

SITHOLE (IL-MOŻAMBIK)

MOREIRA

NAURU

NICHOLSON

ST VINCENT U L-GRENADINI

ROITHOVÁ

NZOWA (TANŻANIJA)

SCHMIDT

TIMOR-LESTE

SPERONI

KLASSOU (IT-TOGO)

STRIFFLER

LEUELU (TUVALU)

WIELAND


KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U L-KUMMERĊ

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

KHAN (Trinidad u Tobago), Kopresident

CARVALHO, Kopresident

 

 

Uganda, VP

LEGUTKO, VP

Tonga, VP

ALVES, VP

 

 

IL-BARBADOS

BICEP

MOTHALE (BOTSWANA)

BULLMANN

KARERWA (IL-BURUNDI)

CASPARY

ANDRADE RAMOS (IL-KAP VERDE)

ENGEL

WA BASHARA (IL-KONGO (DRC))

FORD

MESSU (IL-GUINEA EKWATORJALI)

GOERENS

DABA (L-ETJOPJA)

GUERRERO SALOM

KABA (IL-GUINEA)

JENSEN

IL-GINEA BISSAW

KUHN

IL-KIRIBATI

MARTIN

MAMANGY (IL-MADAGASCAR)

MATO ADROVER

VAN DER WALT (IN-NAMIBJA)

MAYER

AHMED (IN-NIĠERJA)

McMILLAN-SCOTT

TAGELAGI (NJU)

MICHEL

SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

MITCHELL

SALL (IS-SENEGAL)

MIZZI

IL-GŻEJJER SOLOMON

OMARJEE

ST KITTS U NEVIS

SCHLYTER

LONG (ST LUCIA)

ŠŤASTNÝ

OMER (SUDAN)

STURDY

PANKA (SURINAME)

TIROLIEN

DLAMINI (SWAŻILAND)

WEBER

HAMUDULU (ŻAMBJA)

ZANICCHI


KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U L-AMBJENT

Membri tal-AKP

Membri tal-PE

ROGOMBE (il-Gabon), Kopresident

RIVASI, Kopresident

BALDEH (il-Gambja), VP

BAUER, VP

JIMÉNEZ (ir-Repubblika Dominikana),VP

SCHNELLARDT, VP

 

 

XIRIMBIMBI (ANGOLA)

BEARDER

BAĦAMAS

CHRISTENSEN

PEYREFITTE (IL-BELIŻE)

COELHO

WEIDOU (IĊ-ĊAD)

DELVAUX

IL-GŻEJJER COOK

DE MITA

DOMINIKA

DE SARNEZ

ERITREA

ESTARÀS FERRAGUT

BAGBIN (IL-GANA)

FERREIRA, João

IL-GRENADA

HALL

LESOTO

HAUG

ZAMEL (MAWRITANJA)

JOLY

IL-MAWRIZJU

KLAß

STATI FEDERALI TAL-MIKRONEŻJA

KURSKI

CHEGOU (IN-NIĠER)

LÖVIN

KANAI (PALAW)

NEUSER

KOIM (PAPWA GINEA ĠDIDA)

OUZKÝ

IR-RWANDA

RONZULLI

PURCELL (SAMOA)

SCOTTÀ

POOL (IS-SEYCHELLES)

SENYSZYN

BUNDU (SJERRA LEONE)

TOIA

HASSAN (IS-SOMALJA)

VAUGHAN

L-AFRIKA T'ISFEL

VLASÁK

LENGKON (VANTAW), VP

ZIMMER


ANNESS II

REĠISTRU TA 'ATTENDENZA FIS-SESSJONI FI STRABURGU (FRANZA) mis-17 sad-19 TA' MARZU 2014

(il-Kenja), Kopresident

MICHEL, kopresident

 

 

DE FONTES PEREIRA (l-Angola)

BAUER (1)  (3)

FORBES (il-Baħamas)

BEARDER (1)

MOTLHALE (Botswana)

BINEV (1)

TAPOSOBA (Burkina Faso)

CASHMAN. (1)  (2)(għal TOIA, P.)

MO-MAMO KARERWA (Burundi)

CHRYSOGELOS (2)

GBERI (Kamerun)

GABRIEL

ANDRADE RAMOS (IL-Kap Verde)

GAHLER (VP)

NGON-BABA (Repubblika Ċentru-Afrikana)

GRIESBECK (2)

ALI ABAKAR (Ċad) (VP)

GUERRERO SALOM (3)

IL-KONGO (ir-Repubblika tal-Kongo) (VP)

HAUG

NDOUANE (Kongo, ir-Repubblika tal-)

KLAß (VP)

TOURE (Il-Côte d’Ivoire)

MARTÍNEZ MARTÌNEZ (1)

WAIS (Ġibuti)

MAYER

DAGO (L-Etjopja) (VP)

MITCHELL

VOCEA (Fiġi)

NEUSER

ROGOMBE (il-Gabon)

SCHMIDT

BALDEH (il-Gambja)

SCHNELLHARDT

BAGBIN (il-Gana)

STASTNY (VP)

KABA (il-Ginea)

STRIFFLER

PHILIPS (il-Ġamajka)

ZABORSKA (3)

ADEN (il-Kenja)

 

KOLLIE (il-Liberja)

 

MAMANGY (il-Madagaskar)

 

SOUKOUNA (Mali)

 

ZAMEL (il-Mawritjana)

 

SITHOLE (Możambik) (VP)

 

CHEGOU (in-Niġer)

 

AHMED (in-Niġerja) (VP)

 

TAGELAGI (Nju) (VP)

 

KOMUN (Papwa Ginea Ġdida)

 

UWIMANIMPAYE (Rwanda)

 

SALL (is-Senegal) (VP)

 

POOL (is-Seychelles)

 

BUNDU (Sjerra Leone)

 

HASSAN (is-Somalja)

 

ROTHKEGEL (l-Afrika t'Isfel)

 

PANKA (is-Surinam) (VP)

 

DLAMINI (is-Sważiland)

 

NZOWA (Tanżanija)

 

LAY (Timor Leste)

 

TIGNOKPA (it-Togo)

 

TAIONE (Tonga) (VP)

 

KHAN (Trinidad u Tobago)

 

OULANYAH (l-Uganda)

 

HAMUDULU (iż-Żambja)

 

HLONGWANE (iż-Żimbabwe)

 

(*)

Pajjiż rappreżentat minn persuna li mhijiex membru parlamentari.

Preżenti wkoll:

ANGOLA

XIRIMBIMBI

TEIXEIRA

da CRUZ

AFONSO

NGOMA

CORDEIRO

JAIME

dos SANTOS

BAĦAMAS

JACKSON

IL-BARBADOS

BRATHWAITE

IL-BENIN

TODJINOU

DAYORI

HOUNGNIGBO

BOTON

OGUIDAN

IL-BOTSWANA

MANGOLE

SEEKETSO

SAUBI

IL-BURKINA FASO

OUEDRAOGO ZARE

DOAMBA

BAKIO

IL-BURUNDI

MWIDOGO

NIYUNGEKO

MASUDI

BUCUMI

HABARUGIRA

BAZONYICA

NIYUBAHWE

Jean KAREKEZI

IL-KAMERUN

NAAH ONDOUA

TCHATCHOUNG

AWUDU MBAYA

OWONA KONO

NGAYAP

MBASSA NDINE

ELOUMBA MEDJO

DAOUDA

MBANG EKOUTOU

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

NOUGANGA

ĊAD

ADJI

TEKILO

DINGAOMAIBE

MOG-NANGAR

AFFONO

GUELPINA

IL-KOMOROS

MOHAMED

KONGO, REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA'

MABAYA GIZI AMINE

MUTIRI wa BASHARA

MOLIWA MOLEKO

KONDE VILA-ki-KAKANDA

BASIALA MAKA

KABAMBA WA UMBA

OTSHUMAMPITA ALOKI

EBUA LIHAU

KABWE

VUDISA MBOMGOMPASI

NGINDU KABUNDI BIDUAYA

LUKUKA

KONGO, Repubblika tal-

NDINGA MAKANDA

LIKIBI

DOUMA

NGAMELLA

IL-CÔTE D’IVOIRE

ZINSOU

BAUDOUA-KOUADIO

TOURE

SANGANOKO

ĠIBUTI

GOUMANEH

HASSAN

SAID

BOURHAN ALI

IL-GINEA EKWATORJALI

MOHABA MESSU

TORAO OYO

OBAMA NSUE MENGUE

NGUEMA MANANA

NCHAMA ELA

CHEVOLA BOMALA

ERITREA

TEKLE

L-ETJOPJA

DABA WAKJIRA

DESTA

IL-GABON

MILEBOU AUBUSSON MANGOUALA

MOMBO

RISSONGA

LOUNDOU

IL-GAMBJA

SILLAH

NJIE

KEBBEH

CAMARA

IL-GANA

ASAMOAH

SARKU

OSEI-MENSAH

IL-GINEA

SYLLA

DIALLO

SYLLA

DIALLO

GROVOGUI

IL-KENJA

KEMBI GITURA

JOHNSON

NJIRU

KARWITHA

NDINDIRI

LESOTO

MAHASE-MOILOA

KOTO

MAPHIKE

MOQOLO

IL-MALI

CISSE

HAMATOU

HAIDARA Aïchata CISSE

DIARRASSOUBA

TIMBINE

DIALLO

DIALLO

MAWRITANJA

EL MOKHTAR

WANE

MARRAKCHY

MINT HAMA OULD GHRIB

MOŻAMBIK

MALENDZA

MANUEL

DAVA

MATE

IN-NAMIBJA

NAHOLO

NGHILEEDELE

MUCHILA

IN-NIĠER

ILLO

OUSMANE

TONDY

MAINA

IBRAHIM

ISSAKOU

CAZALICA

IN-NIĠERJA

MADWATTE

IBRAHIM

NSIEGBE

OKORIE

DALHATU

BURAIMO

MAIKASUWA

AUDU

AKPAN

ABDULLAHI

ALHASSAN

IL-PAPWA GINEA ĠDIDA

KALINOE, CSM CBE

BALANGETUMA

ME’ALIN

IR-RWANDA

RUGEMA

IS-SENEGAL

TALL

FALL

LO

DIALLO

SECK

SAMBOU

IS-SEYCHELLES

FOCK TAVE

VEL

SAMSON

SJERRA LEONE

SORIE

LEWALLY

KUYEMBEH

KOROMA

IS-SOMALJA

HASSAN

L-AFRIKA T'ISFEL

ROTHKEGEL

SWART

IS-SUDAN

HASSABELRASOUL

ABDELMAGID

OMER

MOHAMED

OSMAN

SURINAM

TJIN A TSOI

WANGSABESARI

NELSON

NAAR

SWAŻILAND

NHLEKO

IT-TANZANIJA

ZUNGU

MWANJELWA

THOMAS

MARWA

MBISE

YAKUBU

NZOWA

TIMOR-LESTE

BRANCO

SANTOS

FILIPE

MARTINS

TRINIDAD U TOBAGO

KING-ROUSSEAU

JOSEPH

EDWARDS

L-UGANDA

BWAMBALE

AKOL

TANNA

MDHVANI

KIBIRIGE

KAWEESA

KAGORO

VANWATU

JOY

ŻAMBJA

KABWE

NGULUBE

MUBANGA

ŻIMBABWE

CHIKWINYA

MAHLANGU

CHIPARE

JURU

MASARA

KUNSILL AKP

Mwigulu LAMECK NCHEMBA, Deputat Ministru tal-Finanzi (Tanżanija)

IL-KUNSILL TAL-UE

Kyriakos GERONTOPOULOS, Deputat Ministru għall-Affarijiet Barrnin (Greċja)

KUMMISSJONI EWROPEA

Andris PIEBALGS, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-iżvilupp

SERVIZZ EWROPEW GĦALL-AZZJONI ESTERNA

COSTA PEREIRA, Kap tad-Diviżjoni, Affarijiet Pan-Africani

IL-KUMITAT EWROPEW EKONOMIKU U SOĊJALI

VERBOVEN

L-UNJONI AFRIKANA

IGUEH

ECOWAS

KABORE

SEGRETARJAT TAL-AKP

MUMUNI, Kosegretarju Ġenerali

SEGRETARJAT TAL-UE

AGUIRIANO NALDA, Kosegretarju Ġenerali


(1)  Preżenti fl-17 ta' Marzu 2014

(2)  Preżenti fl-18 ta' Marzu 2014

(3)  Preżenti fl-19 ta' Marzu 2014


ANNESS III

AKKREDITAMENT TAD-DELEGATI MHUX PARLAMENTARI

Fiġi

Is-Sur Peceli Vuniwaqa Vocea

Ambaxxatur tad-delgazzjoni ta' Fiġi


ANNESS IV

TESTI ADOTTATI

RIŻOLUZZJONI (1)

dwar il-firxa globali tat-terroriżmu: ir-rwol tal-Internet u l-midja soċjali

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

laqgħa fi Strasburgu (Franza) mis-17 sad-19 ta’ Marzu 2014,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou bejn l-AKP u l-KE, b’mod partikolari l-Artikolu 11A tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tal-OUA dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, adottata fl-1999, u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Laqgħa Intergovernattiva ta’ Livell Għoli tal-Unjoni Afrikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu fl-Afrika, adottata fl-2002,

wara li kkunsidrat id-Deċiżjonijiet Nri 3/04 u 7/06 tal-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa dwar Il-Ġlieda kontra l-Użu tal-Internet għal Għanijiet Terroristiċi,

wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjonijiet 1373 (2001), 1566 (2004) u 1624 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li jinkludu l-elementi essenzjali tal-qafas legali internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu,

wara li kkunsidrat l-Istrateġija tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Terroriżmu Globali adottata fit-8 ta’ Settembru 2006,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi (AKP-UE/101.544/14/A/fin.),

A.

billi t-theddid tat-terroriżmu jippersisti madwar id-dinja, b’mod partikolari fil-pajjiżi AKP u l-Istati Membri tal-UE;

B.

billi l-politiki u l-miżuri kontra t-terroriżmu jistgħu biss jkunu effettivi meta mwettqa f’konformità mad-dritt internazzjonali, l-aktar id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

C.

billi l-firxa tat-terroriżmu tiġi intensifikata bl-użu tal-Internet u l-midja soċjali, li għamlu l-istruttura, il-metodi u l-modi ta’ finanzjament ta’ netwerks terroristiċi aktar kumplessi u aktar diffiċli li jinkixfu;

D

billi l-Internet u l-midja soċjali huma għodod li jistgħu jintużaw kemm għal għanijiet terroristiċi kif ukoll għall-ġlieda kontra l-firxa tat-terroriżmu; billi l-Internet m’għandux jitqies bħala theddida fih innifsu;

E.

billi hemm forma ġdida ta’ terroriżmu kontra s-servizzi tal-IT, b’mod partikolari dawk ta’ korpi pubbliċi, magħrufa bħala “ċiberterroriżmu”;

F.

billi l-Internet u n-netwerks soċjali bħal Facebook, Linkedin, Viadeo, Twitter u Youtube qegħdin jintużaw dejjem aktar mill-organizzazzjonijiet terroristiċi biex jirreklutaw, jiffinanzjaw u jħarrġu l-utenti tal-Internet u jinċitawhom biex jifirxu t-terroriżmu u jikkommettu atti terroristiċi;

G.

billi l-Internet huwa netwerk tal-komunikazzjoni internazzjonali istantanja u spazju illimitat għall-interazzjoni li ma tistax tiġi ċċensurata; billi l-Internet huwa wkoll għodda qawwija biex tintuża fir-rikatt u tqiegħed pressjoni fuq l-opinjoni internazzjonali bit-tixrid ta’ immaġni ta’ eżekuzzjonijiet jew trattament ħażin ta’ ostaġġi;

H.

billi t-terroriżmu ċibernetiku jippermetti li gruppi terroristiċi jistabbilixxu u jżommu rabtiet mingħajr l-ostaklu fiżiku tal-fruntieri, u b’hekk tnaqqas il-ħtieġa li jkollhom bażijiet jew santwarji fil-pajjiżi; billi dan il-karattru transnazzjonali jeħtieġ reazzjoni koordinata mill-Istati kontra dan il-ħażen;

I.

billi t-terroristi qegħdin jużaw dejjem aktar teknoloġiji tal-informatika ġodda biex ixerrdu r-reġistrazzjonijiet awdjoviżivi tagħhom maħsuba biex jesprimu l-ideoloġija tagħhom, ixerrdu l-biża’ fost il-pubbliku, jidentifikaw, jirreklutaw u jirradikalizzaw membri potenzjali sabiex jibdluhom f’ġellieda futuri, jiġbru u jittrasferixxu fondi, u jorganizzaw atti terroristiċi jew jinċitaw nies biex jikkommettu dawn l-atti;

J.

billi, barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet terroristiċi jagħmlu użu abbundanti tal-Internet u l-midja soċjali biex iżommu kuntatt bejniethom u mal-infrastrutturi operattivi tagħhom, li spiss ikunu mbiegħda ħafna minn xulxin, jittrasferixxu l-għarfien dwar il-manifattura ta’ bombi u ta’ missili u biex jiġbru d-donazzjonijiet;

K.

billi l-użu tal-Internet u l-midja soċjali għal għanijiet terroristiċi huwa msaħħaħ peress li b’mod ġenerali l-istati demokratiċi jibqgħu lura milli jaġixxu, minħabba t-tħassib tagħhom biex jipproteġu l-libertà tal-espressjoni, u jżommu lura milli jimplimentaw miżuri effettivi kontra websajts li jxerrdu ideoloġiji radikali u jippridkaw favur l-intolleranza, il-mibegħda u l-vjolenza;

L.

billi għadd ta’ fatturi soċjoekonomiċi u politiċi, bħall-faqar, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-iżolament u l-irtirar mis-soċjetà, l-intolleranza, in-nuqqas ta’ edukazzjoni, l-inġustizzji soċjali, il-kunflitti u l-governanza fqira, jista’ jikkostitwixxi bażi fertili għar-radikalizzazzjoni;

M

billi t-terroriżmu, fil-forom u l-manifestazzjonijiet kollha tiegħu, huwa wieħed mit-theddid l-aktar serji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u għalhekk huwa ta’ importanza assoluta li titwettaq ġlieda kontra t-terroriżmu bil-mezzi kollha kompatibbli mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;

N.

billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1624 (2005) tistieden lill-Istati biex jimplimentaw il-miżuri kollha meħtieġa, xierqa, u f’konformità mal-obbligi tagħhom taħt il-liġi internazzjonali biex jipprojbixxu bil-liġi l-inċitament ta’ atti terroristiċi u biex jevitaw l-inċitament biex jitwettqu dawn l-atti;

O.

billi huwa meħtieġ li jerġgħu jiġu affermati l-impenji assunti mill-Istati taħt l-Istrateġija tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Terroriżmu Globali, b’mod partikolari biex “jikkoordinaw sforzi fil-livell internazzjonali u reġjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-forom u l-manifestazzjonijiet kollha tiegħu fuq l-Internet” u “biex jużaw l-Internet bħala għodda għall-ġlieda kontra l-firxa tat-terroriżmu”;

1.

Tistieden lill-Istati AKP u l-Istati Membri tal-UE jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1373, 1566 u 1624;

2.

Tħeġġeġ lill-Istati AKP u l-Istati Membri tal-UE jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kumitat Kontra t-Terroriżmu stabbilit bir-Riżoluzzjoni 1373 (2001) u l-kumitat stabbilit bir-Riżoluzzjoni 1540 (2004), u barra minn hekk, jistieden lil dawk il-korpi biex iżidu l-kooperazzjoni bejniethom;

3.

Tħeġġeġ lill-Istati AKP u l-Istati Membri tal-UE jikkooperaw sabiex itejbu l-viġilanza fir-rigward tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet terroristiċi; tistieden ukoll lill-Istati AKP u l-UE jiżviluppaw modi ta’ kif jaħdmu flimkien għall-prevenzjoni ta’ atti terroristiċi, b’hekk ikunu qed jippromwovu ġlieda effettiva kontra t-terroriżmu, l-aktar billi jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni permezz tal-kanali ta’ komunikazzjoni formali xierqa;

4.

Tistieden lill-Istati AKP u l-Istati Membri tal-UE li għadhom m’għamlux hekk, biex jistabbilixxu unitajiet, fi ħdan il-gvernijiet tagħhom, li jipprevjenu u jiġġieldu t-terroriżmu multidimensjonali sabiex itejbu l-kooperazzjoni bejn is-servizzi u jżommu kuntatt mal-punti fokali internazzjonali, reġjonali u subreġjonali, filwaqt li jiġi żgurat id-dritt taċ-ċittadini li jieħdu sehem fil-libertà tal-espressjoni, fl-oppożizzjoni demokratika soda u fid-dibattitu; tistieden lill-istati jżidu l-kapaċitajiet għall-monitoraġġ tal-Internet, anke permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib ma’ universitajiet li qed iħarrġu speċjalisti f’dan il-qasam;

5.

Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kumitat Kontra t-Terroriżmu (CTC), l-Interpol, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) biex jipprovdu l-assistenza meħtieġa lill-Istati AKP sabiex iżidu l-kapaċitajiet tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu;

6.

Tistieden lill-Istati AKP u l-Istati Membri tal-UE jagħmlu skambju ta’ informazzjoni dwar l-użu tal-Internet għal għanijiet terroristiċi u biex jikkooperaw fit-tfassil ta’ mezzi effettivi għall-ġlieda kontra din it-theddida;

7.

Titlob għal sorveljanza ta’ websajts li jinċitaw mibegħda u jiċċirkolaw ideat terroristiċi, kif ukoll għal informazzjoni u intelligence dwar azzjonijiet u attivitajiet terroristiċi u biex din is-sorveljanza tkun trasparenti u d-data miġbura tiġi protetta;

8.

Tenfasizza li l-Internet huwa għodda ta’ valur kbir li jagħmilha possibbli għaċ-ċittadini li jesprimu jew jaffermaw l-opinjonijiet tagħhom, ikollhom aċċess għal informazzjoni u jiddikjaraw id-drittijiet tagħhom u li dan huwa mezz eċċellenti ta’ komunikazzjoni u ta’ kif wieħed iħaddan kulturi oħra u għat-trawwim tal-iżvilupp personali;

9.

Tistieden lill-Istati AKP u l-Istati Membri tal-UE jadottaw leġiżlazzjoni li tistabbilixxi proċeduri effettivi, trasparenti u demokratiċi sabiex ikun possibbli li websajts li jservu l-interessi tat-terroristi jingħalqu malajr;

10.

Tinnota li l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni mhix biżżejjed biex tiġi miġġielda l-frixa tat-terroriżmu permezz tal-Internet u l-midja soċjali, minħabba d-diffikultà tal-infurzar ta’ dik il-leġiżlazzjoni fuq il-web; għaldaqstant tistieden lill-Istati AKP u l-Istati Membri tal-UE biex jiffokaw fuq il-prevenzjoni u l-informazzjoni, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, sabiex jagħmluhom utenti responsabbli u infurmati, iżda wkoll għall-individwi li jaħdmu b’mod dirett jew indirett fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, li d-dettalji personali tagħhom imtellgħa fuq l-Internet jistgħu jintużaw għal għanijiet terroristiċi;

11.

Tistieden lill-Istati AKP, l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni biex jikkooperaw mal-gruppi ewlenin tal-industrija tal-Internet sabiex jinstabu modi kif jiġi miġġieled l-użu tal-Internet għal għanijiet terroristiċi u biex jissorveljaw, iżda wkoll jipprevjenu, ir-reklutaġġ tal-utenti, filwaqt li josservaw id-drittijiet tal-individwi għall-privatezza u l-libertà ta’ espressjoni; tinnota li l-istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, ukoll, għandhom il-possibbiltà li jagħmlu użu akbar tal-Internet u l-midja soċjali sabiex ixerrdu l-argumenti kontra, bl-għan li jiġġieldu r-radikalizzazzjoni;

12.

Tistieden lill-gvernijiet iwettqu monitoraġġ strett biex jipprevjenu li donazzjonijiet għal karità u għal assoċjazzjonijiet soċjali jsiru sorsi ta’ finanzjament għal attivitajiet terroristiċi;

13.

Tistieden lill-istati kollha jikkooperaw mingħajr riżerva fil-miżuri kontra t-terroriżmu f’konformità mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali;

14.

Tistieden lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali kompetenti jsaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u biex jintensifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom man-Nazzjonijiet Uniti u b’mod partikolari mal-Kumitat Kontra t-Terroriżmu bl-għan li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tar-Riżoluzzjoni 1373 (2001); tinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE u l-Istati AKP iżommu kuntatti regolari ma’ u jestendu stediniet lir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u d-Drittijiet tal-Bniedem;

15.

Tenfasizza l-ħtieġa biex jiżdiedu aktar programmi għall-ġlieda kontra l-faqar u l-marġinalizzazzjoni u biex tiġi enfasizzata r-riżoluzzjoni tal-kunflitti sabiex jitwaqqaf il-proċess ta’ vulnerabbiltà dejjem jikber f’xi sezzjonijiet tas-soċjetà li jistgħu, kawża ta’ disprament, ikunu lesti li jemmnu l-propaganda jew il-priedki ta’ persważjoni ta’ gruppi estremisti;

16.

Tistieden lill-organizzazzjonijiet awdjoviżivi pubbliċi u privati kollha jinkludu, fil-produzzjonijiet tagħhom, kontenut maħsub biex jinforma lill-pubbliku dwar il-perikli assoċjati mal-propaganda ta’ gruppi radikali u biex jiġġieled kontra l-ideat distruttivi u estremisti li jakkompanjawha;

17.

Tagħti struzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, l-Unjoni Afrikana, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-Istati AKP.

RIŻOLUZZJONI (2)

dwar l-integrazzjoni reġjonali u l-modernizzazzjoni tad-dwana għal żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi AKP, b’kooperazzjoni mal-UE

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

laqgħa fi Strasburgu (Franza) mis-17 sad-19 ta’ Marzu 2014,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehim ta’ Cotonou), b’mod partikolari, l-Artikoli 36 u 37 tiegħu, u r-reviżjonijiet tal-Ftehim ta’ Cotonou fl-2005 (3) u l-2010 (4),

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Settembru 2000, li tistipula l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bħala objettivi stabbiliti b’mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla” (KUMM(2011)0637), u “L-approċċ futur għall-appoġġ baġitarju tal-UE għall-pajjiżi terzi” (KUMM(2011)0638),

wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2013)0445),

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (5),

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (6),

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1207/2001 tal-11 ta’ Ġunju 2001 dwar proċeduri biex jiffaċilitaw il-ħruġ taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, il-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet u forom tal-fattura EUR.2 u l-ħruġ ta’ ċerti awtorizzazzjonijiet approvati tal-esportatur taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 3351/83 (7),

wara li kkunsidrat il-linji gwida tal-Komunità dwar l-applikazzjoni fil-Komunità tad-dispożizzjonijiet dwar il-validità tal-provi tal-oriġini,

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kondizzjonijiet, fil-kuntest ta’ arranġamenti tariffarji preferenzjali, biex l-operaturi ekonomiċi u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jiġu infurmati b’każijiet ta’ dubju raġonevoli dwar l-oriġini tal-merkanzija (8),

wara li kkunsidrat il-Manwal tal-Bank Dinji dwar il-Modernizzazzjoni tad-Dwana, ippubblikat fl-2005 (verżjoni Franċiża 2007),

wara li kkunsidrat il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp (9),

wara li kkunsidrat il-Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Postijiet tal-Kummerċ u tat-Trasport (UN/LOCODE) u l-aġġornamenti annwali tiegħu,

wara li kkunsidrat il-kodiċi tal-Klassifikazzjoni tas-SA għall-iskrinjar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS),

wara li kkunsidrat id-dokument tal-OECD ta’ Lulju 2012 intitolat “L-amministrazzjoni fiskali: l-identifikazzjoni tal-korruzzjoni” maħruġ bħala parti mill-inizjattiva CleanBiz (10),

wara li kkunsidrat it-8 Konferenza tad-WCO dwar is-Sħubija fir-Riċerka Akkademika u l-Iżvilupp tad-Dwana (PICARD) ospitata mill-Istitut Internazzjonali tan-Negozju u tal-Liġi tan-National Research University ta’ St Petersburg, mit-18 sal-20 ta’ Settembru 2013 (11),

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 450/2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu (12),

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (13),

wara li kkunsidrat il-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII (Valutazzjoni Doganali) (14),

wara li kkunsidrat il-Ftehim tad-WTO dwar ir-Regoli ta’ Oriġini (15),

wara li kkunsidrat id-dokument tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali intitolat “Dwana fis-Seklu 21” u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali ta’ Ġunju 2009 dwar ir-Reazzjoni Kontinwa għat-Tnaqqis Ekonomiku Globali tad-WCO,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 51, in-nota f’qiegħ il-paġna nru 14 tal-Ftehim TRIPS tad-WTO, dwar “prodotti bil-marka kummerċjali ffalsifikati” u “prodotti bid-dritt tal-awtur ikkupjati” (16),

wara li kkunsidrat il-Konferenza CIAT 2013 dwar it-Tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet tad-Dwana u tat-Taxxa għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali, Najrobi (il-Kenja), mid-9 sat-12 ta’ Settembru 2013 (17),

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Ministerjali u d-Deċiżjonijiet tad-Disa’ Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Bali, mit-3 sas-6 ta’ Diċembru 2013,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ (AKP-UE/101.547/14/fin.),

A.

billi d-dwana għandha rwol importanti fil-ġbir tad-dazji fuq il-kummerċ ta’ prodotti, li huwa sors kruċjali ta’ dħul għall-baġit pubbliku, b’mod speċjali għall-pajjiżi bħall-maġġoranza tal-Istati AKP li jissieltu ma’ livelli għolja ta’ defiċit u ta’ dejn pubbliku;

B.

billi wieħed mill-għanijiet tal-appoġġ baġitarju skont il-11-il FEŻ (2014-2020) għandu jkun it-titjib u l-intensifikazzjoni tal-assistenza teknika u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tad-dwana;

C.

billi t-tisħiħ tal-integrazzjoni reġjonali fl-AKP, inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-unjonijiet doganali, jeħtieġ modernizzazzjoni prudenti tad-dwana, il-governanza tajba u t-trasparenza fi kwistjonijiet doganali u fiskali kif ukoll qafas leġiżlattiv effiċjenti biex jiġu mfassla u implimentati l-istrumenti għad-difiża tan-negozju;

D.

billi l-modernizzazzjoni tad-dwana teħtieġ li tiġi mmexxija b’mod trasparenti billi jiġu involuti l-parlamenti u l-partijiet interessati domestiċi, u billi l-proċess ta’ modernizzazzjoni għandu jinvolvi r-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ esperti doganali, l-infrastruttura teknika adegwata, inklużi l-konnettività tal-ICT, u l-kapaċità ta’ infurzar istituzzjonali mtejba tal-awtoritajiet doganali;

E.

billi r-riforma fil-livell nazzjonali u l-inizjattivi ta’ integrazzjoni reġjonali fis-settur tad-dwana għandhom jiġu segwiti f’sinerġija mal-isforzi għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ fi ħdan is-sistema multilaterali tad-WTO;

F.

billi l-implimentazzjoni rapida u komprensiva tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ konkluż fid-disa’ Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Bali se tgħin biex jiġu mmodernizzati reġimi doganali u jitħaffu l-proċeduri tal-kummerċ kif ukoll jitjiebu l-iskambji kummerċjali;

G.

billi d-dwana modernizzata għandha topera b’mod faċli għall-konsumatur biex tgħin fil-ġlieda kontra l-oġġetti ffalsifikati u foloz, b’hekk il-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu għażla infurmata u titjieb is-sikurezza tagħhom;

H.

billi l-effiċjenza fid-dwana teħtieġ it-tnaqqis tal-burokrazija, ta’ piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u l-ispejjeż li jirriżultaw minnhom, u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ugwali ma’ msieħba kummerċjali oħra li sussegwentement tikkontribwixxi kemm għall-integrazzjoni reġjonali kif ukoll għall-kummerċ vijabbli bejn l-UE u l-AKP;

I.

billi l-Kummissjoni teħtieġ li ftehimiet ta’ kooperazzjoni doganali jiġu konklużi ma’ stati u reġjuni sabiex tiġi ffaċilitata l-akkumulazzjoni fuq livelli differenti, u billi r-regoli ta’ oriġini tal-SPĠ ma jipprovdux għal akkumulazzjoni sħiħa fuq oġġetti 1-24 tal-Kodiċi tas-Sistema Armonizzata (SA) għalkemm dawn huma l-prodotti li tagħhom ħafna Stati mill-pajjiżi l-anqas żviluppati tal-AKP għandhom vantaġġ kompetittiv u komparattiv fir-rigward tal-esportazzjonijiet;

1.

Tilqa’ r-rwol miżjud tal-amministrazzjonijiet doganali, mhux biss fl-infurzar tal-miżuri, iżda wkoll fl-identifikazzjoni ta’ reati possibbli, b’mod partikolari reati ta’ traffikar, u tinnota l-ħtieġa għall-ġlieda kontra reati fuq taxxa tad-dwana u prattika ħażina, inkluż it-tixħim;

2.

Tikkunsidra li l-pajjiżi AKP jibbenefikaw bil-kbir mit-tisħiħ tal-awtoritajiet doganali sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-objettivi tal-integrazzjoni reġjonali;

3.

Tinnota r-rwol importanti ta’ faċilitazzjoni tal-unjonijiet doganali reġjonali għall-kummerċ intrareġjonali;

4.

Tirrikonoxxi li d-dazji doganali huma sors importanti ta’ dħul għall-baġits pubbliċi tal-pajjiżi AKP, iżda li dawn m’għandhomx ikunu l-uniku sors ta’ dħul; tenfasizza li t-tneħħija ta’ tariffi jew it-tnaqqis fid-dazji doganali jistgħu jiġu kkumpensati minn volumi ta’ negozjar ogħla, id-diversifikazzjoni tad-dħul fiskali u l-kontribuzzjonijiet tad-DNG miżjuda;

5.

Tfaħħar lill-pajjiżi tal-OECD li rrikonoxxew il-kapaċità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) biex jinġabar id-dħul b’mod trasparenti u tistieden lill-UE biex tipprovdi għajnuna teknika lill-pajjiżi msieħba tal-AKP li huma fil-proċess li jintroduċu taxxa tal-konsum fuq bażi wiesgħa biex irawmu konformità mal-linji gwida tal-VAT/GST (taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi) tal-OECD; tenfasizza li, fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali, l-introduzzjoni tal-VAT hija waħda mill-alternattivi ppreferuti għal dazji doganali;

6.

Tikkunsidra li l-bidliet fir-regoli ta’ oriġini preferenzjali taħt il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika għandhom iqisu l-impatt, kif identifikat permezz ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjati, fuq l-ekonomija ta’ kull pajjiż tal-AKP; tikkunsidra li l-ispejjeż u l-benefiċċji, għall-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi AKP, ta’ metodi ta’ kalkolu biex jiġu ddeterminati l-oriġini fuq il-bażi tal-valur miżjud iridu jiġu analizzati b’mod rigoruż;

7.

Tistieden għalhekk lill-UE – bħala l-akbar donatur ta’ għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-pajjiżi AKP – u lill-gvernijiet benefiċjarji biex jiffukaw u jassiguraw li hemm biżżejjed riżorsi baġitarji; u titlob għal aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont min-naħa tal-awtoritajiet doganali sabiex itejbu l-effiċjenza tal-operazzjonijiet ta’ kuljum tagħhom u l-impatt ġenerali pożittiv li għandhom fuq l-iżvilupp ta’ flussi ta’ kummerċ legali transkonfinali, bilaterali, plurilaterali u multilaterali;

8.

Tenfasizza li, jekk tiġi mitluba, l-UE għandha tappoġġja r-riformi u l-modernizzazzjoni doganali, taqsam mal-oħrajn il-kompetenza teknika tagħha u l-prattiki tajbin f’dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni doganali, u jkun hemm l-aħjar użu tal-fondi u l-istrumenti fi ħdan il-qafas eżistenti;

9.

Tħeġġeġ l-iskambju ta’ prattika tajba ta’ modernizzazzjoni doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi AKP;

10.

Tinnota li d-dwana tagħti l-kontribut tagħha fil-ġestjoni effettiva u effiċjenti tal-fruntieri, li hija essenzjali għall-iffaċilitar tal-kummerċ u għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-kummerċ, u b’hekk tiżdied il-kompetittività ta’ pajjiż, u li fis-seklu 21 il-fokus primarju tad-dwana qiegħed jinbidel minn kontroll fiżiku fuq kunsinni fil-mument tal-importazzjoni għal verifika ta’ wara r-rilaxx permezz ta’ kontrolli bbażati fuq l-awditjar, li jżid id-domanda għall-appoġġ tal-ICT imfassal sew;

11.

Hija konvinta li d-dwana li tiffunzjona tajjeb hija element kruċjali tal-iżvilupp sostenibbli li jagħmel possibbli, pereżempju, il-parteċipazzjoni tas-settur privat fl-ekonomija reali, il-koeżjoni reġjonali u l-integrazzjoni tas-swieq permezz ta’ kooperazzjoni transkonfinali, u l-iżvilupp ta’ kummerċ miftuħ u ġust kompatibbli mad-WTO;

12.

Tikkunsidra li l-passi prattiċi li jirriżultaw fil-modernizzazzjoni tad-dwana għandhom, fost objettivi oħra, jiffokaw fuq:

li jitqiesu l-fehmiet tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati (AEOs) sabiex tiġi żgurata s-simplifikazzjoni effettiva tal-proċeduri fis-seħħ;

it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-kontroll ta’ pakketti u konsenji bħala parti minn strateġija effiċjenti għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni filwaqt li tiġi evitata burokrazija bla bżonn, dewmien fl-ikklerjar doganali, u spejjeż żejda kemm għall-intrapriżi kif ukoll għaċ-ċittadini;

il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ regoli armonizzati bħala parti minn kodiċi doganali wieħed, inkluż tariffa waħda esterna, għal kull unjoni doganali, u l-possibbiltà għal rappreżentant doganali li għandu l-istatus ta’ AEO li jipprovdi s-servizzi tiegħu jew tagħha f’pajjiż membru tal-unjoni doganali barra mill-pajjiż li fih huwa stabbilit;

li jiġi żgurat li AEOs li huma konformi u affidabbli jgawdu l-benefiċċji li joħorġu minn ftehimiet internazzjonali fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ AEO;

l-iżvilupp jew it-tisħiħ ta’ miżuri fis-seħħ għat-traċċabilità ta’ oġġetti;

li jiġu żgurati opportunitajiet ta’ taħriġ suffiċjenti għall-uffiċjali tad-dwana inkarigati mill-verifika tad-dokumenti għall-ikklerjar doganali, b’mod speċjali fir-rigward tar-regoli ta’ oriġini, il-UN/LOCODE u l-kodiċi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS);

13.

Tikkunsidra, barra minn hekk, li database ta’ AEOs, inkluża informazzjoni dwar reati doganali u dwar investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin, li tkun disponibbli mingħajr ħlas għall-awtoritajiet doganali tal-AKP, tista’ tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki u żżid ir-rata ta’ infurzar tar-regoli doganali;

14.

Tistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi programm ta’ skambju għall-esperti doganali u għal uffiċjali oħra tal-infurzar tal-liġi tal-pajjiżi tal-UE u tal-AKP, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-UE u mal-Osservatorju Ewropew ġdid tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali fil-ġlieda kontra l-kummerċ parallel illeċitu ta’ prodotti, titrawwem il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali ta’ detenturi tad-drittijiet irreġistrati, u jiġi ssorveljat mill-qrib il-kummerċ fl-ODS li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima;

15.

Tara sistema doganali moderna u effiċjenti bħala bażi meħtieġa għall-politiki effettivi fid-difiża tan-negozju, u tqis li l-awtoritajiet inkarigati bil-proċedimenti għad-difiża tan-negozju għandhom, għalhekk, jikkunsidraw bis-sħiħ l-esperjenza u l-kompetenza tal-awtoritajiet doganali;

16.

Tistieden lill-amministrazzjonijiet doganali jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tagħhom ma’ entitajiet tal-fruntieri u dawk transkonfinali oħrajn, b’mod partikolari spettorati tas-saħħa u tas-sikurezza, inkluż fil-livelli tal-UE u tal-AKP;

17.

Tistieden lill-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi AKP jinkoraġġixxu l-inizjattivi kollha li jtejbu l-integrazzjoni reġjonali fis-settur tad-dwana, filwaqt li jiġi żgurat li l-istandards stabbiliti taħt inizjattivi bħal dawn huma kompatibbli mas-sistema multilaterali internazzjonali u li huma jkomplu jmexxu ’l quddiem l-għan li jinħoloq suq miftuħ u ġust;

18.

Tagħti struzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali u lill-organizzazzjonijiet reġjonali AKP.

RIŻOLUZZJONI (18)

dwar l-estrazzjoni għaż-żejt u l-minerali minn qiegħ il-baħar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

laqgħa fi Strasburgu (Franza) mis-17 sad-19 ta’ Marzu 2014,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (il-“Ftehim ta’ Cotonou”) u b’mod partikolari l-Artikolu 32 dwar l-ambjent u r-riżorsi naturali kif ukoll l-Artikolu 49 dwar il-kummerċ u l-ambjent,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Brussell dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ġestjoni tal-Industrija tar-Riżorsi Minerali tal-Istati AKP (AKP/89/008/10) adottata fl-Ewwel Laqgħa tal-Ministri tal-AKP li huma responsabbli tal-Industrija tar-Riżorsi Minerali li saret mit-13 sal-15 ta’ Diċembru 2010, fi Brussell, il-Belġju,

wara li kkunsidrat il-kamp ta’ applikazzjoni u l-attivitajiet tal-Panel Internazzjonali tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) dwar il-Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar strateġija effikaċi għall-materja prima għall-Ewropa (19),

wara li kkunsidrat l-istudju taċ-Ċentru Afrikan għall-Politika Kummerċjali dwar l-Estrazzjoni tal-Minerali, is-Sostenibbiltà Ambjentali u l-Iżvilupp Sostenibbli fir-Reġjuni EAC, SADC u ECOWAS (2009),

wara li kkunsidrat Directive 94/22/EC of 30 May 1994 on the conditions for granting and using authorisations for the prospection, exploration and production of hydrocarbons,

wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina),

wara li kkunsidrat Directive 2013/30/EU of the European Parliament and of the Council of 12 June 2013 on safety of offshore oil and gas operations, ,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) tal-1982 u l-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha tal-1994,

wara li kkunsidrat il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona dwar il-ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis ikkaġunat mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-blata kontinentali, qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu (il-“Protokoll Offshore”) tal-24 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 bit-titolu “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0575),

wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni communication entitled ‘Facing the challenge of the safety of offshore oil and gas activities’ (COM(2010)560),

wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2012 bit-titolu “It-Tkabbir Blu — opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar u dak marittimu” COM(2012)0494),

wara li kkunsidrat il-Kodiċi dwar l-Estrazzjoni tal-Awtorità Internazzjonali ta’ Qiegħ il-Baħar,

wara li kkunsidrat il-Ftehim Internazzjonali dwar l-Ambjent (IEA) fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ problemi prattiċi relatati maż-żoni tal-estrazzjoni f’qiegħ il-baħar fond tal-14 ta’ Awwissu 1987, li ġie ffirmat mill-Kanada, il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Italja u r-Russja,

wara li kkunsidrat il-proċedimenti tas-sessjoni ta’ ħidma internazzjonali dwar il-ħtiġijiet tal-ġestjoni ambjentali għall-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta’ minerali f’qiegħ il-baħar fond, li saret f’Nadi, Fiji, mid-29 ta’ Novembru sat-2 ta’ Diċembru 2011,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2012 bit-titolu “Il-progress tal-Politika Marittima Integrata tal-UE” (COM(2012)0491),

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent (ACP-UE/101.546/14/fin.),

A.

billi r-riżorsi naturali jikkostitwixxu prekundizzjoni għall-attività ekonomika, l-impjiegi u l-benesseri ta’ pajjiż;

B.

billi l-konsegwenzi fuq perjodu qasir ta’ żmien u fit-tul ta’ operazzjonijiet tal-estrazzjoni, speċjalment fil-baħar fond, għadhom mhux ċari u hemm tħassib persistenti dwar iż-żieda fit-tossiċità tal-ilma u t-tibdil fil-ħabitat, kif ukoll it-tnixxijiet, it-tixrid u l-korrużjoni;

C.

billi min-naħa waħda, ir-riżorsi huma limitati, u min-naħa l-oħra, ir-riżorsi l-ġodda huma meħtieġa għall-innovazzjoni u l-iżvilupp;

D.

billi kull attività ta’ sfruttament u estrazzjoni għandha impatt fuq l-ekosistemi u l-ambjent;

E.

billi ħafna pajjiżi AKP huma mogħnija b’riżorsi minerali f’qiegħ il-baħar fl-ibħra territorjali tagħhom stess jew fl-ibħra internazzjonali, jew fl-ilmijiet kostali jew fl-ilmijiet tal-baħar fond;

F.

billi l-industriji tal-manifattura attwalment spiss iserrħu fuq il-provvista ta’ materja prima u taż-żejt għall-attività industrijali tagħhom, u billi l-provvista tagħhom spiss hija kkontrollata minn ftit fornituri;

G.

billi ħafna miż-żejt estratt u ħafna mill-minerali mħaffra f’qiegħ il-baħar huma esportati mingħajr żieda kbira fil-valur mill-pajjiżi produtturi AKP;

H.

billi l-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou jipprovdi għall-kooperazzjoni fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali u l-użu u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u jafferma l-impenn għall-promozzjoni ta’ kummerċ internazzjonali b’mod li jiżgura l-ġestjoni sostenibbli u sod tal-ambjent;

I.

billi l-gvernijiet tal-pajjiżi AKP jeżerċitaw is-sovranità u l-ġurisdizzjoni fuq iż-żoni ekonomiċi esklussivi rispettivi tagħhom (ŻEE), skont id-dritt internazzjonali, bħala partijiet li ħadu sehem fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;

J.

billi fin-nuqqas ta’ gvernijiet b’saħħithom biex jirregolaw u jikkontrollaw is-settur tal-tal-estrazzjoni f’qiegħ il-baħar, l-attivitajiet tal-kumpaniji għall-estrazzjoni mill-qiegħ il-baħar jistgħu jwasslu għal ħsara sinifikanti fit-tul fuq l-ambjent u s-saħħa lokali;

K.

billi huwa prinċipju approvat tad-dritt internazzjonali li r-riżorsi minerali fl-ibħra internazzjonali, li huma lil hinn mill-ġurisdizzjoni marittima ta’ ŻEE ta’ stat, huma l-wirt komuni tal-umanità;

L.

billi bejn is-snin disgħin u l-2008, il-produzzjoni dinjija ta’ 14-il mineral prinċipali żdiedet minn miljun tunnellata għal madwar 2.5 miljun tunnellata; billi d-domanda globali mistennija tiżdied b’mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tilħaq id-9 biljun sal-2050;

M.

billi l-Kodiċi tal-Estrazzjoni jistipula sett komprensiv ta’ regoli, regolamenti u proċeduri maħruġa mill-Awtorità Internazzjonali ta’ Qiegħ il-Baħar biex jirregola l-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta’ minerali tal-baħar fiż-żona ta’ qiegħ il-baħar internazzjonali;

1.

Tesprimi t-tħassib tagħha li, minkejja l-fatt li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma mogħnija b’riżorsi minerali rikki, il-mudell kummerċjali attwali fejn l-esportazzjoni ta’ materja prima u x-xiri ta’ prodotti manifatturati mill-pajjiżi industrijalizzati naqas milli jindirizza l-problemi kontinwi ta’ faqar;

2.

Tenfasizza li l-ewwel u qabel kollox kull attività ta’ sfruttament u estrazzjoni għandha tfittex li żżomm l-ekosistemi intatti u tillimita kemm jista’ jkun l-azzjonijiet li jinterferixxu;

3.

Tistieden lill-gvernijiet AKP-UE jwaqqfu s-“saħta tar-riżorsi” u jpoġġu l-ħafna riżorsi minerali tal-pajjiżi AKP, fil-qalba tal-istrateġija ta’ żvilupp tagħhom għall-benefiċċju tal-popolazzjoni kollha, minflok ma dawn ir-riżorsi jagħmlu lill-investituri u l-elit iż-żgħar aktar sinjuri waqt li ċ-ċittadini ordinarji ma jibbenefikaw xejn;

4.

Tħeġġeġ lill-pajjiżi AKP jużaw esperti ta’ ħila u ta’ esperjenza meta jinnegozjaw kuntratti tal-minerali ma’ kumpaniji tal-estrazzjoni; tinkoraġġixxi lill-pajjiżi AKP biex jinvestu wkoll fl-ispeċjalisti legali u tal-estrazzjoni tagħhom stess permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex tiġi ggarantita l-akkumulazzjoni dejjiema u sostenibbli tal-għarfien; tistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jappoġġjaw l-inizjattivi għat-trasferiment tal-għarfien;

5.

Tfakkar li t-tranżizzjoni lejn soċjetajiet b’livell baxx ta’ karbonju u għaldaqstant is-sostituzzjoni tal-karburanti fossili trid tkun għan fit-tul għall-pajjiżi AKP u tal-UE; tħeġġeġ lill-pajjiżi u l-investituri jagħmlu użu aħjar mill-potenzjali enormi ta’ enerġija rinnovabbli li jinstabu fil-pajjiżi AKP;

6.

Tenfasizza r-rwol importanti li l-parlamenti nazzjonali għandu jkollhom fis-sorveljanza tal-ftehimiet u l-kuntratti tal-estrazzjoni sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom lejn iċ-ċittadini tagħhom;

7.

Tenfasizza l-ħtieġa għal oqfsa leġiżlattivi u regolatorji trasparenti u inforzabbli b’mod effiċjenti li jirregolaw l-industrija tar-riżorsi minerali f’qiegħ il-baħar; tfakkar, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni kontra l-użu ta’ sustanzi tossiċi pprojbiti fuq livell internazzjonali; tistieden lill-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali jippromulgaw politiki u jirregolaw l-investiment barrani fl-interess pubbliku, b’konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, b’tali mod li l-ekonomija lokali tibbenefika mill-investiment barrani, li joħloq valur domestiku miżjud u jinkuraġġixxi l-iżvilupp;

8.

Tenfasizza li l-pajjiżi għandhom jiżguraw li l-liċenzji tal-estrazzjoni minn qiegħ il-baħar huma maħruġa permezz ta’ proċedura trasparenti, kompetittiva u mhux diskrezzjonarja u li l-liċenzji għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali vinkolanti dwar standards soċjali u ambjentali; tħeġġeġ li l-pajjiżi jissorveljaw attivitajiet ta’ estrazzjoni u jivverifikaw li qed jiġu applikati dawn l-istandards soċjali u ambjentali;

9.

Tistieden lill-pajjiżi kollha u l-gvernijiet tagħhom jinkludu obbligi u dmirijiet għall-investituri barranin li joperaw f’pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem, mal-istandards ambjentali u l-istandards fundamentali tax-xogħol tal-ILO;

10.

Tħeġġeġ lill-imsieħba tal-iżvilupp, inkluża l-Unjoni Ewropea, jipprovdu assistenza teknika lill-pajjiżi li jħaffru minn qiegħ il-baħar fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-passat u tal-preżent tal-attivitajiet tal-estrazzjoni minn qiegħ il-baħar, jistabbilixxu responsabbiltà għall-ħsara fl-ambjent u fis-saħħa fil-livelli kollha, jikkumpensaw lill-vittmi u jirrijabilitaw l-ekosistema skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas”;

11.

Tħeġġeġ lill-kumpaniji biex jużaw l-aħjar teknoloġiji disponibbli sabiex inaqqsu l-impatt ambjentali tal-estrazzjoni fuq perjodu qasir ta’ żmien u fit-tul;

12.

Tilqa’ l-proġett intitolat “Minerali tal-Baħar Fond fir-Reġjun tal-Gżejjer tal-Paċifiku: Qafas legali u Fiskali għall-Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi”, iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u implimentat mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC), u titlob għal studji xjentifiċi u evalwazzjonijiet rigward l-opportunitajiet u r-riskji ta’ attivitajiet ta’ estrazzjoni f’qiegħ il-baħar, l-impatt dirett u indirett tagħhom fuq l-ambjent u l-kosteffikaċja tagħhom;

13.

Tinkoraġġixxi pajjiżi AKP u tal-UE jistabbilixxu jew isaħħu l-aġenziji nazzjonali għax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, flimkien mal-kapaċità ta’ monitoraġġ biex ikunu promossi teknoloġiji u esperjenza teknika fl-esplorazzjoni u l-estrazzjoni minn qiegħ il-baħar sabiex titjieb is-sostenibbiltà u s-sikurezza fejn ikunu qed jitwettqu l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni minn qiegħ il-baħar;

14.

Tilqa’ l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni skedata għall-2014 dwar l-estrazzjoni minn qiegħ il-baħar bi tħejjija għal komunikazzjoni li għandha tiġi ppubblikata fl-2015, u tistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod regolari lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar il-progress fil-proċedura ta’ konsultazzjoni;

15.

Tfakkar li l-esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass jista’ diġà jkollha impatti soċjali u ambjentali mhux previsti; tenfasizza li l-kumpaniji għandhom jivvalutaw l-impatti soċjali u ambjentali qabel l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni;

16.

Tagħti struzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Awtorità Internazzjonali ta’ Qiegħ il-Baħar u l-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent.

RIŻOLUZZJONI (20)

dwar id-drittijiet soċjali, ekonomiċi u tal-bniedem tal-migranti fil-pajjiżi AKP u tal-UE

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

laqgħa fi Strasburgu (Franza) mis-17 sad-19 ta’ Marzu 2014,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Ftehim rivedut ta’ Cotonou, u b’mod speċjali l-Artikolu 13 tiegħu, li abbażi tagħhom iseħħ id-djalogu AKP-UE dwar il-migrazzjoni,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill AKP-UE ta’ Ġunju 2010 dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-2011-2012 dwar id-djalogu fuq il-migrazzjoni u l-iżvilupp approvat mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fis-37 sessjoni tiegħu, li sar f’Port Vila fl-14 ta’ Ġunju 2012,

wara li kkunsidrat id-Djalogu ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp tat-3 ta’ Ottubru 2013, u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-UE u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi AKP dwar l-istess suġġett,

wara li kkunsidrat il-ħolqien tal-Osservatorju AKP dwar il-Migrazzjoni,

wara li kkunsidrat l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afrika dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp iffirmata f’Sirte fit-23 ta’ Novembru 2006,

wara li kkunsidrat l-Artikoli 77 u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat l-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità tal-UE 2005, imġedded f’Novembru 2011,

wara li kkunsidrat il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil adottat mill-Kunsill f’Ottubru 2008, “L-Ewwel Rapport Annwali dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil” tal-Kummissjoni (2009) (COM(2010)0214) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2010 dwar is-segwitu għall-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (21),

wara li kkunsidrat il-Programm ta’ Stokkolma għall-2010-2014, il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2010 intitolata “Il-kisba ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta’ Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma” (COM(2010)0171),

wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (22),

wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin (23), id-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (24)u l-proposta għal direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg staġjonali (COM(2010)0379),

wara li kkunsidrat il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0197),

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Marzu 2013 dwar “Politika Ewropea tal-Viċinat: Ħidma favur Sħubija Aktar b’Saħħitha” (JOIN/2013/0004),

wara li kkunsidrat id-diskors mogħti mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/HR), Catherine Ashton, fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fl-4 ta’ Mejju 2010, li fih saħqet dwar il-ħtieġa ta’ approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-bini tal-paċi u aċċentwat ir-rabtiet evidenti bejn is-sigurtà, l-iżvilupp u l-jeddijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-flussi migratorji li joriġinaw min-nuqqas ta’ stabbiltà: il-kamp ta’ applikazzjoni u r-rwol tal-politika barranija tal-UE (25) tal-21 ta’ Ottubru 2013 dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b’attenzjoni partikolari għall-avvenimenti traġiċi lil hinn minn Lampedusa (26), u l-pożizzjoni tagħha tal-5 ta’ Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg staġjonali (27), li tkopri d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet soċjali u dawk ekonomiċi tagħhom,

wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) intitolat “L-Istat tal-Migrazzjoni Ambjentali 2012”,

wara li kkunsidrat il-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, maħluq fl-1999 mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidrat il-Kummissjoni Globali dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali, id-Djalogu ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp u l-Forum Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji Tagħhom, adottata fit-18 ta’ Diċembru 1990,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-protokolli għaliha, adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Novembru 2000,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali għalihom,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-protokoll għaliha tal-31 ta’ Jannar 1967,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidrat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tat-7 ta’ Diċembru 2000,

A.

billi n-nuqqas ta’ stabbiltà politika, soċjali u ekonomika, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-governanza batuta, in-nuqqas ta’ sigurtà, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni politika, il-kriżijiet umanitarji u d-diżastri naturali, u l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu fil-kondizzjonijiet tal-ħajja huma l-katalizzaturi ewlenin wara l-migrazzjoni; billi l-istati fraġli huma l-aktar vulnerabbli għal xokkijiet interni u esterni;

B.

billi l-migrazzjoni hija kemm opportunità kif ukoll sfida għall-iżvilupp, b’konsegwenzi ekonomiċi u soċjali importanti għall-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ transitu u ta’ destinazzjoni, kif ukoll għall-migranti nfushom;

C.

billi l-migrazzjoni ġestita b’mod tajjeb tista’ tkun ta’ benefiċċju kemm għall-pajjiżi tal-UE kif ukoll tal-AKP, li tgħin biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tax-xogħol eżistenti u futuri u tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-pajjiżi kollha kkonċernati;

D.

billi l-migrazzjoni min-Nofsinhar għan-Nofsinhar hija ferm aktar sinifikanti mill-migrazzjoni min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana, peress li din tammonta għal 62.6 % tal-migrazzjoni globali, u billi 84.7 % tal-migranti kollha jmorru jgħixu barra l-UE (28);

E.

billi, skont l-IOM, ġie stmat li nofs il-214-il miljun migrant internazzjonali fid-dinja huma ħaddiema migranti, li minnhom hemm proporzjon li qed jikber ta’ nisa; billi l-feminizzazzjoni tal-migrazzjoni tal-ħaddiema seħħet matul l-aħħar ftit għexieren ta’ snin;

F.

billi, mis-sena 2000, il-migrazzjoni internazzjonali mxiet lejn il-quċċata tal-aġenda tal-governanza globali u ġew iffurmati firxa sħiħa ta’ sħubijiet bilaterali u multilaterali; billi l-ħolqien tal-perspettiva “lieva ta’ migrazzjoni bħala żvilupp” stabbilixxiet il-bażi għal forom ġodda ta’ kooperazzjoni u djalogu interreġjonali;

G.

billi hemm il-ħtieġa ta’ politika ta’ migrazzjoni aktar armonizzata u effettiva sabiex jiġu ffaċilitati r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ transitu u dawk ospitanti u biex jiġu żgurati d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet ekonomiċi u dawk soċjali tal-migranti;

H.

billi l-Kunsill AKP-UE wasal għal qbil f’Mejju 2011 li d-djalogu dwar il-mobilità ta’ persuni tas-sengħa, il-migrazzjoni legali, ir-riammissjoni, il-viżi, il-kuntrabandu ta’ migranti u t-traffikar tal-bnedmin, id-drittijiet tal-migranti u r-rimessi għandu jitkompla, u billi l-pajjiżi AKP-UE impenjaw ruħhom li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti irrispettivament mill-istatus tal-immigrazzjoni tagħhom;

I.

billi s-Sħubija UE-Afrika dwar il-Migrazzjoni, il-Mobilità u l-Impjiegi timpenja l-partijiet għal djalogu dwar id-dijaspori, ir-rimessi, l-eżodu ta’ mħuħ, id-drittijiet tal-migranti, il-konsegwenzi soċjali tal-migrazzjoni, il-migrazzjoni regolari, ċirkolari u irregolari, il-ħruġ ta’ viża, il-kuntrabandu u t-traffikar tal-migranti, ir-riammissjoni u r-ritorn, il-protezzjoni tar-refuġjati, u l-mobilità tal-istudenti;

J.

billi d-diskriminazzjoni u l-vjolenza mmirati b’mod partikolari fuq il-migranti, ir-refuġjati u ’l dawk li jfittxu l-asil, b’żieda notevoli ta’ ksenofobija, sentiment antimigranti, diskorsi ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda, jibqgħu qasam ta’ tħassib serju għall-pajjiżi tal-UE u tal-AKP;

K.

billi l-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin jisfruttaw il-migrazzjoni irregolari u l-vittmi huma sfurzati, imħajra jew imqarrqa sabiex jiġu lejn l-Ewropa permezz ta’ netwerks kriminali, u billi dawn il-problemi huma ta’ theddida serja għas-sigurtà tal-UE u riskju serju għall-ħajja tal-migranti;

L.

billi l-ħarsien tad-drittijiet tal-migranti, inklużi dawk tal-migranti nisa u t-tfal, huwa wieħed mill-elementi ewlenin għall-ġestjoni ta’ politika ta’ migrazzjoni sostenibbli;

M.

billi s-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li ġiet riveduta mill-ġdid għandha l-għan li tipprovdi regoli aktar ċari u li tiggarantixxi protezzjoni ġusta u adegwata għar-refuġjati li jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali;

N.

billi l-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi ċerti għodod, bħall-Kodiċi tal-Viża u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, li jagħmluha possibbli li tingħata viża umanitarja lir-refuġjati fil-każ ta’ kriżijiet;

O.

billi l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jagħmlu użu mill-fondi li se jkunu disponibbli taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u l-fondi disponibbli taħt l-Azzjoni Preparatorja “Il-possibbiltà tar-risistemazzjoni ta’ refuġjati f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza”;

P.

billi l-migrazzjoni legali hija l-aħjar rotta għall-individwi li qed ifittxu li jiċċaqalqu mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u għall-pajjiż ospitanti;

Q.

billi l-migrazzjoni tista’ taggrava l-“eżodu ta’ mħuħ”, li għandu effett ta’ detriment fit-tul fuq is-suq tax-xogħol ta’ pajjiż li qed jiżviluppa;

1.

Tistieden lill-pajjiżi AKP u lill-UE biex isaħħu aktar l-impenn tagħhom favur it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fuq il-migrazzjoni u l-iżvilupp u sabiex jippromwovu l-migrazzjoni ġestita tajjeb bħala xprunatur għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli; tenfasizza li approċċ aktar koordinat għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandu jiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u tal-bniedem tal-migranti;

2.

Tenfasizza l-ħtieġa għal sħubija aktar b’saħħitha bejn il-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ transitu u ta’ destinazzjoni bl-għan li jkun hemm ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni b’mod komprensiv b’responsabbiltà u kooperazzjoni konġunti;

3.

Tenfasizza li l-faqar, l-ekonomiji dgħajfa, in-nuqqas ta’ żvilupp, in-nuqqas ta’ tkabbir favur il-fqar u n-nuqqas ta’ impjiegi, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat huma l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni internazzjonali; tistieden lill-UE tagħmel aktar sforzi fir-rigward tal-iżvilupp u d-demokratizzazzjoni tal-pajjiżi ta’ oriġini u biex tippromwovi l-istat tad-dritt; tistieden lill-pajjiżi AKP isegwu politiki effettivi u mmirati aħjar favur it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku bl-għan li jinħolqu l-impjiegi;

4.

Tesprimi t-tħassib tagħha li għadd dejjem jikber ta’ nies qed jissugraw ħajjithom billi jimbarkaw fuq vjaġġi perikolużi bid-dgħajsa biex jaqsmu l-Mediterran u jidħlu fl-UE; tfakkar li s-solidarjetà tal-UE għandha tmur id f’id mar-responsabbiltà; tfakkar li l-Istati Membri tal-UE għandhom obbligu legali li joħorġu jgħinu lill-migranti li jinsabu fuq il-baħar; tistieden, f’dan ir-rigward, lill-pajjiżi AKP, u b’mod partikolari lil Eritrea, il-pajjiż minn fejn ġejjin ħafna mill-vittmi, ifittxu kooperazzjoni internazzjonali bl-għan li jiġi miġġieled it-traffikar tal-bniedem u biex jiggarantixxu d-drittijiet bażiċi tal-bniedem għaċ-ċittadini kollha;

5.

Tenfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ (id-Direttivi 2009/50/KE u 2011/98/UE) tiżgura trattament ugwali għall-immigranti legali u għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih joqogħdu fir-rigward ta’; (i) kundizzjonijiet tax-xogħol, (ii) libertà ta’ assoċjazzjoni, (iii) edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, (iv) rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, (v) fergħat tas-sigurtà soċjali, (vi) benefiċċji tat-taxxa, (vii) aċċess għal oġġetti u servizzi, u (viii) servizzi ta’ pariri offruti mill-uffiċċji tal-impjiegi, u jinnota li l-Istati Membri tal-UE jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali biss f’oqsma ddefiniti mil-liġi;

6.

Tistieden lill-pajjiżi tal-AKP u tal-UE jiġġieldu b’mod attiv il-ksenofobija u l-vjolenza ksenofobika kontra l-migranti, anke permezz tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-professjonisti li jittrattaw mal-migranti dwar il-ħtieġa li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem tal-migranti;

7.

Tistieden lill-Istati Membri tal-UE jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement, f’konformità mad-dritt internazzjonali u mad-dritt tal-UE eżistenti; tistieden lill-Istati Membri tal-UE biex b’mod immedjat iwaqqfu kwalunkwe prattiki ta’ detenzjoni mhux xierqa u estiżi;

8.

Tistieden lill-awtoritajiet AKP u tal-UE jimplimentaw politiki li jindirizzaw il-ħtiġijiet partikolari ta’ migranti nisa, peress li dawn huma suġġetti għal vjolenza u abbuż, li għadhom theddida kbira, b’mod partikolari fil-kampijiet tar-refuġjati, u biex jiżguraw rispett għall-prinċipju fundamentali tal-aħjar interessi tat-tfal;

9.

Tenfasizza li, filwaqt li tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem għall-migranti kollha, l-UE għandha tikkonċentra fuq ir-refuġjati li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra sabiex tipprovdi l-aħjar assistenza u protezzjoni possibbli; tistieden lill-Kummissjoni trawwem miżuri ta’ protezzjoni għall-gruppi u l-persuni vulnerabbli li spiss jisfaw vittmi ta’ traffikar u ta’ sfruttament sesswali u tax-xogħol;

10.

Tenfasizza li l-ħarsien tad-drittijiet tal-migranti hija element fundamentali fil-proċess ta’ riammissjoni; tistieden lill-partijiet kollha jiżguraw l-applikazzjoni prattika ta’ politiki li jiggarantixxu r-rispett għal dawk id-drittijiet u għad-dinjità tal-bniedem fl-istadji kollha tal-proċess, f’konformità mal-impenji internazzjonali applikabbli;

11.

Tistieden lill-UE, lill-Frontex u lill-Istati Membri jiżguraw li l-assistenza lill-migranti fil-periklu hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin fl-implimentazzjoni tar-Regolament Eurosur;

12.

Titlob għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali, inklużi ftehimiet dwar il-kwistjonijiet ta’ ritorn u riammissjoni tal-migranti illegali lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u ftehimiet bilaterali u multilaterali;

13.

Tilqa’ l-proposti riċenti tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni legali għal dawk li mhux qed ifittxu l-asil, u tħeġġiġha tiżviluppa aktar strumenti sabiex tiġi stabbilita politika komuni dwar l-immigrazzjoni, sabiex tiġġestixxi l-migrazzjoni ekonomika bl-għan li jiġi promoss il-progress ekonomiku u soċjali fil-pajjiżi ospitanti, ta’ transitu u ta’ oriġini, u sabiex ittejjeb il-koeżjoni soċjali billi titjieb l-integrazzjoni tal-migranti;

14.

Tistieden lill-Istati Membri tal-UE għal ħidma mal-pajjiżi AKP biex jiġi żgurat li informazzjoni dwar il-migrazzjoni legali tkun faċilment disponibbli, b’attenzjoni speċjali fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-migranti, pereżempju, hekk kif inhi fuq il-portal tal-immigrazzjoni online tal-Unjoni Ewropea;

15.

Tinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ ċentri ta’ informazzjoni u ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni barra l-UE, bħal dak diġà stabbilit fil-Mali, bl-għan li l-pajjiżi ta’ oriġini jew ta’ transitu jiġu megħjuna jiddefinixxu politika dwar il-migrazzjoni b’reazzjoni għat-tħassib ta’ migranti potenzjali u li se jintbagħtu lura, li joffru gwida dwar l-immigrazzjoni legali u dwar opportunitajiet ta’ xogħol u ta’ kondizzjonijiet tal-ħajja fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni, u li jgħinu bit-taħriġ relatat max-xogħol;

16.

Tilqa’ s-Summit UE-Afrika li jmiss (2-3 ta’ April 2014, Brussell) u titlob għal approċċ komuni aktar kuraġġuż u strateġiji effettivi konkreti biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni fi ħdan l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika;

17.

Tenfasizza li l-eżodu ta’ mħuħ jista’ jikkawża problemi serji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għaldaqstant għandhom isiru sforzi biex jinkoraġġixxu l-migrazzjoni ċirkolari;

18.

Tenfasizza r-rwol importanti tad-djalogu AKP-UE li għadu għaddej dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp u tal-Forum Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, li jipprovdi qafas strutturat għall-promozzjoni ta’ djalogu u kooperazzjoni msaħħa bejn l-atturi statali u mhux statali;

19.

Tenfasizza li r-rimessi huma s-sors ewlieni u l-aktar stabbli ta’ flussi ta’ flus, sakemm ikun hemm disponibbli għall-migranti l-kanali għal trasferimenti aktar mgħaġġla, orħos u aktar sikuri ta’ fondi; għalhekk tistieden lill-UE u lill-pajjiżi AKP biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta’ rimessi u jnaqqsu l-ispejjeż tat-trasferimenti finanzjarji kemm fil-pajjiżi ta’ oriġini kif ukoll fil-pajjiżi benefiċjarji fl-interess tal-iżvilupp;

20.

Tagħti struzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi AKP u l-Istati Membri tal-UE, u lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti;

RIŻOLUZZJONI (29)

dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,

laqgħa fi Strasburgu (Franza) mis-17 sad-19 ta’ Marzu 2014,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidrat il-Ftehim rivedut ta’ Cotonou,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Libreville tal-11 ta’ Jannar 2013 dwar ir-riżoluzzjoni tal-kriżi politika militari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA), iffirmat taħt il-patroċinju tal-kapijiet ta’ stat u gvern tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tmien il-kriżi fir-ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, u wara li kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet tal-kapijiet tal-istat u tal-gvern tal-ECCAS fis-summits tagħhom tat-3 u t-18 ta’ April 2013 f’N’Djamena li jistabbilixxu l-pjan ta’ direzzjoni għat-tranżizzjoni,

wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2088 (2013) tal-24 ta’ Jannar 2013, 2121 (2013) tal-10 ta’ Ottubru 2013, 2127 (2013) tal-5 ta’ Diċembru 2013 u 2134 (2014) tat-28 ta’ Jannar 2014,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni għall-istampa tas-27 ta’ Jannar 2014 mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay,

wara li kkunsidrat is-sessjoni ta’ informazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-3 ta’ Marzu 2014,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet tal-5 ta’ Diċembru 2013 u tal-21 ta’ Jannar 2014 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet tal-10 ta’ Settembru u tat-30 ta’ Diċembru 2013 mill-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili dwar id-deterjorament tal-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidrat l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Frar 2014 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; wara li kkunsidrat l-istqarrija għall-istampa ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2014, fl-okkażjoni taż-żjara tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, flimkien mal-Ministri għall-Iżvilupp tal-Ġermanja u ta’ Franza,

wara li kkunsidrat l-istabbiliment ta’ Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana f’Mejju 2013 sabiex jikkoordina l-azzjoni reġjonali, l-azzjoni mifruxa mal-kontinent u l-azzjoni internazzjonali sabiex tinsab soluzzjoni dejjiema għall-problemi rikorrenti tal-pajjiż,

wara li kkunsidrat l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) tal-1998, ratifikat mir-Repubblika Ċentru-Afrikana fl-2001,

wara li kkunsidrat il-Protokoll Fakultattiv dwar l-Involviment tat-Tfal fil-Kunflitti Armati għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li ġie ffirmat mir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidrat is-summit straordinarju tal-ECCAS għall-kapijiet tal-istat u tal-gvern li sar f’N’Djamena (iċ-Ċad) fid-9 ta’ Jannar 2014,

wara li kkunsidrat l-adozzjoni mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana ta’ Kunċett ġdid ta’ Operazzjonijiet fl-10 ta’ Ottubru 2013,

wara li kkunsidrat l-istqarrija maħruġa mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana fis-7 ta’ Marzu 2014, li laqgħet it-titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, filwaqt li tirrikonoxxi li f’xi postijiet is-sitwazzjoni għadha preokkupanti u għaldaqstant iridu jitkomplew l-isforzi,

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni tas-27 ta’ Novembru 2013 mill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE f’Addis Ababa (l-Etjopja),

wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni tat-3 ta’ Marzu 2014 mill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, Nkosazana Dlamini-Zuma, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tat-16 ta’ Diċembru 2013, tal-20 ta’ Jannar 2014 u tal-10 ta’ Frar 2014 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2013, tat-12 ta’ Settembru 2013 u tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni preċedenti tagħha tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidrat il-laqgħa ta’ livell għoli dwar l-azzjoni umanitarja fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li nżammet fi Brussell fl-20 ta’ Jannar 2014,

wara li kkunsidrat il-konferenza tad-donaturi għall-Missjoni ta’ Appoġġ Internazzjonali fl-Afrika Ċentrali (MISCA), li saret f’Addis Ababa fl-1 ta’ Frar 2014,

A.

billi d-deterjorament fil-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana f’Diċembru 2013 wassal għar-riżenja tal-Kap ta’ Stat Tranżitorju, Michel Djotodia, u tal-Prim Ministru Tranżitorju, Nicolas Tiangaye, fl-10 ta’ Jannar 2014;

B.

billi, fl-20 ta’ Jannar 2014, Kap ta’ Stat Tranżitorju ġdid, Catherine Samba-Panza, ġiet eletta mill-Kunsill Nazzjonali Tranżitorju (NTC) wara d-deċiżjoni mill-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani Ċentrali (ECCAS); billi, fil-25 ta’ Jannar 2014, il-President Tranżitorju ħatar lil André Nzapayéké Prim Ministru u billi ġie iffurmat gvern ġdid;

C.

billi d-deterjorament fis-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana jista’ jikkawża instabbiltà fir-reġjun; billi l-irkupru tas-sigurtà hija prijorità li teħtieġ id-diżarm tal-Anti-Balaka kollha u n-newtralizzazzjoni kontinwa ta’ dawk li kienu r-ribelli Séléka;

D.

billi hemm kollaborazzjoni eċċellenti u kumplimentarjetà bejn il-forzi tal-Missjoni ta’ Appoġġ Internazzjonali għall-Afrika Ċentrali taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Afrikana (MISCA) u l-forzi Franċiżi (Sangaris); billi l-livell tal-forzi li qed jintużaw bħalissa mhuwiex biżżejjed biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-popolazzjoni; billi l-Kunsill tal-UE ddeċieda li jorganizza missjoni tal-forzi mmexxija mill-UE (EUFOR) fir-Repubblika Ċentru-Afrikana biex jiżgura s-sigurtà fl-ajruport ta’ Bangui u l-kamp fil-qrib li jakkomoda 1 00  000 refuġjat;

E.

billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jipprovdi qafas legali għall-intervent mill-UA, Franza u l-UE; billi mill-5 ta’ Diċembru 2014 l-operazzjonijiet kkonċernati kienu jinvolvu ż-żamma tal-ordni aktar milli operazzjonijiet militari; billi m’huwiex possibbli li jinkiseb livell ta’ sigurtà totali; billi finalment ir-Repubblika Ċentru-Afrikana se jkollha tistabbilixxi armata taċ-Ċentru-Afrikana;

F.

billi l-President Tranżitorju laqa’ l-intervent mill-UE; billi hi ħeġġet lin-Nazzjonijiet Uniti jistabbilixxu operazzjoni ta’ żamma tal-paċi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana sabiex jikkontrollaw il-kriżi multidimensjonali; billi huwa possibbli, kif previst fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2027 (2013), li MISCA tinbidel f’operazzjoni ta’ żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex tiżgura appoġġ finanzjarju kontinwu għaliha, li tkun ta’ appoġġ, f’dan l-ispirtu, għar-rakkomandazzjoni tas-Segretarju Ġenerali, Ban Ki-moon, għall-iskjerament fir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta’ 11  820 gwardjani tal-paċi tan-NU, li jinkludu 10  000 suldat u 1  820 pulizija, sabiex iġibu lura l-ordni u s-sigurtà f’dak il-post;

G.

billi l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-komunità internazzjonali hija vitali għar-ristawr tal-awtorità tas-sigurtà u tal-istat u għall-qadi tal-funzjonijiet sovrani tal-istat u tal-kompiti tiegħu fl-oqsma edukattivi u soċjali; billi din l-għajnuna hija meħtieġa mill-aktar fis u ma tistax tiġi kkundizzjonata fuq it-tolleranza żero tar-riskju jew tas-sigurtà totali;

H.

billi, id-diżarm, ir-rikonċiljazzjoni, ir-riparazzjoni, id-djalogu politiku u t-tmiem għall-impunità huma essenzjali sabiex jiġu eliminati l-kawżi ta’ nuqqas ta’ stabbiltà fil-pajjiż u billi l-integrità territorjali tal-pajjiż ma tistax titqiegħed f’perikolu; billi hija essenzjali riorganizzazzjoni amministrattiva minima tal-istat biex l-elezzjonijiet skedati għall-15 ta’ Frar 2015 jinżammu kif ippjanat; billi, għal dan il-għan, il-komunità internazzjonali għandha tappoġġja t-Tranżizzjoni sabiex timxi id f’id mal-proċess elettorali;

I.

billi fl-14 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill Tranżitorju Nazzjonali uffiċjalment nieda l-ħidma ta’ tħejjija tal-abbozz il-ġdid tal-kostituzzjoni; billi ġiet stabbilita l-Awtorità Elettorali Nazzjonali (NEA); billi fit-13 ta’ Marzu 2014, il-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp ħabbar allokazzjoni ta’ għajnuna ġdida ta’ EUR 81 miljun għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, dan l-ammont ikun addizzjonali mal-EUR 20 miljun diġà impenjati mill-UE b’appoġġ għall-proċess elettorali fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

J.

billi bosta awturi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u reati tal-gwerra mhumiex qed jiġu mħarrka; billi fl-20 ta’ Jannar 2014 Ms Marie-Thérèse Aissata Keita-Bocoum kienet maħtura bħala espert indipendenti fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u kienet mistiedna mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tippreżenta rapport f’Marzu 2014; billi fit-22 ta’ Jannar 2014 is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ħabbar kummissjoni internazzjonali biex tindaga dwar ir-rapporti kollha tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi dik il-Kummissjoni bdiet taħdem fil-11 ta’ Marzu 2014;

K.

billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2134 (2014) tat-28 ta’ Jannar 2014 tawtorizza l-użu ta’ sanzjonijiet kontra dawk li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà; billi fis-7 ta’ Frar l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ta’ bidu għal eżami preliminari tar-reati mwettqa minn Settembru 2012;

L.

billi ġew irrappurtati atroċitajiet miż-żewġ naħat, u billi fit-3 ta’ Marzu 2014 is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ppubblika rapport li kkonferma l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-kriżi għadha ma ddeġeneratx fi gwerra ċivili settarja imma għad hemm ir-riskju ta’ eskalazzjoni;

M.

billi l-abbużi, ir-reati tal-gwerra u r-reati kontra l-umanità ġiegħlu lill-Musulmani jaħarbu mill-pajjiż, li jmorru lura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jew li jsibu kenn fil-kampijiet stabbiliti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana; billi din il-ħarba, sew jekk b’mod volontarju sew jekk infurzata, lejn pajjiżi fis-subreġjun qed tikkawża kriżi serja fl-ekonomija reali; billi, barra minn hekk, m’hemm l-ebda baġit statali u l-pagi tas-settur pubbliku huma arretrati b’diversi xhur, filwaqt li l-prefetturi jeħtieġ li jiġu rriabilitati;

N.

billi t-tfixkil tal-ordni pubblika u tas-sigurtà fir-Repubblika Ċentru-Afrikana qed jikkawża kriżi umanitarja serja li spustat kważi miljun ruħ, u billi din il-kriżi hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ ikel, nuqqas ta’ faċilitajiet operattivi tal-kura tas-saħħa u minn nuqqas ta’ mediċini;

O.

billi għal sentejn ma kien hemm ebda sistema ta’ edukazzjoni li tiffunzjona; billi ż-żgħażagħ m’għandhomx xogħol x’jagħmlu; billi, skont il-UNICEF, 6  000 tifel u tifla ġew irreklutati mill-forzi armati u l-gruppi armati;

P.

billi huwa importanti li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana billi jiġi adottat approċċ wiesa’ u olistiku, li jikkunsidra l-interrelazzjoni bejn il-governanza tal-pajjiż, l-iżvilupp ekonomiku u s-sigurtà bl-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-popolazzjoni u tiġi stabbilita l-paċi dejjiema;

Q.

billi l-UE hija s-sieħba umanitarja u s-sieħba tal-iżvilupp l-aktar importanti tar-Repubblika Ċentru-Afrikana; billi l-UE żiedet l-impenn umanitarju tagħha għal aktar minn EUR 100 miljun fl-2013/2014; billi, fl-20 ta’ Jannar 2014, id-donaturi internazzjonali impenjaw ruħhom li jagħtu USD 496 miljun oħra f’għajnuna; billi l-Kummissjoni Ewropea se tniedi programm ta’ żvilupp ibbażat fuq il-persuna b’finanzjament ta’ EUR 101 miljun biex jiġu ristawrati s-servizzi soċjali bażiċi u l-mezzi ta’ sussistenza, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, tas-saħħa, u tas-sigurtà fl-ikel u fin-nutrizzjoni;

1.

Tilqa’ l-elezzjoni mill-Kunsill Tranżitorju Nazzjonali ta’ Catherine Samba-Panza bħala l-President Tranżitorju ġdid tar-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-formazzjoni tal-gvern il-ġdid; tassigurahom bl-appoġġ sħiħ tagħha u tistieden lill-forzi politiċi kollha jgħinu fir-ristawr tal-paċi u fl-irkupru tal-pajjiż;

2.

Tesprimi t-tħassib serju tagħha dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, li hija kkaratterizzata minn deterjorament serju fil-liġi u l-ordni; tikkundanna l-vjolenza, li qed tipprevjeni l-funzjonament xieraq tas-servizzi bażiċi u tħarrax sitwazzjoni umanitarja u ekonomika diġà terribbli; tenfasizza l-urġenza li jerġgħu jiġu stabbiliti s-servizzi soċjali u tas-saħħa u li l-iskejjel jiġu mgħammra u miftuħa mill-ġdid;

3.

Tistieden lill-imsieħba internazzjonali biex jagħtu l-appoġġ kollu possibbli għall-isforzi konġunti fl-oqsma tas-sigurtà, l-għajnuna umanitarja, l-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-irkupru ekonomiku;

4.

Tikkundanna bil-qawwa l-ksur serju tal-liġi umanitarja u l-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem;

5.

Tenfasizza li dawk li jkunu wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarja internazzjonali m’għandhomx jitħallew jaħarbu b’impunità; titlob li dawn jiġu ddenunzjati, identifikati, imħarrka u kkastigati skont il-liġi kriminali nazzjonali u internazzjonali; tilqa’ l-ħatra ta’ kummissjoni internazzjonali li tikkonsisti minn tliet membri sabiex tinvestiga l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u l-ħatra tas-Sinjura Marie-Thérèse Aissata Keita-Bocoum bħala espert indipendenti;

6.

Tilqa’ l-ħidma effettiva mwettqa mill-MISCA u mill-forzi Franċiżi (Missjoni Sangaris); tosserva li s-sitwazzjoni f’Bangui qed titjieb b’mod gradwali;

7.

Tappoġġja l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013) li tawtorizza d-diżarm infurzat tal-milizji kollha mingħajr distinzjoni;

8.

Tistieden lill-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu għall-missjoni EUFOR fir-Repubblika Ċentru-Afrikana sabiex tkun tista’ tiġi skjerata b’mod rapidu; tistieden lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jaderixxu għat-talbiet tas-Segretarju Ġenerali u l-awtoritajiet tranżitorji tar-Repubblika Ċentru-Afrikana biex tiġi organizzata missjoni ta’ żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u biex ikun awtorizzat l-iffinanzjar tagħha; titlob biex il-MISCA tiġi rinfurzata, u tifraħ lill-istati Afrikani li qed jikkontribwixxu għaliha;

9.

Tħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex timmobilizza r-riżorsi finanzjarji, umani u oħrajn meħtieġa kollha biex tissaħħaħ il-preżenza tal-forza tas-sigurtà internazzjonali, li hija primarjament Afrikana;

10.

Tikkundanna l-attakki mmirati kontra l-Musulmani u l-Insara; tibża’ li l-kunflitt jista’ jiddeġenera fi gwerra ċivili settarja; tilqa’ l-isforzi mill-awtoritajiet reliġjużi biex jipprevjenu kunflitt settarju u jippreservaw l-koeżistenza paċifika tradizzjonali;

11.

Tqis li huwa essenzjali li tiġi stabbilita kummissjoni ta’ verità u rikonċiljazzjoni biex tieħu miżuri korrettivi għall-atti ta’ vjolenza, tiddefendi d-drittijiet tal-vittmi, tipprevjeni l-impunità u tiffaċilita t-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn stat demokratiku bbażat fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u li żżomm l-individwi responsabbli, sabiex in-nies jistgħu jgħixu f’kundizzjonijiet diċenti;

12.

Tappoġġja l-istabbiliment mill-ġdid tal-istituzzjonijiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana; hija favur li l-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali jinżammu fi Frar 2015 u tħeġġeġ lis-soċjetà ċivili biex tieħu sehem fid-dibattiti dwar il-futur tar-Repubblika Ċentru-Afrikana;

13.

Titlob għal miżuri li għandhom jittieħdu b’urġenza biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kunflitti, b’mod partikolari għar-riforma tal-forzi armati u l-forzi tas-sigurtà, ir-ripatrijazzjoni tar-refuġjati, ir-ritorn ta’ persuni spustati internament, ir-riabilitazzjoni tal-awtoritajiet lokali, il-mobilizzazzjoni tal-potenzjal uman li jeżisti fil-pajjiż u s-soċjetà ċivili, u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp vijabbli; tistieden lill-komunità internazzjonali tassisti u tappoġġja lill-awtoritajiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana u tal-pajjiżi ġirien li kellhom ilaħħqu mal-impatt ta’ dan il-kunflitt, b’mod partikolari t-theddid tan-nuqqas ta’ sigurtà fl-ikel;

14.

Tenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni ta’ strateġija subreġjonali integrata li testendi lil hinn mis-sigurtà biex tinkludu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, sabiex titwitta t-triq għal żvilupp sostenibbli fir-reġjun;

15.

Tilqa’ l-isforzi mwettqa mill-awtoritajiet tal-pajjiżi fis-subreġjun;

16.

Tilqa’ l-appoġġ miżjud mill-UE bħala reazzjoni għall-kriżi umanitarja, tinkoraġġixxi lill-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom ma’ donaturi oħra, u tistieden lill-partijiet kollha jiggarantixxu lill-aġenziji umanitarji aċċess immedjat u mingħajr xkiel għall-persuni kollha fil-bżonn; tistieden lill-komunità internazzjonali tonora l-impenji tagħha biex tipprovdi l-fondi;

17.

Tfakkar li r-riżorsi finanzjarji m’għandhomx ikunu kkundizzjonati fuq is-sigurtà totali; tappoġġja s-sejħa urġenti mill-President Tranżitorju għall-għajnuna fil-forma ta’ appoġġ baġitarju akkumpanjat minn ko-amministrazzjoni;

18.

Tagħti struzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lir-Repubblika Ċentru-Afrikana, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill AKP, lill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ La Francophonie (IOF), lill-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani Ċentrali (ECCAS) u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fid-19 ta’ Marzu 2014 fi Strasburgu (Franza).

(2)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fid-19 ta’ Marzu 2014 fi Strasburgu (Franza).

(3)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(7)   ĠU L 165, 21.6.2001, p. 1.

(8)  ĠU C 332, 30.10.2012, p. 1.

(9)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(10)  http://www.oecd.org/cleangovbiz/toolkit/49360071.pdf

(11)  http://www.wcoomd.org/en/media/newsroom/2013/september/wco-picard-conference.aspx

(12)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 62.

(13)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15.

(14)  http://www.wto.org/english/docs_e/legal_e/20-val_01_e.htm

(15)  http://www.wcoomd.org/en/about-us/legal-instruments/~/link.aspx?_id=8FB281B82DD8465CB7FE588031749A3B&_z=z

(16)  http://www.wto.org/english/news_e/news12_e/trip_05jun12_e.htm

(17)  http://www.ciat.org/index.php/en/international-cooperation/international-activities/technical-conferences/2682.html

(18)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fid-19 ta’ Marzu 2014 fi Strasburgu (Franza).

(19)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 21.

(20)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fid-19 ta’ Marzu 2014 fi Strasburgu (Franza).

(21)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(22)  ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96.

(23)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 17.

(24)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 1.

(25)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 1.

(26)  Testi adottati, P7_TA(2013)0448.

(27)  P7_TC1-COD(2010)0210.

(28)  J. Crush, Between North and South: The EU-ACP Migration Relationship, id-Dokumenti CIGI Nru 16, April 2013, p. 8.

(29)  Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fid-19 ta’ Marzu 2014 fi Strasburgu (Franza).