ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 329

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
22 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 329/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 329/02

Kawża C-305/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Sergiu Lucian Băbășan vs Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare

2

2014/C 329/03

Kawża C-308/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

2

2014/C 329/04

Kawża C-315/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Lulju 2014 – Marchon Germany GmbH vs Yvonne Karaszkiewicz

3

2014/C 329/05

Kawża C-332/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Lulju 2014 – Wolfgang und Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft GbR vs Finanzamt Krefeld

3

2014/C 329/06

Kawża C-345/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-17 ta’ Lulju 2014 – SIA Maxima Latvija vs Konkurences padome

4

2014/C 329/07

Kawża C-347/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Lulju 2014 – New Media Online GmbH vs Bundeskommunikationssenat

5

2014/C 329/08

Kawża C-355/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad – Pleven (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Polihim-SS EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa – Svishtov

6

2014/C 329/09

Kawża C-356/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Hunland-Trade Mezőgazdasági Termelő és Kereskedelmi Kft. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

7

2014/C 329/10

Kawża C-357/14 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2014 minn Dunamenti Erőmű Zrt mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża T-179/09, Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni Ewropea

8

2014/C 329/11

Kawża C-359/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fit-23 ta’ Lulju 2014 – ERGO Insurance SE, li taġixxi permezz tas-susidjarja tagħha ERGO Insurance SE Lietuvos filialas vs If P&C Insurance AS, li taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha If P&C Insurance AS filialas

9

2014/C 329/12

Kawża C-363/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

10

2014/C 329/13

Kawża C-365/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Brunhilde Liebler, Helmut Liebler vs Condor Flugdienst GmbH

10

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 329/14

Kawża T-511/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni [Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Talbiet għal kwotazzjoni — Rifjut ta’ aċċess — Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Nuqqas ta’ tibdil tat-talbiet għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni]

12

2014/C 329/15

Kawża T-84/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2014 – Uspaskich vs Il-Parlament (Rikors għal annullament u għad-danni — Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni li titneħħa l-immunità — Eżami mill-ġdid — Deċiżjoni li ma tiġix difiża l-immunità — Inammissibbiltà — Inammissibbiltà manifesta)

12

2014/C 329/16

Kawża T-416/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Stanleybet Malta u Stanley International Betting vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Kompetizzjoni — Operat ta’ apparat vidjo ta’ lotterija — Għoti ta’ liċenzja esklużiva mill-Greċja — Deċiżjoni li tiċħad ilment — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

13

2014/C 329/17

Kawża T-172/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris)

14

2014/C 329/18

Kawża T-173/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – WeserWind vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris)

14

2014/C 329/19

Kawża T-174/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Dieckerhoff Guss vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris)

15

2014/C 329/20

Kawża T-176/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Georgsmarienhütte vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris)

15

2014/C 329/21

Kawża T-178/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris)

16

2014/C 329/22

Kawża T-179/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Schmiedewerke Gröditz vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris)

16

2014/C 329/23

Kawża T-183/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Schmiedag vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris)

17

2014/C 329/24

Kawża T-388/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

17

2014/C 329/25

Kawża T-389/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

18

2014/C 329/26

Kawża T-459/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – Pires Freitas Campos (LEO)

18

2014/C 329/27

Kawża T-493/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Mayer vs EFSA

19

2014/C 329/28

Kawża T-498/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 – Deutsche Umwelthilfe vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2014/C 329/29

Kawża T-523/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2014 – Squeeze Life vs UASI – Evolution Fresh (SQUEEZE LIFE)

21

2014/C 329/30

Kawża T-537/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – Laboratoire Nuxe vs UASI – NYX, Los Angeles (NYX)

22

2014/C 329/31

Kawża T-538/14: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Peri vs UASI (Multiprop)

22

2014/C 329/32

Kawża T-540/14: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Klass vs UASI – F. Smit (PLAYSEAT) (PLAYSEATS)

23

2014/C 329/33

Kawża T-550/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – Volkswagen vs UASI (COMPETITION)

24

2014/C 329/34

Kawża T-292/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Monty Program vs Il-Kummissjoni

24

2014/C 329/35

Kawża T-648/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – Smart Technologies vs UASI (SMART NOTEBOOK)

24

2014/C 329/36

Kawża T-178/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2014 – Khwanda vs Il-Kunsill

25

2014/C 329/37

Kawża T-344/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Virgin Atlantic Airways vs Il-Kummissjoni

25

2014/C 329/38

Kawża T-569/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Marouf vs Il-Kunsill

25

2014/C 329/39

Kawża T-139/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Eltek vs UASI – Eltec Elektronik (ELTEK)

25

2014/C 329/40

Kawża T-319/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2014 – Elmaghraby u El Gazaerly vs Il-Kunsill

25

2014/C 329/41

Kawża T-502/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – ASPA vs UASI – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (ARGENTARIA)

26

2014/C 329/42

Kawża T-577/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Zehnder vs UASI – UAB Amalva (komfovent)

26

2014/C 329/43

Kawża T-588/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2014 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – A. Weber (JETROC)

26

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 329/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 315, 15.9.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 303, 8.9.2014

ĠU C 292, 1.9.2014

ĠU C 282, 25.8.2014

ĠU C 261, 11.8.2014

ĠU C 253, 4.8.2014

ĠU C 245, 28.7.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Sergiu Lucian Băbășan vs Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare

(Kawża C-305/14)

2014/C 329/02

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Satu Mare

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sergiu Lucian Băbășan

Konvenut: Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikoli 11(1) u 12(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, japplikaw direttament fit-territorju tar-Rumanija f’dak li jirrigwarda ċ-ċittadini tal-Unjoni jew le?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikoli 11(1) u 12(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu obbligati jikkonformaw ruħhom ma’ dispożizzjonijiet legali tad-dritt intern tal-Istati Membri bħar-regoli imperattivi tal-Liġi Rumena Nru 60/1991, jiġifieri l-Artikolu 12(1), flimkien mas-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ din il-liġi, dwar l-organizzazzjoni u ż-żamma ta’ ġemgħat pubbliċi?


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/2


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-308/14)

2014/C 329/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, M. Wilderspin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tiddikjara li r-Renju Unit, permezz tar-rekwiżit li persuna li titlob allowance għall-ulied dipendenti jew kreditu mit-taxxa għall-ulied għandha jkollha d-dritt li tirrisjedi fir-Renju Unit, naqas milli jwettaql-obbligi tiegħu taħt ir-Regolament Nru 883/2004 (1);

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li billi rrikjeda li persuna li titlob allowance għall-ulied dipendenti jew kreditu mit-taxxa għall-ulied għandha jkollha d-dritt li tirrisjedi fir-Renju Unit bħala kundizzjoni sabiex tiġi kkunsidrata bħala residenti hemm, ir-Renju Unit impona kundizzjoni li ma hijiex permessa mir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Alternattivament, il-Kummissjoni ssostni li billi impona kundizzjoni sabiex persuna tkun intitolata għall-allowances tas-sigurtà soċjali li hija ssodisfatta awtomatikament miċ-ċittadini tiegħu, ir-Renju Unit ħoloq sitwazzjoni ta’ diskriminazzjoni diretta kontra ċittadini ta’ Stati Membri oħra u b’hekk kiser l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72)


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Lulju 2014 – Marchon Germany GmbH vs Yvonne Karaszkiewicz

(Kawża C-315/14)

2014/C 329/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenuta u parti li ppreżentat l-appell għal reviżjoni: Marchon Germany GmbH.

Rikorrenti u parti li kontriha ġie ppreżentat l-appell għal reviżjoni: Yvonne Karaszkiewicz

Domanda preliminari

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-“klijenti ġodda” jistgħu jkunu wkoll klijenti introdotti mill-aġent kummerċjali li diġà jwettqu tranżazzjonijiet mal-prinċipal fir-rigward ta’ prodotti mill-firxa ta’ prodotti ddistribwiti minn dan tal-aħħar iżda mhux f’dak li jikkonċerna l-prodotti li fir-rigward tagħhom il-prinċipal ikun inkariga esklużivament lill-aġent kummerċjali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Lulju 2014 – Wolfgang und Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft GbR vs Finanzamt Krefeld

(Kawża C-332/14)

2014/C 329/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wolfgang u Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft GbR

Konvenut: Finanzamt Krefeld

Domandi preliminari

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, jippermetti li l-Istati Membri jipprivileġġjaw, bħala kriterju ta’ tqassim għall-finijiet tal-kalkolu tal-proporzjoni tat-tnaqqis tal-VAT tal-input dovuta għal operazzjoni partikolari, bħall-kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat, kriterju ta’ tqassim differenti minn dak ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, previst fl-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva, sakemm il-metodu magħżul jiggarantixxi determinazzjoni iktar preċiża tal-imsemmija proporzjon tat-tnaqqis (sentenza BLC Baumarkt, C-511/10, EU:C:2012:689).

a)

Fil-mument tax-xiri jew tal-kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat, il-provvisiti minn qabel li tagħhom il-valur taxxabbli jkun marbut mal-ispejjeż tax-xiri jew tat-twettiq għandhom, għall-finijiet ta’ kalkolu iktar preċiż tal-ammonti ta’ taxxa tal-input imħallsa li jistgħu jitnaqqsu, jiġu imposti l-ewwel fuq l-operazzjonijiet ta’ użu (li jistgħu jiġu imposti jew eżentati) tal-immobbli, u wara jitqassmu biss il-bqija tat-taxxi tal-input imħallsa li ma ġewx imposti skont kriterju ta’ tqassim ibbażat fuq is-superfiċji jew fuq id-dħul mill-bejgħ?

b)

Il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha BLC Baumarkt, EU:C:2012:689, u r-risposta għad-domanda preċedenti huma applikabbli wkoll għall-ammonti ta’ taxxa tal-input imħallsa għal provvisti minn qabel marbuta mal-użu, mal-konservazzjoni jew mal-manutenzjoni ta’ immobbli ta’ użu mħallat?

2)

L-Artikolu 20 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regolarizzazzjoni, prevista f’din id-dispożizzjoni, tat-tnaqqis li jkun twettaq fil-bidu għandu jkun applikabbli wkoll meta persuna taxxabbli tkun qassmet it-taxxi tal-input imħallsa għall-kostruzzjoni ta’ immobbli ta’ użu mħallat skont il-metodu bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva u awtorizzat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u Stat membru jipprivileġja, a posteriori, matul dan il-perijodu ta’ regolarizzazzjoni, kriterju ieħor ta’ tqassim?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti: il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 20 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, meta l-Istat Membru, għall-każijiet bħal dawk imsemmija iktar ‘il fuq, ma jiddisponix espressament regolarizzazzjoni tat-taxxa tal-input imħallsa u lanqas jadotta sistema tranżitorja, u meta t-tqassim tat-taxxa tal-input imwettaq mill-persuna taxxabbli skont il-metodu bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ ikun ġie rrikonoxxut bħala raġonevoli mill-Bundesfinanzhof?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-17 ta’ Lulju 2014 – SIA “Maxima Latvija” vs Konkurences padome

(Kawża C-345/14)

2014/C 329/06

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Maxima Latvija”

Konvenuta: Konkurences padome

Domandi preliminari

1)

Il-ftehim li qiegħed jiġi eżaminat f’din il-kawża, konkluż bejn is-sid ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u bejjiegħ bl-imnut (kerrej prinċipali), li jillimita d-dritt tas-sid li jiddeċiedi waħdu, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi kerrej prinċipali, li jikri proprjetà immobbli kummerċjali oħra lil kompetituri potenzjali tal-kerrej prinċipali, jista’ jitqies bħala ftehim bejn impriżi li s-suġġett tiegħu huwa li jimpedixxi, jillimita jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

2)

Huwa meħtieġ li titwettaq analiżi tal-istruttura tas-suq sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ dan il-ftehim mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, jekk hija meħtieġa, x’għandha tkopri tali analiżi?

3)

Fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ dan il-ftehim mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni s-saħħa fis-suq tal-parteċipanti fil-ftehim li qiegħed jiġi eżaminat f’dan il-kawża kif ukoll il-possibbiltà li tiżdied din is-saħħa?

4)

Fl-eventwalità li sabiex tiġi stabbilita n-natura tal-ftehim u sabiex jiġi stabbilit li jeżistu l-elementi meħtieġa sabiex ikun hemm ftehim ipprojbit ikun meħtieġ li jiġi evalwat jekk tali ftehim jaffettwax is-suq, tali possibbiltà ta’ impatt fuq is-suq tista’ tkun suffiċjenti sabiex fl-istess ħin jiġi ddikjarat li dan il-ftehim jaqa’ taħt il-kunċett ta’ ftehim ipprojbit, mingħajr ma jiġi evalwat jekk fil-verità kienx hemm effetti negattivi?


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Lulju 2014 – New Media Online GmbH vs Bundeskommunikationssenat

(Kawża C-347/14)

2014/C 329/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: New Media Online GmbH

Konvenut: Bundeskommunikationssenat

Parti oħra: Bundeskanzler

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2010/13/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) għandu jiġi interpreat fis-sens li jista’ jiġi stabbilit li l-forma u l-kontenut ta’ servizz inkwistjoni huma paragunabbli, bil-mod meħtieġ, ma’ dawk tax-xandir televiżiv meta tali servizzi huma proposti wkoll mix-xandir televiżiv, li jista’ jiġi kkunsidrat bħala medja tal-massa, li huma intiżi għal riċezzjoni minn parti sinjifikattiva tal-pubbliku ġenerali, u li jista’ jkollhom impatt ċar fuqu?

2)

L-Artikolu 1(1)(a)(i) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) għandu jiġi interpreat fis-sens li, għall-finijiet li jiġi evalwat l-għan prinċipali ta’ servizz offert fil-każ ta’ verżjonijiet elettroniċi tal-gazzetti, tista’ tiġi kkunsidrata parti minn sezzjoni, fejn hija pprovduta fil-parti l-kbira ġabra ta’ vidjos qosra li, f’sezzjonijiet oħra ta’ dan is-sit tal-internet tal-mezz elettroniku inkwistjoni, jintużaw unikament sabiex jikkompletaw artikoli tal-gazzetta online?


(1)  ĠU L 95, p. 1.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad – Pleven (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Polihim-SS EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa – Svishtov

(Kawża C-355/14)

2014/C 329/08

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad – Pleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polihim-SS EOOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa – Svishtov

Domandi preliminari

1.

Il-kunċett ta’ “konsum ta’ prodotti tal-enerġija”, użat fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (1), tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti tal-enerġija huma kkunsmati mix-xerrej dirett tagħhom li ma jagħmel ebda użu effettiv minnhom f’proċess partikolari jew fis-sens li l-prodotti tal-enerġija huma kkunsmati mit-terzi li jagħmel użu effettiv minnhom f’proċess li huwa jimplementa, meta l-prodotti tal-enerġija inkwistjoni jkunu ġew irrilaxxati għall-konsum u maħruġa mill-maħżen tat-taxxa ta’ magazzinier awtorizzat, mibjugħa, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali, lil xejjer li la għandu liċenzja għall-produzzjoni tal-elettriku u lanqas ċertifikat ta’ konsumatur finali eżenti mis-sisa, u mibjugħa mill-ġdid minn dan ix-xerrej lil terzi li għandu liċenzja għall-produzzjoni tal-elettriku, awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru sabiex jiġu kkunsinnati lilu prodotti tal-enerġija eżenti mis-sisa, kif ukoll ċertifikat ta’ konsumatur finali eżentat mis-sisa, u li l-magazzinier awtorizzat ikun ikkunsinnalu direttament l-imsemmija prodotti tal-enerġija, mingħajr ma dawn il-prodotti jkunu ġew ittrasferiti taħt il-kontroll reali tax-xerrej?

2.

L-espressjoni “użati biex jipproduċu elettriku” użata fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (3), tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-prodotti tal-enerġija huma użati mix-xerrej dirett tagħhom, li ma jagħmel ebda użu effettiv minnhom f’proċess partikolari bl-għan li jilħaq objettiv eżenti mis-sisa, jew fis-sens li dawn il-prodotti tal-enerġija jintużaw minn terzi li jagħmel użu effettiv minnhom f’proċess li huwa jimplementa, il-kombustjoni, pereżempju għall-produzzjoni tal-elettriku, sabiex jilħaq l-objettiv eżenti mis-sisa, meta l-prodotti tal-enerġija inkwistjoni jkunu ġew irrilaxxati għall-konsum u maħruġa mill-maħżen tat-taxxa ta’ magazzinier awtorizzat, mibjugħa, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali, lil xejjer li la għandu liċenzja għall-produzzjoni tal-elettriku u lanqas ċertifikat ta’ konsumatur finali eżenti mis-sisa, u mibjugħa mill-ġdid minn dan ix-xerrej lil terzi li għandu liċenzja għall-produzzjoni tal-elettriku, awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru sabiex jiġu kkunsinnati lilu prodotti tal-enerġija eżenti mis-sisa, kif ukoll ċertifikat ta’ konsumatur finali eżenti mis-sisa, u li l-magazzinier awtorizzat ikun ikkunsinnalu direttament l-imsemmija prodotti tal-enerġija, mingħajr ma dawn il-prodotti jkunu ġew ittrasferiti taħt il-kontroll reali tax-xerrej?

3.

Fid-dawl tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sisa u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE, u tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96/KE, prodotti tal-enerġija huma suġġetti għas-sisa, u jekk dan huwa l-każ, skont liema rata, dik tal-karburanti jew dik tal-prodotti tal-enerġija kombustibbli, meta jiġi stabbilit li dawn il-prodotti ġew ikkunsinnati lil konsumatur finali li għandu l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll ċertifikat ta’ konsumatur finali eżenti mis-sisa, u li l-magazzinier awtorizzat ikun ikkunsinnalu direttament il-merkanzija, iżda li tagħha huwa ma jkunx ix-xerrej oriġinali?

4.

Fid-dawl tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sisa u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE, u tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96/KE, prodotti tal-enerġija jistgħu jiġu suġġetti għas-sisa, u dan skont ir-rata applikabbli għall-karburanti, meta jiġi stabbilit li dawn ġew ikkunsmati u użati bl-għan ta’ objettiv eżenti mis-sisa, jiġifieri l-produzzjoni tal-elettriku, minn persuna li għandha l-liċenzji u awtorizzazzjonijiet għal dan il-għan previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li l-magazzinier awtorizzat ikun ikkunsinnalha direttament il-merkanzija, iżda li tagħha huwa ma jkunx ix-xerrej oriġinali?


(1)  ĠU L 9, p. 12.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179).

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Hunland-Trade Mezőgazdasági Termelő és Kereskedelmi Kft. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-356/14)

2014/C 329/09

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hunland-Trade Mezőgazdasági Termelő és Kereskedelmi Kft.

Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Domandi preliminari

1)

Skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju, annimal tal-ifrat għat-tgħammir għandu jitqies bħala ta’ razza pura, meta huwa jkun ġie inkluż, l-istess bħall-ġenituri tiegħu u l-ġenituri tagħhom, fil-ktieb ġenealoġiku tar-razza Holstein-Friżjan mill-organizzazzjoni nazzjonali uffiċjali ta’ min irabbi, indipendentement mil-livell ta’ purezza razzjali ġenetika tal-axxendenti tiegħu?

2)

Id-dispożizzjoni inkwistjoni tad-Deċiżjoni Nru 2005/379/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-annimali li jirriproduċu li għandhom ċertifikat ġenealoġiku bit-titolu msemmi fl-Artikolu 2(1)(a) għandhom jitqiesu bħala annimali għat-tgħammir ta’ razza pura, b’mod li jagħtu d-dritt għall-benefiċċju ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-kummerċ intra-Komunitarju?

3)

B’teħid inkunsiderazzjoni ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, huwa possibbli li jitqies li, minkejja li annimal ikollu ċertifikat ġenealoġiku maħruġ mill-organizzazzjoni nazzjonali uffiċjali ta’ min irabbi u li jkollu t-titolu msemmi iktar ’il fuq, l-imsemmi annimal ma jippermettix lin-negozjant, fil-każ ta’ kummerċ intra-Komunitarju, li jibbenefika minn ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni minħabba li dan ma huwiex meqjus bħala annimal għat-tgħammir ta’ razza pura minkejja ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali li tinkludi l-element imsemmi iktar ’il fuq?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/379/KE, tas-17 ta’ Mejju 2005, dwar iċ-ċertifikai tal-pedigree u l-partikolaritajiet għall-annimali tat-trobbija ta’ razza pura mis-speċi bovina, l-isperma, il-bajd u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 349M, p. 7)


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/8


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2014 minn Dunamenti Erőmű Zrt mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża T-179/09, Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-357/14 P)

2014/C 329/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Dunamenti Erőmű Zrt (rappreżentanti: J. Philippe, F.-H. Boret, A.-C. Guyon, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 fil-Kawża T-179/09, sa fejn tikkonferma d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C-41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija (1) li kienet tiddikjara li dawn il-ftehimiet huma għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli;

tiddeċiedi definittivament u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C-41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija sa fejn ikkunsidrat li tali ftehimiet huma għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka ħames aggravji. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż, essenzjalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C-41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija u, sussidjarjament, għall-annullament tal-Artikoli 2 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni.

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali meta ddeċidiet li l-Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija (iktar 'il quddiem il-“FXE”) setgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna ġdida mingħajr ma stabbiliet minn qabel jekk il-FXE kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni ma kinitx ħadet żball meta sostniet li l-mument tal-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea kien il-perijodu ta’ referenza xieraq sabiex miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Qorti Ġenerali tkun qed twettaq żball ta’ liġi meta tqis li l-Anness IV stabbilixxa regola li tgħid li l-perijodu rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk miżura tal-Istat kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kien il-mument tal-adeżjoni tal-Ungerija. It-tifsira tal-Artikolu IV ġie distort peress li dan ma kienx jipprevedi u lanqas ma kien jissuġġerixxi li l-analiżi tal-kwistjoni dwar jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għandha ssir fid-data tal-adeżjoni.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti tosserva li l-Qorti Ġenerali tkun qed twettaq żball ta’ liġi meta tqis li ngħata vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi eżistenti fil-mument tal-konklużjoni tal-FXE. Il-Qorti Ġenerali tagħmel żball meta tqis li ngħata vantaġġ fil-mument li i) Magyar Villamos Művek (MVM) kienet aġixxiet bħala investitur privat meta kkonkludiet il-FXE bħala miżura preparatorja sabiex tiffaċilita l-privatizzazzjoni tad-Dunamenti, u (ii) fi kwalunkwe każ, anki li kieku l-FXE kienet tat vantaġġ (xi ħaġa li l-appellanti tikkontesta), dan ingħata lura permezz tal-bejgħ tad-Dunamenti.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali tar-riskju li ġej mill-obbligu tal-xiri minimu tal-MVM. Il-Qorti Ġenerali tkun qed twettaq żball ta’ liġi meta tasal għall-konklużjoni li jeżisti vantaġġ li ġej mill-obbligu ta’ xiri minimu tal-MVM mingħajr ma tipproduċi prova dwar l-eżistenza ta’ riskju strutturali.

Permezz tal-ħames aggravju, l-appellanti tikkontesta l-konferma tal-Qorti Ġenerali tal-metodu wżat mill-Kummissjoni sabiex tagħmel kalkolu tal-ammont tal-għajnuna. Il-Qorti Ġenerali tkun qed twettaq żball ta’ liġi meta tivvalida l-metodu preskritt peress li dan kien jiddefinixxi l-ammonti li għandhom jiġu miġbura bħala d-differenza fid-dħul u mhux bħala d-differenza fil-profitti peress li din id-differenza tkun tista’ tikkonfuta l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat.


(1)  ĠU L 225, p. 53.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fit-23 ta’ Lulju 2014 – ERGO Insurance SE, li taġixxi permezz tas-susidjarja tagħha ERGO Insurance SE Lietuvos filialas vs If P&C Insurance AS, li taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha If P&C Insurance AS filialas

(Kawża C-359/14)

2014/C 329/11

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus miesto apylinkės teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ERGO Insurance SE, li taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha ERGO Insurance SE Lietuvos filialas

Konvenuta: If P&C Insurance AS, li taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha If P&C Insurance AS filialas

Domandi preliminari

1)

Għandu l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (“Ruma I”) (1), li jipprovdi li, “[m]eta l-liġi applikabbli ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li miegħu għandu l-eqreb rabta”, jiġi interpretat fis-sens li li hija l-liġi Ġermaniża li tapplika f’sitwazzjonijiet bħala dik inkwistjoni f’dan il-każ?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda hawn fuq, għandha r-regola stabbilita fil-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (2), tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, il-liġi applikabbli għat-tilwima bejn l-assiguratur tat-traktor u l-assiguratur tat-trejler tiġi ddeterminata skont il-liġi tal-pajjiż li fih iseħħ id-dannu kkawżat mill-inċident taċ-ċirkulazzjoni?


(1)  ĠU L 177, p. 6.

(2)  ĠU L 199, p. 40.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/10


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-363/14)

2014/C 329/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, M. Pencheva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/269/UE tas-6 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kolha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Parlament Ewropew jinvoka tliet motivi.

Fl-ewwel lok, il-Parlament Ewropew jikkontesta l-użu, mill-Kunsill, ta’ proċedura deċiżjonali żbaljata għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/269/UE. B’dan il-mod il-Parlament jiddeduċa li l-Kunsill mhux biss kiser it-Trattati iżda wkoll kiser il-forom proċedurali sostanzjali.

Fit-tieni lok, il-Parlament Ewropew jilmenta li l-Kunsill uża jew bażi legali mħassra permezz tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jew bażi legali sekondarja, li hija illegali skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Fl-aħħar lok, skont il-Parlament, il-lista ta’ Stati u organizzazzjonijiet terzi li magħhom Europol għandu jikkonkludi ftehimiet tikkostitwixxi element rilevanti fil-qasam leġiżlattiv. Dan l-element għandu jiġi kkunsidrat mil-leġiżlatur tal-Unjoni, bħala element essenzjali tal-kwistjoni rregolata. Konsegwentement, il-bażi legali kif ukoll il-proċedura li l-Kunsill użat ma humiex legalment korretti.


(1)  ĠU L 138, p. 104


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Brunhilde Liebler, Helmut Liebler vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-365/14)

2014/C 329/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brunhilde Liebler, Helmut Liebler

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domandi preliminari

1)

L-interventi minn terzi li jaġixxu fuq responsabbiltà tagħhom stess u li ġew fdati b’kompiti relatati mal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1)?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda teħtieġ risposta pożittiva, huwa importanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li jkun magħruf minn min (kumpannija tal-ajru, operatur tal-ajruport, etc) ġie inkarigat it-terz?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Il-Qorti Ġenerali

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/10) (1)

([“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talbiet għal kwotazzjoni - Rifjut ta’ aċċess - Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Nuqqas ta’ tibdil tat-talbiet għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

2014/C 329/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, E. Manhaeve u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni Ares(2010)508190 tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Awwissu 2010, li tirrifjuta l-aċċess għal talbiet għal kwotazzjoni mressqa fil-kuntest ta’ ċerti oqsfa ta’ kuntratti mmexxija mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u l-Kummissjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2014 – Uspaskich vs Il-Parlament

(Kawża T-84/12) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità - Eżami mill-ġdid - Deċiżjoni li ma tiġix difiża l-immunità - Inammissibbiltà - Inammissibbiltà manifesta”))

2014/C 329/15

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Viktor Uspaskich (Kėdainiai, il-Litwanja) (rappreżentant: A. Raišutis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, M. Windisch u L. Mašalaitė-Chouteau, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u V. Balčiūnaitė, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2011 li ma tiġix difiża l-immunità parlamentari tar-rikorrent u li tinċaħad it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli

2)

Viktor Uspaskich huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 126, 28.4.2012.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Stanleybet Malta u Stanley International Betting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-416/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Operat ta’ apparat vidjo ta’ lotterija - Għoti ta’ liċenzja esklużiva mill-Greċja - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

2014/C 329/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd (Valletta, Malta); u Stanley International Betting Ltd (Liverpool, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. A. Jacchia, I. Picciano, A. Terranova, F. Ferraro, G. Dellis, P. Kakouris u I. Koimitzoglou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Striani, aġenti, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni kkomunikat lir-rikorrenti d-deċiżjoni tagħha li tiċħad l-ilment tagħhom u li tagħlaq il-fajl dwar il-każ COMP/39.981, Stanleybet Group 2/OPAP.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ellenika u mill-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).

3)

Stanleybet Malta Ltd u Stanley International Betting Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/14


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-172/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stahlwerk Bous GmbH (Bous, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni (T-172/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/14


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – WeserWind vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-173/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: WeserWind GmbH Offshore Construction Georgsmarienhütte (Bremerhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, WeserWind vs Il-Kummissjoni (T-173/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Dieckerhoff Guss vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dieckerhoff Guss GmbH (Gevelsberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Dieckerhoff Guss vs Il-Kummissjoni (T-174/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Georgsmarienhütte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-176/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Georgsmarienhütte GmbH (Georgsmarienhütte, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Georgsmarienhütte vs Il-Kummissjoni (T-176/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/16


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-178/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss GmbH (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss vs Il-Kummissjoni (T-178/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/16


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Schmiedewerke Gröditz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-179/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmiedewerke Gröditz GmbH (Gröditz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Schmiedewerke Gröditz vs Il-Kummissjoni (T-179/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/17


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Schmiedag vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmiedag GmbH (Hagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Schmiedag vs Il-Kummissjoni (T-183/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/17


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

(Kawża T-388/14)

2014/C 329/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: salesforce.com, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1853/2013-1;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MARKETINGCLOUD” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 9 79  417

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/18


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

(Kawża T-389/14)

2014/C 329/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: salesforce.com, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1854/2013-1;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MARKETINGCLOUD” għal servizzi fil-klassi 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 9 79  441

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/18


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – Pires Freitas Campos (LEO)

(Kawża T-459/14)

2014/C 329/26

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Lionel Andrés Messi Cuccittini (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maria Leonor Pires Freitas Campos (Setúbal, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1554/2013-1, peress li meta ċaħdet l-appell tar-rikorrent, din id-deċiżjoni kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppozizzjoni, li tilqa’ l-oppożizzjoni B 2009291 u li tiċħad fl-intier tagħha l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 13  511“LEO”;

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LEO” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 13  511

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Maria Leonor Pires Freitas Campos

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LEO D’HONOR” għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regoalment Nru 207/2009


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/19


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Mayer vs EFSA

(Kawża T-493/14)

2014/C 329/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ingrid Alice Mayer (Ellwangen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Mayer, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel

Talbiet tar-rikorrenti

iġġedded il-kollokament tagħha sat-30 ta’ Ġunju 2015;

tikkonstata l-illegalità tat-tmiem tal-kuntratt ta’ kollokament, preċiżament id-deċiżjoni tal-EFSA “Termination of the secondment” tas-16 ta’ April 2014;

tordna lill-konvenuta li ma tippermettix li ssir elezzjoni ġdida għall-pożizzjoni ta’ “observers” tal-esperti nazzjonali kkollokati mal-kumitat tal-persunal;

tikkonstata l-illegalità tas-sospensjoni għal sitt xhur tal-attività tagħha fil-kumitat tal-persunal;

tordna li hija tingħata aċċess għall-posta elettronika kollha, li kienet ġiet skambjata bejn id-Direttur tal-EFSA u organizzazzjoni rregolata mid-dritt privat attiva fis-settur tal-alimentazzjoni;

sussidjarjament, tagħti aċċess għal dawn id-dokumenti lil terzi li għandu jiġi indikat mill-Qorti Ġenerali, sabiex jiġi eżaminat jekk hemmx possibbilment kunflitt ta’ interess;

tikkundanna lill-konvenuta għal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

Ir-rikorrenti ssostni li d-dritt għal tiġdid tal-kollokament bħala espert nazzjonali jirriżulta mill-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mill-projbizzjoni ta’ arbitrarjetà u mill-Artikolu 2 tat-Trattat TUE.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward, li n-nuqqas ta’ tiġdid tal-kollokament huwa żbaljat peress li ma huwa bbażat fuq deċiżjoni ta’ għażla żbaljata jew fuq ebda deċiżjoni ta’ għażla.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll, li s-sospensjoni tagħha mill-Kunsill tal-Persunal hija illegali, peress li ma ngħatat ebda motivazzjoni, ma ngħatatx opportunità għal smigħ u ma ngħatat ebda deċiżjoni bil-miktub.

Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni talba għal aċċess għal ċerta posta elettronika billi tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1049/2001 (1). F’dan ir-rigward, hija ssostni li posta elettronika relatata mas-servizz ma taqax taħt il-protezzjoni ta’ data personali.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/20


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 – Deutsche Umwelthilfe vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-498/14)

2014/C 329/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe eV (Radolfzell, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Klinger und R. Geulen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

Talba għall-aċċess tal-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-impriżi Honeywell u DuPont jew il-manifatturi tal-karozzi dwar il-gass krijoġeniku ġdid R1234yf.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal aċċess stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1). Skont dan l-artikolu, għandu jingħata aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet fil-każ li dawn ikunu jikkonċernaw emissjonijiet fl-ambjent. L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tinkludi preżunzjoni legali li tipprovdi li l-interess għall-iżvelar ta’ informazzjoni huwa predominanti meta mqabbel mal-interess tal-protezzjoni tal-impriżi.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tikkostitwixxi regola ta’ interpretazzjoni espliċita tal-ewwel u tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. (2) L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 temenda l-kliem tar-Regolament Nru 1049/2001, meta d-dokumenti jikkonċernaw emissjonijiet fl-ambjent. Ir-rikorrenti tindika li d-dokumenti miżmuma allegatament jinkludu informazzjoni dwar il-gass krijoġeniku R1234yf u R134a li huwa perikoluż għas-saħħa u għall-ambjent u li l-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ fluworidu ta’ idroġenu tossiku tista’ tiġi dedotta mid-dikjarazzjonijiet, mill-evalwazzjonijiet u mill-proposti tal-manifatturi tal-karozzi u tal-gass krijoġeniku fir-rigward tal-użu ta’ dawn il-prodotti kimiċi.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li l-aċċess għad-dokumenti mitluba għandu jingħata abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001. L-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament ma hijiex applikabbli. Barra minn hekk, jeżisti interess superjuri għall-konsultazzjoni tad-dokumenti fid-dawl tar-riskji kunsiderevoli għas-saħħa marbuta mal-użu tal-gass krijoġeniku.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13)

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/21


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2014 – Squeeze Life vs UASI – Evolution Fresh (SQUEEZE LIFE)

(Kawża T-523/14)

2014/C 329/29

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Squeeze Life, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Evolution Fresh, Inc. (San Bernardino, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla u tiddikjara mingħajr effett id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2014, u bħala konsegwenza tiddikjara li:

kienet Squeeze Life, S.L., u mhux l-applikanti Evolution Fresh, Inc., li ppreżentat appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2013, u

bħala konsegwenza ta’ dan, tikkonstata li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2013 hija definittiva, u li għaldaqstant hija definittiva wkoll iċ-ċaħda tal-prodotti fil-klassi 32 u ta’ parti mis-servizzi fil-klassi 35 f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 70  966“SQUEEZE LIFE”;

tordna s-sospensjoni tal-proċedura ta’ konverżjoni Nru 8311048 li hija pendenti quddiem id-dipartiment responsabbli għar-reġistru tal-UASI sakemm is-sentenza eventwalment mogħtija f’din il-kawża ssir res judicata, u tittrażmetti l-informazzjoni meħtieġa lill-imsemmi dipartiment sabiex jipproċedi għas-sospensjoni tal-proċedura ta’ konverzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Evolution Fresh, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SQUEEZE LIFE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 35 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 70  966

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja u t-trade mark verbali nazzjonali “ZUMIT SQUEEZE LIFE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 31, 32 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ħadet nota tal-irtirar tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni u għalqet il-proċeduri ta’ appell u ta’ oppożizzjoni

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikoli 108 et seq tar-Regolament Nru 207/2009.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/22


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – Laboratoire Nuxe vs UASI – NYX, Los Angeles (NYX)

(Kawża T-537/14)

2014/C 329/30

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoire Nuxe (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Antoine-Lalance, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NYX, Los Angeles Inc. (California, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ April 2014, fil-Każ R 1575/2013-5;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: NYX, Los Angeles Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NYX”, għal prodotti fil-klassi 3 – reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea Nru 1 1 0 52  316

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali “NUXE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/22


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Peri vs UASI (Multiprop)

(Kawża T-538/14)

2014/C 329/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fid-29 ta’ April 2014 fil-Każ R 1661/2013-1 u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Multiprop” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 19, u 37 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 1 1 5 87  219

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/23


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Klass vs UASI – F. Smit (PLAYSEAT) (PLAYSEATS)

(Kawża T-540/14)

2014/C 329/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Oliver Klass (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Bender, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: F. Smit Holding BV (Doetinchem, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każijiet R 1616/2013-4 u R 1834/2013-4 billi tilqa’ t-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa fil-31 ta’ Lulju 2012;

tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade marks verbali “PLAYSEAT” u “PLAYSEATS”, għal prodotti fil-klassi 9 – Trade marks Komunitarji Nru 7 5 95  184 u Nru 8 8 42  254

Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: F. Smit Holding BV

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talbiet għal invalidità: raġuni assoluta ta’ invalidità fis-sens tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/24


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – Volkswagen vs UASI (COMPETITION)

(Kawża T-550/14)

2014/C 329/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fil-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 2082/2013-1 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark verbali “COMPETITION” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 28, 35 u 37 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 1 1 7 69  171

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Monty Program vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/10) (1)

2014/C 329/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 25.9.2010.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – Smart Technologies vs UASI (SMART NOTEBOOK)

(Kawża T-648/11) (1)

2014/C 329/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 58, 25.02.2012.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2014 – Khwanda vs Il-Kunsill

(Kawża T-178/12) (1)

2014/C 329/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 174, 16.06.2012.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Virgin Atlantic Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/12) (1)

2014/C 329/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Marouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-569/12) (1)

2014/C 329/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Eltek vs UASI – Eltec Elektronik (ELTEK)

(Kawża T-139/13) (1)

2014/C 329/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2014 – Elmaghraby u El Gazaerly vs Il-Kunsill

(Kawża T-319/13) (1)

2014/C 329/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 24.8.2013.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – ASPA vs UASI – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (ARGENTARIA)

(Kawża T-502/13) (1)

2014/C 329/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Zehnder vs UASI – UAB “Amalva” (komfovent)

(Kawża T-577/13) (1)

2014/C 329/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014


22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2014 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – A. Weber (JETROC)

(Kawża T-588/13) (1)

2014/C 329/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 21.01.2014.