ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 319

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
17 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 319/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7300 — COFCO/Noble Agri) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 319/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2014/C 319/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Marzu 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39610(1) Kejbils tal-Elettriku — Relatur: id-Danimarka

3

2014/C 319/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39610(2) Kejbils tal-Elettriku — Relatur: id-Danimarka

4

2014/C 319/05

Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Kejbils tal-elettriku (AT.39610)

5

2014/C 319/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39610 — Kejbils tal-Elettriku) (notifikat bid-dokument C(2014) 2139 finali)

10

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2014/C 319/07

Rapport Speċjali Nru 10/2014 L-effettività tal-appoġġ għall-akkwakultura mill-Fond Ewropew għas-Sajd

16

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 319/08

Sejħa għal applikazzjonijiet għall-għażla ta’ esperti maħtura f’kapaċità personali

17

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 319/09

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7392 — Advent International / Cordialis) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

22

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 319/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni ta’ modifika skont l-Artikolu 50(2), il-punt a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7300 — COFCO/Noble Agri)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 319/01

Fit-12 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7300. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Settembru 2014

2014/C 319/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2949

JPY

Yen Ġappuniż

138,67

DKK

Krona Daniża

7,4448

GBP

Lira Sterlina

0,79920

SEK

Krona Żvediża

9,2376

CHF

Frank Żvizzeru

1,2085

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,2790

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,555

HUF

Forint Ungeriż

314,35

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1956

RON

Leu Rumen

4,4145

TRY

Lira Turka

2,8635

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4340

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4297

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0370

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5866

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6326

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 341,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,1811

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9578

HRK

Kuna Kroata

7,6200

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 483,02

MYR

Ringgit Malażjan

4,1745

PHP

Peso Filippin

57,327

RUB

Rouble Russu

50,0160

THB

Baht Tajlandiż

41,748

BRL

Real Brażiljan

3,0322

MXN

Peso Messikan

17,1260

INR

Rupi Indjan

79,0867


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Marzu 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39610(1) Kejbils tal-Elettriku

Relatur: id-Danimarka

2014/C 319/03

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz tad-deċiżjoni jikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prodott u tal-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiċi miftiehma.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu li jirrigwarda kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u sottomarini b’vultaġġ għoli, skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma għandhom bħala oġġett li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffetwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Kummissjoni għandha ġuriżdizzjoni territorjali biex tapplika l-Artikolu 101 TFUE.

(7)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-durata tal-ksur (1).

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjoni.

(9)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

(10)

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Wara l-kjarifiki pprovduti mill-Kummissjoni matul it-tieni Kumitat Konsultattiv l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru wieħed irtirat l-astensjoni preċedenti tagħha rigward il-mistoqsija Nru 7.


17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39610(2) Kejbils tal-Elettriku

Relatur: id-Danimarka

2014/C 319/04

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ.

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-perjodi li għandhom jitqiesu għall-impożizzjoni tal-multi.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward taċ-ċirkostanzi mitiganti u aggravanti applikabbli f’dan il-każ.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi msejjes fuq l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inabbiltà li titħallas it-talba.

(7)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/5


Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Kejbils tal-elettriku

(AT.39610)

2014/C 319/05

I.   INTRODUZZJONI

1.

Il-każ jikkonċerna kartell kważi dinji fis-swieq tal-kejbils tal-elettriku sottomarini (“SM”) kif ukoll ta’ taħt l-art (“UG”), li jinvolvu l-impriżi li ġejjin: Nexans (2); Prysmian u l-impriżi prinċipali preċedenti tagħha, Pirelli u Goldman Sachs (3); JPS u l-impriżi prinċipali konġunti tagħha, Hitachi u Sumitomo (4); Viscas u l-impriżi prinċipali konġunti tagħha, Furukawa u Fujikura (5); ABB (6); Brugg (7); Silec, l-impriża prinċipali attwali u General Cable il-predeċessur tagħha, ġenerali u l-impriża prinċipali preċedenti tagħha, Safran (8); EXSYM u l-impriżi prinċipali konġunti tagħha, Showa u Mitsubishi (9); LS Cable (10); Taihan (11); u NKT (12) (flimkien “id-destinatarji tad-deċiżjoni”).

II.   PROĊEDURA

1.   L-investigazzjoni

2.

L-investigazzjoni tnediet fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-immunità mressqa minn ABB fis-17 ta’ Ottubru 2008 skont l-Avviż ta’ Klemenza (13). ABB rċeviet immunità kondizzjonali fit-22 ta’ Diċembru 2008. Il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fl-istabbilimenti ta’ Nexans u Prysmian mit-28 ta’ Jannar sat-3 ta’ Frar 2009. Fit-2 ta’ Frar 2009 u l-20 ta’ April 2009, JPS (flimkien mal-impriżi prinċipali tagħha, Sumitomo u Hitachi) u Mitsubishi rispettivament applikaw għal tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta’ Klemenza. Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni infurmat lil Mitsubishi li kienet waslet għall-konklużjoni preliminari li Mitsubishi ma kinitx ipproduċiet provi li kellhom valur miżjud sinifikattiv meta mqabbla mal-provi diġà fil-pussess tal-Kummissjoni.

3.

Prysmian u Nexans ressqu applikazzjonijiet għall-annullament quddiem il-Qorti Ġenerali tad-deċiżjonijiet tal-ispezzjoni tal-Kummissjoni. Permezz tas-sentenzi tal-14 ta’ Novembru 2012 (14), il-Qorti Ġenerali sabet li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, il-Kummissjoni kellha raġunijiet serji sabiex tordna spezzjoni li tkopri biss kejbils tal-elettriku SM u UG ta’ voltaġġ għoli u l-materjal relatat magħhom. Għalhekk, hija annullat id-deċiżjonijiet tal-ispezzjoni dwar Nexans u Prysmian sal-punt li dawn id-deċiżjonijiet kienu jikkonċernaw il-kejbils tal-elettriku barra l-kejbils tal-elettriku ta’ SM u UG ta’ voltaġġ għoli u l-materjal relatat magħhom. Fil-15 ta’ Marzu 2013, Nexans ressqet appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-135/09 (15). Fi żmien meta nkiteb dan id-dokument, dan l-appell kien għadu pendenti.

2.   Dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet

4.

Fit-30 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) lid-destinatarji tad-deċiżjoni u lil parti waħda oħra (flimkien “id-destinatarji tad-DO”).

5.

Il-Kummissjoni allegat li mit-18 ta’ Frar 1999 sat-28 ta’ Jannar 2009 id-destinatarji tad-DO kienu involuti fi ftehimiet u prattiċi miftiehma bl-għan li jiġu allokati s-swieq u l-konsumaturi u li l-prezzijiet jinżammu ‘l fuq mil-livell kompetittiv għal proġetti ta’ kejbils tal-elettriku SM u UG. Skont is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni, il-produtturi Ewropej u Asjatiċi qablu li ma jikkompetux fit-territorji domestiċi ta’ xulxin u l-fornituri Ewropej qablu dwar l-allokazzjoni ta’ territorji u ta’ konsumaturi għal proġetti fiż-ŻEE. Din l-imġiba tqieset bħala waħda li tammonta għal ksur uniku u kontinwu kumpless tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

3.   Aċċess għall-fajl/Kunfidenzjalità

6.

F’Lulju 2011, id-destinatarji tad-DO ingħataw aċċess għall-fajl permezz ta’ DVD ta’ aċċess għall-fajl (16) u għad-dikjarazzjonijiet korporattivi tal-applikanti għall-immunità u l-klemenza fl-istabbilimenti tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni”).

a.   Talbiet għal aċċess addizzjonali għall-fajl

7.

Id-DĠ Kompetizzjoni indirizza talbiet għal aktar aċċess għall-fajl minn LS Cable, Goldman Sachs, Nexans u nkt.

8.

Jiena rċevejt tliet talbiet għal aċċess addizzjonali għall-fajl minn Goldman Sachs li d-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta. Dawn kienu jikkonċernaw partijiet mit-tweġiba ta’ Prysmian għat-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009, u ċerti dokumenti annessi magħha. Jien aċċettajt kompletament tnejn minn dawn it-talbiet u talba waħda parzjalment. B’riżultat tal-aċċettazzjoni ta’ talba waħda, adottajt deċiżjoni skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE li tordna d-divulgazzjoni lil Goldman Sachs tat-tweġiba ta’ Prysmian għal mistoqsija waħda tat-talba għal informazzjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009.

b.   Dokumenti miksuba mill-Kummissjoni Spanjola tal-Kompetizzjoni

9.

F’Ottubru 2011, irċevejt talba minn Nexans għal aċċess, fost affarijiet oħra, għad-dokumenti li l-Kummissjoni kienet kisbet mingħand il-Kummissjoni Spanjola tal-Kompetizzjoni (“CNC”) wara spezzjoni mwettqa mis-CNC fis-settur tal-kejbils tal-elettriku fi Spanja. Nexans kienet fil-pussess ta’ deċiżjoni mis-CNC li informatha li d-dokumenti sekwestrati kienu ġew trasferiti lill-Kummissjoni. Nexans ma kienet sabet l-ebda dokumenti minn dawn fil-fajl tal-Kummissjoni u għalhekk sostniet li l-fajl ma kienx komplut. Id-DĠ għall-Kompetizzjoni rrifjuta t-talba ta’ Nexans li tiddikjara li d-dokumenti miksuba minn CNC (“id-dokumenti Spanjoli”) ma kinux parti mill-fajl minħabba li ma kienx fihom informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni rigward il-Każ AT. 39610.

10.

Jien tal-fehma li d-dokumenti Spanjoli kienu parti mill-fajl tal-Kummissjoni fil-Kawża AT.39610 u għalhekk kellhom ikunu aċċessibbli għad-destinatarji tad-DO. Il-paragrafu 8 tal-Avviż dwar l-Aċċess għall-Fajl (17) jipprevedi li l-fajl tal-Kummissjoni jikkonsisti mid-dokumenti kollha“miksuba, prodotti u/jew miġbura mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni matul l-investigazzjoni”. Il-Kummissjoni kienet kisbet dokumenti Spanjoli skont talba lis-CNC skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (18) fil-kuntest tal-investigazzjoni fil-Kawża AT.39610.

11.

Id-DĠ Kompetizzjoni ddeċieda li, minħabba l-ammont imdaqqas tagħhom, dawn id-dokumenti jingħataw mhux editjati lill-avukati esterni tad-destinatarji tad-DO, biex l-avukati jkunu jistgħu jagħżlu evidenza rilevanti għad-difiża tal-klijenti tagħhom. Wara dan, verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-dokumenti magħżula jingħataw lid-destinatarji tad-DO. Il-proċedura ta’ “l-avukati esterni biss” ħadet minn Novembru 2011 sa Jannar 2012 u ntagħżlu aktar minn 1 300 dokument bis-saħħa ta’ dan. Fi Frar 2012, id-destinatarji tad-DO irċevew verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-dokumenti magħżula, u fuq din il-bażi ssottomettew kummenti bil-miktub bejn Frar u April 2012.

12.

Xi destinatarji tad-DO għamlu talbiet għal aċċess addizzjonali għad-dokumenti Spanjoli. Id-DĠ Kompetizzjoni aċċettathom kważi kollha. Irċevejt talba waħda minn Prysmian, li jiena approvajt parzjalment.

13.

F’Lulju 2012, l-avukati esterni li kienu ngħataw aċċess għal verżjoni mhux editjata tad-dokumenti Spanjoli ntalbu jeqirdu jew jirritornaw lid-DĠ għall-Kompetizzjoni dawn id-dokumenti u kull kopja jew traskrizzjoni tagħhom. Dawn l-avukati ġew ukoll infurmati li d-dokumenti kellhom jibqgħu fil-fajl tal-Kummissjoni u li huma setgħu jitolbu analiżi ulterjuri fi stadju aktar tard jekk kemm-il darba jkunu tal-fehma li dan ikun ġustifikat għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ difiża tal-klijenti tagħhom.

c.   Aċċess għat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra għad-DO qabel is-seduta orali

14.

Wara talba, id-DĠ għall-Kompetizzjoni ta lil ċerti impriżi prinċipali, sussidjarji u sħab tal-impriża konġunta aċċess għal partijiet mit-tweġibiet ta’ xulxin għad-DO (Prysmian u Pirelli, Prysmian u Goldman Sachs, Mitsubishi u Showa/EXSYM) dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-impriżi prinċipali (19). Tahom ukoll l-opportunità li jippreżentaw kummenti bil-miktub.

15.

F’dan il-kuntest, irċevejt talba minn Goldman Sachs għall-aċċess għal tliet annessi għar-risposta ta’ Prysmian għad-DO, li fihom il-minuti tal-laqgħat tal-bord ta’ Prysmian. Wara reviżjoni tal-kontenut tagħhom, ikkonkludejt li tnejn mill-Annessi kien fihom siltiet li kienu potenzjalment jiskaġunaw lil Goldman Sachs. Madankollu, sabiex tkun żgurata interpretazzjoni korretta tas-siltiet li potenzjalment jiskaġunaw fil-kuntest tagħhom, iddeċidejt li l-kontenut kollu taż-żewġ annessi kellu jiġi ddivulgat lil Goldman Sachs, u b’hekk ippermettejt ukoll li potenzjalment il-Kummissjoni tużawhom fid-deċiżjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, billi Prysmian qajmet l-oġġezzjonijiet, adottajt deċiżjoni skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE li tordna d-divulgazzjoni tad-dokumenti lil Goldman Sachs.

16.

Barra minn hekk, irċevejt talbiet minn Nexans u mingħand nkt għad-divulgazzjoni tal-evidenza li tiskaġuna fir-risposti ta’ destinatarji oħra għad-DO. Wara li ddiskutejt il-kwistjoni mad-DĠ Kompetizzjoni, dan tal-aħħar żvela, fis-16 ta’ Mejju u fl-1 ta’ Ġunju 2012, provi li potenzjalment jiskaġunaw mir-risposti ta’ ABB, JPS/Sumitomo/Hitachi, LS Cable, EXSYM u ta’ Viscas lid-destinatarji tad-DO kkonċernati. Barra minn hekk, permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Ġunju 2012 d-DĠ Kompetizzjoni informa lid-destinatarji tad-DO b’ċerti ineżattezzi fattwali fid-DO li kien identifika wara l-eżaminazzjoni tat-tweġibiet, biex b’hekk jitneħħa l-bżonn li jingħata aċċess għas-siltiet minn dawn ir-risposti li kienu enfasizzaw l-ineżattezzi kkonċernati. Id-destinatarji tad-DO ingħataw l-opportunità li jikkummentaw jew b’mod orali matul is-seduta jew bil-miktub wara s-seduta.

4.   Limiti ta’ żmien għat-tweġibiet għad-DO

17.

Il-Kummissjoni stabbilixxiet perjodu ta’ żmien ta’ għaxar ġimgħat għat-tweġibiet għad-DO; dan il-perjodu kellu jiskadi f’Settembru 2011. Kważi d-destinatarji kollha tad-DO talbu estensjoni tad-data tal-għeluq. F’konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2001/462/KE (20) fis-seħħ dak iż-żmien, ittrattajt dawn it-talbiet direttament.

18.

Approvajt estensjoni ta’ tliet ġimgħat fid-dawl tal-impatt tal-perjodu tas-sajf fuq it-tħejjija tat-tweġibiet għad-DO. Huwa fil-fatt normali li jingħata żmien addizzjonali jekk il-perjodu għar-risposta għad-DO jinkludi x-xahar kollu ta’ Awwissu jew parti minnu (21).

19.

Approvajt estensjoni ta’ ġimgħa addizzjonali għal ċerti destinatarji Asjatiċi tad-DO minħabba r-raġuni li bħala tħejjija għad-difiża tagħhom huma kellhom bżonn jittraduċu dokumenti ewlenin u jinvolvu interpreti f’komunikazzjoni mal-avukati esterni tagħhom. Raġunijiet oħra li għalihom tajt estensjonijiet kienu: biex destinatarju tad-DO jitħalla jirrestawra u jirriċerka d-dejta storika wara s-sostituzzjoni tas-sistema tal-IT tiegħu; biex destinatarju tad-DO ikun jista’ jlaħħaq mat-tluq ta’ konsulent intern li qabel kien qed jieħu ħsieb il-każ; biex nagħmel tajjeb għad-dewmien ikkawżat lil ċerti destinatarji tad-DO minħabba sostituzzjoni teknika tad-DVD ta’ aċċess għall-fajl (22).

20.

Bħala riżultat tad-deċiżjonijiet tiegħi, il-limiti ta’ żmien għat-tweġibiet għad-DO skadew bejn l-aħħar ta’ Settembru 2011 u nofs Novembru 2011.

21.

Kif imsemmi hawn fuq (23) id-destinatarji tad-DO ingħataw l-opportunità li jissottomettu kummenti addizzjonali bil-miktub fi Frar u f’Marzu 2012, biex b’hekk jissupplimentaw jew jimmodifikaw l-ewwel risposti tagħhom għad-DO abbażi tal-aċċess tagħhom għal dokumenti Spanjoli.

22.

Ċerti destinatarji tal-SO talbu estensjoni tad-data tal-għeluq għat-tweġibiet għad-DO sakemm jitlesta l-eżami tagħhom tad-dokumenti Spanjoli (24). Jien irrifjutat dawn it-talbiet għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, fil-mument li saru dawn it-talbiet, ċerti destinatarji kienu diġà ppreżentaw it-tweġibiet tagħhom għald-DO; l-għoti ta’ estensjoni lil dawk destinatarji li kienu għadhom ma resqux it-tweġibiet tagħhom kien iqajjem tħassib ta’ trattament inugwali. It-tieni, kien diġà tard wisq meta Nexans ġibditli l-attenzjoni dwar id-dokumenti Spanjoli fil-perjodu ta’ żmien għat-tweġiba għad-DO (25). It-tielet, id-drittijiet tad-difiża kienu kompletament salvagwardjati billi, wara li kisbu l-aċċess għad-dokumenti Spanjoli, id-destinatarji tad-DO setgħu jippreżentaw kummenti addizzjonali, inkluża kwalunkwe modifika għall-ewwel tweġiba tagħhom għad-DO (26). Ir-raba’, dan l-approċċ kellu l-vantaġġ li jillimita d-dewmien proċedurali kkawżat mill-aċċess addizzjonali għall-fajl, billi dan ippermetta lit-tim li ħadem fuq il-każ biex jibda r-rieżami tiegħu għar-risposti tad-DO aktar kmieni. Barra minn hekk, id-dokumenti Spanjoli x’aktarx ma kinux se jwasslu għal bidla radikali tad-difiża tad-destinatarji; filfatt, il-kummenti addizzjonali kollha li waslu kienu f’konformità mal-argumenti magħmula mid-destinatarji tad-DO fl-ewwel r-risposti tagħhom għad-DO. Fl-aħħar nett, l-organizzazzjoni għall-aċċess għad-dokumenti Spanjoli kienet probabbli teħtieġ xi żmien, minħabba l-ammont imdaqqas ta’ dawn id-dokumenti.

5.   L-użu tal-ilsna

23.

Brugg, impriża stabbilita fil-Canton Svizzeru ta’ Aargau, fejn hija mitkellma l-lingwa Ġermaniża, staqsiet jekk setgħetx twieġeb bil-Ġermaniż għad-DO, li kienet irċeviet bl-Ingliż. Id-DĠ Kompetizzjoni aċċetta t-talba ta’ Brugg. F’dan il-kuntest, innutajt li l-Manwal ta’ Proċeduri tad-DĠ tal-Kompetizzjoni jipprevedi li l-impriżi allokati barra ż-ŻEE għandhom preferibbilment jiġu indirizzati f’lingwa tal-UE li jifhmu u li “għandha tingħata attenzjoni partikolari meta d-deċiżjonijiet jiġu nnotifikati lill-impriżi Svizzeri, billi tista’ tintuża waħda mit-tliet lingwi, skont f’liema Canton l-impriża tkun stabbilita.”  (27) Fid-dawl ta’ din is-silta speċifika fil-Manwal tal-Proċeduri, jien ġbidt l-attenzjoni tad-DĠ għall-Kompetizzjoni lejn il-fatt li kull deċiżjoni fil-ġejjieni għandha tiġi indirizzata lil Brugg bil-Ġermaniż.

6.   Seduta ta’ Smigħ Orali

24.

Is-seduta orali ħadet sitt (6) ijiem, mill-11 sat-18 ta’ Ġunju 2012. Id-destinatarji kollha tad-DO pparteċipaw, għajr Furukawa (28).

7.   Aċċess addizzjonali għall-fajl wara s-seduta ta’ smigħ orali

a.   Aċċess għar-risposti ta’ partijiet oħra għal talbiet għal informazzjoni

25.

Wara s-seduta orali, id-DĠ għall-Kompetizzjoni wettaq aktar tiftix tal-fatti fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-impriżi prinċipali. F’dan il-kuntest huwa indirizza t-talbiet għall-informazzjoni lil: Prysmian u Goldman Sachs; Fujikura, Furukawa u Viscas; Mitsubishi, Showa u EXSYM. F’kull grupp ta’ entitajiet, id-DĠ għall-Kompetizzjoni ta lill-partijiet aċċess għat-tweġibiet ta’ xulxin għat-talbiet għall-informazzjoni kif ukoll il-possibbiltà li jressqu kummenti bil-miktub. F’dan il-kuntest, id-DĠ għall-Kompetizzjoni ta wkoll lil Goldman Sachs aċċess għas-sottomissjonijiet bil-miktub ta’ Prysmian u l-opportunità li jikkummentaw aktar dwarhom.

b.   Aċċess addizzjonali għat-tweġibiet għad-DO

26.

F’Mejju 2013, Nexans tenna t-talba preċedenti tiegħu għal aċċess għal provi li potenzjalment jiskaġunaw fit-tweġibiet tal-partijiet l-oħra tad-DO (29). Wara ċ-ċaħda tat-talba mid-DĠ għall-Kompetizzjoni, Nexans irreferiet il-kwistjoni lili. Wara l-intervent tiegħi, id-DĠ għall-Kompetizzjoni pprovda aċċess lil Nexans għall-verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ anness għal risposta ta’ destinatarju ieħor għad-DO. Dan l-anness kien fih l-affidavit ta’ impjegat ta’ din il-kumpanija, fejn issemmiet referenza għal kuntatti ma’ Nexans. Wara dan l-aċċess, infurmajt lil Nexans li ma kelli l-ebda indikazzjoni li kien għad hemm xi informazzjoni oħra fit-tweġibiet għad-DO li kellha tiġi żvelata lilha skont il-każistika rilevanti (30).

27.

F’Mejju 2013, id-DĠ għall-Kompetizzjoni ta wkoll aċċess lil Goldman Sachs għall-kummenti supplimentari ta’ Prysmian f’Marzu 2012 wara aċċess għad-dokumenti Spanjoli (31).

8.   Ittra tal-Fatti

28.

F’Settembru 2013, id-DĠ għall-Kompetizzjoni bagħat Ittri ta’ Fatti lil Fujikura, Furukawa, Goldman Sachs, Mitsubishi u Showa li fihom infurmahom dwar tagħrif u provi li hu kellu l-intenzjoni li jserraħ fuqhom fid-deċiżjoni biex jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-impriżi prinċipali, u stabbilixxa data ta’ għeluq ta’ ġimgħatejn biex huma jressqu l-kummenti bil-miktub.

29.

Wara li ngħatat estensjoni ta’ tlitt ijiem mid-DĠ għall-Kompetizzjoni, Mitsubishi talbitni għal perjodu addizzjonali ta’ disgħat ijiem. Iddeċidejt li nestendi l-iskadenza b’jumejn biex jagħmlu tajjeb għall-perjodu ta’ żmien għat-tweġiba għall-Ittra ta’ Fatti li setgħat taħbat flimkien mad-data ta’ laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ Mitsubishi mal-Kummissjoni.

30.

Fit-tweġiba għall-Ittra tal-Fatti, Mitsubishi sostniet li ż-żmien mogħti liha biex twieġeb għall-Ittra tal-Fatti kien, minkejja l-estenzjonijiet mogħtija, insuffiċjenti għaliha biex teżerċita d-drittijiet tagħha ta’ difiża b’mod effettiv. Wara li rrieżaminajt ir-risposta ta’ Mitsubishi, ma nara l-ebda indikazzjoni li Mitsubishi ma kinitx f’pożizzjoni li teżerċita, b’mod effettiv, id-drittijiet tad-difiża tagħha. Għall-kuntrarju, ir-risposta għall-Ittra tal-Fatti ta’ Mitsubishi tidher li fiha analiżi dettaljata tal-prova mehmuża mal-Ittra tal-Fatti.

31.

Fit-tweġiba għall-Ittra tal-Fatti, Goldman Sachs sostniet li d-drittijiet ta’ difiża tagħha kienu nkisru minħabba li kien biss wara s-seduta ta’ smigħ orali, jiġifieri f’Mejju 2013, li l-Kummissjoni pprovdiet aċċess għall-kummenti supplimentari ta’ Prysmian ta’ Marzu 2012 dwar id-dokumenti Spanjoli (32). Ma jidhirlix li Goldman Sachs ma setgħetx effettivament teżerċita d-dritt tagħha li tiġi mismugħa minħabba fil-kisba għall-aċċess għall-kummenti ta’ Prysmian ta’ Marzu 2012 wara s-seduta ta’ smigħ orali. Goldman Sachs kellha opportunità biżżejjed biex tippreżenta kummenti bil-miktub dwar is-sottomissjonijiet ta’ Prysmian matul il-proċedimenti. B’mod partikolari, wara s-seduta ta’ smigħ orali Goldman Sachs għamel sottomissjonijiet bil-miktub f’Ġunju u f’Settembru 2013.

III.   L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI

32.

Wara li semgħet id-destinatarji tad-DO bil-miktub u bil-fomm, il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqa’ l-allegazzjonijiet kontra parti waħda (33). Fir-rigward ta’ tliet destinatarji tad-DO, hija naqset id-durata tal-ksur b’madwar sena (1) u 9 xhur, sena (1) u 10 xhur, u sentejn (2) rispettivament.

33.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien wasalt għal konklużjoni pożittiva.

34.

Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li l-partijieti kollha setgħu jeżerċitaw effettivament id-drittijiet proċedurali tagħhom f’dan il-każ.

Brussell, il-31 ta’ Marzu 2014.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (id-Deċiżjoni 2011/695/UE).

(2)  Nexans SA u Nexans France SAS (flimkien “Nexans”).

(3)  Prysmian S.p.A. u Prysmian Cavi e Sistemi Energia S.r.l. (flimkien “Prysmian”); Pirelli & C. S.p.A.; The Goldman Sachs Group, Inc.

(4)  J-Power Systems Corporation; Hitachi Metals Ltd.; Sumitomo Electric Industries, Ltd.

(5)  VISCAS Corporation; Furukawa Electric Co. Ltd.; Fujikura Ltd.

(6)  ABB AB u ABB Ltd. (flimkien “ABB”).

(7)  Brugg Kabel AG u Kabelwerke Brugg AG Holding (flimkien “Brugg”).

(8)  Silec Cable, SAS u General Cable Corporation (flimkien “Silec”); Safran SA.

(9)  EXSYM Corporation; SWCC Showa Holdings Co. Ltd.; Mitsubishi Cable Industries, Ltd.

(10)  LS Cable & System Ltd.

(11)  Taihan Electric Wire Co., Ltd.

(12)  nkt cables GmbH u NKT Holding A/S (flimkien “NKT”).

(13)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17).

(14)  Il-Kawża T-135/09 Nexans France SAS u Nexans SA vs il-Kummissjoni Ewropea u l-Kawża T-140/09, Prysmian SpA u Prysmian Cavi e Systemi Energia Srl vs il-Kummissjoni Ewropea [2012] ECR, mhux irrappurtati.

(15)  Il-Kawża C-37/13P Nexans France SAS u Nexans SA vs. il-Kummissjoni Ewropea (ĠU C 101, 6.4.2013, p. 10).

(16)  Fid-dawl ta’ ċerti problemi tekniċi, id-DVD ta’ aċċess għall-fajl aktar tard ġie sostitwit b’DVD ġdid.

(17)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għal aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni f’każijiet skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE, l-Artikoli 53, 54 u 57 tal-Ftehim ŻEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 325, 22.12.2005, p. 7).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(19)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (ĠU C 308, 20.10.2011, p. 6), il-paragrafu 103.

(20)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta’ referenza tal-uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21). Din id-Deċiżjoni tħassret bid-Deċiżjoni 2011/695/UE.

(21)  Ara t-XIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (1993), il-punt 207.

(22)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 16.

(23)  Ara l-punt 11.

(24)  Ara l-punti 9 u 10.

(25)  Nexans ġibditli l-attenzjoni fir-rigward tad-dokumenti Spanjoli kważi tliet (3) xhur wara li rċeviet l-aċċess għall-fajl.

(26)  Ara l-punt 11.

(27)  Ara l-Manwal tal-Proċeduri Antitrust, il-modulu 27, “L-użu tal-lingwi fil-proċedimenti dwar l-antitrust”, p. 3/7, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/antitrust_manproc_3_2012_en.pdf

(28)  […].

(29)  Ara l-punt 16.

(30)  Ara pereżempju l-Każ T-133/07 Mitsubishi Electric Corp. vs il-Kummissjoni Ewropea [2011] ECR II- 04219, il-paragrafi 41-44.

(31)  Ara l-punt 11.

(32)  Ara l-punt 27 ta’ hawn fuq.

(33)  Ara l-punt 4 ta’ hawn fuq.


17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/10


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ April 2014

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Il-Każ AT.39610 — Kejbils tal-Elettriku)

(notifikat bid-dokument C(2014) 2139 finali)

(It-testi bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

2014/C 319/06

Fit-2 ta’ April 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kull penali imposta, filwaqt li jitqies l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fit-2 ta’ April 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni kontra 26 entità legali minħabba fil-ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (id-“Deċiżjoni”). Id-deċiżjoni tikkonċerna kartell fis-settur tal-kejbils tal-elettriku li fih il-produtturi prinċipali ta’ kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u sottomarini kienu jikkondividu swieq komuni u jallokaw konsumaturi bejniethom fuq skala kważi dinjija.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Il-prodotti kkonċernati

(2)

L-arranġamenti tal-kartell kienu jkopru t-tipi kollha ta’ kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art ta’ 110 kV u aktar, u kejbils tal-elettriku sottomarini ta’ 33 kV u aktar, inklużi l-prodotti, x-xogħlijiet u s-servizzi kollha mibjugħa lill-konsumaturi relatat ma’ bejgħ ta’ kejbils tal-elettriku meta tali bejgħ ikun parti minn proġett ta’ kejbils tal-elettriku.

2.2.   Proċedura

(3)

Wara l-applikazzjoni għall-immunità ta’ ABB skont l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet f’Jannar 2009. Sussegwentement, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet ta’ klemenza mingħand Sumitomo, Hitachi u JPS u mingħand Mitsubishi.

(4)

Fit-30 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet. Id-destinatarji kollha ppreżentaw tweġiba għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u, ħlief għal Furukawa, id-destinatarji kollha ħadu sehem f’seduta ta’ smigħ orali li damet mill-11 sal-18 ta’ Ġunju 2012. Fil-11 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni bagħtet Ittri ta’ Fatti lil Fujikura, Furukawa, Goldman Sachs, Mitsubishi u Showa fir-rigward tal-informazzjoni li waslet wara d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-17 ta’ Marzu 2014 u fil-31 ta’ Marzu 2014.

2.3.   Sommarju tal-ksur

(6)

Il-produtturi ewlenin ipparteċipaw f’netwerk ta’ kuntatti u laqgħat bilaterali u multilaterali mmirati biex jillimitaw il-kompetizzjoni għal proġetti ta’ kejbils tal-elettriku taħt l-art u sottomarini f’territorji speċifiċi billi jaqblu dwar allokazzjoni tas-suq u tal-konsumaturi u b’hekk joħolqu distorsjoni tal-proċess kompetittiv normali.

(7)

Minn Frar 1999 ‘il quddiem, il-produtturi ewlenin allokaw proġetti skont ir-reġjun ġeografiku jew il-konsumatur. Barra minn hekk, huma kienu skambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet u informazzjoni oħra kummerċjalment sensittiva sabiex jiġi żgurat li l-fornitur ta’ kejbils tal-elettriku jew “l-attributur” jiffissal-aktar prezz baxx filwaqt li l-kumpaniji l-oħra jew iressqu offerta ogħla jew jastjenu milli jagħmlu offerti jew jippreżentaw offerta li mhijiex attraenti għall-konsumatur. L-obbligi ta’ rappurtar ġew stabbiliti biex jippermettu l-monitoraġġ tal-allokazzjonijiet miftiehma. Fl-aħħar nett, prattiki oħra ġew implimentati sabiex isaħħu l-kartell bħar-rifjut kollettiv għal forniment ta’ aċċessorji jew ta’ assistenza teknika lil ċerti kompetituri biex jiġu żġurati l-allokazzjonijiet miftiehma.

(8)

Il-kartell kellu żewġ konfigurazzjonijiet ewlenin:

(a)

Min-naħa waħda, kellu bħala għan l-allokazzjni tat-territorji u l-konsumaturi. Din il-konfigurazzjoni tissemma bħala “konfigurazzjoni A/R ta’ kartell”. Skont din il-konfigurazzjoni il-produtturi Ġappuniżi u Koreani naqqsu milli jikkompetu għal proġetti fit-territorju domestiku Ewropew filwaqt li l-produtturi Ewropej kienu jibqgħu barra mill-Ġappun u l-Korea. Huma allokaw ukoll proġetti fil-biċċa l-kbira tal-bqija tad-dinja u applikaw arranġament ta’ kwoti għal ċertu perjodu ta’ żmien.

(b)

Min-naħa l-oħra, il-“konfigurazzjoni Ewropea tal-kartell” kienet tinvolvi l-allokazzjoni ta’ territorji u ta’ konsumaturi mill-produtturi Ewropej għal proġetti fit-territorju domestiku Ewropew jew proġetti allokati lill-produtturi Ewropej.

(9)

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-arranġamenti tal-kartell, il-produtturi prinċipali organizzaw laqgħat perjodiċi u kellhom kuntatti bl-e-Mail, bit-telefon jew bil-faks.

2.4.   Destinatarji u durata tal-każijiet ta’ ksur

(10)

L-entitajiet legali li ġejjin jitqiesu bħala responsabbli, għall-perjodi indikati, għal ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fis-settur ta’ kejbils tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli:

(a)   ABB AB: mill-1 ta’ April 2000 sas-17 ta’ Ottubru 2008

(b)   ABB Ltd (bħala l-impriża prinċipali ta’ ABB AB): mill-1 ta’ April 2000 sas-17 ta’ Ottubru 2008

(c)   Brugg Kabel AG: mill-14 ta’ Diċembru 2001 sas-16 ta’ Novembru 2006

(d)   Kabelwerke Brugg AG Holding (bħala l-impriża prinċipali ta’ Brugg Kabel AG): mill-14 ta’ Diċembru 2001 sas-16 ta’ Novembru 2006

(e)   Nexans France SAS: mit-13 ta’ Novembru 2000 sat-28 ta’ Jannar 2009

(f)   Nexans SA (bħala l-impriża prinċipali ta’ Nexans France SAS): mit-12 ta’ Ġunju 2001 sat-28 ta’ Jannar 2009

(g)   nkt cables GmbH: mit-3 ta’ Lulju 2002 sas-17 ta’ Frar 2006

(h)   Nkt Holding A/S (bħala l-impriża prinċipali ta’ nkt cables GmbH): mit-3 ta’ Lulju 2002 sas-17 ta’ Frar 2006

(i)   Prysmian Cavi e Sistemi S.r.l.: mit-18 ta’ Frar 1999 sat-28 ta’ Jannar 2009

(j)   Pirelli & C. S.p.A. (bħala l-impriża prinċipali ta’ Prysmian Cavi e Sistemi S.r.l.): mit-18 ta’ Frar 1999 sat-28 ta’ Lulju 2005

(k)   Prysmian S.p.A. (bħala l-impriża prinċipali ta’ Prysmian Cavi e Sistemi S.r.l.).: mid-29 ta’ Lulju 2005 sat-28 ta’ Jannar 2009

(l)   The Goldman Sachs Group, Inc. (bħala l-impriża prinċipali ta’ Prysmian S.p.A.): mid-29 ta’ Lulju 2005 sat-28 ta’ Jannar 2009

(m)   Safran SA (preċedentement Sagem SA): mit-12 ta’ Novembru 2001 sad-29 ta’ Novembru 2005

(n)   Silec Cable, SAS: mit-30 ta’ Novembru 2005 sat-16 ta’ Novembru 2006

(o)   Safran SA (bħala l-impriża prinċipali ta’ Silec Cable, SAS): mit-30 ta’ Novembru 2005 sal-21 ta’ Diċembru 2005

(p)   General Cable Corporation (bħala l-impriża prinċipali ta’ Silec Cable, SAS): mit-22 ta’ Diċembru 2005 sas-16 ta’ Novembru 2006

(q)   Sumitomo Electric Industries, Ltd.: mit-18 ta’ Frar 1999 sat-30 ta’ Settembru 2001 u mill-1 ta’ Ottubru 2001 sal-10 ta’ April 2008 (perjodu ta’ negozju konġunt)

(r)   Hitachi Metals, Ltd.: mit-18 ta’ Frar 1999 sat-30 ta’ Settembru 2001 u mill-1 ta’ Ottubru 2001 sal-10 ta’ April 2008 (perjodu ta’ negozju konġunt)

(s)   J-Power Systems Corporation: mill-1 ta’ Ottubru 2001 sal-10 ta’ April 2008

(t)   Furukawa Electric Co. Ltd.: mit-18 ta’ Frar 1999 sat-30 ta’ Settembru 2001 u mill-1 ta’ Ottubru 2001 sat-28 ta’ Jannar 2009 (perjodu ta’ negozju konġunt)

(u)   Fujikura Ltd.: mit-18 ta’ Frar 1999 sat-30 ta’ Settembru 2001 u mill-1 ta’ Ottubru 2001 sat-28 ta’ Jannar 2009 (perjodu ta’ negozju konġunt)

(v)   VISCAS Corporation: mill-1 ta’ Ottubru 2001 sat-28 ta’ Jannar 2009

(w)   SWCC SHOWA HOLDINGS CO., LTD.: mill-5 ta’ Settembru 2001 sat-30 ta’ Ġunju 2002 (għal dan il-perjodu, SWCC SHOWA HOLDINGS CO., LTD mhijiex responsabbli għal konfigurazzjoni Ewropea) u mill-1 ta’ Lulju 2002 sat-28 ta’ Jannar 2009 (perjodu ta’ negozju konġunt).

(x)   Mitsubishi Cable Industries, Ltd.: mill-5 ta’ Settembru 2001 sat-30 ta’ Ġunju 2002 (għal dan il-perjodu, Mitsubishi Cable Industries, Ltd mhijiex responsabbli għal konfigurazzjoni Ewropea) u mill-1 ta’ Lulju 2002 sat-28 ta’ Jannar 2009 (perjodu ta’ negozju konġunt)

(y)   EXSYM Corporation: mill-1 ta’ Lulju 2002 sat-28 ta’ Jannar 2009

(z)   LS Cable & System Ltd.: mill-15 ta’ Novembru 2002 sas-26 ta’ Awwissu 2005. LS Cable & System Ltd mhijiex responsabbli għall-ksur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kejbils sottomarini b’vultaġġ għoli (ħafna).

(aa)   Taihan Electric Wire Co., Ltd.: mill-15 ta’ Novembru 2002 sas-26 ta’ Awwissu 2005. Taihan Electric Wire Co., Ltd mhijiex responsabbli għall-ksur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kejbils sottomarini b’vultaġġ għoli (ħafna).

2.5.   Rimedji

(11)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi (2) u l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 (3).

2.5.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(12)

Minħabba f’ għadd ta’ raġunijiet spjegati fid-Deċiżjoni, iċ-ċifri tal-bejgħ għas-sena 2004 intużaw sabiex jiġi stabbilit il-valur tal-bejgħ rilevanti tal-prodotti deskritti fit-Taqsima 2.1 hawn fuq.

(13)

Billi l-bejgħ ta’ xi intrapriżi fiż-ŻEE ma kienx jirrifletti adegwatament il-piż tagħhom fil-ksur, il-Kummissjoni applikat il-punt 18 tal-Linji Gwida dwar il-multi u allokat il-bejgħ aggregat fiż-ŻEE relatat mal-ksur għal kull impriża skont l-ishma rispettivi tagħhom tal-bejgħ b’relazzjoni mal-ksur fuq livell dinji, minbarra l-bejgħ fl-Istati Uniti. Il-bejgħ fl-Istati Uniti kien eskluż minħabba li dan huwa l-uniku territorju li għalih il-Kummissjoni kellha evidenza ċara li ma kienx kopert mill-kartell kważi dinji segwit fid-Deċiżjoni.

(14)

L-impriżi prinċipali tan-negozju konġunt kienu miżmuma responsabbli għall-parteċipazzjoni diretta tagħhom fin-negozju konġunt u l-involviment kontinwu tagħhom permezz tan-negozju konġunt rispettiv tagħhom wara l-formazzjonijiet tagħhom. Sabiex jirrifletti s-saħħa ekonomika ta’ kull impriża prinċipali ta’ negozju konġunt u l-piż fil-ksur matul il-periodu ta’ qabel it-twaqqif tal-impriżi konġunti, il-bejgħ determinat għall-impriża konġunta kien kondiviż fost l-impriżi prinċipali proporzjonalment għal bejgħ individwali miksub minn kull impriża prinċipali fis-sena kummerċjali sħiħa qabel il-formazzjoni tal-impriża konġunta tagħhom.

(15)

Meta titqies in-natura tal-ksur, l-ambitu ġeografiku tagħhom u s-sehem konġunt tas-suq tal-produtturi l-perċentwal tal-ammont varjabbli tal-multa u l-ammont addizzjonali (“it-tariffa tad-dħul”) ġew stabbiliti għal 17 % tal-valuri ta’ bejgħ ta’ Sumitomo, Hitachi, JPS, Furukawa, Fujikura, VISCAS, Showa, Mitsubishi, EXSYM, LS Cable, Taihan u l-kumpaniji miżmuma responsabbli in solidum ma’ kwalunkwe waħda minnhom. Dan il-perċentwal ġie stabbilit għal 19 % għal Nexans, Prysmian, ABB, Brugg, Sagem/Silec, nkt u għall-kumpaniji miżmuma responsabbli in solidum magħhom.

(16)

Għal kull impriża, l-ammont bażi ġie mmultiplikat bin-numru ta’ snin ta’ parteċipazzjoni fil-ksur, bix-xhur arrodonditi ‘l isfel, li wassal għall-multiplikaturi li ġejjin għad-durata tal-parteċipazzjoni:

ABB AB, ABB Ltd— 8,5;

Brugg Kabel AG, Kabelwerke Brugg AG Holding

4,91

Nexans France SAS

8,16

Nexans SA

7,58

nkt cables GmbH, NKT Holding A/S

3,58

Prysmian Cavi e Sistemi S.r.l.

9,91

Pirelli & C. S.p.A.

6,41

Prysmian S.p.A.

3,5

The Goldman Sachs Group, Inc.

3,5

Safran SA— 4

Silec Cable, SAS

0,91

Safran SA (prinċipali)

0,057

General Cable Corporation

0,853

Sumitomo Electric Industries, Ltd., għall-perjodu qabel in-negozju konġunt

2,58

Hitachi Metals, Ltd., għall-perjodu qabel in-negozju konġunt

2,58

J-Power Systems Corporation, Sumitomo Electric Industries, Ltd., Hitachi Cable Ltd.

6,5

Furukawa Electric Co. Ltd., għall-perjodu qabel in-negozju konġunt— 2,58;

Toshiba Corporation, għall-perjodu qabel in-negozju konġunt— 2,58;

VISCAS Corporation, Furukawa Electric Co. Ltd., Fujikura Ltd.

7,25

Swcc Showa Holdings Co., Ltd., għall-perjodu qabel l-impriża konġunta

0,75

Mitsubishi Cable Industries, Ltd., għall-perjodu qabel l-impriża konġunta— 0,75;

EXSYM Corporation, SWCC SHOWA HOLDINGS CO., LTD., Mitsubishi Cable Industries, Ltd.

6,5

LS Cable & System Ltd.

2,75

Taihan Electric Wire Co., Ltd.

2,75

2.5.2.   Aġġustamenti tal-ammont bażiku

(17)

Fl-24 ta’ Jannar 2007, ABB Ltd kienet miżmuma responsabbli għal ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ COMP/F/38.899 - Switchgear insulat bil-gass. Konsegwentement, l-ammont bażiku tal-multi għal ABB u ABB Ltd ġie miżjud b’fattur ta’ 50 %.

(18)

Nexans, Pirelli/Prysmian, JPS, Sumitomo, Hitachi, Furukawa, Fujikura u VISCAS kienu kkunsidrati bħala l-grupp ewlieni ta’ parteċipanti tal-kartell. L-ebda fatturi mitiganti ma nstabu għal dawn id-destinatarji.

(19)

Billi l-evidenza turi li ABB, EXSYM, Sagem/Safran/Silec u Brugg kellhom livell ta’ involviment li kien jiddistingwihom mill-grupp ċentrali ngħataw tnaqqis ta’ 5 % tal-multa minħabba l-involviment sostanzjalment limitat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur.

(20)

Billi l-evidenza turi li Mitsubishi u Showa (qabel il-formazzjoni ta’ EXSYM)), LS Cable, Taihan u nkt kellhom livell ta’ involviment li kkwalifikahom bħala atturi marġinali ngħataw tnaqqis ta’ 10 % tal-multa minħabba s-sehem sostanzjalment limitat tagħhom fil-ksur.

(21)

Barra minn hekk, Mitsubishi u Showa, għall-perjodu qabel il-formazzjoni ta’ EXSYM, LS Cable u Taihan ingħataw ammont addizzjonali ta’ 1 % ta’ tnaqqis minħabba li ma kinux jafu u għax ma kinux responsabbli għal partijiet tal-ksur uniku u kontinwu.

(22)

Mitsubishi ingħatat tnaqqis ta’ 3 % tal-multa stabbilit għall-perjodu tas-sehem tagħha fil-ksur minħabba kooperazzjoni effettiva barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza.

2.5.3.   Applikazzjoni tal-limitu ta’ 10 % tal-fatturat

(23)

L-ammonti finali tal-multi (qabel l-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006) huma taħt l-10 % tal-fatturat dinji għall-impriżi kollha.

2.5.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006: tnaqqis tal-multi

(24)

ABB kienet l-ewwel impriża li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ punt 8(a) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006. Il-multa li kellha tiġi imposta tnaqqset b’ 100 %.

(25)

Il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi fatti addizzjonali li jippruvaw l-eżistenza tal-kartell mit-18 ta’ Frar 1999 sal-1 ta’ Marzu 2001 biss fuq il-bażi ta’ evidenza pprovduta minn JPS, Sumitomo u Hitachi. B’riżultat ta’ dan, skont il-punt 26 tal-Avviż ta’ Klemenza, dan il-perjodu ma kienx ikkunsidrat għal JPS, Sumitomo u Hitachi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-multa.

(26)

Għall-bqija tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kartell JPS, Sumitomo u Hitachi ingħataw tnaqqis ta’ 45 % tal-multi.

(27)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li Mitsubishi ma kkwalifikatx għal tnaqqis ta’ multi.

2.5.5.   Inkapaċità li jsir il-pagament

(28)

Impriża waħda invokat l-inkapaċità tagħha li tħallas taħt il-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006. Il-Kummissjoni qieset din id-dikjarazzjoni u analizzat bir-reqqa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kif ukoll il-kuntest soċjali u ekonomiku speċifiku. Bħala riżultat tal-analiżi, il-Kummissjoni rrifjutat id-dikjarazzjoni.

3.   MULTI IMPOSTI BID-DEĊIŻJONI

(29)

Għall-ksur wieħed u kontinwu fir-rigward tas-settur ta’ kejbils tal-elettriku, ġew imposti l-multi li ġejjin:

ABB AB u ABB Ltd responsabbli in solidum: EUR 0

Brugg Kabel AG u Kabelwerke Brugg AG Holding responsabbli in solidum: EUR 8 490 000

Nexans France SAS u Nexans SA responsabbli in solidum: EUR 65 767 000

Nexans France SAS: EUR 4 903 000

nkt cables GmbH u NKT Holding A/S responsabbli in solidum: EUR 3 887 000

Prysmian Cavi e Sistemi S.r.l, Prysmian S.p.A. u The Goldman Sachs Group, Inc., responsabbli in solidum: EUR 37 303 000

Prysmian e Sistemi S.r.l. u Pirelli Cavi & C. S.p.A. responsabbli in solidum: EUR 67 310 000

Safran SA: EUR 8 567 000

Silec Cable, SAS u General Cable Corporation responsabbli in solidum: EUR 1 852 500

Silec Cable, SAS u Safran SA, responsabbli in solidum: EUR 123 500

Sumitomo Electric Industries, Ltd.: EUR 2 630 000

Hitachi Metals, Ltd.: EUR 2 346 000

J-Power Systems Corporation, Sumitomo Electric Industries, Ltd. u Hitachi Metals, Ltd. responsabbli in solidum: EUR 20 741 000

Furukawa Electric Co. Ltd.: EUR 8 858 000

Fujikura Ltd.: EUR 8 152 000

VISCAS Corporation, Furukawa Electric Co. Ltd. u Fujikura Ltd. responsabbli in solidum: EUR 34 992 000

SWCC SHOWA HOLDINGS CO., LTD.: EUR 844 000.

Mitsubishi Cable Industries, Ltd.: EUR 750 000.

Corporation, SWCC SHOWA HOLDINGS CO., LTD. u Mitsubishi Cable Industries, Ltd. responsabbli in solidum: EUR 6 551 000

LS Cable & System Ltd.: EUR 11 349 000.

Taihan Electric Wire Co., Ltd.: EUR 6 223 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(3)  ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.


Il-Qorti tal-Awdituri

17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/16


Rapport Speċjali Nru 10/2014 “L-effettività tal-appoġġ għall-akkwakultura mill-Fond Ewropew għas-Sajd”

2014/C 319/07

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 10/2014 “L-effettività tal-appoġġ għall-akkwakultura mill-Fond Ewropew għas-Sajd” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Pubblikazzjonijiet (PUB)

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Lussemburgu

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

e-mail: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/17


Sejħa għal applikazzjonijiet għall-għażla ta’ esperti maħtura f’kapaċità personali

2014/C 319/08

1.   It-tagħrif eżistenti

B’deċiżjoni (1) tas-7 ta’ Diċembru 2011, id-Direttur Ġenerali waqqaf grupp ta’ esperti għas-Swieq Agrikoli, b’mod partikolari dwar l-aspetti li jaqgħu taħt is-sottogrupp taż-żejt taż-żebbuġa fir-Regolament dwar l-OKS Unika (E02730), minn hawn ‘il quddiem msemmi “il-grupp”.

Il-kompitu tal-grupp huwa li jgħin lill-Kummissjoni:

(a)

fit-tħejjija tal-leġiżlazzjoni jew fid-definizzjoni tal-politika fil-qasam tal-kimika u l-istandardizzazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.

(b)

tirrinforza l-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti kimiċi, organolettiċi u tal-awtentiċità għaż-żjut taż-żebbuġa,

(c)

tikkoordina skambju ta’ fehmiet mal-Istati Membri.

Il-grupp huwa magħmul minn rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u esperti maħtura mill-Kummissjoni f’kapaċità personali.

Għalhekk il-Kummissjoni qiegħda tagħmel sejħa għall-applikazzjonijiet bil-ħsieb li taħtar il-membri tal-grupp u tistabbilixxi lista ta’ riżerva tal-kandidati.

2.   Il-karatteristiċi tal-grupp

2.1.   Kompożizzjoni

Minbarra r-rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, il-grupp għandu jkun magħmul minn għaxar xjenzjati u esperti oħra b’kompetenzi marbutin mal-kimika taż-żejt taż-żebbuġa. Dawn il-membri jinħatru mill-Kummissjoni f’kapaċità personali u huma mistennija jagħtu pariri indipendenti, eċċellenti u tekniċi lill-Kummissjoni.

Il-kompożizzjoni tal-grupp tkun tirrifletti bilanċ bejn l-oqsma ta’ għarfien espert, bejn is-sessi tal-membri u bejn l-oriġini ġeografika tagħhom.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi wkoll lista ta’ riżerva li tiġbor fiha l-kandidati li ma setgħux jinħatru bħala membri permanenti minkejja li, waqt il-proċedura tal-għażla, dawn ikunu tqiesu addattati biex ikunu membri tal-grupp. L-għadd ta’ esperti li se jintgħażlu għal din il-lista m’għandux jaqbeż il-5.

Il-lista ta’ riżerva tista’ tintuża biex minnha jinħatru s-sostituti għall-membri tal-grupp.

2.2.   Tul il-ħatra

Il-membri tal-grupp jinħatru għal mandat ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded. Huma jibqgħu fil-kariga sa tmiem il-mandat tagħhom.

Il-kompożizzjoni tal-grupp u tal-lista ta’ riżerva tista’ tiġi riveduta kull ħames snin.

2.3.   Indipendenza u kunfidenzjalità

Il-membri għandhom jagħtu opinjoni indipendenti u ħielsa minn kull influwenza barranija lill-Kummissjoni, u għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-siġurtà li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tat-tagħrif ikklassifikat tal-UE, stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (2).

Huma għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku. F’kull laqgħa, għandhom jistqarru kull interess speċifiku li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjonijiet li jkun hemm fl-aġenda.

2.4.   Transparenza

L-ismijiet tal-membri maħturin biex ikunu fil-grupp fil-kapaċità personali għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Gruppi Esperti u ta’ Entitajiet Simili Oħrajn tal-Kummissjoni.

Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3).

2.5.   Attendenza fil-laqgħat

L-applikanti għandhom ikunu lesti jattendu l-laqgħat regolarment, jikkontribwixxu fid-diskussjonijiet tal-grupp b’mod attiv, jeżaminaw u jabbozzaw id-dokumenti u jaġixxu bħala “relaturi” (rapporteurs) fuq bażi ad hoc.

Il-grupp normalment jiltaqa’ f’postijiet tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti minnha.

Iżda barra l-laqgħat b’mod fiżiku, jistgħu jitwaqqfu gruppi ta’ ħidma elettroniċi paralleli biex il-ħidma timxi b’aktar ħeffa.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni skont il-limiti tal-baġit annwali allokat mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli.

Il-membri ma jirċivux rimunerazzjoni talli jaqdu dmirijiethom.

Il-biċċa l-kbira tad-dokumenti ta’ ħidma se jkunu bl-Ingliż u l-laqgħat normalment se jsiru bl-Ingliż, b’interpretazzjoni f’bosta lingwi uffiċjali tal-UE.

L-applikanti għandhom jikkunsidraw li b’mod ġenerali l-laqgħat jinvolvu ħidma ta’ preparazzjoni.

3.   Il-proċedura tal-applikazzjoni

L-individwi li huma interessati jeħtieġ li jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea.

Applikazzjoni titqies ammissibbli biss jekk tkun tinkludi d-dokumenti li ġejjin:

1.

Ittra ta’ motivazzjoni li b’mod partikolari tispjega r-raġunijiet għalfejn l-applikant qiegħed iwieġeb għal din is-sejħa;

2.

Formola tal-għażla (ara l-Anness) li fiha l-applikanti jiddeskrivu l-esperjenza professjonali u l-għarfien espert tagħhom skont il-kriterji elenkati f’din is-sejħa;

3.

Curriculum vitae (li preferibbilment ma jaqbiżx it-tliet paġni) fejn l-applikanti għandhom iniżżlu d-dettalji kollha tal-esperjenza professjonali u l-għarfien espert tagħhom. Is-CVs kollha għandhom jintbagħtu fil-format Ewropew:

http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/vernav/Europass+Documents/Europass+CV.csp

L-applikazzjonijiet għandhom isiru bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

4.   Ir-rekwiżiti

A.   Il-kriterji tal-eliġibilità

1.

Livell ta’ edukazzjoni terzjarja li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji ċċertifikati b’diploma ta’ mill-inqas tliet snin, fil-qasam tal-kimika.

2.

Sa dakinhar li tintbagħat l-applikazzjoni, perjodu totali ta’ mill-inqas ħames snin ta’ esperjenza professjonali teknika u/jew xjentifika fil-qasam wara li jkunu kisbu d-diploma msemmija fil-punt 1 ta’ hawn fuq.

3.

Għarfien tajjeb tal-lingwa Ingliża (4);

4.

L-applikanti għandhom ikunu nazzjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa.

5.

L-applikanti jridu jippreżentaw id-dokumenti kollha msemmija fil-Kapitolu 3. Il-proċedura tal-applikazzjoni.

B.   Il-kriterji tal-għażla

Għall-għażla abbażi tal-kwalifiki, se jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

Esperjenza u ħila kbira, bil-provi, fil-qasam tal-kimika u b’mod partikolari fil-qasam tal-kimika marbuta maż-żejt taż-żebbuġa.

Esperjenza ta’ ħidma fil-leġiżlazzjoni, il-politika u l-istandards fil-qasam tal-kimika marbuta maż-żejt taż-żebbuġa

Esperjenza professjonali miksuba mal-awtorità/l-organizzazzjoni li jaħdem magħha l-applikant u t-tul ta’ żmien li ilu impjegat magħha.

Esperjenza professjonali miksuba ma’ awtoritajiet/organizzazzjonijiet oħrajn li ħadem magħhom l-applikant fl-imgħoddi.

Esperjenza professjonali tat-tekniki kimiċi tal-laboratorju b’mod ġenerali, fost oħrajn ta’ spettrometrija ta’ massa, separazzjoni permezz ta’ kromatografija, tekniki analitiċi (GC, HPLC b’detetturi diversi, GC-MS, HPLC-MS,) eċċ.

Esperjenza professjonali tal-validazzjoni ta’ metodi analitiċi u tqabbil interlaboratorju.

Proġetti speċifiċi u/jew ħidmiet f’kuntest internazzjonali li kien involut fihom l-applikant.

Kull ħidma li jkun wettaq l-applikant fil-qasam marbut ma’ din is-sejħa (l-istruzzjoni, il-parteċipazzjoni f’i grupp espert, pubblikazzjonijiet …).

Kull sfida importanti professjonali prevista fil-ġejjieni qarib fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa.

Id-dejta personali se tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

5.   Il-proċedura tal-għażla

Il-proċedura tal-għażla se tikkonsisti f’erba’ stadji:

1.

il-verifika tal-kriterji tal-ammissibbiltà u tal-eliġibbiltà;

2.

il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet skont il-kriterji tal-għażla;

3.

il-kompilazzjoni ta’ lista tal-applikanti l-iktar xierqa;

4.

il-ħatra tal-membri tal-grupp u l-kompilazzjoni tal-lista ta’ riżerva.

6.   It-tressiq tal-applikazzjonijiet u d-data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet iridu jitressqu mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014 sal-17:00 ħin lokali ta’ Brussell:

bil-posta rreġistrata (bid-data skont it-timbru tal-posta) fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Agriculture and Rural Development

Unit C.2 — Wine, spirits, horticultural products and specialised crops

Rue de la Loi/Wetstraat 130, 7/66

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

jew

permezz tal-posta elettronika, fejn id-data tal-imejl titqies bħala d-data li fiha ntbagħtet l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet bil-posta elettronika għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej: agri-c2@ec.europa.eu

L-invilopp jew is-suġġett tal-imejl irid jispeċifika: “Sub group olive oil - call for applications”

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma taċċetta l-ebda applikazzjoni li taslilha wara din id-data.

L-applikazzjonijiet imwassla bl-idejn ma jiġux aċċettati.

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq l-indirizz elettroniku funzjonali li ġej:

agri-c2@ec.europa.eu

7.   Ħatra tal-membri

Il-kandidati kollha li japplikaw għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet se jiġu mgħarrfa bir-riżultat tal-proċess tal-għażla.


(1)  Ares (2011)1319969, 7.12.2011.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom, tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  “Għarfien tajjeb” għandu jikkorrispondi mal-livell B2 jew livell ogħla (jiġifieri l-livelli C1 u C2) speċifikati fid-dokument ta’ referenza tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Portafoll Ewropew tal-Lingwi (“Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza: l-Istudju, l-Istruzzjoni, u l-Valutazzjoni”). Għal aktar informazzjoni ara http://www.coe.int/t/dg4/linguistic/Source/Framework_en.pdf


ANNESS

Formola tal-għażla (1)

Il-kriterji tal-għażla

Spazju biex tikteb int (2)

Esperjenza u ħila kbira, bil-provi, fil-qasam tal-kimika u b’mod partikolari fil-qasam tal-kimika marbuta maż-żejt taż-żebbuġa.

 

Esperjenza ta’ ħidma fil-leġiżlazzjoni, l-politika u l-istandards fil-qasam tal-kimika marbuta maż-żejt taż-żebbuġa

 

Esperjenza professjonali miksuba mal-awtorità/l-organizzazzjoni li jaħdem magħha l-applikant u t-tul ta’ żmien li ilu impjegat magħha.

 

Esperjenza professjonali miksuba ma’ awtoritajiet/organizzazzjonijiet oħrajn li ħadem magħhom l-applikant fl-imgħoddi

 

Esperjenza professjonali tat-tekniki kimiċi tal-laboratorju b’mod ġenerali, fost oħrajn ta’ spettrometrija ta’ massa, separazzjoni permezz ta’ kromatografija, tekniki analitiċi (GC, HPLC b’detetturi diversi, GC-MS, HPLC-MS,) eċċ.

 

Esperjenza professjonali tal-validazzjoni ta’ metodi analitiċi u tqabbil interlaboratorju

 

Proġetti speċifiċi u/jew ħidmiet f’kuntest internazzjonali li kien involut fihom l-applikant

 

Kull ħidma li jkun wettaq l-applikant fil-qasam marbut ma’ din is-sejħa (l-istruzzjoni, il-parteċipazzjoni f’grupp espert, pubblikazzjonijiet …).

 

Kull sfida importanti professjonali prevista fil-ġejjieni qarib fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa

 

Titlu: …

Kunjom: …

Data: …

Firma: …


(1)  Din il-formola għandha timtela, tiġi ffirmata u tintbagħat mal-applikazzjoni.

(2)  F’din il-kolonna niżżel l-esperjenza professjonali tiegħek f’kull wieħed mill-punti stabbiliti taħt il-kolonna “Kriterji tal-Għażla”


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/22


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7392 — Advent International / Cordialis)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 319/09

1.

Fl-10 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontrollm tal-grupp Corialis (“Corialis”, il-Belġju) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Advent: ditta ta' ekwità privata globali li timmaniġġa investimenti f'aktar minn 70 pajjiż f'firxa diversa ta' industriji u ġografiji;

—   għal Corialis: forniment ta' servizzi ta' estruzzjoni tal-aluminju u sistemi ta' bini u profili għat-twieqi, bibien, konservatorji u ħitan diviżorji miksijin bl-aluminju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden partijiet terzi interessati biex jippreżentaw lilha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7392 — Advent International / Corialis, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/23


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni ta’ modifika skont l-Artikolu 50(2), il-punt a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2014/C 319/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦAL MODIFIKA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

TALBA GĦAL MODIFIKA SKONT L-ARTIKOLU 9

“OSSAU-IRATY”

Nru CE: FR-PDO-0417-01096 — 15.2.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjonijiet li huma soġġetti għall-modifika

    Denominazzjoni tal-prodott

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Żona ġeografika

    Prova tal-oriġini

    Metodu ta’ kisba

    Rabta

    Tikkettar

    Eżiġenzi nazzjonali

    Oħrajn [li jridu jiġu speċifikati]

2.   Tip ta’ modifika(i)

    Modifika tad-dokument uniku jew tas-sommarju

    Modifika tal-ispeċifikazzjonijiet tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrati, li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sommarju

    Il-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet ma twassal għall-ebda modifika tad-dokument uniku ppubblikat [Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

    Modifika temporanja tal-ispeċifikazzjonijiet li tirriżulta fl-adozzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi [Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

3.   Modifika(i)

1.   “Deskrizzjoni tal-prodott”

Jiżdiedu dettalji fid-deskrizzjoni tal-ġobon: il-ġobon jiġi manifatturat esklussivament mill-ħalib tan-nagħaġ fl-istat mhux standardizzat u jiġi mmellaħ u mmaturat, f’forma ċilindrika.

Il-formati differenti (daqs tal-forma, piż) ġew iċċarati.

Tiżdied id-dispożizzjoni li ġejja:

“L-Ossau-Iraty jista’ jiġi kkummerċjalizzat fil-forma ta’ porzjonijiet ippakkjati minn qabel, sakemm kull porzjon jinkludi parti bil-qoxra li hija karatteristika tad-denominazzjoni, u tikketta li jkollha l-indikazzjonijiet previsti fil-punt 8.”

Dan jippermetti li ssir distinzjoni bejn l-“Ossau-Iraty” u l-ġobnijiet ibsin l-oħrajn manifatturati fir-reġjun, li jistgħu jinbiegħu mingħajr tikketta.

2.   “Elementi li jagħtu prova li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika”

Ġew miżjudin paragrafi dwar iż-żamma tar-reġistri u l-identifikazzjoni kif ukoll dwar l-obbligi dikjarattivi tal-operaturi. Dawn id-dispożizzjonijiet jispeċifikaw ir-reġistrazzjonijiet li għandhom jitwettqu u l-obbligi tal-operaturi tad-DPO sabiex tiġi permessa t-traċċabbiltà.

Ġie miżjud paragrafu dwar l-identifikazzjoni tal-prodott:

“L-identifikazzjoni ta’ kull ġobna hija obbligatorja. Din hija żgurata permezz ta’ marka mnaqqxa magħmula fil-fażi meta l-ġobon jiddaħħal fil-forma. Il-ġobnijiet ta’ grad inferjuri titneħħielhom din il-marka billi din tiġi mqaxxra.”

L-identifikazzjoni hija mezz biex ikun hemm distinzjoni bejn il-prodott intiż għad-DPO u l-oħrajn, l-aktar kmieni possibbli fl-elaborazzjoni tal-ġobon qabel ma jsir it-tikkettar.

3.   “Metodu ta’ kisba”

L-arranġamenti ta’ żamma tal-artijiet minn fejn jieklu l-annimali huma speċifikati: “Il-fertilizzanti organiċi awtorizzati huma: il-kompost, id-demel, id-demel semi-likwidu, id-demel likwidu ta’ oriġini agrikola, il-ko-kompost ta’ skart organiku, il-ħama li jifdal wara t-trattament tad-drenaġġ, l-iskart mill-azjendi tal-ħalib. Fil-perjodi meta r-ragħa ssir fuq il-muntanji, huwa awtorizzat biss it-tixrid tal-ħmieġ tal-annimali prodotti fl-ispazji fejn jinżammu l-annimali f’dan il-perjodu. It-tixrid tal-ħama li jifdal wara t-trattament tad-drenaġġ jista’ jsir biss taħt kundizzjonijiet: li jiġi ssiġillat minnufih fil-ħamrija, perjodu latenti wara t-tixrid ta’ mill-inqas tmien ġimgħat, monitoraġġ analitiku għal kull lott. Il-fertilizzazzjoni minerali annwali medja hija limitata, fuq il-mergħat, għal 100 unità ta’ nitroġenu, 60 unità ta’ fosforu u 100 unità ta’ potassju għal kull ettaru.”

Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jillimitaw l-intensifikazzjoni u li jiġi evitat eċċess ta’ fertilizzazzjoni, li jista’ jiżbilanċja l-flora naturali tal-mergħat u tal-għoljiet u jniġġes l-ilma. It-tixrid tal-ħama li jifdal wara t-trattament tad-drenaġġ huwa ttollerat skont ċerti kundizzjonijiet, minħabba li dawn il-prodotti huma suxxettibbli li jarmu elementi mhux mixtieqa fil-ħamrija li jistgħu jiġu trasferiti fl-għalf.

Id-definizzjonijiet tal-merħla (grupp ta’ ovini preżenti fl-azjenda, maħsuba għall-produzzjoni tal-ħalib) u tan-nagħġa (annimal femminili ta’ età ta’ aktar minn sitt xhur fl-1 ta’ Novembru) huma speċifikati.

Żieda tad-dispożizzjoni li ġejja: “L-annimali li joriġinaw minn manipulazzjoni tal-ġenoma huma projbiti.”, sabiex jinżamm il-karattru lokali tar-razez.

Żieda ta’ “Għall-merħla kollha, il-perjodu ta’ taħlib ma jistax jaqbeż 265 jum kull sena. Il-ħlib huwa pprojbit matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru.”

Din il-miżura tiżgura n-natura staġjonali tal-produzzjoni tal-ħalib, sabiex tiġi evitata l-produzzjoni mhux fl-istaġun, u tistabbilixxi perjodu obbligatorju ta’ tnixxif, li huwa neċessarju għaż-żamma tan-nagħaġ fi stat tajjeb qabel ma jitwieldu ż-żgħar.

Żieda ta’ “F’kampanja tal-ħalib (bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara) il-livell medju tal-ħalib tal-merħla ma jaqbiżx it-300 litru għal kull nagħġa u l-medja ta’ materja niexfa utli hija aktar minn 110 gramma għal kull litru ta’ ħalib.”

Billi l-produzzjoni tal-“Ossau-Iraty” hija bbażata fuq sistema estensiva, il-produzzjoni tal-ħalib hija limitata għal kull nagħġa sabiex jiġu evitati s-sistemi intensivi wisq. Il-livell minimu ta’ materja niexfa utli (MNU) għandu l-għan li jorjenta l-għażla minn dawk li jrabbu l-annimali, għal annimali li jipproduċu ħalib ta’ kwalità aktar minn għal annimali li jipproduċu kwantitajiet kbar ta’ ħalib.

   Żieda ta’ “Il-kultivazzjoni ta’ OĠM fuq l-azjenda hija projbita, għal kull speċi veġetali li tista’ tingħata lill-annimali tal-azjenda bħala għalf u kull kultivazzjoni ta’ speċi li tista’ tikkontaminah.”

Dan ifisser li jiġu limitati r-riskji ta’ kontaminazzjoni tal-kultivazzjonijiet tal-għalf, minħabba li l-ikel magħmul b’varjetajiet transġeniċi huma projbiti għar-ruminanti tal-azjenda. Ir-raġuni hija ż-żamma tal-karattru tradizzjonali tal-ikel għal dan il-ġobon, li għandu reputazzjoni kbira ta’ prodott tal-muntanji.

   Fir-rigward tal-ikel tal-annimali, id-dispożizzjoni “l-ikel l-ewwel nett jiġi mill-mergħat li fuqhom jinsabu l-annimali matul il-perjodu meta jirgħu fuq l-għoljiet u l-perjodu tal-ħlib kif ukoll mill-foraġġ u ċ-ċereali sekondarji”, hija sostiwita bil-paragrafi li ġejjin:

“L-ikel tal-merħla għandu jsegwi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

l-ikel jiġi prinċipalment miż-żona ġeografika definita. Il-provvista (minbarra l-mergħa) ta’ ikel li ma jiġix minn din iż-żona hija limitata f’kampanja sħiħa għal 280 kg ta’ materja niexfa għal kull nagħġa u għal kull sena bħala medja.

in-nagħaġ jirgħu għal minimu ta’ 240 jiem f’kull kampanja.

fil-perjodu tal-ħlib, fil-jiem meta ma jirgħux, in-nagħaġ jirċievu razzjon ta’ kuljum li jinkludi minimu ta’ 600 g ta’ materja niexfa li ġejja miż-żona ġeografika definita fil-punt 3 hawn fuq;”

Sabiex tissaħħaħ ir-rabta mal-ambjent ġeografiku, il-maġġoranza tal-ikel ikkunsmat min-nagħaġ tiġi miż-żona ġeografika. Mingħajr il-miżura li tistabbilixxi minimu ta’ kuljum, ikun possibbli li l-annimali ma jingħatawx ikel miż-żona ġeografika għal erba’ xhur, l-aktar matul il-perjodu l-aktar intensiv ta’ produzzjoni.

L-introduzzjoni ta’ ħin minimu ta’ mergħa ssaħħaħ ir-rabta tal-prodott maż-żona ġeografika tiegħu u tirrispetta l-metodu ta’ trabbija tradizzjonali tar-reġjun. Ir-razez lokali fil-fatt huma partikolarment adattati għall-mergħa f’kull staġun, u l-eżerċizzju huwa neċessarju għal saħħithom. It-tul ta’ żmien magħżul, ekwivalenti għal tmien xhur kull sena, huwa kompatibbli mal-kundizzjonijiet li jinsabu fil-muntanji.

   Żieda ta’

“—

ir-razzjon bażiku huwa magħmul minn mergħa, foraġġ frisk, niexef u deidrat biż-żarġuni twal, tiben u foraġġ fermentat. It-tiben mhuwiex trattat bl-ammonijaka. Fir-razzett jistgħu jiġu pprovduti fil-forma ta’ foraġġ frisk: pitravi tal-għalf, ġidriet, caboċċi tal-għalf, kolza tal-għalf, ħaxix. Il-foraġġ aħdar, maħsud kif suppost, għandu jinġieb frisk fir-razzett. M’għandux jissaħħan qabel ma jingħata lill-annimali. Il-ħawtijiet għandhom jitnaddfu mill-fdalijiet qabel ma jitpoġġa aktar foraġġ aħdar;”

Dawn il-miżuri jservu biex fl-ikel jinżammu l-ingredjenti li jippermettu lin-nagħaġ iżommu n-natura tagħhom ta’ ruminanti. L-ikel huwa l-ewwel nett definit skont il-kompożizzjoni tar-razzjon bażiku, u mbagħad skont dik tas-supplimenti u l-konċentrati.

   Żieda ta’

“—

foraġġ iffermentat fl-ikel tal-merħla fil-perjodu tat-tiħlib: sal-31 ta’ Jannar 2018, il-konsum ta’ foraġġ iffermentat huwa limitat għal medja ta’ 1,5 kg gross ta’ insilaġġ ta’ qamħirrum u 1 kg gross ta’ pakketti jew insilaġġ ta’ ħaxix, kuljum għal kull nagħġa; il-pakketti ta’ ħaxix għandu jkollhom rata minima ta’ materja niexfa ta’ 70 %. Mill-1 ta’ Frar 2018, il-konsum ta’ insilaġġ huwa pprojbit, il-konsum ta’ ħaxix ippakkjat huwa awtorizzat fil-limitu ta’ medja ta’ 1 kg gross kuljum għal kull nagħġa, sakemm ikollu rata minima ta’ materja niexfa ta’ 70 %.”

L-għan huwa li jinżammu l-karatteristiċi tal-ħalib. L-użu ta’ foraġġ iffermentat, li jista’ jiffavorixxi ċerti kontaminazzjonijiet ta’ mikrobi, huwa għalhekk limitat. Il-ħaxix ippakkjat huwa metodu ta’ ħsad alternattiv għall-ħuxlief, u jsir fil-każ ta’ xita. Id-dispożizzjoni teħtieġ perjodu ta’ implimentazzjoni sabiex ċerti produtturi tal-ħalib jistabbilixxu sistema ta’ ikel li tippermetti t-tneħħija tal-konsum ta’ insilaġġ fil-perjodu tat-tiħlib.

Żieda ta’

“—

it-taħlita ta’ ingredjenti magħmula mill-produttur fir-razzett hija awtorizzata f’ċerti kundizzjonijiet:

taħlita tal-ingredjenti fil-lista prevista fil-punt 5.2.6;

taħlita tal-ingredjenti tar-razzjon bażiku u tal-ingredjenti tal-lista prevista fil-punt 5.2.6, jekk issir fil-jum meta tiġi distribwita;

il-provvista f’ikel imħallat, li jsir mill-ingredjenti tar-razzjon bażiku u mill-ingredjenti tal-lista ta’ materja prima awtorizzata bħala suppliment għar-razzjon bażiku, definit fil-punt 5.2.6, hija projbita”.

Din il-miżura għandha l-għan li tipprojbixxi r-razzjonijiet kompluti tan-negozju, li l-oriġini tagħhom u ta’ spiss il-kompożizzjoni ma jkunux ikkontrollati minn min irabbi, u li l-użu tagħhom jiffavorixxi metodu ta’ trobbija industrijali mingħajr rabta maż-żona ġeografika.

    Żieda ta’ “Iż-żieda ta’ konċentrati fir-razzjon ta’ kuljum ma tistax taqbeż medja ta’ 800 gramma ta’ materja niexfa għal kull nagħġa. F’kampanja sħiħa, il-konsum medju ta’ konċentrati għal kull nagħġa huwa limitat għal 150 kg ta’ materja niexfa.”

Din il-limitazzjoni għandha l-għan li tippreserva n-natura ta’ ruminanti tan-nagħaġ. Korrelatata mal-miżuri ta’ tul ta’ żmien minimu annwali ta’ mergħa, u l-minimu ta’ ikel li jiġi miż-żona, din tikkontribwixxi għar-rabta mat-territorju lokali, minħabba li dan għandu rabta qawwija mal-ikel tal-annimali. Iż-żewġ limiti, annwali u ta’ kuljum, iqisu l-varjazzjoni staġjonali qawwija tar-riżorsi ta’ foraġġ u taċ-ċiklu tan-nagħaġ.

Lista ta’ ikel awtorizzat hija wkoll miżjuda bl-għan li bħala prijorità jintużaw il-prodotti li joriġinaw mill-għarfien espert ta’ min irabbi. Huwa wkoll metodu biex wieħed ikollu informazzjoni preċiża tal-materja prima li tidħol fil-formulazzjoni tal-ikel kompost.

Il-paragrafu li ġej jiżdied sabiex tiġi promossa ż-żamma tan-natura tradizzjonali tal-ikel:

“Il-prodotti veġetali, il-koprodotti u l-ikel kumplimentari li ġej minn prodotti mhux transġeniċi biss huma awtorizzati fl-ikel tar-ruminanti żgħar.”

Sabiex jiġi kkontrollat l-ikel tal-annimali żgħar, bħalma huwa dak tal-adulti, tiżdied lista pożittiva tal-ikel awtorizzat:

“Ikel awtorizzat għall-ħrief wara l-ftim: prodotti tal-ħalib, ħmira, preservattivi, miżwed tal-ħarrub. Dawk it-trattamenti mediċinali biss li għandhom l-għan li jikkuraw huma awtorizzati.”

Hija miżjuda d-dispożizzjoni li ġejja:

“Il-produzzjoni hija pprojbita matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru.”

Dan jafferma n-natura staġonali tal-produzzjoni tal-ġobon “Ossau-Iraty”, li ssegwi l-produzzjoni tal-ħalib, li ssir minn Novembru/Diċembru sa Ġunju/Lulju, xi kultant Awwissu.

It-termini “l-użu fl-istat mhux ipproċesaat għall-ġobon tar-razzett”, huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali tal-parti milwiema qabel il-koagulazzjoni hija projbita. It-trattament termali tal-ħalib huwa awtorizzat fil-produzzjoni mhux fir-razzett.”

Din id-dispożizzjoni tafferma li l-ħalib għandu jintuża fl-istat pur, mingħajr trattament ieħor għajr dak termali, u dan tal-aħħar xorta huwa projbit għall-ġobon tar-razzett b’konformità mal-użu attwali.

   Id-dispożizzjoni “Il-biċċiet tal-baqta jitħalltu u jissaħħnu f’reċipjent kbir f’temperatura ta’ bejn 36 u 44 °C”, hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-produzzjoni tinkludi biss l-istadji li ġejjin:

fil-produzzjoni fir-razzett, it-tgħarbil fuq il-ħurrieq huwa awtorizzat.

l-uniċi addizzjonijiet awtorizzati fil-ħalib: il-kimożina, il-korur tal-kalċju (massimu 3 cm3 għal kull 10 litri ta’ ħalib), l-ilma, il-kulturi ta’ batterji, ħmira u moffa li ma jagħmlux ħsara, li ma joriġinawx minn manipulazzjonijiet ġenetiċi.

Iż-żieda tal-kimożina ssir fi żmien 40 siegħa wara l-aktar ħlib antik għall-produzzjoni fir-razzett, u 48 siegħa wara l-aktar ħlib antik fil-produzzjoni mhux fir-razzett. Dan isir f’temperatura ta’ bejn 28 u 35 °C, permezz ta’ żieda ta’ kwantità massima ta’ kimożina ta’ 3 cm3 għal 10 litri ta’ ħalib, għal kimożina ta’ referenza ta’ 520 mg għal kull litru. Hija awtorizzata żieda ta’ ilma tajjeb għax-xorb biex il-kimożina tiġi dilwita.

l-operazzjonijiet ta’ formazzjoni tal-baqta, il-qtugħ, it-taħlit, it-tisħin u t-tisħin mill-ġdid isiru f’temperatura aktar baxxa jew ugwali għal 44 °C. It-tul ta’ żmien tat-taħlit ma jistax jaqbeż siegħa. Il-biċċiet miksubin għandhom daqs ugwali għal 1 cm3 jew inqas minn hekk.

it-tneħħija tal-lattożju huwa awtorizzat fil-produzzjoni mhux fir-razzett: il-kwantità ta’ xorrox li jitneħħa huwa inqas jew ugwali għal 25 % tal-volum ta’ ħalib użat fil-produzzjoni, il-kwantità ta’ ilma tajjeb għax-xorb miżjuda fil-baqta ma tistax taqbeż 25 % tal-volum ta’ ħalib użat fil-produzzjoni, it-temperatura ta’ dan l-ilma hija bejn 25 u 60 °C.

it-tqegħid fil-forma, li jsir f’forom imtaqqbin bix-xibka jew forom b’toqob żgħar ħafna (minn dijametru ta’ 25,5 sa 26 ċentimetru u għoli ta’ 9 sa 12-il ċentimetru, jew forom b’format imnaqqas, b’dijametru ta’ bejn 18 u 20 ċentimetru u għoli ta’ 7 sa 10 ċentimetri. Il-ġobon tar-razzett jista’ jiġi prodott f’forom b’dijametru ta’ 24 sa 28 ċentimetru u b’għoli ta’ 9 sa 15-il ċentimetru).

l-ippressar, li matulu l-ġobon tar-razzett jinqaleb mill-inqas darba.

it-tneħħija mill-forom, li ssir minn pH ta’ inqas jew ugwali għal 5,5.

it-tmelliħ, bil-melħ niexef jew is-salmura. It-tmelliħ niexef isir f’temperatura ambjentali inqas jew ugwali għal 15 °C, u t-tul ta’ żmien ma jistax jaqbeż 24 siegħa għal kull kg ta’ ġobon. Is-salmura hija magħmula minn ilma, melħ (fi kwantità inqas jew ugwali għal 330 gramma għal kull litru); jista’ jkun fiha l-aċidu aċetiku u/jew lattiku; il-pH tagħha huwa inqas jew ugwali għal 5,5. It-tmelliħ fis-salmura ma jistax jaqbeż tul ta’ żmien ta’ 12-il siegħa għal kull kg ta’ ġobon. It-temperatura tagħha ma taqbiżx 15 °C. Il-filtrazzjoni tas-salmura hija awtorizzata.”

Billi d-deskrizzjoni tal-uniku stadju ta’ taħlit u tisħin tal-biċċiet tal-baqta fir-reċipjent tidher mhux kompluta f’termini ta’ deskrizzjoni tal-metodu użat biex jinkiseb il-prodott, id-definizzjoni ta’ kull stadju ta’ produzzjoni tal-ġobon mill-produzzjoni tal-ħalib sat-tmelliħ għalhekk hija speċifikata. Il-valuri fil-mira li jikkonċernaw b’mod partikolari t-tul ta’ żmien u t-temperaturi li għandhom jiġu rispettati huma definiti skont il-prattiki attwali tal-fabbriki tal-ġobon. Minbarra dan, billi l-ispeċifikazzjonijiet li bħalissa huma fis-seħħ ma jispeċifikawx il-kundizzjonijiet relatati mal-prattika tat-tneħħija tal-lattożju, din it-teknika, użata biss fil-produzzjoni fil-fabbriki tal-ħalib minħabba li hija adattata għat-taħlitiet tal-ħalib, ġiet irregolata f’termini ta’ kwantità massima ta’ xorrox imneħħi, ta’ kwantità massima ta’ ilma miżjud u ta’ temperatura.

Barra minn hekk, l-użu tat-trattamenti u addittivi għall-ġobon kienu soġġetti għal regolamentazzjoni ġenerali. Madankollu, deher li xi tekniki ġodda, li għadd kbir minnhom jikkonċernaw it-trattamenti u l-addittivi, jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-karatteristiċi tal-“Ossau-Iraty”.

Għalhekk kien meħtieġ li jiġu speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet, il-prattiki attwali li jikkonċernaw l-użu tat-trattamenti u l-addittivi fil-ħalib u fil-produzzjoni tal-“Ossau-Iraty”, sabiex jiġi evitat li l-prattiki futuri mhux regolamentati ma jaffettwawx il-karatteristiċi tiegħu.

Jiżdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“Il-preservazzjoni permezz taż-żamma f’temperatura negattiva (fi gradi Celsius) tal-materja prima, tal-prodotti li qed jiġu prodotti, tal-baqta jew tal-ġobon frisk hija projbita.

It-teknika ta’ posponiment bil-vakwu hija awtorizzata, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

it-tpoġġija tal-ġobnijiet friski f’vakwu għandha ssir fi żmien 10 ijiem wara li joħorġu mit-tmelliħ bis-salmura jew bil-melħ niexef.

matul il-perjodu kollu li jkunu fil-vakwu, it-temperatura ta’ konservazzjoni għandha tkun bejn 0 °C u 4 °C.

it-tul massimu tal-posponiment huwa ta’ 10 xhur, u l-ġobnijiet kollha prodotti f’sena għandhom jitneħħew mill-vakwu l-aktar tard fl-20 ta’ Diċembru tal-istess sena.

it-tul ta’ żmien tal-maturazzjoni, fil-każ ta’ posponiment f’vakwu, jibda jgħodd mill-jum meta l-ġobon jitneħħa mill-vakwu.”

L-iffriżar li jimmodifika l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġobon huwa projbit. Il-posponiment f’vakwu jippermetti l-maturazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon tul is-sena kollha minkejja n-natura staġjonali tal-produzzjoni tal-ħalib u għalhekk anki tal-produzzjoni. Dan huwa perjodu ta’ stennija tal-ġobon frisk f’vakwu qabel il-maturazzjoni, billi l-ħin ta’ konservazzjoni f’vakwu huwa eskluż mill-ħin ta’ maturazzjoni.

   Id-dispożizzjoni “Il-maturazzjoni ssir fiż-żona tad-Denominazzjoni għal tul ta’ żmien ta’ 90 jum, li jista’ jitnaqqas għal 60 jum għall-‘Ossau-Iraty’ iż-żgħir” hija sostitwita b’din li ġejja:

“It-tul ta’ żmien minimu ta’ maturazzjoni fiż-żona tad-denominazzjoni huwa 120 jum għall-ġobnijiet ta’ 4 sa 7 kg u 80 jum għall-ġobnijiet ta’ 2 sa 3 kg. It-temperatura ta’ maturazzjoni hija minn 6 sa 15 °C. L-umdità ambjentali tal-kamra tal-maturazzjoni għandha tkun aktar minn 75 %.”

L-estensjoni tat-tul ta’ żmien ta’ maturazzjoni ssaħħaħ in-natura tal-prodotti. Barra minn hekk huma pprovduti preċiżjonijiet dwar l-arranġamenti tal-maturazzjoni sabiex din tiġi rregolata sewwa.

Għandha tiżdied id-dispożizzjoni li ġejja, li tiddeskrivi l-prattika tradizzjonali tal-kura tal-ġobnijiet:

“Matul il-maturazzjoni, il-ġobnijiet jitqallbu u jitnaddfu bi xkupilja. Għat-tindif bl-ixkupilja jistgħu jintużaw l-ilma, il-melħ u fermenti ta’ maturazzjoni tal-wiċċ u polpa tal-bżar aħmar.”

Sabiex jissaħħu dawn il-prattiki tradizzjonali, l-applikazzjoni ta’ kolorant(i) tal-qoxra u tan-natamiċina (E235) fil-wiċċ hija pprojbita. Il-projbizzjoni tal-użu tal-aċetat tal-polivinil teħtieġ perjodu ta’ implimentazzjoni sal-1 ta’ Novembru 2014 sabiex l-operaturi kollha jkollhom mezz alternattiv.

4.   “Elementi speċifiċi tat-tikkettar”

L-abbozzar il-ġdid jimponi b’mod aktar ċar tikkettar obbligatorju tal-prodott u daqs tat-tipi.

L-obbligu tat-tpoġġija tal-logo INAO jitneħħa u jiġi sostitwit bl-obbligu tat-tpoġġija tas-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea u jista’ jiddaħħal ukoll il-kliem “denominazzjoni protetta ta’ oriġini”.

Il-possibbiltà tal-kliem “tar-razzett” u “tal-muntanja” kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ dawn il-kliem jitneħħew minħabba li dawn id-dispożizzjonijiet m’għadhomx xierqa.

5.   “Eżiġenzi nazzjonali”

Żieda tal-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu vverifikati.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“OSSAU-IRATY”

Nru CE: FR-PDO-0417-01096 — 15.2.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Denominazzjoni

“Ossau-Iraty”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għandu d-denominazzjoni msemmija fil-punt 1

L-“Ossau-Iraty” huwa ġobon li jiġi manifatturat esklussivament mill-ħalib tan-nagħaġ fl-istat pur mhux standardizzat u biż-żieda tal-kimożina. Huwa mmellaħ u mmaturat, għandu forma ċilindrika, ftit ippressat u mhux imsajjar bil-ġnub dritti jew kemmxejn konvessi, għandu mill-inqas 50 fil-mija ta’ xaħam fl-estratt niexef totali u l-kontenut tiegħu f’materja niexfa m’għandux ikun inqas minn 58 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon. L-“Ossau-Iraty” tar-razzett jiġi manifatturat esklussivament mill-ħalib mhux ippastorizzat.

Dimensjonijiet tal-forom u piż tal-ġobnijiet:

forom b’dijametru ta’ 25,5 sa 26 cm u għoli ta’ 9 sa 12 cm b’piż tal-ġobnijiet immaturati ta’ 4 sa 5 kg.

jew forom b’dijametru ta’ 18 sa 20 cm u għoli ta’ 7 sa 10 cm b’piż tal-ġobnijiet immaturati ta’ 2 sa 3 kg.

L-“Ossau-Iraty” tar-razzett jista’ jiġi manifatturat fil-forom deskritti fuq, jew għall-format superjuri f’forom ta’ dijametru ta’ bejn 24 u 28 cm u għoli ta’ 9 sa 15 cm u jilħaq piż ta’ 7 kg.

Il-ġobon għandu kulur li jvarja minn abjad ivorju sal-kulur krema ambra skont il-maturazzjoni. Huwa lixx, sod u żejtni. Jista’ jkollu xi toqob żgħar.

Il-qoxra għandha kulur li jvarja minn isfar fl-oranġjo sal-griż.

It-tul ta’ żmien minimu ta’ maturazzjoni huwa 80 jum għall-ġobnijiet ta’ piż bejn 2 u 3 kg; 120 jum għall-ġobnijiet ta’ piż bejn 4 u 7 kg.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-“Ossau-Iraty” huwa magħmul esklussivament mill-ħalib tan-nagħaġ, tar-razza Bask-Béarnaise jew Manech rashom ħamra jew Manech rashom sewda.

F’kampanja tal-ħalib (bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara) il-livell medju tal-ħalib tal-merħla ma jaqbiżx it-300 litru għal kull nagħġa. Il-ħalib jiġi prodott b’mod staġjonali: il-ħlib tal-merħla ma jistax jaqbeż 265 jum kull sena u huwa projbit f’Settembru u Ottubru.

3.4.   Ikel għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

L-ikel tal-merħla jiġi prinċipalment miż-żona ġeografika definita. Il-forniment (minbarra l-mergħa) ta’ ikel li ma jiġix minn din iż-żona huwa limitat f’kampanja sħiħa għal 280 kg ta’ materja niexfa għal kull nagħġa bħala medja.

Ir-razzjon bażiku huwa magħmul minn mergħa, foraġġ frisk, niexef u deidrat, tiben u foraġġ iffermentat. L-ikel tal-merħla għandu jkun magħmul minn lista pożittiva ta’ materja prima kemm għar-razzjon bażiku u kemm għas-supplimenti. L-ikel tal-merħla jiġi minn prodotti mhux transġeniċi.

In-nagħaġ jirgħu għal minimu ta’ 240 jiem kull sena. Fil-perjodu tal-ħlib, fil-jiem meta ma jirgħux, in-nagħaġ jirċievu razzjon ta’ kuljum li jinkludi minimu ta’ 600 g ta’ materja niexfa li ġejja miż-żona ġeografika.

Fir-rigward tal-ikel tal-merħla fil-perjodu tat-tiħlib:

sal-31 ta’ Jannar 2018, il-konsum ta’ foraġġ iffermentat huwa limitat għal medja ta’ 1,5 kg gross ta’ insilaġġ ta’ qamħirrum u 1 kg gross ta’ pakketti jew insilaġġ ta’ ħaxix, kuljum għal kull nagħġa;

mill-1 ta’ Frar 2018 il-konsum tal-insilaġġ huwa projbit u l-konsum ta’ ħaxix ippakkjat huwa awtorizzat fil-limitu ta’ medja ta’ 1 kg gross kuljum għal kull nagħġa.

Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet japplikaw sakemm il-ħaxix ippakkjat ikollu rata minima ta’ materja niexfa ta’ 70 %.

Iż-żieda ta’ konċentrati fir-razzjon ta’ kuljum ma tistax taqbeż medja ta’ 800 gramma ta’ materja niexfa għal kull nagħġa. F’kampanja sħiħa, il-konsum medju ta’ konċentrati għal kull nagħġa huwa limitat għal 150 kg ta’ materja niexfa.

It-tħawwil ta’ kultivazzjonijiet transġeniċi huwa projbit fl-uċuħ kollha ta’ azjenda li tipproduċi ħalib li huwa maħsub biex jiġi pproċessat f’DPO. Din il-projbizzjoni hija valida għal kull speċi veġetali li tista’ tingħata lill-annimali tal-azjenda bħala għalf u kull kultivazzjoni ta’ speċi li tista’ tikkontaminah.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika delimitata

Il-produzzjoni tal-ħalib tan-nagħaġ, il-manifattura u l-maturazzjoni jsiru fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi applikabbli għat-tfettit, il-ħakk, l-imballaġġ eċċ.

L-“Ossau-Iraty” jista’ jiġi kkummerċjalizzat fil-forma ta’ porzjonijiet ippakkjati minn qabel, diment li kull porzjon jinkludi parti bil-qoxra li hija karatteristika tad-denominazzjoni, u tikketta li jkollha l-indikazzjonijiet previsti fil-punt 3.7 hawn fuq.

3.7.   Regoli speċifiċi tat-tikkettar

B’mod indipendenti mill-annotazzjonijiet regolatorji applikabbli għall-ġobnijiet kollha, it-tikkettar ta’ kull ġobon għandu jkollu l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini miktub b’tipa ta’ dimensjonijiet mill-inqas ugwali għal żewġ terzi ta’ dawk tal-aktar tipi kbar li jidhru fuq it-tikketta.

It-tqegħid tas-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea huwa obbligatorju fit-tikketti tal-ġobnijiet.

It-termini “denominazzjoni protetta ta’ oriġini” tista’ tiżdied fuq it-tikketta.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor tad-delimitazzjoni taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija magħmula mill-muniċipalitajiet jew partijiet tal-muniċipalitajiet

tad-dipartiment tal-Pyrénées-Atlantiques:

il-muniċpalitajiet kollha tad-distretti awtonomi Accous, Anglet, Aramits, Arudy, Biarritz, Bidache, Espelette, Hasparren, Hendaye, Iholdy, Laruns, Lasseube, Mauléon-Licharre, Navarrenx, Nay, d’Oloron, Saint-Etienne-de-Baïgorry, Saint-Jean-de-Luz, Saint-Jean-Pied-de-Port, Saint-Palais, Sauveterre-de-Béarn, Tardets-Sorholus, Ustaritz;

il-muniċipalitajiet Aressy, Assat, Auterrive, Ayherre, Bellocq, Bérenx, Bosdarros, Briscous, Carresse-Cassaber, Castagnède, Castetner, Cuqueron, Escos, Gan, Gelos, Hours, Isturits, Jurançon, Laà-Mondrans, La-Bastide-Clairence, Labastide-Villefranche, Labatmale, Lahonce, Lahourcade, Lanneplaà, Léren, Loubieng, Lucgarier, Lucq-de-Béarn, Mazères-Lezons, Meillon, Monein, Mouguerre, Mourenx, Narcastet, Noguères, Ozenx-Montestrucq, Parbayse, Rontignon, Saint-Dos, Saint-Faust, Saint-Pé-de-Léren, Saint-Pierre-d’Irube, Salies-de-Béarn, Salles-Mongiscard, Sarpourenx, Sauvelade, Uzos, Vielleségure, Villefranque;

parti mill-muniċipalitajiet ta’ Abos, Abidos, Arbus, Argagnon, Artigueloutan, Artiguelouve, Barzun, Bayonne, Bésingrand, Biron, Bizanos, Castétis, Denguin, Espoey, Gomer, Idron, Lacq, Labastide-Cézeracq, Lagor, Lahontan, Laroin, Lée, Lescar, Livron, Lons, Maslacq, Mont, Nousty, Orthez, Os-Marsillon, Ousse, Pardies, Pau, Pontacq, Siros, Soumoulou, Tarsacq, Urcuit, Urt.

Għal dawn il-muniċipalitajiet, il-mapep jinsabu fil-kunsill lokali.

Dawn il-muniċipalitajiet jinsabu fin-naħa tax-xellug tal-Ousse u mbagħad tal-Gave de Pau, tal-Gaves flimkien u mbagħad tal-Adour wara l-konfluwenza tagħhom, kif ukoll f’parti mill-muniċipalità ta’ Lons li tinsab fin-naħa tal-lemin tal-Gave de Pau.

tad-dipartiment tal-Hautes-Pyrénées ta’ maġenb id-dipartiment tal-Pyrénées-Atlantiques: Arbéost, Arrens-Marsous, Ferrières.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona tad-denominazzjoni tinkludi l-muntanja u ż-żoni taħt il-muntanji Baski u Béarnais.

Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika, il-klima tal-oċean b’xita regolari u bi kwantità kbira (mill-inqas 1 200 u sa 1 800 mm/sena), u amplitudnijiet termiċi relattivament dgħajfa, li jiffavorixxu l-mergħat u minħabba f’hekk anki t-trobbija tal-ovini tal-ħalib. Minbarra dan, ir-riżalt, l-għoljiet, il-muntanji baxxi u medji, u l-altitudni, orjentaw l-agrikoltura lejn it-trobbija, speċjalment dik estensiva.

Ir-razez ta’ nagħaġ użati għall-provvista tal-ħalib huma tradizzjonali. Huma razez lokali Manech rashom sewda, Manech rashom ħamra u Bask-Béarnaise partikolarment adattati għall-kundizzjonijiet taż-żona ġeografika: l-ikel ibbażat fuq il-ħaxix u l-ħuxlief, il-klima b’ħafna xita li jiffaċċjaw bis-suf tagħhom li huwa “impermeabbli”. Huma jirgħu kuljum anki fix-xitwa, ħlief meta tagħmel il-borra jew meta jkun hemm kundizzjonijiet estremi; huma adatti għat-transumanza li hija prattikata minn tliet kwarti tal-merħliet. Dawn ir-razez lokali jipproduċu l-ħalib fix-xitwa, fir-rebbiegħa u fil-bidu tas-sajf biss.

Il-metodu tal-kisba huwa adattat għal din il-produzzjoni staġonali: għalhekk dan il-metodu jipprojbixxi l-ħlib u l-produzzjoni f’Settembru u Ottubru.

Il-ħalib tan-nagħaġ taż-żona ġeografika huwa partikolarment rikk; għalhekk il-metodu ta’ kisba jiggarantixxi medja ta’ materja niexfa utli (xaħam + materja ta’ proteini) ta’ aktar minn 110 grammi għal kull litru ta’ ħalib.

Il-prattiki u l-parametri ta’ produzzjoni huma adatti għal din ir-rikkezza tal-ħalib. Għalhekk meta jitqiegħed fil-kantina, il-ġobon jista’ jkun suxxettibbli għal trasformazzjonijiet, lipolisi u proteolisi, matul il-maturazzjoni.

Il-prattiki tal-maturazzjoni tal-operaturi (tqallib, tindif bl-ixkupilja, projbizzjoni ta’ kull prodott kontra l-moffa) jikkontribwixxu biex il-flora tal-wiċċ tiġi orjentata lejn il-flora utli diversa li tiżgura l-iżvilupp tal-aromi.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-“Ossau-Iraty” huwa ġobon tal-ħalib tan-nagħaġ li huwa xi ftit ippressat, f’forma ta’ ċilindru bil-ġnub dritti jew kemmxejn konvessi. Il-qoxra hija iebsa, wiesgħa ftit millimetri, u l-kulur ivarja bejn l-isfar fl-oranġjo u l-griż. L-“Ossau-Iraty” għandu piż ta’ mill-inqas 2 kilogrammi, u dan jippermetti perjodu ta’ maturazzjoni twil, ta’ minimu ta’ 80 sa 120 jiem skont il-formati.

Il-ġobon għandu kulur li jvarja minn abjad avorju sal-kulur krema ambra skont il-maturazzjoni. Huwa lixx, sod, idub fil-ħalq u minn żejtni sa iebes. Jista’ jkollu xi toqob żgħar.

Ir-riħa hija sottili u tfakkar xi kultant fil-fjuri jew fil-frott. It-togħma hija bilanċjata bejn l-aċidu u x-xaħmi; intensa u bi kwantità ta’ melħ mhux eċċessiva, ta’ spiss jista’ jkun hemm aromi ta’ ġellewż u ta’ frott.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Iż-żona ġeografika hija magħmula mill-muntanja u ż-żoni taħt il-muntanji Baski u Béarnais li fil-maġġoranza tagħhom huma mgħottija b’mergħat naturali jew temporanji, kemm fil-postijiet fejn jirgħu l-annimali fejn il-maġġoranza tal-merħliet iwettqu t-transumanza kull sajf jew fl-irziezet fejn min irabbi jagħti prijorità lill-produzzjoni tal-foraġġ għar-ragħa u l-ħuxlief.

Din il-kopertura veġetali tippermetti l-produzzjoni tal-foraġġ għall-ikel li jiġi miż-żona ġeografika li fil-maġġoranza tiegħu huwa magħmul mill-ħuxlief, il-ħaxix li jikber wara l-ewwel ħart u l-mergħa ta’ speċijiet varji.

Dawn ir-riżorsi ta’ foraġġ huma valorizzati mit-trobbija tan-nagħaġ esklussivament ta’ razez lokali (Manech rashom sewda, Manech rashom ħamra u Bask-Béarnaise).

L-użu ta’ dawn ir-razez lokali, l-ikel ibbażat fuq il-mergħa u l-konsum tal-ħuxlief, il-kundizzjonijiet tat-trobbija li jillimintaw l-intensifikazzjoni jippermettu li jiġi ggarantit ħalib adatt għall-produzzjoni tal-ġobon.

Il-produzzjoni tal-ġobnijiet tan-nagħaġ ilha teżisti fil-parti tal-Punent tal-Pirenej minn mill-inqas il-Medju Evu. Kuntratti ta’ biedja bi tqassim tas-seklu 14 u dokumenti notarili tal-bidu tas-seklu 15 jagħtu prova tal-produzzjoni ta’ ġobon tan-nagħaġ fir-reġjun.

Il-kundizzjonijiet diffiċili ta’ trasport bejn il-mergħat fl-għoljiet jew fil-muntanji, fl-altitudnijiet għoljin u l-widien, ġiegħlu malajr lir-rgħajja sabiex jipproċessaw il-ħalib fil-post f’ġobon li jista’ jitniżżel fil-widien biex jiġi kkummerċjalizzat.

L-“Ossau-Iraty” huwa parti mill-kategorija ta’ ġobnijiet “ippressati mhux imsajrin”: il-piż tiegħu ta’ bosta kilogrammi, il-fatt li huwa ppressat, il-forma u l-maturazzjoni twila tiegħu li jagħtuh qoxra relattivament iebsa, jagħmluh prodott li jissodisfa dan l-għan li jista’ jiġi trasportat faċilment. Il-kapaċità tiegħu li jiġi konservat kienet tiżgura lir-rgħajja u lill-familji tagħhom ikel bi proteini tul is-sena kollha.

Illum it-trasport huwa aktar faċli, it-tradizzjoni ta’ maturazzjoni twila nżammet u l-karatteristiċi tal-ġobnijiet, b’aromi varji, joħorġu mill-prattiki kollha ta’ produzzjoni adattati, b’mod partikolari minn din il-maturazzjoni twila tal-ġobnijiet.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

[Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4)]

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCOssau-Iraty.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.