ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 302

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
6 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 302/01

Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar notifiki mill-Istati Membri ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 302/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 302/03

Avviż mill-Ministeru tal-Ekonomija tar-Repubblika tal-Kroazja skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 302/04

Rinotifika ta’ konċentrazzjoni li diġà kienet avżata (Il-Każ M.7265 — Zimmer/Biomet) ( 1 )

4

2014/C 302/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7391 — HUAYU Automotive Systems/KSPG/KS Alutech JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/1


Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar notifiki mill-Istati Membri ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2014/C 302/01

I.   Kuntest

Skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014, li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija dwar ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew soġġorni intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE, l-Istati Membri kkonċernati kellhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-20 ta’ Lulju 2014, jekk jiddeċiedux li japplikawhom.

Dawn in-notifiki kellhom, fejn rilevanti, jispeċifikaw fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li l-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija, fin-nuqqas ta’ relazzjonijiet diplomatiċi, ma japplikawx id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(1).

II.   Informazzjoni

Il-Kummissjoni rċeviet in-notifikazzjonijiet li ġejjin:

IL-BULGARIJA timplimenta d-Deċiżjoni 565/2014/UE, u skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tirrikonoxxi viżi nazzjonali u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija elenkati, rispettivament, fl-Anness II, III u IV tad-Deċiżjoni, bħala ekwivalenti għal viżi Bulgari.

IL-KROAZJA timplimenta d-Deċiżjoni 565/2014/UE, u skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tirrikonoxxi viżi nazzjonali u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija, Ċipru u r-Rumanija elenkati, rispettivament, fl-Anness I, III u IV tad-Deċiżjoni, bħala ekwivalenti għal viżi Kroati.

ĊIPRU jimplimenta d-Deċiżjoni 565/2014/UE, u skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni jirrikonoxxi viżi nazzjonali u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija elenkati, rispettivament, fl-Anness I, II u IV tad-Deċiżjoni, bħala ekwivalenti għal viżi Ċiprijotti.

Skont l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta’ relazzjonijiet diplomatiċi, Ċipru mhux se japplika din id-Deċiżjoni fir-rigward ta’ viżi u permessi ta’ residenza jitwaħħlu ma’ dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Ażerbajġan u t-Turkija.

Ir-RUMANIJA timplimenta d-Deċiżjoni 565/2014/UE, u skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni jirrikonoxxi viżi nazzjonali u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija, Ċipru u l-Kroazja elenkati, rispettivament, fl-Anness I, II u III tad-Deċiżjoni, bħala ekwivalenti għal viżi Rumeni.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ Settembru 2014

2014/C 302/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2948

JPY

Yen Ġappuniż

136,27

DKK

Krona Daniża

7,4455

GBP

Lira Sterlina

0,79455

SEK

Krona Żvediża

9,1813

CHF

Frank Żvizzeru

1,2064

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1370

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,596

HUF

Forint Ungeriż

314,16

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1932

RON

Leu Rumen

4,4024

TRY

Lira Turka

2,8072

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3826

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4085

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0350

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5613

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6252

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 327,73

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,9042

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9515

HRK

Kuna Kroata

7,6263

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 224,67

MYR

Ringgit Malażjan

4,1207

PHP

Peso Filippin

56,508

RUB

Rouble Russu

47,8340

THB

Baht Tajlandiż

41,536

BRL

Real Brażiljan

2,9079

MXN

Peso Messikan

17,0195

INR

Rupi Indjan

78,2141


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

6.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/3


Avviż mill-Ministeru tal-Ekonomija tar-Repubblika tal-Kroazja skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2014/C 302/03

Tħabbira mir-Repubblika tal-Kroazja tal-ewwel ħruġ ta’ liċenzji fuq l-art għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

Il-Ministeru tal-Ekonomija

L-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Produzzjoni tal-Idrokarburi

Ħruġ ta’ Liċenzji fuq l-Art

Il-Ministeru tal-Ekonomija jistieden lill-persuni interessati biex japplikaw għal liċenzji fir-rigward ta’ blokok offruti fuq l-art fil-Kroazja. L-attivitajiet ta’ esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi f’żoni fuq l-art taħt il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja jeħtieġu liċenzja nazzjonali u d-dħul fi ftehim għall-kondiviżjoni tal-produzzjoni wara l-għoti tal-liċenzja. F’każ li tiġi ddikjarata skoperta kummerċjali, l-applikant, l-entità unika jew il-konsorzju ta’ entitajiet magħżula, għandu jkollhom id-dritt għall-esplorazzjoni ta’ idrokarburi u għal għotja diretta ta’ konċessjoni għal perjodu massimu totali ta’ 30 sena.

Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi listi u mapep tal-blokok li qed jiġu offruti u gwida dwar il-liċenzji, it-termini li dawk il-liċenzji se jinkludu, u gwida sħiħa dwar kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Aġenzija Kroata tal-Idrokarburi: www.azu.hr L-awtorità kompetenti hija Ministry of Economy – Mining Sector, Ulica grada Vukovara 78, HR-10000 Zagreb, Republic of Croatia.

Iż-żona ġeografika li għaliha tista’ ssir applikazzjoni tikkonsisti minn 6 blokok ta’ esplorazzjoni fuq l-art. Iż-żoni, il-fond u l-koordinati tal-blokok huma speċifikati fir-regoli sħaħ ta’ gwida għall-offerta.

Data jew limitu ta’ żmien proposti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni: L-applikazzjonijiet għandhom jaslu sat-18 ta’ Frar 2015, 14:00 ħin lokali. L-iskadenza għall-għoti tal-liċenzji hija t-18 ta’ Mejju 2015.

Kriterji

1.

Il-kwalità ġenerali tal-applikazzjoni mressqa.

2.

Il-kompetenza teknika, finanzjarja u professjonali tal-applikant.

3.

Kwalunkwe każ fejn l-applikant wera nuqqas ta’ effiċjenza u responsabbiltà taħt kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni preċedenti ta’ kwalunkwe forma fi kwalunkwe pajjiż.

4.

Proposti dwar il-ħarsien tas-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika, is-sikurezza tat-trasport, il-ħarsien tal-ambjent, il-ħarsien ta’ riżorsi bijoloġiċi u ta’ wirt nazzjonali li għandu valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, is-sigurtà tal-installazzjonijiet u tal-ħaddiema u l-ġestjoni ppjanata tar-riżorsi taż-żejt.

5.

L-impenn tal-ħidma globali u l-kunsiderazzjoni finanzjarja offruti ggradati fuq medda ta’ żewġ fażijiet ta’ esplorazzjoni (tliet snin + sentejn) u vvalutati abbażi tad-distanza/iż-żona ppjanata tat-3D u/jew bħala stħarriġiet siżmiċi 3D applikabbli, l-għadd ta’ bjar ta’ esplorazzjoni u stħarriġiet oħra.

6.

Il-bonus offrut mal-iffirmar tal-kuntratt (minimu ta’ HRK 1 400 000,00 għal kull blokka).

Noti

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu bl-Ingliż, iżda għandhom jinkludu traduzzjonijiet bil-Kroat. L-applikanti għandhom jirreferu għall-gwida tal-offerta sħiħa u japplikaw bl-użu tal-formoli pprovduti fiha.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/4


Rinotifika ta’ konċentrazzjoni li diġà kienet avżata

(Il-Każ M.7265 — Zimmer/Biomet)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 302/04

1.

Fit-3 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Zimmer Holdings, Inc. (“Zimmer”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll uniku ta’ Biomet Inc. kollha kemm hi (“Biomet”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

Din in-notifika ġiet iddikjarata bħala mhux kompluta fil-11 ta’ Ġunju 2014. L-impriżi kkonċernati issa taw l-informazzjoni addizzjonali mitluba. In-notifika tlestiet fid-29 ta’ Awwwisu 2014 fit-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

3.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

Zimmer hija attiva fid-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ apparati bi skop ta’ rikostruzzjoni ortopediku, apparati għall-ispina u t-trawma, bijoloġika, proteżijiet dentali u prodotti kirurġiċi relatati,

Biomet hija attiva wkoll f’apparati ortopediċi u oħrajn mediċi u prodotti relatati.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata:

5.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jippreżentaw lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7265 — Zimmer/Biomet, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


6.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7391 — HUAYU Automotive Systems/KSPG/KS Alutech JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 302/05

1.

Fid-29 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha HUAYU Automotive Systems Co., Ltd, (“HASCO”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina), finalment ikkontrollata minn Shanghai Automotive Industry Corporation (Group) (“SAIC Group”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina), u KSPG AG, (“KSPG”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn Rheinmetall AG (“Rheinmetall”, il-Ġermanja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ attivitajiet ta’ tidwib tal-karozzi ta’ KSPG permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SAIC Group: kumpanija azzjonarja tal-karozzi li l-operazzjonijiet ikkontrollati tagħha jkopru l-katina kollha kemm hi ta’ valur tal-industrija tal-karozzi inkluż l-iżvilupp, il-manifattura, il-bejgħ u l-loġistika tal-vetturi (karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali) u l-komponenti (magni, kaxex tal-gerijiet, powertrains, xasi, komponenti elettroniċi interni u esterni). Barra minn hekk, SAIC Group joffri servizzi ta’ kummerċ u finanzjament relatati mal-vetturi;

—   għal Rheinmetall: attiva fis-setturi industrijali għal komponenti tal-karozzi u tagħmir tad-difiża;

—   għal KSPG: fornitur tal-ewwel livell globali għall-industrija tal-karozzi b’enfasi speċjali fuq il-prodotti u segmenti tal-komponent għall-provvista tal-arja, il-kontroll tal-emissjonijiet u pompi, pistuni, blokok tal-magni u bearings lixxi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden partijiet terzi interessati biex jippreżentaw lilha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7391 — HUAYU Automotive Sustems/KSPG/KS Alutech JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.