|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2014/C 295/01 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 295/02 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2014/C 295/03 |
Rapport Speċjali Nru 7/2014 Il-FEŻR appoġġa b'suċċess l-iżvilupp ta' inkubaturi tan-negozju? |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2014/C 295/04 |
||
|
2014/C 295/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2014/C 295/06 |
|
|
Rettifika |
|
|
2014/C 295/07 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
3.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Settembru 2014
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-unjoni ewropea għas-sena finanzjarja 2015
(2014/C 295/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Billi:
|
1. |
fil-25 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1), |
|
2. |
il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi ddefinita pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014‐2020 (3), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 ġiet adottata mill-Kunsill fit-2 ta' Settembru 2014.
It-test sħiħ huwa aċċessibbli għal konsultazzjoni jew għat-tniżżil mill-website tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, fit-2 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) COM(2014) 300 final.
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/2 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,15 % fl-1 ta’ Settembru 2014
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-2 ta’ Settembru 2014
(2014/C 295/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3115 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
137,63 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4477 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,79330 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2018 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2072 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1220 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,784 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
315,49 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2141 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4116 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8511 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4129 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4307 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1645 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5746 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6441 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 335,88 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,0767 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0630 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6083 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 407,39 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1766 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,333 |
|
RUB |
Rouble Russu |
49,1505 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
42,097 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,9553 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,2207 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,5949 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
3.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/3 |
Rapport Speċjali Nru 7/2014 “Il-FEŻR appoġġa b'suċċess l-iżvilupp ta' inkubaturi tan-negozju?”
(2014/C 295/03)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 7/2014 “Il-FEŻR appoġġa b'suċċess l-iżvilupp ta' inkubaturi tan-negozju?” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
|
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
|
Pubblikazzjonijiet (PUB) |
|
12, rue Alcide De Gasperi |
|
1615 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
|
Tel: +352 4398-1 |
|
E-mail: eca-info@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
3.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/4 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2014/C 295/04)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Skadenza |
6.8.2014 |
|
Tul taż-żmien |
6.8.2014 – 31.12.2014 |
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
BLI/24- |
|
Speċi |
Linarda (Molva dypterygia) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni II u IV |
|
Tipi ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
In-numru ta’ referenza |
22/TQ43 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
3.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/5 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2014/C 295/05)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Skadenza |
6.8.2014 |
|
Tul taż-żmien |
6.8.2014 – 31.12.2014 |
|
Stat Membru |
L-Irlanda |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
SOL/7FG. |
|
Speċi |
Lingwata komuni (Solea solea) |
|
Żona |
Iż-żoni VIIf u VIIg |
|
Tipi ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
In-numru ta’ referenza |
23/TQ43 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/6 |
Avviż dwar il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u estiżi għat-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini
(2014/C 295/06)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-iskadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u dawk ikkunsinjati mit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini, sew jekk iddikjarati li joriġinaw rispettivament fit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka, il-Filippini kif ukoll jekk le, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. It-talba għal rieżami
It-talba kienet ippreżentata fit-2 ta’ Ġunju 2014 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tat-tubi tal-azzar iwweldjati tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar.
2. Il-prodott rieżaminat
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, pajpijiet u aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew l-azzar (ma jinkludix l-azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-iwweldjar jew xi użi oħra, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott taħt rieżami”) attwalment klassifikat taħt il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19, ex 7307 99 80.
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 (3), u estiż għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini, sew jekk iddikjarati li joriġinaw rispettivament fit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini kif ukoll jekk le, permezz tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 (4), (KE) Nru 2052/2004 (5), (KE) Nru 2053/2004 (6) u (KE) Nru 655/2006 (7).
4. Ir-raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal biex ikun hemm kontinwazzjoni ta’ dumping u ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. L-allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping
Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) titqies bħala pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, l-applikant stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat abbażi tal-prezz f’pajjiż terz li għandu ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerika (l-Istati Uniti). L-allegazzjoni li x’aktarx jibqa’ jsir id-dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Abbażi ta’ dan, il-marġini tad-dumping ikkalkolat huwa sinifikanti.
4.2. L-allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ ħsara
L-applikant ipprovda wkoll evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie li pprovda l-applikant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat taħt rieżami kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat li kien hemm effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni globali, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni.
L-applikant jallega l-probabbiltà ta’ iktar ħsara. F’dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u minħabba l-miżuri li hemm fis-seħħ fis-swieq tradizzjonali barra mill-UE (inter alia, l-Istati Uniti) fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.
Barra minn hekk, l-applikant jallega li kull żieda sostanzjali ulterjuri ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx li jikkawżaw aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.
Barra minn hekk, l-applikant jinnota li matul il-perjodu ta’ impożizzjoni tal-miżuri l-esportaturi/il-produtturi tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiż ikkonċernat ipprovaw iwaqqgħu l-miżuri eżistenti permezz ta’ prattiki ta’ evażjoni li ġew ibbilanċjati bir-Regolamenti (KE) Nru 964/2003, (KE) Nru 2052/2004, (KE) Nru 2053/2004 u (KE) Nru 655/2006 msemmija hawn fuq.
5. Il-proċedura
Wara li ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami ta’ skadenza se jiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri tistax twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
5.1. Il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping
Il-produtturi esportaturi (8) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.1.1.1.
(a) Il-kampjunar
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma b’dan mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ dan l-avviż.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu parti mill-kampjun, kull assoċjazzjoni ta’ produtturi esportaturi magħrufa u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, se jkollhom jissottomettu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).
5.1.2. Il-proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq
5.1.2.1.
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat il-valur normali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.
Fir-Regolament li jimponi d-dazji, It-Tajlandja ntużat bħala pajjiż analogu. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Tajlandiżi, l-Istati Uniti tal-Amerika ntużaw bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat fir-rieżami tal-iskadenza preċedenti. Għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni beħsiebha tuża lir-Repubblika tal-Korea bħala pajjiż analogu, billi r-Repubblika tal-Korea — għall-kuntrarju tal-Istati Uniti — ma għandha l-ebda miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fis-seħħ u billi produttur esportatur Korean ikkoopera f’rieżami ta’ skadenza reċenti dwar ir-Repubblika tal-Korea. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, fornituri oħrajn tal-Unjoni b’ekonomija tas-suq jistgħu jinsabu inter alia minbarra t-tliet pajjiżi msemmija, fil-Vjetnam, fl-Arabja Sawdita, fl-Iżrael u fl-Indja. Il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott investigat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq u oħrajn li hemm indikazzjonijiet dwarhom li l-produzzjoni tal-prodott investigat qed isseħħ.
5.1.3. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (9) (10)
Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex titlesta l-investigazzjoni fit-termini statutorji taż-żmien, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ dan l-avviż.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula li se jkunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.2. Il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tintemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u l-ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta’ żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.4. Is-sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (11).
Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jiġu mmarkati bil-kliem “Għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu dettaljati biżżejjed sabiex is-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u tal-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u dokumenti ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu sottomessi fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz tal-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet relatati mad-difiża kummerċjali) ippubblikat fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut huwa indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt huma stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu permezz ta’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
L-indirizz tal-posta elettronika għal kwistjonijiet dwar dumping u l-Anness I: TRADE-TPF-R603-DUMPING@ec.europa.eu |
|
L-indirizz tal-posta elettronika għal kwistjonijiet oħrajn u l-Anness II: TRADE-TPF-R603-INJURY@ec.europa.eu |
6. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, kemm jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati huma għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma jitqiesx bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, bil-kundizzjoni li l-parti interessata tindika li jekk tippreżenta t-tweġiba kif mitlub jinħoloq piż żejjed mhux raġonevoli jew kostijiet żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina mill-ġdid it-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim li jirrigwarda l-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.
Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll il-possibbiltà li jsir smigħ li jinvolvi lill-partijiet bil-għan li jippermettilhom jippreżentaw fehmiet differenti u li jressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ħsara, ir-rabta każwali u l-interess tal-Unjoni.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/
8. L-Iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Il-possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza jingħata bidu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. L-ipproċessar tad-dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (12).
(1) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 35.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(5) ĠU L 355, 1.12.2004, p. 4.
(6) ĠU L 355, 1.12.2004, p. 9.
(7) ĠU L 116, 29.4.2006, p. 1.
(8) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.
(9) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota f’qiegħ il-paġna 5 fl-Anness I jew in-nota f’qiegħ il-paġna 8 fl-Anness II.
(10) Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.
(11) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ANNESS I
ANNESS II
Rettifika
|
3.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/17 |
Rettifika tal-Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona Żory-Rybnik
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 232 tat-18 ta’ Lulju 2014 )
(2014/C 295/07)
It-tabella li jmiss fil-paġna 9:
|
“Isem |
Nru tal-Blokk |
it-tqassim tal-1992 |
|
|
X |
Y |
||
|
Żory-Rybnik |
parti mill-blokk ta’ konċessjoni Nru 390 |
242 385,73 |
470 962,96 |
|
243 155,77 |
471 323,24 |
||
|
243 219,27 |
471 596,14 |
||
|
243 453,05 |
471 633,50 |
||
|
243 057,46 |
473 936,75 |
||
|
241 751,38 |
472 910,54 |
||
|
243 440,95 |
471 696,44” |
||
għandha tiġi sostitwita minn:
|
“Isem |
Nru tal-Blokk |
it-tqassim tal-1992 |
|
|
X |
Y |
||
|
Żory-Rybnik |
parti mill-blokk ta’ konċessjoni Nru 390 |
242 385,73 |
470 962,96 |
|
243 155,77 |
471 323,24 |
||
|
243 219,27 |
471 596,14 |
||
|
243 453,05 |
471 633,50 |
||
|
243 440,95 |
471 696,44 |
||
|
243 057,46 |
473 936,75 |
||
|
241 751,38 |
472 910,54” |
||
Approvat minn:
Sławomir M. BRODZIŃSKI
Il-Ġeoloġista Prinċipali Nazzjonali