ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 293

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
2 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

2014/C 293/01

Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar Ir-Riskju Sistemiku tat-18 ta’ Ġunju 2014 dwar gwida għall-iffissar tar-rati tar-riżerva kontroċikliċa (BERS/2014/1)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 293/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7331 — Constellium / Tri-Arrows Aluminum Holding / Quiver Ventures) ( 1 )

11

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 293/03

Rata tal-kambju tal-euro

12

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2014/C 293/04

Sejħa għan-nominazzjonijiet għall-elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew

13

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 293/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7299 — COFCO/Nidera) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

2014/C 293/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7371 — Nordic Capital/Lindorff) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

2014/C 293/07

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7351 — Henkel / Spotless Group) ( 1 )

16

2014/C 293/08

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7386 — KKR / Riverstone / Trinity) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tat-18 ta’ Ġunju 2014

dwar gwida għall-iffissar tar-rati tar-riżerva kontroċikliċa

(BERS/2014/1)

2014/C 293/01

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 135 tagħha,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2)(b), (d) u (f) u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(3)(e) u l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,

Billi:

(1)

L-amplifikazzjoni proċiklika ta’ xokkijiet finanzjarji għall-ekonomija reali permezz tas-sistema bankarja u s-swieq finanzjarji kienet wieħed mill-elementi l-aktar distabilizzanti tal-kriżi finanzjarja globali. Tnaqqis ekonomiku wara perjodu ta’ tkabbir eċċessiv tal-kreditu jista’ jwassal għal telf kbir fis-settur bankarju u jagħti bidu għal ċirku vizzjuż. F’din is-sitwazzjoni, il-passi meħuda minn istituzzjonijiet ta’ kreditu biex isaħħu l-karti tal-bilanċ tagħhom jistgħu jillimitaw il-provvista ta’ kreditu lill-ekonomija reali, biex b’hekk jiġi aggravat it-tnaqqis ekonomiku u jkomplu jiddgħajfu l-karti tal-bilanċ tagħhom. Din l-amplifikazzjoni proċiklika ta’ xokkijiet tenfasizza l-importanza li jinbena kapital addizzjonali fis-settur bankarju f’perjodi meta r-riskji ta’ stress mifrux mas-sistema kollha jkunu qegħdin jikbru. Riżerva ta’ kapital addizzjonali ta’ dan it-tip għandha tgħin lis-settur bankarju biex jassorbi telf mhux mistenni waqt li tkompli tipprovdi kreditu lill-ekonomija reali.

(2)

Ittieħdu miżuri biex il-banek isiru aktar reżiljenti għad-dinamiċi proċikliċi. F’Diċembru 2010 il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision — BCBS) ippubblika għadd ta’ miżuri biex tissaħħaħ ir-regolamentazzjoni tas-settur bankarju. Waħda minn dawn il-miżuri, li dwarha l-BCBS ipprovda gwida lill-awtoritajiet nazzjonali, tikkonċerna r-riżerva ta’ kapital kontroċiklika. Il-gwida tal-BCBS ġiet implimentata fl-Unjoni Ewropea bid-Direttiva 2013/36/UE.

(3)

Ir-reġim ta’ riżerva kapitali kontroċiklika taħt id-Direttiva 2013/36/UE isegwi l-prinċipju ta’ “diskrezzjoni ggwidata”. Skont dan il-prinċipju, l-awtoritajiet responsabbli għall-iffissar tar-rata ta’ riżerva jikkombinaw approċċ ibbażat fuq regoli mal-eżerċitar tas-setgħat diskrezzjonarji tagħhom meta jiddeċiedu dwar ir-rata ta’ riżerva xierqa. Għaldaqstant, huma meħtieġa jippubblikaw gwida tar-riżerva fuq bażi trimestrali bħala punt ta’ referenza, iżda huma mħeġġa jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom meta jiffissaw ir-rata ta’ riżerva.

(4)

L-awtoritajiet nazzjonali nnominati u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (għal Stati Membri li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku) huma assenjati responsabbiltajiet għall-iffissar ta’ rati tar-riżerva kontroċikliċa. Id-Direttiva 2013/36/UE teħtieġ li kull Stat Membru jinnomina awtorità pubblika jew korp pubbliku sabiex jiffissaw ir-rata ta’ riżerva kontroċiklika għal dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (4) jassenja kompiti superviżorji speċifiċi lill-BĊE. B’mod partikolari, jekk jidhirlu li huwa neċessarju, il-BĊE jista’ japplika rekwiżiti ogħla għal riżervi ta’ kapital kontroċikliċi minn dawk applikati mill-awtoritajiet nazzjonali nnominati. Għal dan l-iskop esklużiv, il-BĊE huwa meqjus, kif xieraq, bħala l-awtorità nnominata u għandu s-setgħat u l-obbligi kollha, li l-awtoritajiet innominati għandhom taħt il-liġi tal-Unjoni relevanti. Madankollu, tipikament huma l-awtoritajiet nazzjonali nnominati li jkunu responsabbli biex jippubblikaw ir-rati tar-riżerva kontroċikliċa.

(5)

Id-Direttiva 2013/36/UE tistabbilixxi li l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet li jagħtu gwida lil awtoritajiet innominati dwar l-iffissar tar-rati tar-riżerva kontroċiklika. B’mod partikolari, il-BERS jista’ jagħti pariri dwar il-prinċipji li għandhom jiggwidaw lill-awtoritajiet innominati biex jagħmlu l-ġudizzji tagħhom dwar ir-rati tar-riżerva xierqa u jipprovdi gwida dwar il-kejl u l-kalkolu tad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG u l-kalkolu tal-gwida ta’ riżerva. Barra minn hekk, il-BERS jista’ jipprovdi gwida dwar il-varjabbli li jindikaw l-akkumulazzjoni ta’ riskju mifrux mas-sistema kollha b’perjodi ta’ tkabbir eċċessiv tal-kreditu fis-sistema finanzjarja u dwar il-varjabbli li jindikaw li r-riżerva għandha tinżamm, titnaqqas jew tiġi rilaxxata għal kollox.

(6)

Ir-riżerva tal-kapital kontroċiklika hija ddisinnjata biex tgħin tikkumbatti l-proċikliċità fis-sistema finanzjarja. Il-kapital għandu jiġi akkumulat meta r-riskju sistemiku ċikliku jiġi ġġudikat li qiegħed jiżdied, biex b’hekk jinħolqu riżervi li jżidu r-reżiljenza tas-settur bankarju matul perjodi ta’ stress meta jimmaterjalizza t-telf. Dan jgħin biex tinżamm il-provvista tal-kreditu u tittaffa l-fażi negattiva taċ-ċiklu finanzjarju. Ir-riżerva ta’ kapital kontroċiklika tista’ tgħin ukoll biex trażżan it-tkabbir eċċessiv tal-kreditu matul il-fażi pożittiva taċ-ċiklu finanzjarju.

(7)

Il-gwida tar-riżerva mhijiex maħsuba li tagħti lok għal iffissar awtomatiku tar-riżerva jew biex torbot lill-awtorità nnominata. L-analiżi mill-BCBS turi li, waqt li d-distakk bejn il-kreditu u l-PDG huwa punt ta’ tluq utli biex jiggwida d-deċiżjonijiet dwar rati tar-riżerva kontroċiklika, il-prestazzjoni tiegħu tista’ tvarja bejn pajjiż u ieħor u minn żmien għal żmien. Minħabba l-eteroġeneità u n-natura dinamika tas-sistemi finanzjarji, il-karatteristiċi speċifiċi tal-ekonomiji nazzjonali u d-differenzi materjali fid-disponibbiltà tad-dejta fl-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet innominati għandhom iqisu firxa ta’ informazzjoni meta jevalwaw il-livell ta’ riskju mifrux mas-sistema kollha u jiffissaw ir-rata tar-riżerva b’mod xieraq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi indikaturi addizzjonali li jissenjalaw l-akkumulazzjoni ta’ riskju mifrux mas-sistema kollha b’perjodi ta’ tkabbir eċċessiv tal-kreditu, mandati għall-grad ta’ intermedjazzjoni fl-ekonomija bħal-livell tal-proporzjon ta’ kreditu għall-PDG u informazzjoni kwalitattiva. L-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva użata għal din il-valutazzjoni, inkluża l-gwida tar-riżerva u l-indikaturi addizzjonali, tifforma l-bażi biex jiġu spjegati u ġġustifikati deċiżjonijiet dwar rati tar-riżerva.

(8)

L-analiżi mill-BCBS turi li d-distakk bejn il-kreditu u l-PDG u indikaturi oħrajn jista’xi kultant jikkomunika informazzjoni li tagħti impressjoni żbaljata. L-awtoritajiet innominati għandhom ikunu konxji minn dan meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom dwar il-livell sostenibbli ta’ kreditu fl-ekonomija u r-rata xierqa tar-riżerva kontroċiklika. L-awtoritajiet innominati b’hekk għandhom jirrivalutaw perjodikament il-prestazzjoni tal-indikaturi li jagħtuhom l-aktar importanza.

(9)

Meta r-riskji jimmaterjalizzaw, ir-rilaxx fil-pront tar-riżerva tal-kapital kontroċiklika tista’ tgħin l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jassorbu t-telf filwaqt li jinżammu s-self lill-ekonomija reali u l-konformità mar-rekwiżiti tal-kapital regolatorju. Dan l-użu kontroċikliku tar-riżerva jista’ jtaffi l-imġieba proċiklika ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jista’ b’xi mod ieħor jillimita l-provvista ta’ kreditu lill-ekonomija reali. Ir-riżerva tal-kapital kontroċikliku tista’ tiġi rilaxxata aktar bil-mod meta l-fażi negattiva taċ-ċiklu finanzjarju ma taħbatx mas-seħħ ta’ riskji u meta t-theddid għar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn tkabbir eċċessiv tal-kreditu jkun batta. Id-deċiżjonijiet dwar l-użu ta’ kull eċċess kapitali li jinħolqu mir-rilaxx tar-riżerva huma għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew innominati.

(10)

Huwa importanti għall-awtorità li tiffissa r-rata tar-riżerva kontroċiklika biex ikollha strateġija ta’ komunikazzjoni tajba. Dan jgħin fil-ġestjoni tal-aspettattiva pubblika, jiżvolġi rwol importanti fil-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet innominati, u huwa essenzjali għall-kredibilità, il-kontabilità u l-effettività tal-politika makroprudenzjali. Id-Direttiva 2013/36/UE teħtieġ li l-awtoritajiet innominati jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jikkoordinaw il-ħin meta jħabbru r-rati tar-riżerva.

(11)

Il-bini ta’ sistema bankarja aktar reżiljenti fl-Unjoni jeħtieġ li l-awtoritajiet innominati jirrikonoxxu r-rati tar-riżerva kontroċiklika ffissati mill-Istati Membri l-oħrajn. Id-Direttiva 2013/36/UE tistabbilixxi l-qafas għar-rikonoxximent tar-rati ta’ riżerva ta’ Stati Membri oħrajn għar-rikonoxximent jew l-iffissar tar-rati ta’ riżerva għal pajjiżi terzi. Minbarra l-arranġamenti ta’ reċiproċità obbligatorji, l-awtoritajiet innominati għandhom ġeneralment jirrikonoxxu r-rati ta’ riżerva ffissati minn Stati Membri oħrajn. Mingħajr preġudizzju għal rakkomandazzjonijiet futuri tal-BERS, din ir-Rakkomandazzjoni ma tindirizzax l-azzjonijiet ta’ awtoritajiet innominati fi ħdan l-Unjoni b’rabta ma’ rati tar-riżerva kapitali kontroċiklika ta’ pajjiżi terzi.

(12)

Ir-riżerva tal-kapital kontroċiklika hija parti minn ġabra ta’ strumenti makroprudenzjali. Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2013/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-4 ta’ April 2013 dwar l-għanijiet intermedji u l-istrumenti tal-politika makroprudenzjali (5) tagħti lista indikattiva ta’ strumenti li l-Istati Membri jistgħu jassenjaw lil awtoritajiet makroprudenzjali. Bħala parti mill-istrateġija tal-politika makroprudenzjali tagħhom, l-awtoritajiet innominati għandhom jikkunsidraw meta għandhom jużaw ir-riżerva kapitali kontroċiklika b’mod iżolat, meta jużaw strumenti oħrajn, u meta jikkombinaw ir-riżerva kapitali kontroċiklika ma’ strumenti oħrajn.

(13)

Analiżi empirika tissuġġerixxi li d-distakk bejn il-kreditu u l-PDG huwa l-aħjar indikatur individwali għall-Unjoni fit-totalità tagħha għas-senjalazzjoni tal-akkumulazzjoni ta’ riskji assoċjati mat-tip ta’ kriżi li r-riżerva tal-kapital kontroċiklika hija ddisinjata biex ittaffi. Intwera li d-distakk bejn il-kreditu u l-PDG jagħti sinjal b’saħħtu fuq medda ta’ speċifikazzjonijiet tad-distakk. Hemm ftit metodi għall-kalkolu tad-distakk li juru kwalitajiet ta’ senjalazzjoni aħjar mill-metodu ta’ kalkolu ssuġġerit fil-gwida tal-BCBS, iżda dawn għandhom tendenza li jkunu bbażati fuq aggregati ta’ kreditu u b’hekk jistgħu jkunu inqas robusti fil-konfront tal-innovazzjoni finanzjarja. Il-kejl u l-kalkolu tad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG u r-rata ta’ referenza tar-riżerva b’mod konformi mal-gwida tal-BCBS ser iżidu l-kumparabbiltà fi ħdan l-Unjoni u lil hinn minnha.

(14)

F’xi Stati Membri, il-kejl u l-kalkolu ssuġġeriti fil-gwida tal-BCBS jistgħu jirriżultaw f’distakk bejn kreditu u PDG li ma jaħdimx sew fis-senjalazzjoni tal-akkumulazzjoni ta’ riskji li jippreċedu kriżijiet finanzjarji. Il-karatteristiċi speċifiċi nazzjonali bħal differenzi fl-istruttura u l-grad tal-iżvilupp tas-sistema finanzjarja, u fil-kwalità u d-disponibbiltà tad-dejta tal-kreditu, ifissru li għal xi Stati Membri xi metodu ieħor għall-kalkolu tad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG minbarra dak mogħti fil-gwida tal-BCBS jista’ jeżibixxi kwalitajiet ta’ senjalazzjoni aktar b’saħħithom. Sabiex jitqiesu dawn id-differenzi u jingħata lok għal metodoliġiji oħrajn, l-awtoritajiet innominati jistgħu — barra minn hekk — ikejlu u jikkalkulaw id-distakk bejn il-kreditu u l-PDG bl-użu ta’ metodu li jirrifletti aħjar il-karatteristiċi speċifiċi tal-Istat Membru rispettiv.

(15)

Il-metodoloġija stipulata fil-gwida tal-BCBS għall-immappjar tad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG għal rata ta’ referenza tar-riżerva li sservi bħala l-gwida tar-riżerva hija metodoloġija ad hoc. L-analiżi empirika ta’ metodoloġiji alternattivi, għalkemm promettenti, ma hijiex żviluppata b’mod suffiċjenti biex tipprovdi gwida. L-Istati Membri li jkejlu u jikkalkukaw id-distakk bejn il-kreditu u l-PDG bl-użu ta’ metodu alternattiv, minbarra l-metodoloġija ppubblikata fil-gwida tal-BCBS, għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw rata ta’ referenza tar-riżerva li tikkorrispondi għal dak il-metodu alternattiv minbarra r-rata ta’ referenza tar-riżerva speċifikata fil-metodoloġija tal-BCBS. L-Istati Membri li jkejlu u jikkalkulaw id-distakk bejn il-kreditu u l-PDG b’mod konformi mal-gwida tal-BCBS jistgħu jiżviluppaw u jippubblikaw ukoll rata ta’ referenza alternattiva għar-riżerva minbarra dik miksuba bl-użu tal-metodoloġija tal-BCBS.

(16)

Riżultanzi empiriċi jissuġġerixxu li varjabbli oħrajn jistgħu jikkumplimentaw id-distakk bejn il-kreditu u l-PDG li jissenjala l-akkumulazzjoni ta’ riskji mifruxa mas-sistema kollha relatati ma’ tkabbir eċċessiv tal-kreditu fis-sistema finanzjarja. Dawn il-varjabbli jinkludu miżuri ta’ sopravalutazzjoni potenzjali ta’ prezzijiet tal-proprjetà (eż. proporzjonijiet bejn il-prezz u d-dħul minn proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali, distakki fil-prezzijiet u rati ta’ tkabbir), miżuri ta’ żviluppi tal-kreditu (eż. kreditu totali reali jew tkabbir reali tal-kreditu tal-banek, it-tendenza fid-devjazzjoni ta’ M3 milquta b’diflazzjoni), miżuri ta’ żbilanċi esterni (eż. bilanċi tal-kont kurrenti bħala proporzjon għall-PDG), miżuri tas-saħħa tal-karti tal-bilanċ tal-banek (eż. il-proporzjonijiet ta’ ingranaġġ), miżuri tal-piż ta’ dejn tas-settur privat (eż. il-proporzjon bejn is-servizzjar tad-dejn u d-dħul) u miżuri tal-potenzjal li r-riskju jiġi pprezzat b’mod żbaljat (eż. tkabbir reali tal-prezz tal-ekwità). L-awtoritajiet innominati għandhom iqisu dawn il-varjabbli meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom biex jiffissaw ir-rata xierqa tar-riżerva tal-kapital kontroċiklika. Instab li t-taħlit ta’ dawn il-varjabbli mad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG f’mudell multivarjat itejjeb il-prestazzjoni tas-senjalazzjoni. Jista’ jkun li l-awtoritajiet innominati jkunu jridu jikkunsidraw ukoll dawn il-mudelli.

(17)

Riżultanzi empiriċi jissuġġerixxu li, għall-maġġoranza tal-Istati Membri, il-prezzijiet tas-suq finanzjarju wrew l-aħjar kwalitajiet ta’ senjalazzjoni biex jindikaw materjalizzazzjoni ta’ riskji li jiġġustifikaw tnaqqis fil-pront jew rilaxx sħiħ tar-riżerva tal-kapital kontroċiklika. Id-disponibbiltà limitata ta’ serje ta’ ħin twil biżżejjed ta’ dawn l-indikaturi bbażati fuq is-suq tfisser li l-analiżi empirika fil-fażi ta’ rilaxx tar-riżerva hija inqas robusta minn dik tal-fażi tal-akkumulazzjoni. Huwa wkoll diffiċli biex jiġu identifikati varjabbli li jindikaw li r-riżerva kapitali kontroċiklika tista’ titnaqqas gradwalment meta jbattu r-riskji minn tkabbir eċċessiv tal-kreditu. Fil-prinċipju, varjabbli li jaħdmu sew fil-fażi tal-akkumulazzjoni tar-riżerva tal-kapital kontroċiklika jistgħu jwasslu ukoll għad-deċiżjoni li r-riżerva għandha tinżamm, titnaqqas jew tiġi rilaxxata totalment. Dawn il-varjabbli jistgħu, madankollu, jipprovdu wkoll informazzjoni li tagħti impressjoni żbaljata. Pereżempju, id-distakk bejn il-kreditu u l-PDG jista’ ma jirriflettix b’mod preċiż ir-riskji jekk il-kreditu jkun ilu jikber b’mod eċċessiv għal perjodu twil. Hekk kif jiżviluppaw ir-riċerka u l-esperjenza fil-fażi tar-rilaxx, is-sett ta’ varjabbli indikati f’din ir-Rakkomandazzjoni jkollhom jiġu miżjuda b’indikaturi xierqa ulterjuri, hekk kif jiġu identifikati. Kollox ma’ kollox, jeħtieġ li l-awtoritajiet innominati jeżerċitaw ġudizzju saħansitra akbar fil-fażi tar-rilaxx tar-riżerva milli matul il-fażi tal-akkumulazzjoni tagħha. Dan il-ġudizzju jista’ jkun infurmat ukoll minn intelliġenza tas-suq, valutazzjonijiet superviżorji u testijiet tal-istress.

(18)

Sakemm dik id-dejta tkun disponibbli fl-Istat Membru inkwistjoni, il-monitoraġġ u l-pubblikazzjoni ta’ sett minimu ta’ varjabbli li jissenjalaw li r-riżerva tal-kapital kontroċiklika għandha tinbena, tinżamm, titnaqqas jew tiġi rilaxxata totalment għandhom jippromwovu l-konsistenza u t-trasparenza min-naħa tal-awtoritajiet innominati. Dan ma għandux iżomm lill-awtoritajiet innominati milli jikkunsidraw indikaturi jew informazzjoni kwalitattiva ulterjuri fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-Istat Membru, u lanqas ma għandu jżomm lill-awtoritajiet innominati milli jagħtu aktar importanza lil ċerti varjabbli milli lil oħrajn jew jagħtu aktar importanza lill-informazzjoni kwalitattiva.

(19)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS huma ppubblikati wara li l-Bord Ġenerali jinforma lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan u jipprovdi lill-Kunsill b’opportunità biex jirreaġixxi.

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

TAQSIMA 1

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Rakkomandazzjoni A — Prinċipji

L-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jaderixxu mal-prinċipji li ġejjin meta jivvalutaw u jiffissaw ir-rati tar-riżerva kontroċiklika xierqa applikabbli fl-Istat Membru rispettiv:

1.

Prinċipju 1: (Objettiv) Id-deċiżjonijiet dwar ir-rata tar-riżerva kontroċiklika xierqa għandhom ikunu ggwidati mill-objettiv li tiġi mħarsa s-sistema bankarja kontra telf potenzjali assoċjat mal-akkumulazzjoni ta’ riskju sistemiku ċikliku, sabiex b’hekk jiġi appoġġat il-forniment sostenibbli ta’ kreditu għall-ekonomija reali fiċ-ċiklu finanzjarju kollu.

2.

Prinċipju 2: (Gwida tar-riżerva) Id-devjazzjoni tal-proporzjon bejn il-kreditu u l-PDG mit-tendenza tiegħu fit-tul — id-distakk bejn il-kreditu u l-PDG — għandha sservi bħala punt ta’ tluq komuni biex tiggwida deċiżjonijiet dwar rati ta’ riżerva kontroċikliċi, b’mod partikolari fil-fażi tal-akkumulazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet innominati għandhom iqisu wkoll informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva oħra meta jivvalutaw riskju ċikliku mifrux mas-sistema kollha u jiffissaw ir-rata tar-riżerva kontroċiklika xierqa. Dan jinkludi informazzjoni li tirrifletti karatteristiċi speċifiċi nazzjonali. L-awtoritajiet innominati għandhom jispjegaw lill-pubbliku liema informazzjoni tintuża, u kif din tiġi kkunsidrata meta jiffissaw ir-rata tar-riżerva relevanti.

3.

Prinċipju 3: (Riskju ta’ informazzjoni li tagħti impressjoni żbaljata) L-awtoritajiet innominati għandhom jivvalutaw l-informazzjoni li tinsab fid-distakk bejn il-kreditu u l-PDG u kull varjabbli relevanti oħrajn jew mudelli li jikkombinaw varjabbli, waqt li jżommu f’moħħhom li l-informazzjoni li jipprovdu tista’ tagħti impressjoni żbaljata. L-awtoritajiet innominati għandhom jikkunsidraw din il-valutazzjoni meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom fir-rigward tas-sostenibbiltà tat-tkabbir tal-kreditu sabiex jiffissaw ir-rata xierqa tar-riżerva kontroċiklika. L-utilità ta’ dawn il-varjabbli u mudelli għandha tiġi vvalutata mill-ġdid perjodikament.

4.

Prinċipju 4: (Rilaxx tar-riżerva) L-awtoritajiet innominati għandhom jirrilaxxaw fil-pront ir-riżerva tal-kapital kontroċiklika meta jimmaterjalizzaw ir-riskji. Dan jista’ jtaffi l-imġiba proċiklika ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu billi jgħinhom jassorbu telf, waqt li xorta waħda jinżammu s-self lill-ekonomija reali u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ solvenza. Meta r-riskji ma jimmaterjalizzawx iżda jiġu meqjusin bħala li battew, rilaxx gradwali tar-riżerva jista’ jkun aktar xieraq. Jekk awtorità nnominata tnaqqas ir-rata tar-riżerva eżistenti, hija għandha tiddeċiedi dwar perjodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija ebda żieda fir-rata tar-riżerva.

5.

Prinċipju 5: (Komunikazzjoni) L-awtoritajiet innominati għandhom jiżviluppaw strateġija ċara sabiex jikkomunikaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar ir-riżerva kapitali kontroċiklika. Bħala parti minn din l-istrateġija, huma għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu sabiex jikkoordinaw ma’ awtoritajiet oħrajn innominati kif ukoll mal-BERS. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll proċessi stabbli u trasparenti u kanali ta’ komunikazzjoni ddefiniti għall-partijiet ikkonċernati ewlenin u l-pubbliku.

6.

Prinċipju 6: (Rikonoxximent tar-rati tar-riżerva) Minbarra l-arranġamenti obbligatorji ta’ reċiproċità stipulati bil-liġi tal-Unjoni, l-awtoritajiet innominati għandhom ġeneralment jirrikonoxxu r-rati ta’ riżerva kontroċikliċi applikati fi Stati Membri oħrajn. L-awtoritajiet innominati għandhom jikkunsidraw l-implikazzjonijiet transkonfinali jekk ma jirrikonoxxux rata ta’ riżerva għal skoperturi għal Stat Membru ieħor li jaqbżu l-livell obbligatorju. Meta ma jirrikonoxxux rata ta’ riżerva stipulata mill-awtorità nnominata ta’ Stat Membru ieħor li taqbeż il-livell obbligatorju, l-awtoritajiet innominati għandhom jinnotifikaw:

(a)

lill-BERS;

(b)

lill-awtorità nnominata li tiffissa r-rata tar-riżerva;

(c)

il-BĊE, meta ta’ mill-inqas waħda mill-awtoritajiet innominati li tiffissa jew ma tirrikonoxxix ir-rata ta’ riżerva tkun minn Stat Membru li jipparteċipa fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

7.

Prinċipju 7: (Strumenti oħrajn makroprudenzjali) Ir-riżerva tal-kapital kontroċiklika hija parti minn ġabra ta’ strumenti makroprudenzjali għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet fl-Unjoni. Bħala parti mill-istrateġija tal-politika makroprudenzjali tagħhom, l-awtoritajiet innominati għandhom jikkunsidraw meta għandhom jużaw ir-riżerva b’mod iżolat, meta jużaw strumenti oħrajn tar-riżerva, u meta jikkombinaw ir-riżerva ma’ strumenti oħrajn.

Rakkomandazzjoni B — Gwida dwar il-kejl u l-kalkolu tad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG, il-kalkolu tar-rata tar-riżerva ta’ referenza u l-gwida tar-riżerva

1.

L-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jkejlu u jikkalkulaw fuq bażi trimestrali distakk standardizzat bejn il-kreditu u l-PDG skont il-gwida tal-BCBS, kif speċifikat fil-Parti I tal-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.

2.

Meta l-awtoritajiet innominati jidhrilhom li kejl u kalkolu differenti tad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG jirriflettu aħjar il-karatteristiċi speċifiċi tal-ekonomija nazzjonali, huma jiġu rrakkomandati li jkejlu u jikkalkolaw fuq bażi trimestrali distakk addizzjonali bejn il-kreditu u l-PDG minbarra d-distakk ikkalkulat skont il-paragrafu 1. Meta jikkalkulaw id-distakk addizzjonali bejn il-kreditu u l-PDG, l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jaderixxu mal-gwida li ġejja:

(a)

il-metodu għall-kejl u l-kalkolu għandu jirrifletti d-devjazzjoni tal-proporzjon ta’ kreditu għal PDG mit-tendenza tiegħu fit-tul;

(b)

il-kejl u l-kalkolu għandhom ikunu bbażati fuq analiżi empirika ta’ dejta relevanti għall-Istat Membru korrispondenti;

(c)

kull reviżjoni tal-metodu għall-kejl u l-kalkolu tad-distakk addizzjonali bejn il-kreditu u l-PDG għandha tkun ibbażata fuq reviżjoni dettaljata tal-prestazzjoni tal-metodu magħżul fis-senjalazzjoni tal-akkumulazzjoni ta’ riskji li huma assoċjati mat-tip ta’ kriżi li r-riżerva tal-kapital kontroċiklika hija ddisinnjata li ttaffi.

3.

L-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jikkalkulaw fuq bażi trimestrali dawn li ġejjin:

(a)

rata ta’ referenza tar-riżerva bbażata fuq id-distakk standardizzat bejn il-kreditu u l-PDG skont il-gwida tal-BCBS, kif stipulat fil-Parti II tal-Anness; u, fejn applikabbli; jew

(b)

rata ta’ referenza tar-riżerva bbażata fuq id-distakk standardizzat bejn il-kreditu u l-PDG u kkalkulata skont metodoloġija li hija differenti minn dik stipulata fil-Parti II tal-Anness fejn tintuża dik il-metodoloġija; jew

(c)

rata ta’ referenza tar-riżerva bbażata fuq id-distakk addizzjonali bejn il-kreditu u l-PDG u kkalkulata skont metodoloġija li hija differenti minn dik stipulata fil-Parti II tal-Anness, fejn id-distakk addizzjonali bejn il-kreditu u l-PDG huwa kkalkulat.

4.

Meta, minbarra r-rata ta’ referenza tar-riżerva stipulata skont il-paragrafu 3(a), tkun ġiet ikkalkulata rata ta’ referenza tar-riżerva oħra skont il-paragrafu 3(b) jew il-paragrafu 3(c) għal trimestru partikolari, għall-finijiet tad-Direttiva 2013/36/UE l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jagħżlu bħala gwida ta’ riżerva r-rata ta’ referenza tar-riżerva li tirrifletti bl-aħjar mod il-karatteristiċi speċifiċi tal-ekonomija nazzjonali rispettiva.

5.

Bħala parti mill-informazzjoni li takkumpanja t-tħabbir tar-rata tar-riżerva kontroċiklika meħtieġa taħt l-Artikolu 136(7) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jippubblikaw fuq bażi trimestrali fuq il-websajt tagħhom:

(a)

id-distakk standardizzat bejn il-kreditu u l-PDG u l-proporzjon korrispondenti ta’ kreditu għall-PDG;

(b)

id-distakk addizzjonali bejn il-kreditu u l-PDG u l-proporzjon korrispondenti ta’ kreditu għal PDG, meta dan ikun ikkalkulat, u ġustifikazzjoni għad-devjazzjonijiet mill-formula fil-Parti I tal-Anness;

(c)

ir-rata ta’ referenza tar-riżerva ikkalkulata skont il-paragrafu 3(a);

(d)

ir-rata ta’ referenza tar-riżerva ikkalkulata skont il-paragrafu 3(b) jew il-paragrafu 3(c), fejn applikabbli;

(e)

is-sorsi tad-dejta sottostanti u metadejta oħra relevanti.

6.

Bħala parti mill-informazzjoni li takkumpanja t-tħabbir tar-rata tar-riżerva kontroċiklika meħtieġa taħt l-Artikolu 136(7) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom kull meta jiddevjaw minn:

(a)

il-kejl u l-kalkolu magħżula tad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG kif stipulat fil-paragrafi 1 u 2, inklużi kull wieħed mill-komponenti tiegħu;

(b)

il-kalkolu magħżul tar-rata ta’ referenza tar-riżerva kif stipulat fil-paragrafu 3;

(c)

il-gwida ta’ riżerva magħżula kif stipulat fil-paragrafu 4.

Rakkomandazzjoni C — Gwida dwar varjabbli li jindikaw l-akkumulazzjoni ta’ riskju mifrux mas-sistema kollha assoċjat ma’ perjodi ta’ tkabbir ta’ kreditu eċċessiv

1.

Sabiex jinfurmaw il-ġudizzju tagħhom dwar ir-rata xierqa tar-riżerva kontroċiklika, l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jikkunsidraw firxa ta’ informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li tindika l-akkumulazzjoni ta’ riskju mifrux fis-sistema kollha assoċjat ma’ perjodi ta’ tkabbir eċċessiv tal-kreditu, minbarra d-distakk bejn il-kreditu u l-PDG.

2.

Meta jivvalutaw informazzjoni kwantitattiva, l-awtoritajiet innominati għandhom jimmonitorjaw ġabra ta’ varjabbli li jindikaw l-akkumulazzjoni ta’ riskju sistemiku ċikliku. Mingħajr ħsara għad-disponibbiltà ta’ dawn il-varjabbli fl-Istati Membri, din il-ġabra għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

miżuri ta’ sovravalutazzjoni potenzjali ta’ prezzijiet tal-proprjetà (eż. proporzjonijiet bejn il-prezz u d-dħul minn proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali, distakki fil-prezzijiet u rati ta’ tkabbir);

(b)

miżuri ta’ żvilupp tal-kreditu (eż. kreditu totali reali jew tkabbir tal-kreditu tal-bank reali, id-devjazzjoni mit-tendenza fta’ M3 milquta b’diflazzjoni);

(c)

miżuri ta’ żbilanċi esterni (eż. bilanċi tal-kont kurrenti bħala proporzjon mal-PDG);

(d)

miżuri tas-saħħa tal-karti tal-bilanċ tal-bank (eż. proporzjonijiet tal-ingranaġġ);

(e)

miżuri tal-piż tad-dejn tas-settur pubbliku (eż. proporzjonijiet tas-servisjar tad-dejn mal-introjtu);

(f)

miżuri għall-potenzjal li r-riskju jiġi pprezzat b’mod żbaljat (eż. tkabbir reali tal-prezz tal-ekwità).

(g)

miżuri dderivati minn mudelli li jikkombinaw id-distakk bejn il-kreditu u l-PDG u għażla tal-miżuri msemmija hawn fuq.

3.

Jekk dawn il-varjabbli jkunu disponibbli u relevanti fl-Istati Membri, l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jippubblikaw ta’ mill-inqas waħda mill-miżuri stipulati f’kull wieħed mill-paragrafi 2 (a), (b), (c), (d), (e) u (f) fuq bażi trimestrali fuq il-websajt tagħhom sabiex jakkumpanjaw it-tħabbir tar-rata tar-riżerva kontroċiklika meħtieġa taħt l-Artikolu 136(7) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Rakkomandazzjoni D — Gwida dwar varjabbli li jindikaw li r-riżerva ta’ kapital għandha tinżamm, titnaqqas jew tiġi rilaxxata totalment.

1.

Sabiex jinfurmaw il-ġudizzju tagħhom dwar ir-rata xierqa tar-riżerva tal-kapital kontroċiklika, l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jqisu firxa ta’ informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li tindika li r-riżerva għandha tinżamm, titnaqqas jew tiġi rilaxxata totalment.

2.

Meta jivvalutaw informazzjoni kwantitattiva, l-awtoritajiet innominati għandhom jimmonitorjaw ġabra ta’ varjabbli li jindikaw jekk ir-riżerva għandhiex tinżamm, titnaqqas jew tiġi rilaxxata totalment. Jekk dawk il-varjabbli jkunu disponibbli fl-Istat Membru, din il-ġabra għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

miżuri ta’ stress fi swieq ta’ finanzjament tal-banek (eż. il-firxa tal-LIBOR-OIS (overnight index swaps), primja tas-CDS (credit default swap) tal-banek);

(b)

miżuri li jindikaw stress sistemiku ġenerali (eż. indikatur kompost li jkejjel l-istress fis-sistema finanzjarja nazzjonali jew tal-UE bħall-indikatur CISS (Composite Indicator of Systemic Stress) tal-BĊE).

3.

Sabiex jiddeċiedu jekk iżommux, inaqqsux jew jirrilaxxawx bis-sħiħ ir-riżerva, l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jeżerċitaw ġudizzju akbar meta jimmonitorjaw il-varjabbli taħt il-paragrafu 2.

4.

Jekk dawn il-varjabbli jkunu disponibbli u relevanti fl-Istati Membri, l-awtoritajiet innominati huma rrakkomandati li jippubblikaw ta’ mill-inqas waħda mill-varjabbli stipulati f’kull wieħed mill-paragrafi 2 (a) u (b) fuq bażi trimestrali fuq il-websajt tagħhom sabiex jakkumpanjaw it-tħabbir tar-rata tar-riżerva kontroċiklika meħtieġa taħt l-Artikolu 136(7) tad-Direttiva 2013/36/UE.

TAQSIMA 2

IMPLIMENTAZZJONI

1.   Interpretazzjoni

1.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“awtorità nnominata” tfisser awtorità pubblika jew korp innominat minn Stat Membru skont l-Artikolu 136(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jew il-BĊE skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(b)

“rata ta’ referenza tar-riżerva” tfisser rata tar-riżerva kontroċiklika, ikkalkulata skont ir-rakkomandazzjoni B(3);

(c)

“gwida għar-riżerva” tfisser rata ta’ referenza tar-riżerva, magħżula skont ir-rakkomandazzjoni B(4);

(d)

“distakk bejn il-kreditu u l-PDG” tfisser id-devjazzjoni tal-proporzjoni bejn il-kreditu u l-PDG mit-tendenza tiegħu fit-tul fi Stat Membru partikolari;

(e)

“distakk standardizzat bejn il-kreditu u l-PDG” tfisser distakk bejn il-kreditu u l-PDG imkejjel u kkalkulat skont ir-rakkomandazzjoni B(1);

(f)

“distakk addizzjonali bejn il-kreditu u l-PDG” tfisser distakk bejn il-kreditu u l-PDG imkejjel u kkalkulat skont ir-rakkomandazzjoni B(2);

(g)

“rata tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika” tfisser ir-rata li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw sabiex jikkalkolaw ir-riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom, u li tiġi stabbilita skont l-Artikoli 136 u 137 tad-Direttiva 2013/36/UE jew minn awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz, skont il-każ.

2.

L-Anness jifforma parti integrali ta’ dan ir-Rakkomandazzjoni. F’każ ta’ kunflitt bejn it-test ewlieni u l-Anness, jipprevali t-test ewlieni.

2.   Kriterji għall-implimentazzjoni

1.

Id-destinatarji huma mitluba jirrapportaw dwar l-azzjonijiet meħuda b’risposta għal din ir-Rakkomandazzjoni, jew li jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni. Bħala minimu r-rapporti għandhom jinkludu:

(a)

informazzjoni dwar is-sustanza u l-kronoloġija tal-azzjonijiet meħuda;

(b)

evalwazzjoni tal-funzjonament tal-azzjonijiet meħuda, mill-perspettiva tal-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni;

(c)

ġustifikazzjoni dettaljata ta’ kull nuqqas ta’ azzjoni jew devjazzjoni minn din ir-Rakkomandazzjoni, inkluż kull dewmien.

3.   Skeda ta’ żmien għas-segwitu

1.

Id-destinatarji huma mitluba li jirrapportaw lill-BERS, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet li huma jkunu ħadu b’risposta għal din ir-Rakkomandazzjoni, jew li jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni, kif speċifikat fil-paragrafi li ġejjin.

2.

Sat-30 ta’ Ġunju 2016, id-destinatarji huma mitluba li jibagħtu lill-BERS, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport li jispjega l-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw ma’ din ir-Rakkomandazzjoni. Il-miżuri rrakkomandati għandhom japplikaw mid-data sa meta l-Istati Membri jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-ġurisdizzjoni tagħhom iżommu riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni skont l-Artikolu 130 tad-Direttiva 2013/36/UE. Ir-rapport għandu jinkludi dettalji dwar il-miżuri meħuda minn dik id-data 'il quddiem.

3.

Id-destinatarji huma mitluba jibagħtu rapport li jispjega l-miżuri li jkunu ħadu biex jikkonformaw ma’ din ir-Rakkomandazzjoni kull tliet snin.

4.

Il-Bord Ġenerali għandu jiddeċiedi meta din ir-Rakkomandazzjoni teħtieġ li tiġi rriveduta jew aġġornata fid-dawl ta’ esperjenza fl-iffissar ta’ riżervi skont id-Direttiva 2013/36/UE jew żviluppi fi prattiki miftiehma internazzjonalment.

4.   Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.

Is-Segretarjat tal-BERS:

(a)

jassisti lid-destinatarji, inkluż billi jiffaċilita r-rapportaġġ ikkoordinat, jipprovdi mudelli relevanti u jippreċiża fejn ikun meħtieġ il-modalitajiet u l-kronoloġija għas-segwitu;

(b)

jivverifika s-segwitu mid-destinatarji, inkluż billi jassistihom fuq talba tagħhom, u jirrapporta dwar is-segwitu lill-Bord Ġenerali permezz tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

2.

Il-Bord Ġenerali jivvaluta l-azzjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet irrapportati mid-destinatarji u, fejn xieraq, jiddeċiedi jekk din ir-Rakkomandazzjoni tkunx ġiet segwita u jekk id-destinatarji jkunux naqsu milli jiġġustifikaw b’mod adegwat in-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tagħhom.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Ġunju 2014.

Il-President tal-BERS

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(4)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(5)  ĠU C 170, 15.6.2013, p. 1.


ANNESS

PARTI I

METODOLOĠIJA GĦALL-KEJL U L-KALKOLU TAL-GAP BEJN IL-KREDITU U L-PDG SKONT IL-GWIDA TAL-BCBS

Id-distakk standardizzat bejn il-kreditu u l-PDG, iddenotat bħala GAPt , jitkejjel u jiġi kkalkulat bħala:

GAPt = RATIOt - TRENDt

fejn:

t

=

id-data tat-tmiem tal-perijodu, fejn il-perijodu jkun trimestru;

RATIOt

=

(CREDITt / (PDGt + PDGt-1 + PDGt-2 + PDGt-3 )) × 100 %;

PDGt

=

prodott domestiku gross tal-Istat Membru tal-awtorità nnominata fit-trimestru t;

CREDITt

=

kejl wiesa’ tal-istokk ta’ kreditu lis-settur privat mhux finanzjarju fl-Istat Membru tal-awtorità nnominata li jkun pendenti fit-tmiem tat-trimestru t;

TRENDt

=

xejra ffiltrata rikursiva Hodrick-Prescott tar-RATIO b’parametru tal-illixxar, lambda ta’ 400 000 (1).

PARTI II

METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAR-RATA TA’ REFERENZA TAR-RIŻERVA SKONT IL-GWIDA TAL-BCBS (2)

Id-daqs tar-rata ta’ referenza tar-riżerva (bħala perċentwal tal-assi ppeżati skont ir-riskju) huwa żero meta d-distakk bejn il-kreditu u l-PDG ikun inqas jew daqs il-livell minimu l-aktar baxx. Imbagħad jiżdied b’mod lineari mad-distakk bejn il-kreditu u l-PDG sakemm ir-rata ta’ referenza tar-riżerva tilħaq il-livell massimu tagħha meta d-distakk bejn il-kreditu u l-PDG jilħaq jew jaqbeż l-ogħla livell minimu.

F’termini formali:

 

jekk GAPt ≤ L, ir-rata ta’ referenza tar-riżerva hija żero,

 

jekk GAPt ≤ H, ir-rata ta’ referenza tar-riżerva hija 2,5 %,

bejn L u H ir-rata ta’ referenza tar-riżerva hija interpolata b’mod lineari u hija daqs: (0,3125 × GAPt - 0,625)

fejn:

 

GAPt huwa d-distakk bejn il-kreditu u l-PDG iddefinit fl-Anness Parti I;

 

L = 2 punti perċentwali huwa l-livell minimu l-aktar baxx;

 

H = 10 punti perċentwali huwa l-ogħla livell minimu.


(1)  Il-filtru Hodrick-Prescott (filtru HP) huwa għodda matematika standard li tintuża fil-makroekonomija sabiex tiġi stabbilita x-xejra ta’ varjabbli fuq medda ta’ żmien. Dan jiġi implimentat fi kwalunkwe pakkett standard statistiku. Filtru HP b’naħa waħda u rikursiv jiżgura li għall-kalkolu tat-tendenza tintuża biss informazzjoni disponibbli f’kull punt fil-ħin. Il-parametru tal-illixxar, ġeneralment imsejjaħ lambda fil-litteratura teknika, huwa ffissat għal 400 000 sabiex jaqbad ix-xejra fit-tul fl-imġiba tal-proporzjoni bejn il-kreditu u l-PDG.

(2)  Waqt li r-rati ta’ referenza tar-riżerva jiżdiedu b’mod lineari skont il-PDG u b’hekk jistgħu jieħdu kull valur bejn żero u 2,5 %, l-Artikolu 136(4) tad-Direttiva 2013/36/UE jispeċifika li r-rata ta’ riżerva stabbilita mill-awtorità nnominata għandha tkun ikkalibrata f’passi ta’ 0,25 punt perċentwali jew multipli tagħhom.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7331 — Constellium / Tri-Arrows Aluminum Holding / Quiver Ventures)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 293/02

Fis-26 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7331. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-1 ta’ Settembru 2014

2014/C 293/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3133

JPY

Yen Ġappuniż

136,97

DKK

Krona Daniża

7,4494

GBP

Lira Sterlina

0,79025

SEK

Krona Żvediża

9,1921

CHF

Frank Żvizzeru

1,2072

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1330

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,738

HUF

Forint Ungeriż

314,25

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,2082

RON

Leu Rumen

4,3960

TRY

Lira Turka

2,8367

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4059

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4266

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1783

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5660

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6404

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 330,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,0027

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0679

HRK

Kuna Kroata

7,6135

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 390,36

MYR

Ringgit Malażjan

4,1495

PHP

Peso Filippin

57,115

RUB

Rouble Russu

48,9815

THB

Baht Tajlandiż

41,993

BRL

Real Brażiljan

2,9375

MXN

Peso Messikan

17,1822

INR

Rupi Indjan

79,5006


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/13


SEJĦA GĦAN-NOMINAZZJONIJIET GĦALL-ELEZZJONI TAL-OMBUDSMAN EWROPEW

2014/C 293/04

Wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman adottati mill-Parlament Ewropew fid-9 ta’ Marzu 1994 (1) u, b’mod partikulari, l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7 tagħhom, li jinsabu fl-Anness X għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 219 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,

Billi din l-elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew mill-Parlament Ewropew se tkun għat-terminu tal-leġislatura parlamentari 2014-2019,

Billi l-Ombudsman Ewropew hu eliġibbli għal ħatra mill-ġdid,

Billi l-Ombudsman Ewropew jintgħażel minn fost persuni li huma ċittadini tal-Unjoni, li għandhom id-drittijiet ċivili u politiċi kollha, li joffru kull garanzija ta’ indipendenza u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti għat-twettiq tal-ogħla kariga ġudizzjarja fil-pajjiż jew li jkollhom il-kompetenza u l-esperjenza rikonoxxuti biex iwettqu d-dmirijiet tal-Ombudsman,

1.

Qed issir sejħa għan-nominazzjonijiet għall-elezzjoni ta’ Ombudsman Ewropew mill-Parlament Ewropew.

2.

In-nominazzjonijiet għandu jkollhom l-appoġġ ta’ mhux inqas minn erbgħin Membru tal-Parlament Ewropew li jkollhom in-nazzjonalita’ ta’ mhux inqas minn żewġ Stati Membri u jridu jipprovdu d-dokumenti kollha ta’ prova meħtieġa sabiex juru b’ mod ċert li li l-persuni nominati jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba mir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman kif ukoll impenn solenni min-naħa tagħhom li, jekk jiġu eletti, ma jinvolvu ruħhom fl-ebda okkupazzjoni professjonali oħra, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk bla ħlas, waqt iż-żmien tagħhom fil-kariga.

3.

In-nominazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-President tal-Parlament Ewropew sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014 (2).

M. SCHULZ

President tal-Parlament Ewropew


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  In-nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil:

Il-President tal-Parlament Ewropew

(Nominazzjonijiet għall-kariga ta’ Ombudsman Ewropew)

PHS 06A055

Indirizz postali:

Louise Weiss Building

Allée du Printemps

BP 1024/F

F-67070 Strasbourg Cedex

FRANCE

jew

Paul-Henri Spaak Building

Rue Wiertz/Wiertzstraat

1047 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

In-nominazzjonijiet għandhom jiddikjaraw dettalji ta’ kuntatt rilevanti, inkluż indirizz elettroniku.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7299 — COFCO/Nidera)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 293/05

1.

sFil-25 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża COFCO Corporation (“COFCO”, iċ-Ċina) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll uniku ta’ Nidera Capital BV (“Nidera”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal COFCO: fornitur kbir ta’ prodotti u servizzi diversifikati fil-prodotti agrikoli u l-industrija tal-ikel fiċ-Ċina,

—   għal Nidera: oriġinazzjoni, ipproċessar, bejgħ, kummerċ, ġestjoni, ħżin u trasport ta’ komoditajiet agrikoli u prodotti tal-bijo-enerġija. Barra minn hekk, Nidera tiddistribwixxi inputs agrikoli (żrieragħ, nutrijenti u l-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’), tinvesti fir-riċerka ul-iżvilupp u tipproduċi żrieragħ agronomiċi.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għall-ipproċessar skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7299 — COFCO/Nidera, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition,

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7371 — Nordic Capital/Lindorff)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 293/06

1.

Fis-26 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Nordic Capital VII Limited (“Nordic Capital”, Jersey) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriżi Indif AB, Lindorff Institutional Management AB, Lindorff Coinvest AB u Lindorff AB (flimkien “Lindorff Group”, l-Isvezja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Nordic Capital: fond ta’ ekwità privat b’investimenti f’varjetà ta’ setturi,

—   Lindorff Group: provvista ta’ servizzi ta’ fatturament.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għall-ipproċessar skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7371 — Nordic Capital/Lindorff, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/16


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7351 — Henkel / Spotless Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 293/07

1.

Fil-25 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Henkel AG & Co. KGaA, (“Henkel”, il-Ġermanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta' Spotless Group SAS (“Spotless”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Henkel: il-produzzjoni u l-forniment ta’ prodotti tal-laundry u ta’ kura fid-dar b’iffukar fuq id-diterġenti għall-ħwejjeġ, ir-rattaba tad-drapp u ċerti prodotti għat-tindif tad-dar, il-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti għall-kura tas-sbuħija u prodotti tat-teknoloġiji tal-adeżivi,

—   għal Spotless: manifattura ta’ addittivi għall-ħasil tal-ħwejjeġ, prodotti għall-kura tad-dar u l-kura taż-żraben, insettiċidi, prodotti għat-tindif tal-lentijiet tal-ħġieġ, tank settiku tal-kura kif ukoll prodotti għall-kura tal-pjanti u l-annimali domestiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7351 — Henkel / Spotless Group, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/17


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7386 — KKR / Riverstone / Trinity)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 293/08

1.

Fis-26 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Riverstone Holdings LLC (“Riverstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Trinity River Energy LLC (“Trinity”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f'joint venture. Trinity se tikkonsisti f’taħlita ta’ assi eżistenti miżmuma minn KKR Natural Resources Funds (“KNR”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li hija kkontrollata minn KKR, u l-assi eżistenti miżmuma Legend Production Holdings LLC (“Legend”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li hija kkontrollata minn Riverstone.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KKR hija attiva fil-forniment ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi.

KNR hija pjattaforma ta’ investiment ta’ KKR ddedikata biex tinvesti f’assi ta’ żejt u gass mhux konvenzjonali.

Riverstone hija ditta ta’ ekwità privata li tiffoka fuq l-investimenti marbuta mal-enerġija.

Legend hija attiva fl-akkwist u l-iżvilupp ta' proprjetajiet taż-żejt u l-gass naturali b’ħajja twila primarjament fil-baċiri madwar Texas.

Trinity se żżomm l-assi kkombinati u l-attivitajiet tan-negozju ta’ KNR u Legend.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7386 — KKR / Riverstone / Trinity, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.