ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 292

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
1 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 292/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 292/02

Kawża C-658/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2011/640/PESK — Bażi legali — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PESK) — Artikolu 37 TUE — Ftehim internazzjonali li jirrigwarda esklużivament il-PESK — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) TFUE — Obbligu li l-Parlament jiġi informat immedjatament u kompletament — Artikolu 218(10) TFUE — Żamma tal-effetti)

2

2014/C 292/03

Kawża C-350/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Sophie in ’t Veld (Appell — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a), it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u Artikolu 4(6) — Parir tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar il-ftuħ tan-negozjati bl-għan li jiġi konkluż ftehim internazzjonali — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess — Protezzjoni tal-interess pubbliku għal dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali — Protezzjoni tal-pariri legali — Deċiżjoni ta’ rifjut parzjali għal aċċess)

3

2014/C 292/04

Kawża C-573/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Linköping – l-Isvezja) – Ålands Vindkraft AB vs Energimyndigheten (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skemi nazzjonali ta’ għajnuna li jipprovdu għall-għoti ta’ ċertifikati ħodor negozjabbli għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli — Obbligu għall-fornituri tal-elettriku u għal ċerti utenti li kull sena jirrestitwixxu ċerta kwota ta’ ċertifikati ħodor lill-awtorità kompetenti — Rifjut li jingħataw ċertifikati ħodor għall-installazzjonijiet ta’ produzzjoni li jinsabu barra mill-Istat Membru kkonċernat — Direttiva 2009/28/KE — Punt (k) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 u Artikolu 3(3) — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE)

4

2014/C 292/05

Kawża C-37/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Nexans SA, Nexans France vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Proċedura amministrattiva — Spezzjoni — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Indizji suffiċjentement serji — Suq ġeografiku)

5

2014/C 292/06

Kawża C-76/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/22/KE — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u servizzi — Għażla tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta’ servizz universali — Transpożizzjoni inkorretta — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagament ta’ penalità — Somma f’daqqa)

5

2014/C 292/07

Kawża C-84/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 – Electrabel SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Konċentrazzjoni ta’ impriżi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Kundanna għall-ħlas ta’ multa — Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 — Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Artikolu 14(3) — Kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tal-ksur — Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-liġi — Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

6

2014/C 292/08

Kawżi magħquda C-129/13 u C-130/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Kamino International Logistics BV (C-129/13), Datema Hellmann Worldwide Logistics BV (C-130/13) vs Staatssecretaris van Financiën (Irkupru ta’ dejn doganali — Prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru li ma nstemax mill-awtoritajiet doganali qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija, iżda li nstema biss fil-fażi sussegwenti ta’ lment — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Determinazzjoni tal-konsegwenzi ġuridiċi tan-nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża)

6

2014/C 292/09

Kawża C-165/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Stanislav Gross vs Hauptzollamt Braunschweig (Tassazzjoni — Direttiva 92/12/KEE — Artikoli 7 sa 9 — Arranġamenti ġenerali tal-prodotti suġġetti għas-sisa — Prodotti rrilaxxati għall-konsum fi Stat Membru u li, għal finijiet kummerċjali, jinżammu fi Stat Membru ieħor — Ħlas tas-sisa minn detentur ta’ dawn il-prodotti li akkwistahom fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Akkwist fit-tmiem it-tranżazzjoni ta’ dħul)

7

2014/C 292/10

Kawża C-189/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Bayonne – Franza) – Préfet des Pyrénées-Atlantiques vs Raquel Gianni Da Silva (Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Normi u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ dħul irregolari kkonstatat fl-att tar-reat — Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja ma għadhiex neċessarja għas-soluzzjoni tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

8

2014/C 292/11

Kawżi Magħquda C-362/13, C-363/13 u C-407/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Maurizio Fiamingo (C-362/13), Leonardo Zappalà (C-363/13), Francesco Rotondo et (C-407/13) vs Rete Ferroviaria Italiana SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Settur marittimu — Ferry-boats li jwettqu kollegament bejn żewġ portijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Klawżola 3, punt 1 — Kunċett ta’ kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat — Klawżola 5, punt 1 — Miżuri intiżi għall-prevenzjoni mill-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat — Sanzjonijiet — Bidla fir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat — Kundizzjonijiet)

9

2014/C 292/12

Kawża C-524/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Karlsruhe – il-Ġermanja) – Eycke Braun vs Land Baden-Württemberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Direttiva 69/335/KEE — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Artikolu 10(ċ) — Trasformazzjoni ta’ kumpannija b’ kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju li ma twassal għal ebda żieda fil-kapital — Drittijiet rikjesti għar-redazzjoni tal-att notarili li jikkonstata din it-trasformazzjoni)

10

2014/C 292/13

Kawża C-210/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra Tomassi Daniela

10

2014/C 292/14

Kawża C-211/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – proċeduri kriminali kontra Massimiliano Di Adamo

11

2014/C 292/15

Kawża C-212/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra De Ciantis Andrea

12

2014/C 292/16

Kawża C-213/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – proċeduri kriminali kontra Biolzi Romina

12

2014/C 292/17

Kawża C-214/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra Proia Giuseppe

13

2014/C 292/18

Kawża C-258/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Mejju 2014 – Eugenia Florescu et vs Casa Judeţeană de Pensii Sibiu et

13

2014/C 292/19

Kawża C-260/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Județul Neamț vs Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice

15

2014/C 292/20

Kawża C-261/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Județul Bacău vs Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice

16

2014/C 292/21

Kawża C-281/14 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2014 mis-Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-31 ta’ Marzu 2014 fil-Kawża T-270/13, Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Agenzia esecutiva per l’innovazione e le reti (INEA)

17

2014/C 292/22

Kawża C-290/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj

18

2014/C 292/23

Kawża C-302/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

19

2014/C 292/24

Kawża C-310/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (ir-Repubblika tal-Finlandja) fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Nike European Operations Netherlands BV vs Sportland Oy, fi stralċ

19

2014/C 292/25

Kawża C-314/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-1 ta’ Lulju 2014 – Sanoma Media Finland Oy/Nelonen Media, Helsinki vs Viestintävirasto

21

2014/C 292/26

Kawża C-329/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 292/27

Kawża T-463/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Primjums għall-annimali tal-ifrat — Żejt taż-żebbuġa u xaħmijiet — Għalf imnixxef — Effikaċja tal-kontrolli — Sistema ta’ sanzjonijiet)

23

2014/C 292/28

Kawża T-540/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Esso et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Tul tal-ksur — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Ġurisdizzjoni sħiħa)

23

2014/C 292/29

Kawża T-541/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Sasol et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha u minn impriża konġunta miżmuma parzjalment minnha — Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % — Suċċessjoni ta’ impriżi — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ċirkustanzi aggravanti — Rwol ta’ mexxej — Limitu tal-multa — Ġurisdizzjoni sħiħa)

24

2014/C 292/30

Kawża T-543/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – RWE u RWE Dea vs Il-Kummissjoni Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarja tagħha u minn impriża konġunta miżmuma parzjalment minnha — Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % — Suċċessjoni — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ġurisdizzjoni sħiħa

25

2014/C 292/31

Kawża T-457/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Ristrutturazzjoni ta’ WestLB — Għajnuna maħsuba sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru — Artikolu 87(3)(b) KE — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet — Rikors għal annullament — Interess individwali — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Kolleġjalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Artikolu 295 KE — Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999]

26

2014/C 292/32

Kawża T-533/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku ta’ xandir — Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE — Bidla tas-sistema ta’ finanzjament — Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna — Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna — Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna — Proporzjonalità)

27

2014/C 292/33

Kawża T-59/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Isotis vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002-2006) — Kuntratti Access-eGOV, EU4ALL, eABILITIES, Emerge, Enable, Ask-It — Programm eTEN, dwar in-netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet transEwropej — Kuntratti Navigabile u Euridice — Programm qafas dwar l-innovazzjoni u l-kompetittività — Kuntratt T-Seniority — Ħlas tal-bilanċ — Kontrotalba — Rimbors tas-somom antiċipati — Kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa)

28

2014/C 292/34

Kawża T-151/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Telefónica de España u Telefónica Móviles España vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku ta’ xandir — Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE — Bidla tas-sistema ta’ finanzjament — Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Drittijiet proċedurali — Għajnuna ġdida — Bidla tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti — Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna — Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna — Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni)

29

2014/C 292/35

Kawża T-223/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Siemens vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt dwar is-self ta’ materjali fissili intiżi għas-sit ta’ Ispra taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Interessi moratorji)

30

2014/C 292/36

Kawża T-401/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dannu personali ta’ qraba ta’ uffiċjal deċedut — Dannu subit mill-uffiċjal qabel mewtu — Kompetenzi rispettivi tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Regola ta’ konkordanza bejn it-talba għad-danni u l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ din it-talba)

30

2014/C 292/37

Kawża T-572/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Hassan vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Adattament tat-talbiet — Tardività — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Talba għad-danni)

31

2014/C 292/38

Kawża T-5/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – BSH vs UASI (Wash & Coffee) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wash & Coffee — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009]

32

2014/C 292/39

Kawża T-48/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Euroscript – Polska vs Il-Parlament (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk — Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni li r-rikorrenti titqiegħed fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula — Għoti tal-kuntratt qafas prinċipali lil offerent ieħor — Talba għal evalwazzjoni mill-ġdid — Terminu — Sospensjoni tal-proċedura — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament)

33

2014/C 292/40

Kawża T-52/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni tal-Assigurazzjoni Agrikola Ellenika (ELGA) matul l-2008 u l-2009 — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(3)(b) u (c) TFUE — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu]

34

2014/C 292/41

Kawża T-204/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI – Viavita (VIAVITA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIAVITA — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti VILA VITA PARC u figurattiva preċedenti VILA VITA — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) u (3), u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

34

2014/C 292/42

Kawża T-295/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji — Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni — Neċessità tal-għajnuna — Sussidjarjetà — Obbligu ta’ motivazzjoni)

35

2014/C 292/43

Kawża T-309/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji — Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ impriża — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Neċessità tal-għajnuna — Sussidjarjetà — Aspettativi leġittimi — Ċertezza legali — Proporzjonalità)

36

2014/C 292/44

Kawża T-376/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Passolina — Inbid — Infiq mill-Greċja — Korrezzjoni finanzjarja individwali — Metodu ta’ kalkolu — Natura tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet — Rabta mal-infiq iffinanzjat mill-Unjoni)

37

2014/C 292/45

Kawża T-425/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Sport Eybl & Sports Experts vs UASI – Elite Licensing (e) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva e — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti e — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

37

2014/C 292/46

Kawża T-576/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Łaszkiewicz vs UASI – Capital Safety Group EMEA (PROTEKT) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROTEKT — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti PROTECTA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

38

2014/C 292/47

Kawża T-578/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran sabiex jipprevjenu l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Entità infrastatali — Locus standi u interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Indikazzjoni u għażla tal-bażi legali — Kompetenza tal-Kunsill — Prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni — Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Dritt ta’ proprjetà)

39

2014/C 292/48

Kawża T-18/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Łaszkiewicz vs UASI – Cables y Eslingas (PROTEKT) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROTEKT — Trade marks Spanjoli figurattivi preċedenti PROTEK — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009 — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

39

2014/C 292/49

Kawża T-36/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Erreà Sport vs UASI – Facchinelli (ANTONIO BACIONE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ANTONIO BACIONE — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti erreà u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ forom ta’ djamanti — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Profitt indebitu mnissel mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]

40

2014/C 292/50

Kawża T-66/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Langguth Erben vs UASI (Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (2), Artikolu 75, Artikolu 76(1) u Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

41

2014/C 292/51

Kawża T-182/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – Moallem Insurance vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni)

42

2014/C 292/52

Kawża T-196/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Stal-Florez Botero (la nana) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva la nana — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NANA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

43

2014/C 292/53

Kawża T-324/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Endoceutics vs UASI – Merck (FEMIVIA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIVIA — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FEMIBION — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark figurattiva preċedenti femibion — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

43

2014/C 292/54

Kawża T-404/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – NIIT Insurance Technologies vs UASI (SUBSCRIBE) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUBSCRIBE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 56 TFUE]

44

2014/C 292/55

Kawża T-38/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2014 – Kafetzakis vs Ir-Repubblika Ellenika et

45

2014/C 292/56

Kawża T-379/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge)

46

2014/C 292/57

Kawża T-404/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – United Vehicles (UNITED VEHICLEs)

46

2014/C 292/58

Kawża T-412/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Larko vs Il-Kummissjoni

47

2014/C 292/59

Kawża T-423/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Larko vs Il-Kummissjoni

48

2014/C 292/60

Kawża T-454/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Warimex vs UASI (STONE)

49

2014/C 292/61

Kawża T-468/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Holistic Innovation Institute vs Il-Kummissjoni

50

2014/C 292/62

Kawża T-470/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEPAD)

50

2014/C 292/63

Kawża T-494/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Klymenko vs Il-Kunsill

51

2014/C 292/64

Kawża T-495/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Theodorakis u Theodoraki vs Il-Kunsill

52

2014/C 292/65

Kawża T-496/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Berry Investments vs Il-Kunsill

53

2014/C 292/66

Kawża T-505/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2014 – Seven for all mankind vs UASI – Seven (SEVEN FOR ALL MANKIND)

54

2014/C 292/67

Kawża T-508/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2014 – Gas Natural vs Il-Kummissjoni

55

2014/C 292/68

Kawża T-509/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Decal España vs Il-Kummissjoni

56

2014/C 292/69

Kawża T-515/14 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2014 minn Christodoulos Alexandrou mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Mejju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/13, Alexandrou vs Il-Kummissjoni

56

2014/C 292/70

Kawża T-516/14 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2014 minn Christodoulos Alexandrou mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Mejju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-140/12, Alexandrou vs Il-Kummissjoni

57

2014/C 292/71

Kawża T-450/04 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni

58

2014/C 292/72

Kawża T-359/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

58

2014/C 292/73

Kawża T-185/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – HUK-Coburg vs Il-Kummissjoni

58

2014/C 292/74

Kawża T-302/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2014 – Torrefacção Camelo vs UASI – Lorenzo Pato Hermanos (Ornementation pour emballages)

59

2014/C 292/75

Kawża T-420/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – VHV vs Il-Kummissjoni

59

2014/C 292/76

Kawża T-421/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – Württembergische Gemeinde-Versicherung vs Il-Kummissjoni

59

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 292/77

Kawża F-36/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

60

2014/C 292/78

Kawża F-40/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

60

2014/C 292/79

Kawża F-43/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

61

2014/C 292/80

Kawża F-49/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ et vs Il-Parlament

62

2014/C 292/81

Kawża F-51/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs EEAS

62

2014/C 292/82

Kawża F-58/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs EMA

63

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 292/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 282, 25.8.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 261, 11.8.2014

ĠU C 253, 4.8.2014

ĠU C 245, 28.7.2014

ĠU C 235, 21.7.2014

ĠU C 223, 14.7.2014

ĠU C 212, 7.7.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-658/11) (1)

((Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2011/640/PESK - Bażi legali - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Artikolu 37 TUE - Ftehim internazzjonali li jirrigwarda esklużivament il-PESK - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) TFUE - Obbligu li l-Parlament jiġi informat immedjatament u kompletament - Artikolu 218(10) TFUE - Żamma tal-effetti))

2014/C 292/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, A. Caiola u M. Allik, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, R. Troosters u L. Gussetti, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert, G. Étienne, M. Bishop u G. Marhic, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer u D. Hadroušek, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, N. Rouam u E. Belliard, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Christie u A. Robinson, aġenti, assistiti minn D. Beard, QC, u minn G. Facenna, barrister)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2011, dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment, hija annullata.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/640/PESK għandhom jinżammu fis-seħħ.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

4)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 58, 25.02.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Sophie in ’t Veld

(Kawża C-350/12 P) (1)

((Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a), it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u Artikolu 4(6) - Parir tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar il-ftuħ tan-negozjati bl-għan li jiġi konkluż ftehim internazzjonali - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess - Protezzjoni tal-interess pubbliku għal dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali - Protezzjoni tal-pariri legali - Deċiżjoni ta’ rifjut parzjali għal aċċess))

2014/C 292/03

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Berman, B. Driessen u C. Fekete, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Sophie in ’t Veld (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts u J. Blockx, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti Sophie in ’t Veld: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 303, 06.10.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Linköping – l-Isvezja) – Ålands Vindkraft AB vs Energimyndigheten

(Kawża C-573/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skemi nazzjonali ta’ għajnuna li jipprovdu għall-għoti ta’ ċertifikati ħodor negozjabbli għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Obbligu għall-fornituri tal-elettriku u għal ċerti utenti li kull sena jirrestitwixxu ċerta kwota ta’ ċertifikati ħodor lill-awtorità kompetenti - Rifjut li jingħataw ċertifikati ħodor għall-installazzjonijiet ta’ produzzjoni li jinsabu barra mill-Istat Membru kkonċernat - Direttiva 2009/28/KE - Punt (k) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 u Artikolu 3(3) - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE))

2014/C 292/04

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Linköpin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ålands Vindkraft AB

Konvenuta: Energimyndigheten

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt (k) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lil Stat Membru jistabbilixxi skema ta’ għajnuna bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi għall-għoti ta’ ċertifikati negozjabbli lill-produtturi ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli billi jiġi kkunsidrat biss l-elettriku prodott minn dawn is-sorsi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li tissuġġetta lill-fornituri u lil ċerti utenti tal-elettriku għal obbligu li kull sena jissottomettu, lill-awtorità kompetenti, ċerta kwantità ta’ tali ċertifikati li tikkorrispondi għal sehem partikolari mit-total tal-kunsinni jew tal-użu tagħhom ta’ elettriku.

2)

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi għall-għoti ta’ ċertifikati negozjabbli lill-produtturi ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli billi jiġi kkunsidrat biss l-elettriku prodott minn dawn is-sorsi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u li tissuġġetta lill-fornituri u lil ċerti utenti tal-elettriku għal obbligu li kull sena jissottomettu, lill-awtorità kompetenti, ċerta kwantità ta’ tali ċertifikati li tikkorrispondi għal sehem partikolari mit-total tal-kunsinni jew tal-użu tagħhom ta’ elettriku taħt piena li jkollhom iħallsu tariffa speċifika.

3)

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha li jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, il-kuntest leġiżlattiv tad-dritt tal-Unjoni li tifforma parti minnu l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk, ikkunsidrata mill-perspettiva tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħha, l-imsemmija leġiżlazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ ċertezza legali.


(1)  ĠU C 38, 09.02.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Nexans SA, Nexans France vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-37/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Proċedura amministrattiva - Spezzjoni - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Indizji suffiċjentement serji - Suq ġeografiku))

2014/C 292/05

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Nexans SA, Nexans France (rappreżentanti: M. Powell, Solicitor, J.-P. Tran-Thiet, avukat, G. Forwood, Barrister, A. Rogers, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer, J. Bourke u N. von Lingen, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Nexans SA et Nexans France SAS huma kkundannati għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-76/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Għażla tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta’ servizz universali - Transpożizzjoni inkorretta - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260 TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagament ta’ penalità - Somma f’daqqa))

2014/C 292/06

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade, G. Braun, L. Nicolae u M. Heller, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, assistit minn L. Morais, avukat)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha rikjesti mill-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-154/09, EU:C:2010:591), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 3 0 00  000.

3)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, penalità ta’ EUR 10  000 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (EU:C:2010:591), mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sad-data ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza.

4)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 – Electrabel SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-84/13 P) (1)

((Appell - Konċentrazzjoni ta’ impriżi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Kundanna għall-ħlas ta’ multa - Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 - Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi - Artikolu 14(3) - Kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tal-ksur - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-liġi - Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Obbligu ta’ motivazzjoni))

2014/C 292/07

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Electrabel SA (rappreżentanti: M. Pittie u P. Honoré, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, V. Di Bucci u A. Bouquet, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Electrabel SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 04.05.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Kamino International Logistics BV (C-129/13), Datema Hellmann Worldwide Logistics BV (C-130/13) vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawżi magħquda C-129/13 u C-130/13) (1)

((Irkupru ta’ dejn doganali - Prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża - Dritt ta’ smigħ - Destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru li ma nstemax mill-awtoritajiet doganali qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija, iżda li nstema biss fil-fażi sussegwenti ta’ lment - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Determinazzjoni tal-konsegwenzi ġuridiċi tan-nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża))

2014/C 292/08

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kamino International Logistics BV (C-129/13), Datema Hellmann Worldwide Logistics BV (C-130/13)

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

Il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża mill-amministrazzjoni u d-dritt li jirriżulta minnu, għall kull persuna, li tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ kull deċiżjoni li tista’ teffettwa b’mod sfavorevoli l-interessi tagħha, kif japplikaw fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, jistgħu jiġu invokati direttament, mill-individwi, quddiem il-qrati nazzjonali.

2)

Il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u, b’mod partikolari, id-dritt ta’ kull persuna għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ miżura individwali sfavorevoli, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta d-destinatarju ta’ avviż għall-ħlas adottat skont proċedura ta’ rkupru a posteriori ta’ dazji doganali fuq l-importazzjoni, skont ir-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, ma jkunx instema’ mill-amministrazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, id-drittijiet tad-difiża tiegħu jiġu miksura anki jekk ikollu l-possibbiltà li jesponi l-pożizzjoni tiegħu matul fażi ta’ lment amministrattiv ulterjuri, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippermettix li d-destinatarji ta’ tali avviż, fl-assenza ta’ smigħ minn qabel, jiksbu s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tagħhom sal-eventwali riforma tagħhom. Dan iseħħ, fi kwalunkwe każ, jekk il-proċedura amministrattiva nazzjonali li timplementa t-tieni paragrafu tal-Artikolu 244 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, tirrestrinġi l-għoti ta’ sospensjoni bħal din meta jeżistu raġunijiet għall-iddubitar tal-konformità tad-deċiżjoni kkontestata mal-leġiżlazzjoni doganali jew meta jkun hemm il-biża’ ta’ dannu irreparabbli għall-persuna kkonċernata.

3)

Il-kundizzjonijiet li fihom għandu jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, u l-konsegwenzi tal-ksur ta’ dawn id-drittijiet, jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali, kemm-il darba l-miżuri adottati f’dan is-sens ikunu tal-istess natura bħal dawk li minnhom jibbenefikaw l-individwi f’sitwazzjonijiet komparabbli rregolati mid-dritt nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u bil-kundizzjoni li dawn il-miżuri ma jagħmlux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività).

Peress li l-qorti nazzjonali għandha l-obbligu li tiggarantixxi l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni, din tista’, meta tevalwa l-konsegwenzi ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li tali ksur iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda fi tmiem il-proċedura amministrattiva inkwistjoni biss jekk, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, din il-proċedura seta’ kellha riżultat differenti.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Stanislav Gross vs Hauptzollamt Braunschweig

(Kawża C-165/13) (1)

((Tassazzjoni - Direttiva 92/12/KEE - Artikoli 7 sa 9 - Arranġamenti ġenerali tal-prodotti suġġetti għas-sisa - Prodotti rrilaxxati għall-konsum fi Stat Membru u li, għal finijiet kummerċjali, jinżammu fi Stat Membru ieħor - Ħlas tas-sisa minn detentur ta’ dawn il-prodotti li akkwistahom fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Akkwist fit-tmiem it-tranżazzjoni ta’ dħul))

2014/C 292/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stanislav Gross

Konvenut: Hauptzollamt Braunschweig

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tippermetti lil Stat Membru li jindika bħala persuna taxxabbli għas-sisa detentur, fit-territorju fiskali ta’ dan l-Istat, għal finijiet kummerċjali, ta’ prodotti suġġetti għas-sisa li jkunu ġew irrilaxxati għall-konsum fi Stat Membru ieħor, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, anki meta din il-persuna ma tkunx l-ewwel detentur ta’ dawn il-prodotti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Bayonne – Franza) – Préfet des Pyrénées-Atlantiques vs Raquel Gianni Da Silva

(Kawża C-189/13) (1)

((Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Normi u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ dħul irregolari kkonstatat fl-att tar-reat - Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja ma għadhiex neċessarja għas-soluzzjoni tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

2014/C 292/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Bayonne

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Préfet des Pyrénées-Atlantiques

Konvenuta: Raquel Gianni Da Silva

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-juge des libertés et de la détention [imħallef għal-libertà u għad-detenzjoni] tat-tribunal de grande instance de Bayonne (Franza), b’deċiżjoni tad-9 ta’ April 2013 (Kawża C-189/13).


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Maurizio Fiamingo (C-362/13), Leonardo Zappalà (C-363/13), Francesco Rotondo et (C-407/13) vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

(Kawżi Magħquda C-362/13, C-363/13 u C-407/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Settur marittimu - Ferry-boats li jwettqu kollegament bejn żewġ portijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Klawżola 3, punt 1 - Kunċett ta’ “kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat” - Klawżola 5, punt 1 - Miżuri intiżi għall-prevenzjoni mill-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Sanzjonijiet - Bidla fir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat - Kundizzjonijiet))

2014/C 292/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maurizio Fiamingo (C-362/13), Leonardo Zappalà (C-363/13), Francesco Rotondo et (C-407/13)

Konvenuta: Rete Ferroviaria Italiana SpA

Dispożittiv

1)

Il-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [xogħol għal żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [xogħol għal żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal ħaddiema, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, impjegati bħala baħħara fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fuq ferry-boats li jwettqu kollegament marittimu bejn żewġ portijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru.

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat għandhom jindikaw it-tul tagħhom, iżda mhux it-terminu tagħhom.

3)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi l-bdil ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat biss fil-każ fejn il-ħaddiem ikkonċernat ikun ġie impjegat mingħajr interruzzjoni bis-saħħa ta’ tali kuntratti mill-istess persuna li timpjega għal tul ta’ żmien ogħla minn sena, fejn ir-relazzjoni ta’ xogħol titqies li ma ġietx interrotta meta l-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ikunu separati minn żmien inferjuri jew ugwali għal 60 ġurnata. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kif ukoll l-implementazzjoni effettiva ta’ din il-leġiżlazzjoni joħolqu miżura adegwata għall-prevenzjoni u s-sanzjoni tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013

ĠU C 313, 26.10.2013


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Karlsruhe – il-Ġermanja) – Eycke Braun vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-524/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Artikolu 10(ċ) - Trasformazzjoni ta’ kumpannija b’ kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju li ma twassal għal ebda żieda fil-kapital - Drittijiet rikjesti għar-redazzjoni tal-att notarili li jikkonstata din it-trasformazzjoni))

2014/C 292/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eycke Braun

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Dispożittiv

L-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-Teżor jirċievi sehem tad-drittijiet riċevuti minn nutar impjegat bħala uffiċjal pubbliku waqt l-awtentikazzjoni ta’ att ġuridiku li għandu bħala għan it-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti, li ma twassalx għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li bidlet il-forma ġuridika tagħha.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra Tomassi Daniela

(Kawża C-210/14)

2014/C 292/13

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

Tomassi Daniela

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti fir-rigward ta’ liċenzji għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija preċedentement, f’sitwazzjoni fejn l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata speċifikament sabiex jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċerti operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-liċenzji jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-fatt li l-liċenzji li huma s-suġġett tas-sejħa għal offerti jingħataw għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment mingħajr ħlas tal-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-network ta’ ġestjoni tal-ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja jew minħabba deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – proċeduri kriminali kontra Massimiliano Di Adamo

(Kawża C-211/14)

2014/C 292/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

Massimiliano Di Adamo

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16/02/2012 fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tinħareġ sejħa għal offerti li tirrigwarda liċenzji ta’ tul ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija fil-passat, fejn l-imsemmija sejħa għal offerti nħarġet bil-għan speċifiku li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illeġittimità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit li t-termini ta’ skadenza tal-liċenzji jkunu allinjati ratione temporis jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata ta’ tul ta’ żmien inferjuri tal-liċenzji suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel ma’ dak tal-liċenzji relatati mogħtija fl-imgħoddi?

3)

L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu previżjoni ta’ obbligu ta’ trasferiment mhux oneruż tal-użu tal-beni materjali u immaterjali ta’ proprjetà li jikkostitwixxu l-istruttura ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien ta’ attività minħabba l-iskadenza tat-terminu finali tal-liċenzja jew minħabba dekadenza jew revoka?


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra De Ciantis Andrea

(Kawża C-212/14)

2014/C 292/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

De Ciantis Andrea

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti fir-rigward ta’ liċenzji għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija preċedentement, f’sitwazzjoni fejn l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata speċifikament sabiex jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċerti operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-liċenzji jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-fatt li l-liċenzji li huma s-suġġett tas-sejħa għal offerti jingħataw għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment mingħajr ħlas tal-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-network ta’ ġestjoni tal-ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja jew minħabba deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – proċeduri kriminali kontra Biolzi Romina

(Kawża C-213/14)

2014/C 292/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

Biolzi Romina

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti fir-rigward ta’ liċenzji għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija preċedentement, f’sitwazzjoni fejn l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata speċifikament sabiex jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċerti operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-liċenzji jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-fatt li l-liċenzji li huma s-suġġett tas-sejħa għal offerti jingħataw għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment mingħajr ħlas tal-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-network ta’ ġestjoni tal-ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja jew minħabba deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra Proia Giuseppe

(Kawża C-214/14)

2014/C 292/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

Proia Giuseppe

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti fir-rigward ta’ liċenzji għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija preċedentement, f’sitwazzjoni fejn l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata speċifikament sabiex jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċerti operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-liċenzji jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-fatt li l-liċenzji li huma s-suġġett tas-sejħa għal offerti jingħataw għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment mingħajr ħlas tal-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-network ta’ ġesjoni tal-ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja jew minħabba deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Mejju 2014 – Eugenia Florescu et vs Casa Judeţeană de Pensii Sibiu et

(Kawża C-258/14)

2014/C 292/18

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eugenia Florescu, Ioan Poiană, Cosmina Diaconu (fil-kwalità ta’ eredi tal-mejta Bădilă Mircea), Anca Vidrighin (fil-kwalità ta’ eredi tal-mejta Bădilă Mircea), Eugenia Elena Bădilă (fil-kwalità ta’ eredi tal-mejta Bădilă Mircea)

Konvenuti: Casa Județeană de Pensii Sibiu, Casa Națională de Pensii și alte Drepturi de Asigurări Sociale, Ministerul Muncii, Familiei și Protecției Sociale, Statul Român prin Ministerul Finanțelor Publice, Ministerul Finanțelor Publice prin D.G.F.P. Sibiu

Domandi preliminari

1)

Memorandum bħall-Memorandum ta’ Qbil, tat-23 ta’ Ġunju 2009, bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija, ippubblikat fil-Monitorul Oficial Nru 455 tal-1 ta’ Lulju 2009, jista’ jitqies li huwa att, deċiżjoni, komunikazzjoni, etc., li għandu saħħa legali, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tat-3 ta’ Frar 1976, Manghera et, 59/75, Ġabra p. 91; u tal-20 ta’ Marzu 1997, Franza vs Il-Kummissjoni, C-57/95, Ġabra p. I-1627), u jista’ jkun suġġett għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, il-Memorandum ta’ Qbil, tat-23 ta’ Ġunju 2009, bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija, ippubblikat fil-Monitorul Oficial Nru 455 tal-1 ta’ Lulju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-għan li jitnaqqsu l-effetti tal-kriżi ekonomika permezz tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-persunal, il-Kummissjoni Ewropea tista’ validament timponi l-adozzjoni ta’ liġi nazzjonali li ċċaħħad lil persuna mid-dritt tagħha li tirċievi l-pensjoni kontributorja għal iktar minn 30 sena ta’ kontribuzzjonijiet, stabbilita skont il-liġi u rċevuta qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija liġi, għar-raġuni li din il-persuna tirċievi salarju għal attività mwettqa abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol, differenti minn dik li fir-rigward tagħha hija tirċievi l-pensjoni?

3)

Il-Memorandum ta’ Qbil, tat-23 ta’ Ġunju 2009, bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-għan li titnaqqas il-kriżi ekonomika, il-Kummissjoni Ewropea tista’ validament timponi l-adozzjoni ta’ liġi nazzjonali li ċċaħħad lil persuna, b’mod komplet u għal żmien indefinit, mid-dritt tagħha li tirċievi l-pensjoni kontributorja għal iktar minn 30 sena ta’ kontribuzzjonijiet, stabbilita skont il-liġi u rċevuta qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija liġi, għar-raġuni li din il-persuna tirċievi salarju għal attività mwettqa abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol, differenti minn dik li fir-rigward tagħha hija tirċievi l-pensjoni?

4)

L-imsemmi memorandum fit-totalità tiegħu, u b’mod iktar partikolari l-punt 5(d) tiegħu, dwar ir-riorganizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u t-tisħiħ tal-effiċjenza tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-għan li titnaqqas il-kriżi ekonomika, il-Kummissjoni Ewropea imponiet validament l-adozzjoni ta’ liġi nazzjonali li tistabbilixxi l-projbizzjoni tal-kumulu tal-pensjoni mas-salarju għall-uffiċjali rtirati tal-istituzzjonijiet pubbliċi?

5)

L-Artikoli 17, 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 TUE, l-Artikolu 10 TFUE, il-prinċipju ta’ ċertezza legali li jirriżulta mid-dritt Komunitarju u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 21(2) tal-Liġi Nru 554/2004, li tipprovdi, fil-każ ta’ ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, għall-possibbiltà ta’ reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjoni mogħtija biss fil-qasam tal-kontenzjuż amministrattiv u li ma tippermettix il-possibbiltà ta’ reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali mogħtija f’oqsma oħra (ċivili, kriminali, kummerċjali, etc.), fil-każ ta’ ksur tal-istess prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni permezz tal-imsemmija deċiżjonijiet?

6)

L-Artikolu 6 TUE, fil-verżjoni kkonsolidata tiegħu tal-2010, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-ħlas tal-pensjoni tal-imħallfin professjonali, stabbilita abbażi tal-kontribuzzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar matul iktar minn 30 sena ta’ servizz ġudizzjarju, għat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom fil-qasam tat-tagħlim tal-liġi fuq livell universitarju?

7)

L-Artikolu 6 TUE, fil-verżjoni kkonsolidata tiegħu tal-2010, l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83 tat-30 ta’ Marzu 2010) u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprekludu leġiżlazzjoni li tesproprija lid-detentur ta’ pensjoni mid-dritt tiegħu li jirċievi pensjoni, minkejja li din tal-aħħar ġiet stabbilita abbażi ta’ iktar minn 30 sena ta’ kontribuzzjonijiet, u minkejja li l-imħallfin ikkontribwew u jikkontribwixxu, b’mod separat, għall-fond tal-pensjonijiet, abbażi tal-attività universitarja tagħhom?

8)

L-Artikolu 6 TUE, fil-verżjoni kkonsolidata tiegħu tal-2010, u l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78/KE (1), dwar l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni, mingħajr distinzjoni ta’ razza jew ta’ oriġini etnika, u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludu deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali ta’ Stat Membru li, fl-istħarriġ tal-kostituzzjonalità ta’ liġi, tiddeċiedi li d-dritt għall-kumulu tal-pensjoni mas-salarju jappartjeni biss lill-persuni maħtura b’mandat, u b’hekk iċċaħħad minn dan id-dritt lill-imħallfin professjonali li huma pprojbiti milli jirċievu l-pensjoni stabbilita abbażi tal-kontribuzzjonijiet personali tagħhom imħallsa matul iktar minn 30 sena, għar-raġuni li żammew il-kariga tagħhom ta’ lecturer fil-kuntest tat-tagħlim tal-liġi fuq livell universitarju?

9)

L-Artikolu 6 TUE, fil-verżjoni kkonsolidata tiegħu tal-2010, u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprekludu leġiżlazzjoni li tissuġġetta, għal żmien indefinit, il-ħlas tal-pensjoni tal-imħallfin stabbilita abbażi tal-kontribuzzjonijiet tagħhom imħallsa matul iktar minn 30 sena għat-tmiem tal-attività universitarja tagħhom?

10)

L-Artikolu 6 TUE, fil-verżjoni kkonsolidata tiegħu tal-2010, u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprekludu leġiżlazzjoni li xxejjen il-bilanċ ġust li għandu jinżamm bejn il-protezzjoni tal-proprjetà individwali u r-rekwiżit tal-interess ġenerali, billi tobbliga biss lil ċerta kategorija ta’ persuni tbati t-telf tal-pensjoni ta’ mħallef għar-raġuni li l-imsemmija persuni jwettqu attività universitarja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Județul Neamț vs Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice

(Kawża C-260/14)

2014/C 292/19

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Județul Neamț

Konvenut: Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li awtorità kontraenti, li tibbenefika minn għajnuna għal Fondi Strutturali, ma tosservax id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ valur stmat li huwa inqas mill-valur limitu massimu previst fl-Artikolu 7(a) tad-Direttiva [2004/18/KE] (1), fl-għoti ta’ kuntratt li għandu bħala għan it-twettiq tal-azzjoni ssussidjata, jikkostitwixxi “irregolarità” fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995 (2) jew “irregolarità” fis-sens tal-[Artikolu 2(7)] tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (3)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, it-tieni sentenza tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istati Membri, meta dawn kienu applikati għan-nefqa kofinanzjata mill-Fondi Strutturali, għal nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, huma miżuri amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995 jew penali amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 5(ċ) ta’ dan ir-regolament?

3)

Fil-każ fejn ir-risposta għat-tieni domanda hija fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istati Membri huma penali amministrattivi, il-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva ta’ penali inqas severa prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995 ma japplikax?

4)

Meta jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji għan-nefqa kofinanzjata mill-Fondi Strutturali, għal nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995 flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, fid-dawl ukoll tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, jipprekludu l-fatt li Stat Membru japplika korrezzjonijiet finanzjarji rregolati minn att normattiv nazzjonali li daħal fis-seħħ wara li l-allegat ksur tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jkun seħħ?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25).


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Județul Bacău vs Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice

(Kawża C-261/14)

2014/C 292/20

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Județul Bacău

Konvenut: Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice.

Domandi preliminari

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri, fil-każ li dawn jiġu applikati fuq l-infiq ikkofinanzjat mill-fondi strutturali minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, huma miżuri amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995 (2) jew huma pieni amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 5(ċ) tal-istess regolament?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji huma pieni amministrattivi, jista’ jiġi stabbilit jekk għandux japplika l-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-piena l-iktar żgħira skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995?

3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji huma pieni amministrattivi, fil-każ fejn il-korrezzjonijiet finanzjarji jkunu ġew applikati fuq l-infiq ikkofinanzjat mill-fondi strutturali minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995 moqri flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, jipprekludi li Stat Membru japplika korrezzjonijiet finanzjarji rregolati permezz ta’ att leġiżlattiv intern li daħal fis-seħħ wara l-mument li fih qed jiġi sostnut li seħħ l-allegat ksur tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/17


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2014 mis-Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-31 ta’ Marzu 2014 fil-Kawża T-270/13, Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Agenzia esecutiva per l’innovazione e le reti (INEA)

(Kawża C-281/14 P)

2014/C 292/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) (rappreżentanti: M. Muscardini, G. Greco u G. Carullo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Agenzia esecutiva per l’innovazione e le reti (INEA)

Talbiet tal-appellanti

wara li tkun ikkonstatat il-locus standi ta’ SACBO u n-natura kontestabbli tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2013, tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali mogħti fil-31 ta’ Marzu 2014 fil-Kawża T-270/13, u konsegwentement, jekk hija tqis li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tilqa’ b’mod sħiħ it-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, ifformulati b’dan il-mod: wara li tiġi kkonstatata l-assenza ta’ tentattiv ta’ evażjoni u ta’ diviżjoni artifiċjali tal-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ kofinanzjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Ten-T EA, tat-18 ta’ Marzu 2013, sa fejn hija ddikjarat ineliġibbli l-ispejjeż esterni marbuta mal-attivitajiet 1, 2.1, 4, 5, 6 u 7, u naqqset b’dan il-mod il-kofinanzjament dovut u sa fejn talbet il-ħlas lura ta’ EUR 1 58  517,54, b’kull konsegwenza fil-liġi;

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

I.

Insostenn tal-appell ippreżentat kontra d-digriet li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddikjarat ir-rikors inammissibbli:

I.1-

Fuq in-nuqqas ta’ locus standi. Żball ta’ liġi: ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, tal-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB, tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu III.8(2) tad-Deċiżjoni C (2010) 4456, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE minħabba motivazzjoni insuffiċjenti u/jew kontradittorja u ommissjoni li tiddeċiedi, u tal-Artikoli 107 u 108(3) TFUE.

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li SACBO pparteċipat fil-kofinanzjament tal-proġett, hija responsabbli għat-totalità tal-investiment u għall-implementazzjoni tal-imsemmi proġett, u li hija għaldaqstant ġarrbet l-effetti kollha tad-deċiżjoni kkontestata, kemm minħabba l-assenza ta’ rkupru tal-investimenti magħmula, f’dak li jirrigwarda s-somom li għandhom jiġu rrimborsati, kif ukoll minħabba li l-ilmenti magħmula fid-deċiżjoni huma marbuta, kollha kemm huma, mal-aġir tal-appellanti;

ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rimbors tal-kofinanzjament mill-ENAC huwa impost mid-dritt tal-Unjoni, u l-assenza ta’ ħlas lura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali;

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ SACBO fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni l-locus standi ta’ SACBO minħabba d-dannu subit għall-immaġni tagħha bħala riżultat tad-deċiżjoni kkontestata.

I.2-

F’dak li jirrigwarda n-natura mhux kontestabbli tal-att ikkomunikat. Żball ta’ liġi: ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u ksur tal-Artikoli III.3.6 u III.3.9 tad-deċiżjoni ta’ kofinanzjament; ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE minħabba kontradizzjoni fil-motivazzjoni.

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni tistabbilixxi diġà b’mod ċar u definittiv l-ammont ta’ kofinanzjament u s-somom li għandhom jitħallsu lura, b’tali mod li tikkostitwixxi minnha nfisha l-obbligu ta’ ħlas lura;

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi l-att li jikkonkludi definittivament il-proċedura ta’ tnaqqis tal-finanzjament, li hija distinta u awtonoma mill-fażi ulterjuri ta’ rkupru effettiv.

II.

Riproduzzjoni tal-motivi msemmija fir-rikors fl-ewwel istanza (1) għall-finijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 31 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU 2013, C 207, p. 46.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj

(Kawża C-290/14)

2014/C 292/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Firenze

Parti fil-kawża prinċipali

Skerdjan Celaj

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115 (1) jipprekludu l-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu piena ta’ priġunerija sa erba’ snin għal ċittadin ta’ pajjiż terz li, wara li jkun intbagħat lura fil-pajjiż tiegħu mhux abbażi ta’ sanzjoni kriminali u lanqas bħala konsegwenza ta’ sanzjoni kriminali, jidħol mill-ġdid fit-territorju nazzjonali bi ksur ta’ projbizzjoni legali ta’ dħul mill-ġdid, mingħajr ma jkun ġie preliminarjament issuġġettat għall-miżuri koerċitivi previsti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/115 għall-finijiet tat-tneħħija rapida u effikaċi tiegħu?


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/19


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-302/14)

2014/C 292/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet, K. Herrmann, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, fir-rigward tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (1), billi ma adottax għal ċerti partijiet tat-territorju tiegħu d-dispożizzjonijiet tat-traspożizzjoni tad-definizzjonijiet li jidhru fil-punti 2, 7 u 9 tal-Artikolu 2 tagħha u tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 8(1) tagħha, fl-Artikolu 9(1) tagħha, fl-Artikolu 11(2) sa (5) tagħha, u fl-Artikolu 18 tagħha u fl-Anness II tagħha jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 28(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Renju tal-Belġju, bis-saħħa tal-Artikolu 260(3) TFUE, pagament ta’ penalità kuljum ta’ EUR 42  178,50, b’effett mill-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u pagabbli fuq il-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għal nuqqas fl-obbligi tiegħu li jikkomunika l-miżuri tat-traspożizzjoni ta’ direttiva adottata konformi mal-proċedura leġiżlattiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE skada fid-9 ta’ Lulju 2012.


(1)  ĠU L 153, p. 13.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (ir-Repubblika tal-Finlandja) fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Nike European Operations Netherlands BV vs Sportland Oy, fi stralċ

(Kawża C-310/14)

2014/C 292/24

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin hovioikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nike European Operations Netherlands BV

Konvenuta: Sportland Oy, fi stralċ

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “dak l-att fil-każ relevanti” jfissru li l-att ma jistax jiġi kkontestat, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1) hija affermattiva u jekk il-konvenut f’tali azzjoni invoka d-dispożizzjoni ta’ liġi fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 13, li jipprovdi li l-ħlas ta’ dejn li għandu jitħallas jista’ jiġi kkontestat biss fiċ-ċirkustanzi li huma previsti fih u li ma humiex elenkati fl-azzjoni mressqa taħt il-liġi tal-Istat fejn inbdew il-proċeduri ta’ insolvenza,

(i)

hemm raġunijiet li jipprekludu li l-Artikolu 13 jiġi interpretat fis-sens li l-parti li tikkontesta l-att għandha, wara li ssir taf b’din id-dispożizzjoni, tinvoka dawn iċ-ċirkustanzi jekk, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru fejn inbdew il-proċeduri ta’ insolvenza, hija marbuta tispjega ċ-ċirkustanzi kollha li fuqhom tkun ibbażata l-azzjoni kkontestata, jew

(ii)

huwa neċessarju li l-konvenut juri li dawn iċ-ċirkustanzi ma kinux jeżisti f’din il-kawża u li, konsegwentement, skont il-dispożizzjoni inkwistjoni, il-kontestazzjoni hija impossibbli, mingħajr ma l-parti li tikkontesta l-att ma tkun marbuta tinvoka b’mod speċjali dawn iċ-ċirkustanzi?

3)

Irrispettivament mir-risposta għall-domanda 2(i), l-Artikolu 13 għandu jiġi interpretat fis-sens li

(i)

huwa l-konvenut li għandu l-oneru tal-prova li ċ-ċirkustanzi msemmija fid-dispożizzjoni ma jeżistux f’din il-kawża, jew

(ii)

l-oneru tal-prova dwar l-eżistenza ta’ dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jiġi ddeterminat skont il-liġi applikabbli għall-att, li hija dik ta’ Stat Membru differenti minn dak tal-ftuħ tal-proċedura u li tipprovdi li l-oneru tal-prova hija l-parti li tikkontesta l-att, jew

(iii)

l-Artikolu 13 jista’ wkoll jiġi interpretat fis-sens li din id-domanda tal-oneru tal-prova hija rregolata skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat tal-forum?

4)

L-Artikolu 13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “ma tippermettix xi meżżi biex jiġi disputat dak l-att” ikopru, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-insolvenza, li għaliha huwa suġġett l-att, ukoll id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali ta’ din il-liġi, applikabbli għall-att?

5)

Jekk ir-risposta tad-domanda 4) hija affermattiva,

(i)

l-Artikolu 13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut għandu juri li l-liġi fis-sens tal-Artikolu 13 ma tinkludix dispożizzjonijiet jew prinċipji ġenerali jew oħrajn, li skonthom kontestazzjoni abbażi ta’ punti ta’ fatt hija possibbli u

(ii)

skont l-Artikolu 13, qorti tista’, meta hija tikkunsidra li l-konvenut ikun ippreżenta spjegazzjonijiet suffiċjenti dwar is-suġġett, tqis li l-parti l-oħra għandha tipproduċi l-prova ta’ dispożizzjoni jew ta’ prinċipju tal-leġiżlazzjoni fil-qasam ta’ falliment jew tal-liġi ġenerali applikabbli għall-att, li huma ta’ Stat Membru ieħor minbarra l-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri fis-sens tal-Artikolu 13, li tipprovdi li l-kontestazzjoni hija madankollu possibbli?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-1 ta’ Lulju 2014 – Sanoma Media Finland Oy/Nelonen Media, Helsinki vs Viestintävirasto

(Kawża C-314/14)

2014/C 292/25

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sanoma Media Finland Oy/Nelonen Media, Helsinki

Konvenut: Viestintävirasto

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2010/13/UE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-qsim tal-iskrin ma huwiex ikkunsidrat bħala sinjal ta’ separazzjoni li timmarka l-limitu bejn programm awdjoviżiv u reklami fuq it-televiżjoni, jekk parti mill-iskrin tkun irriżervata għal-lista ta’ atturi eċċ. fl-aħħar tal-film u parti oħra mill-iskrin għall-preżentazzjoni tal-programmi futuri ta’ stazzjon ta’ kumpannija permezz ta’ “menus” u fejn ma jidhirx fl-iskrin imqassam u lanqas wara, sinjal akustiku jew ottiku li jindika espressament il-bidu ta’ sekwenza ta’ riklami?

2)

Fid-dawl tan-natura ta’ leġiżlazzjoni minima tad-Direttiva 2010/13/UE, l-Artikolu 23(2) tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, huwa jipprekludi li sinjali ta’ sponser ippreżentati fil-kuntest ta’ programmi oħra li ma humiex il-programmi sponsorjati huma kkunsidrati bħala “riklami” fis-sens tal-Artikolu 23(1) tad-direttiva, li għandhom jiġu inklużi fit-tul massimu tal-ħin tar-riklami?

3)

Fid-dawl tan-natura ta’ leġiżlazzjoni minima tad-Direttiva 2010/13/UE, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-kunċett ta’ “spots ta’ reklamar” fl-Artikolu 23(1) tad-direttiva flimkien mal-espressjoni “limitu ta’ 20 % [...] għal kull siegħa bl-arloġġ”, li tiddiskrivi t-tul massimu tal-ħin tar-riklami, għandu jiġi interpretat b’tali mod li jikkostitwixxi ostaklu għall-inklużjoni fil-ħin tar-riklami ta’ “sekondi suwed” li jidhru fl-interludju bejn id-diversi riklami u fi tmiem waqfa pubbliċitarja?


(1)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva), ĠU L 95, p. 1.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/21


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-329/14)

2014/C 292/26

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Herrmann u I. Koskinen)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

tiddikjara li, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (1), peress li fir-rigward tal-Finlandja kontinentali, hija ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 9(1) fid-dritt nazzjonali jew, fi kwalunkwe każ, li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan, u peress li fir-rigward tal-Gżejjer Åland, naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi l-imsemmija direttiva fid-dritt nazzjonali jew, fi kwalunkwe każ, li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan;

tordna lir-Repubblika tal-Finlandja, abbażi tal-Artikolu 260(3) TFUE, tħallas pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 19  178,25 għal kull jum b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, liema ammont għandu jitħallas fil-kont tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea, peress li naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tindika l-proċedura leġiżlattiva li permezz tagħha d-Direttiva tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fid-9 ta’ Lulju 2012.


(1)  ĠU L 153, p. 13.


Il-Qorti Ġenerali

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-463/07) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Primjums għall-annimali tal-ifrat - Żejt taż-żebbuġa u xaħmijiet - Għalf imnixxef - Effikaċja tal-kontrolli - Sistema ta’ sanzjonijiet”))

2014/C 292/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn G. Aiello u F. Bucalo, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/627/KE, tat-3 ta’ Ottubru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU L 261, p. 28) sa fejn din id-deċiżjoni teskludi ċerti nefqiet magħmula mir-Repubblika Taljana

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Esso et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/08) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Tul tal-ksur - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

2014/C 292/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Esso Société anonyme française (Courbevoie, Franza); Esso Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja); ExxonMobil Petroleum and Chemical BVBA (Antwerpen, il-Belġju); u Exxon Mobil Corp. (West Trenton, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Subiotto, QC, R. Snelders, L.-P. Rudolf u M. Piergiovanni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u M. Gray, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa) kif ukoll it tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Esso Société anonyme française fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa), huwa ffissat għal EUR 6 2 7 12  895.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti minn Esso Société anonyme française.

4)

Esso Deutschland GmbH, ExxonMobil Petroleum and Chemical BVBA u Exxon Mobil Corp. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Sasol et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-541/08) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha u minn impriża konġunta miżmuma parzjalment minnha - Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % - Suċċessjoni ta’ impriżi - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ mexxej - Limitu tal-multa - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

2014/C 292/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sasol (Rosebank, l-Afrika t’Isfel); Sasol Holding in Germany GmbH (Hamburg, il-Ġermanja); Sasol Wax International AG (Hamburg); u Sasol Wax GmbH (Hamburg) (rappreżentanti: W. Bosch, U. Denzel u C. von Köckritz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti minn M. Gray, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81[KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa) huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat fih li Sasol Holding in Germany GmbH u Sasol kienu pparteċipaw fil-ksur qabel l-1 ta’ Lulju 2002.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Sasol Wax GmbH huwa mnaqqas għas-somma ta’ EUR 14 9 9 82  197 li għandha titħallas in solidum, minn naħa, minn Sasol Wax International AG, sal-ammont ta’ EUR 11 9 1 22  197 u, min-naħa l-oħra, minn Sasol u minn Sasol Holding in Germany, sal-ammont ta’ EUR 7 1 0 42  197.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn Sasol, minn Sasol Holding in Germany, minn Sasol Wax International u minn Sasol Wax.

5)

Sasol, Sasol Holding in Germany, Sasol Wax International u Sasol Wax għandhom ibatu terz tal-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – RWE u RWE Dea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-543/08) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarja tagħha u minn impriża konġunta miżmuma parzjalment minnha - Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % - Suċċessjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

2014/C 292/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RWE AG (Essen, il-Ġermanja); u RWE Dea AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stadler, M. Röhrig u S. Budde, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat fih li RWE AG u RWE Dea AG kienu pparteċipaw fil-ksur wara t-2 ta’ Jannar 2002.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq RWE u fuq RWE Dea huwa ffissat għal EUR 3 5 8 88  562.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati parti waħda minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha u parti waħda minn ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti minn RWE u RWE Dea. RWE u RWE Dea għandhom ibatu erba’ partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħhom u erba’ partijiet minn ħames partijiet ta’ dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/09) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Ristrutturazzjoni ta’ WestLB - Għajnuna maħsuba sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru - Artikolu 87(3)(b) KE - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet - Rikors għal annullament - Interess individwali - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kolleġjalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikolu 295 KE - Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”])

2014/C 292/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Rosenfeld u I. Liebach, sussegwentement minn A. Rosenfeld u O. Corzilius, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Flynn, K. Gross u B. Martenczuk, sussegwentement minn L. Flynn, B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/971/KE, tat-12 ta’ Mejju 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja qed tipproponi li tagħti għar-ristrutturar ta’ WestLB AG (C 43/08 (eks N 390/08)) (ĠU L 345, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband għandu jbati l-ispejjeż tieħhu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk dwar l-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/10) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku ta’ xandir - Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE - Bidla tas-sistema ta’ finanzjament - Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna - Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna - Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna - Proporzjonalità”))

2014/C 292/32

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u M. Ganino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-rikorrenti: Telefónica de España, SA (Madrid, Spanja); u Telefónica Móviles España, SA (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Rodríguez Cárcamo u M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u N. Díaz Abad, sussegwentement minn N. Díaz Abad u finalment minn M. Sampol Pucurull, abogados del Estado); u Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE) (Madrid) (rappreżentanti: A. Martínez Sánchez u J. Rodríguez Ordóñez, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/1/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Corporación de Radio y Televisión Española (RTVE) (ĠU 2011 L 1, p. 9)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, l-ispejjeż ta’ Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE), inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, ħlief l-ispejjeż li din tal-aħħar sostniet minħabba l-intervent ta’ Telefónica de España, SA u ta’ Telefónica Móviles España, SA.

3)

Telefónica de España u Telefónica Móviles España għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u, in solidum, l-ispejjeż li l-Kummissjoni sostniet minħabba l-intervent tagħhom.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Isotis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/11) (1)

((Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002-2006) - Kuntratti Access-eGOV, EU4ALL, eABILITIES, Emerge, Enable, Ask-It - Programm eTEN, dwar in-netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet transEwropej - Kuntratti Navigabile u Euridice - Programm qafas dwar l-innovazzjoni u l-kompetittività - Kuntratt T-Seniority - Ħlas tal-bilanċ - Kontrotalba - Rimbors tas-somom antiċipati - Kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa))

2014/C 292/33

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u V. Savov, aġenti, assistiti minn S. Pappas, avukat)

Suġġett

Talbiet, ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE, intiżi, minn naħa, l-ewwel nett, sabiex tiġi ddikjarata infondata t-talba tal-Kummissjoni intiża għar-rimbors tas-sussidji mogħtija lir-rikorrenti abbażi tal-kuntratti Nru 0 27  020“Access to e-Government Services Employing Semantic Technologies”, Nru 0 35  242“A virtual platform to enhance and organize the coordination among centres for accessibility ressources and support”, Nru 5 11  298“Ambient Intelligence System of Agents for Knowledge-based and Integrated Services for Mobility Impaired Users”, Nru 0 34  778“European Unified Approach for Accessible Lifelong Learning”, Nru 0 45  056“Emergency Monitoring and Prevention”, Nru 0 45  563“A wearable system supporting services to enable elderly people to live well, independently and at ease”, Nru 0 29  255“NavigAbile: e-inclusion for communication disabilities”, Nru 5 17  506“European Recommended Materials for Distance Learning Courses for Educators” u Nru 2 24  988“T-Seniority: Expanding the benefits of information society to older people through digital TV channels”, konklużi bejn il-Komunità Ewropea u r-rikorrenti, u t-tieni nett, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tal-bilanċ tas-sussidji skont il-kuntratti Nru 5 11  298“Ambient Intelligence System of Agents for Knowledge-based and Integrated Services for Mobility Impaired Users” u Nru 0 34  778“European Unified Approach for Accessible Lifelong Learning” kif ukoll, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża sabiex ir-rikorrenti tiġi kkundannata għar-rimbors tas-sussidji indebitament mogħtija fil-kuntest ta’ dawn il-kuntratti kollha u tal-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis huwa miċħud.

2)

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 9 99  213.45, miżjuda bl-interessi li jibdew jiddekorru mill-15 ta’ Ġunju 2011, skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) miżjuda bi 3,5 punti, li tikkorrispondi għar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li bbenefikat minnhom, abbażi tal-kuntratti Nru 0 27  020“Access to e-Government Services Employing Semantic Technologies”, Nru 0 35  242“A virtual platform to enhance and organize the coordination among centres for accessibility ressources and support”, Nru 5 11  298“Ambient Intelligence System of Agents for Knowledge-based and Integrated Services for Mobility Impaired Users”, Nru 0 34  778“European Unified Approach for Accessible Lifelong Learning”, Nru 0 45  056“Emergency Monitoring and Prevention”, Nru 0 45  563“A wearable system supporting services to enable elderly people to live well, independently and at ease”, Nru 0 29  255“NavigAbile: e-inclusion for communication disabilities”, Nru 5 17  506“European Recommended Materials for Distance Learning Courses for Educators” u Nru 2 24  988“T-Seniority: Expanding the benefits of information society to older people through digital TV channels”.

3)

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 70  471,47, miżjuda bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) miżjuda bi 3,5 punti li jibdew jiddekorru mill-5 ta’ Awwissu 2011, li tikkorrispondi għall-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa dovuta abbażi tal-kuntratti Nru 0 27  020“Access to e-Government Services Employing Semantic Technologies”, Nru 0 35  242“A virtual platform to enhance and organize the coordination among centres for accessibility ressources and support”, Nru 5 11  298“Ambient Intelligence System of Agents for Knowledge-based and Integrated Services for Mobility Impaired Users”, Nru 0 34  778“European Unified Approach for Accessible Lifelong Learning”, Nru 0 45  056“Emergency Monitoring and Prevention”, Nru 0 45  563“A wearable system supporting services to enable elderly people to live well, independently and at ease”.

4)

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Telefónica de España u Telefónica Móviles España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-151/11) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku ta’ xandir - Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE - Bidla tas-sistema ta’ finanzjament - Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Drittijiet proċedurali - Għajnuna ġdida - Bidla tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti - Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna - Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna - Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

2014/C 292/34

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica de España, SA (Madrid, Spanja); u Telefónica Móviles España, SA (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u N. Díaz Abad, sussegwentement minn N. Díaz Abad u finalment minn M. Sampol Pucurull, abogados del Estado); u Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE) (Madrid) (rappreżentanti: A. Martínez Sánchez, A. Vázquez-Guillén Fernández de la Riva u J. Rodríguez Ordóñez, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/1/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Corporación de Radio y Televisión Española (RTVE) (ĠU 2011 L 1, p. 9)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Telefónica de España, SA u Telefónica Móviles España, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u għandhom ibatu, in solidum, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE).

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Siemens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/11) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt dwar is-self ta’ materjali fissili intiżi għas-sit ta’ Ispra taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Interessi moratorji”))

2014/C 292/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Siemens AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Risse, R. Harbst u H. Haller, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u A. Krämer, avukati)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lura l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tar-reċiklaġġ ta’ materjali fissili, sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru AG 2052, dwar is-self ta’ materjali fissili intiżi għas-sit ta’ Ispra (l-Italja) taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tagħha, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Siemens AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 02.07.2012


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/11 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu personali ta’ qraba ta’ uffiċjal deċedut - Dannu subit mill-uffiċjal qabel mewtu - Kompetenzi rispettivi tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Regola ta’ konkordanza bejn it-talba għad-danni u l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ din it-talba”))

2014/C 292/36

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Livio Missir Mamachi di Lusignano li qed jaġixxi kemm f’ismu proprju kif ukoll bħala rappreżentant legali tal-eredi ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, ibnu, ex uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea (Kerkhove Avelgem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Di Gianni, R. Antonini, G. Coppo u A. Scalini, sussegwentement minn F. Di Gianni, G. Coppo u A. Scalini, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, B. Eggers u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1.

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09) hija annullata.

2.

Il-Kawża F-50/09 hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali, sabiex tieħu konjizzjoni tagħha bħala qorti tal-ewwel istanza, skont l-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE.

3.

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Hassan vs Il-Kunsill

(Kawża T-572/11) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Adattament tat-talbiet - Tardività - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Talba għad-danni”))

2014/C 292/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Samir Hassan (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u M. Vitsentzatos, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 218, p. 20), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 218, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739 (ĠU L 111, p. 77), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (ĠU L 111, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas tad-danni bħala kumpensa tad-dannu allegatament subit.

Dispożittiv

1)

It-talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK, hija miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Huma annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lill-Samir Hassan:

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK;

tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011;

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

3)

L-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-Regolamenti annullati huma miżmuma fir-rigward ta’ S. Hassan, sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell jew, jekk jidaħħal appell f’dan it-terminu, sa ċaħda eventwali tal-appell.

4)

It-talba għad-danni ġiet miċħuda.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn S. Hassan fil-kuntest ta’ din l-istanza.

6)

S. Hassan għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu fil-kuntest ta’ din l-istanza. Huwa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – BSH vs UASI (Wash & Coffee)

(Kawża T-5/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wash & Coffee - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 292/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Novembru 2011 (Każ R 992/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Wash & Coffee bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Euroscript – Polska vs Il-Parlament

(Kawża T-48/12) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni li r-rikorrenti titqiegħed fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula - Għoti tal-kuntratt qafas prinċipali lil offerent ieħor - Talba għal evalwazzjoni mill-ġdid - Terminu - Sospensjoni tal-proċedura - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament”))

2014/C 292/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euroscript – Polska Sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: J.-F. Steichen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u P. Biström, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tad-9 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2011, li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), u, sussidjarjament, talba għall-annullament ta’ din is-sejħa għal offerti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2011 li Euroscript – Polska Sp. z o.o. tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/12) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni tal-Assigurazzjoni Agrikola Ellenika (ELGA) matul l-2008 u l-2009 - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(3)(b) u (c) TFUE - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu”])

2014/C 292/40

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias u S. Papaïoannou, sussegwentement I. Chalkias u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Triantafyllou u S. Thomas, sussegwentement D. Triantafyllou u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/157/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2011, dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 (ĠU 2012, L 78, p. 21).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI – Viavita (VIAVITA)

(Kawża T-204/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIAVITA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti VILA VITA PARC u figurattiva preċedenti VILA VITA - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3), u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]))

2014/C 292/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vila Vita Hotel und Touristik GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Schoenen u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Viavita (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M.-P. Escande, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 419/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vila Vita Hotel und Touristik GmbH u Viavita.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vila Vita Hotel und Touristik GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Viavita.


(1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji - Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni - Neċessità tal-għajnuna - Sussidjarjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni))

2014/C 292/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn T. Lübbig u M. Klasse, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Egerer u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2012/485/UE], tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/10) (ex NN 23/10) mogħti[ja] mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rhineland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji - Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Neċessità tal-għajnuna - Sussidjarjetà - Aspettativi leġittimi - Ċertezza legali - Proporzjonalità”))

2014/C 292/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg (Rivenich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kerkmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, sussegwentement T. Maxian Rusche u C. Egerer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Saria Bio-Industries AG & Co. KG (Selm, il-Ġermanja); SecAnim GmbH (Lünen, il-Ġermanja); u Knochen- und Fett-Union GmbH (KFU) (Selm) (rappreżentanti: U. Karpenstein u C. Johann, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2012/485/UE], tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/10) (ex NN 23/10) mogħti[ja] mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rhineland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Palatinate, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura prinċipali kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Saria Bio-Industries AG & Co. KG, SecAnim GmbH u Knochen- und Fett-Union GmbH (KFU) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura prinċipali.

4)

Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Palatinate, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/12) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Passolina - Inbid - Infiq mill-Greċja - Korrezzjoni finanzjarja individwali - Metodu ta’ kalkolu - Natura tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet - Rabta mal-infiq iffinanzjat mill-Unjoni”))

2014/C 292/44

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, E. Leftheriotou u S. Papaïoannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/336/UE, tat-22 ta’ Ġunju 2012, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 165, p. 83), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika għas-settur tal-passolina, abbażi tas-snin finanzjarji 2007, 2008 u 2009, u għas-settur tal-inbid.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/336/UE, tat-22 ta’ Ġunju 2012, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fondi Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fondi Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fondi Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn tapplika għar-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja individwali fis-settur tal-inbid.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Sport Eybl & Sports Experts vs UASI – Elite Licensing (e)

(Kawża T-425/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva e - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti e - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 292/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Gumpoldsberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 881/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Elite Licensing Company SA u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sport Eybl & Sports Experts GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Łaszkiewicz vs UASI – Capital Safety Group EMEA (PROTEKT)

(Kawża T-576/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROTEKT - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti PROTECTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 292/46

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Capital Safety Group EMEA SAS (Carros, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 700/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Capital Safety Group EMEA SAS u Grzegorz Łaszkiewicz.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grzegorz Łaszkiewicz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-578/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran sabiex jipprevjenu l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Entità infrastatali - Locus standi u interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Indikazzjoni u għażla tal-bażi legali - Kompetenza tal-Kunsill - Prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni - Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt ta’ proprjetà”))

2014/C 292/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Oil Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 82, p. 58), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

National Iranian Oil Company għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Łaszkiewicz vs UASI – Cables y Eslingas (PROTEKT)

(Kawża T-18/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROTEKT - Trade marks Spanjoli figurattivi preċedenti PROTEK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 292/48

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Cables y Eslingas, SA (Cerdanyola del Valles, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 701/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cables y Eslingas, SA u Grzegorz Łaszkiewicz.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grzegorz Łaszkiewicz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Erreà Sport vs UASI – Facchinelli (ANTONIO BACIONE)

(Kawża T-36/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ANTONIO BACIONE - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti erreà u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ forom ta’ djamanti - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Profitt indebitu mnissel mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 292/49

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Erreà Sport SpA (Torrile, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Fucci, avuakti)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Antonio Facchinelli (Dalang, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1561/2011-1), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Erreà Sport SpA u Antonio Facchinelli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Erreà Sport SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Langguth Erben vs UASI (Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika)

(Kawża T-66/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2), Artikolu 75, Artikolu 76(1) u Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 292/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten, G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Novembru 2012 (Każ R 129/2012-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – Moallem Insurance vs Il-Kunsill

(Kawża T-182/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))

2014/C 292/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Moallem Insurance Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn din inkludiet isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn dan inkluda isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), kif ukoll, it-tieni nett, talba intiża għall-ksib ta’ dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà fir-rigward tar-rikorrenti tal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2010/413 u tal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 267/2012.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn inkludiet l-isem ta’ Moallem Insurance Co. fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn dan inkluda l-isem ta’ Moallem Insurance fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1264/2012 jibqgħu fis-seħħ, f’dak li jikkonċerna lil Moallem Insurance, mid-dħul fis-seħħ tagħhom sad-data tal-iskadenza tat-terminu ta’ appell stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sa meta jiġi miċħud l-appell.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Moallem Insurance.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Stal-Florez Botero (la nana)

(Kawża T-196/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘la nana’ - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NANA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 292/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Lina M. Stal-Florez Botero (Maarsen, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Jannar 2013 (Każ R 300/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Lina M. Stal-Florez Botero.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Endoceutics vs UASI – Merck (FEMIVIA)

(Kawża T-324/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIVIA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FEMIBION - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark figurattiva preċedenti femibion - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 292/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Québec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2013 (Każ R 1021/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck KGaA u Endoceutics, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Endoceutics, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – NIIT Insurance Technologies vs UASI (SUBSCRIBE)

(Kawża T-404/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUBSCRIBE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 56 TFUE”])

2014/C 292/54

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NIIT Insurance Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1308/2012-5), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUBSCRIBE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NIIT Insurance Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/45


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2014 – Kafetzakis vs Ir-Repubblika Ellenika et

(Kawża T-38/14)

2014/C 292/55

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Georgios Kafetzakis u 102 rikorrent ieħor (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: X. Papadimitriou, avukat)

Konvenuti: Ir-Repubblika Ellenika, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, L-Eurogrupp

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata n-nuqqas tal-konvenuti li ma adottawx liġijiet b’tali mod li jiġu espressament esklużi l-bonds li ngħataw b’mod obbligatorju lir-rikorrenti mir-Repubblika Ellenika, meta tkeċċew mill-ex kumpannija Olympiaki Aeroporia, bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea;

tagħti lir-rikorrenti u lill-impjegati kollha mkeċċija mill-ex kumpannija Olympiaki Aeroporia, permezz ta’ kull att Komunitarju, direttiva, regolament jew test legali Komunitarju ieħor li għandu effett dirett, il-possibbiltà li jirkupraw 100 % tal-valur tal-bonds li ngħataw lilhom bħala kumpens fil-mument tat-tkeċċija-irtirar tagħhom mill-kumpannija Olympiaki Aeroporia;

tordna l-ħlas lil kull wieħed mir-rikorrenti ta’ EUR 3 00  000 bħala kumpens għas-sofferenzi u għat-tbatija li kellhom jgħaddu minnhom kif ukoll għall-ksur manifest tad-drittijiet fundamentali tagħhom u għall-waqfien prematur tal-ħajja professjonali tagħhom, permezz ta’ kull att Komunitarju, direttiva, regolament jew test legali Komunitarju ieħor li għandu effett dirett.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv: l-inizjattivi leġiżlattivi u oħrajn li wasslu lill-Greċja sabiex id-detenturi ta’ bonds tal-Istat, li jaqgħu taħt id-dritt Grieg, jipparteċipaw b’mod obbligatorju fil-pjan P.S.I. [parteċipazzjoni tas-settur privat fil-programm ta’ finanzjament tad-dejn] huma atti effettivi rregolati mid-dritt tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv: il-miżuri adottati mill-Gvern Grieg biex jiġi indirizzat id-dejn tal-Istat Grieg, essenzjalment, kienu imposti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-BĊE u l-Kummissjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv: il-konvenuti naqsu milli jadottaw liġijiet u milli jeskludu b’mod espress il-bonds tal-Istat Grieg li ngħataw b’mod obbligatorju lir-rikorrenti minn dan tal-aħħar bħala kumpens, skont l-atti tal-Kunsill tal-Ministri li speċifikaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan P.S.I. fil-Greċja.

4.

Ir-raba’ motiv: il-fatt li l-ħaddiema mkeċċija mill-ex kumpannija Olympiaki Aeroporia ġew ipparagunati ma’ sempliċi detenturi ta’ bonds tal-Istat Grieg, il-fatt li ma ġewx esklużi mill-pjan P.S.I. u l-kumpens tagħhom espress mill-pjan P.S.I. ikkawżawlhom dannu dirett, personali, gravi u ċaħħadhom mid-drittijiet fundamentali tagħhom.

5.

Il-ħames motiv: il-liġijiet kollha li ġew adottati mill-Gvern Grieg saru fuq rakkomandazzjonijiet u, b’mod iktar eżatt, wara deċiżjoni tal-Eurogrupp, tal-Kunsill ECOFIN, tal-BĊE u tal-Kummissjoni Ewropea.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/46


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge)

(Kawża T-379/14)

2014/C 292/56

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Music GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Yello Strom GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 274/2013-4; u

tikkundanna lill-konvenut u jekk ikun il-każ lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Yellow Lounge” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 33  421

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Yello Strom GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “Yello” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 7, 9, 16, 35, 38, 41, 42 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motiv invokat: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – United Vehicles (UNITED VEHICLEs)

(Kawża T-404/14)

2014/C 292/57

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: United Vehicles GmbH (München, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ April 2014, fil-Każ R 859/2013-4;

tilqa’ r-rikors;

tilqa’ l-oppożizzjoni, ibbażata fuq it-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 6 0 25  399;

tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “UNITED VEHICLEs”

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: United Vehicles GmH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “UNITED VEHICLEs” għal servizzi li jaqgħu taħt il-klassijiet 35, 36, 38 u 42 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 3 30  041

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Junited” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 7, 8, 9, 12, 14, 16, 17, 19, 21, 25, 26, 35, 36, 37 u 39 sa 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/47


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Larko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/14)

2014/C 292/58

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Drullerakes, Ε. Τriandafyllou, G. Psaroudakis, Ε. Randos, Ν. Korogiannakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu;

tiddikjara nulla u bla effett id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27/03/2014 [SG-Greffe (2014) D/4628/28/03/2014] dwar il-bejgħ ta’ ċerti assi tar-rikorrenti (Nru SA.37954 (2013/N) u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rikorrenti ssostni li minħabba n-nuqqas li l-ewwel tinstema’ r-rikorrenti huwa evidenti li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata minn ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali għall-adozzjoni tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/99 (1). Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest tal-evalwazzjoni meta kkunsidrat li kien hemm kontinwità ekonomika bejn ir-rikorrenti u x-xerrej tal-assi tagħha fil-kuntest tal-“programm ta’ privatizzazzjoni”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE. Ir-rikorrenti ssostni li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fid-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjenti fir-rigward tan-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika, u b’mod partikolari fir-rigward (a) tal-portata tal-assi li nbiegħu, (b) tan-nuqqas ta’ trasferiment tal-kuntratti tal-impjieg u (ċ) tal-loġika ekonomika tal-bejgħ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/48


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Larko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/14)

2014/C 292/59

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: Ι. Drullerakes, Ε. Τriandafyllou, G. Psaroudakis, Ε. Randos, Ν. Korogiannakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu;

tiddikjara nulla u bla effett id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27/03/2014 [SG-Greffe (2014) D/4621/28/03/2014] dwar għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Ellenika favur ir-rikorrenti (Nru SA.34572 (2013/C) (ex 2013/NN);

tordna li kwalukwe ammont li seta’ ġie “rkuprat” direttament jew indirettament mir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata jiġi rrimborżat bl-interessi u,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka dawn il-motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenuta tal-Artikoli 107(1) u 296 TFUE billi: (a) il-miżuri ta’ għajnuna 2, 3, 4 u 6 ma jistgħux jiġu kkategorizzati bħala għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE u (b) anki jekk xi ftit mill-miżuri ta’ għajnuna 2, 3, 4 u 6 jista’ jiġi kkategorizzat bħala li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, dik l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern taħt l-Artikolu 107(3) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata, li għaliha ma ġew iddikjarati ebda motivazzjonijiet, tal-kriterji tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar garanziji [ĠU 2008 C 155, p. 10) u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-karatterizzazzjoni tal-miżuri 2, 4 u 6 bħala għajnuna mill-Istat u fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tal-element tal-għajnuna.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba n-nuqqas li jittieħed inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tal-miżuri 3, 4 u 6, tad-dannu li ġie kkawżat lir-rikorrenti permezz tal-okkorrenzi eċċezzjonali tal-2009, li josserva l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba n-nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-kriżi ekonomika Griega u l-waqfien, bħala konsegwenza, tal-pagament mill-Istat Grieg ta’ benefiċċji favur ir-rikorrenti, bħala okkorrenza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE.

5.

Il-ħames motiv insostenn tal-annullament huwa bbażat fuq l-iżbalji fit-Taqsima 4.5 u fil-parti operattiva tad-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward tal-ammont li għandu jiġi rkuprat: ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999, motivazzjoni insuffiċjenti, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ksur tad-dritt għall-proprjetà u n-natura punittiva tal-ordni għal irkupru.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/49


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Warimex vs UASI (STONE)

(Kawża T-454/14)

2014/C 292/60

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Warimex Waren- Import Export Handels-GmbH (Neuried, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Keller u J. Voogd, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1599/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “STONE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 7, 8, 9, 11, 12, 16, 21, 24 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo11 4 64  005

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

kusr tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/50


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Holistic Innovation Institute vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/14)

2014/C 292/61

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Holistic Innovation Institute, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Muñiz García, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni ta’ esklużjoni tal-kumpannija rikorrenti mill-proġett eDIGIREGION u tikkumpensaha għad-danni kkawżati u tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ammont ta’ EUR 3 0 55  000 jew, sussidjarjament, l-ammont stmat mill-espert tal-qorti, u l-interessi akkumulati b’mod konformi ma’ dak indikat fir-rikors, u barra minn hekk tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti, impriża ddedikata prinċipalment għat-telekomunikazzjoni, għar-riċerka u l-iżvilpp u għas-servizzi ta’ konsulenza fir-rigward tat-telekomunikazzjoni, tar-riċerka u tal-innovazzjoni, fil-proġett Ewropew eDIGIREGION, tas-Seba’ Programm Qafas.

F’dan ir-rigward huwa affermat li r-rikorrenti, sa mill-istabbiliment tagħha, ipparteċipat fit-tħejija tal-proposta għall-proġett eDIGIREGION b’rabta stretta ma’ entitajiet oħra, billi żammet diversi laqgħat fi Brussell u għamlet ħafna konferenzi permezz tat-telefon bejn Lulju 2011 u Jannar 2012, li wasslu sabiex jiġi fformat Konzorju Ewropew, li ppreżenta proposta għall-proġett eDIGIREGION (Realizing the Digital Agenda Through Transnational Cooperation Between Regions). F’din il-proposta għal proġett ir-rikorrenti hija s-soċju numru 5 tal-Konsorzju b’baġit ta’ EUR 4 91  400 u kontribuzzjoni tal-Kummissjoni ta’ EUR 4 38  165 (14,61 % tat-total mitlub).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li l-argumenti adottati mill-Kummissjoni Ewropea huma kompletament inġustifikati, inkwantu jiksru r-rekwiżit prinċipali neċessarju sabiex din l-istituzzjoni tkun tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-parteċipazzjoni ta’ impriża fi proġett evalwat b’mod pożittiv: l-argumenti għandhom ikunu ċari, kompluti u ġġustifikati sewwa.

B’mod speċifiku, ir-rikorrenti tafferma li tinsab tekonoloġikament u operattivament ppreparata sabiex tipparteċipa fil-Konsorzju eDIGIREGION, li hija għandha kapaċità finanzjarja suffiċjenti sabiex tissodisfa l-obbligu tagħha ta’ kofinanzjament u li hija għanda biżżejjed esperjenza fit-tmexxija ta’ proġetti u fl-amministrazzjoni tagħhom.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li hemm nuqqas ta’ qbil manifest bejn dak iffirmat mid-Direttur Ġenerali fit-test tal-ittra li tinnotifika s-sospensjoni tal-parteċipazzjoni fil-proġett u l-argumenti fl-anness ta’ din l-ittra.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/50


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEPAD)

(Kawża T-470/14)

2014/C 292/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Houston, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ 2014, fil-Każ R 884/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELITEPAD” għal prodotti fil-Klassi 9 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 3 18  284

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/51


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-494/14)

2014/C 292/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Klymenko (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: M. Shaw, QC, u I. Quirk, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni 2014/216 u r-Regolament 381/2014 b’effett immedjat sa fejn dawn japplikaw għal O. Klymenko, u

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lill-O. Klymenko l-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega l-ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva peress li r-rikorrent ma kienx jaf dwar l-investigazzjoni dwaru, li abbażi tagħha huwa kien inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għall-miżuri restrittivi kkontestati, u ma ngħata ebda dettall tagħha la mill-Kunsill u lanqas mill-awtoritajiet Ukraini. Barra minn hekk, ir-rikorrent jallega li ma ngħatawlux ir-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista u għalhekk, lanqas, ma ngħata l-opportunità li jissottometti osservazzjonijiet.

2.

It-tieni motiv jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-provi, peress li l-fatti juri li r-rikorrent tqabad kontra l-korruzzjoni meta kien fil-poter fl-Ukraina u li ma kienx involut fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat Ukrain.

3.

It-tielet motiv jallega li n-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ raġunijiet, nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119 u użu ħażin tal-poteri bħala r-raġunijiet tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista huma vagi u mhux speċifiċi. Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma weriex li huwa jaqa’ taħt il-kriterji tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119, u b’hekk l-inklużjoni tiegħu fil-lista tirriżulta f’użu ħażin tal-poter.

4.

Ir-raba’ motiv jallega ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju tal-proporzjonalità, peress li l-iffriżar tal-fondi tar-rikorrent jikkostitwixxi interferenza mhux neċessarja u sproporzjonata mad-dritt tiegħu għall-proprjetà.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Theodorakis u Theodoraki vs Il-Kunsill

(Kawża T-495/14)

2014/C 292/64

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Georgios Theodorakis (Chania, il-Greċja) u Maria Theodoraki (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 1 4 31  193.58, bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrent permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut, bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data meta r-rikorrent iċċaħħad illegalment mid-depożiti tiegħu (29/03/2013) sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża u bl-interessi ta’ kull jum mill-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ;

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti 4/5 tal-ammont imsemmi iktar ’il fuq, jiġifieri, is-somma ta’ EUR 1 1 44  954.86, bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrent permezz tal-atti illegali tal-konvenut, bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data meta r-rikorrent iċċaħħad illegalment mid-depożiti tiegħu (29/03/2013) sad-data tal-għoti tad-deċiżjoni f’din il-kawża u bl-interessi ta’ kull jum mill-għoti tad-deċiżjoni f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ;

iktar sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas tali ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Qorti Ġenerali, lir-rikorrenti bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrenti permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut;

tikkundnna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50  000, bħala kumpens għad-danni mhux materjali kkawżati lir-rikorrenti bil-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50  000, bħala kumpens għad-danni mhux materjali kkawżati bil-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ din l-azzjoni, skont l-Artikolu 340(2) TFUE, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 268 TFEU, tordna kumpens fir-rigward tad-danni li sofrew miħabba l-aġir illegali tal-konvenut.

Ir-rikorrenti jsostnu li d-danni ġew ikkawżati meta l-konvenut, billi aġixxa ultra vires u b’nuqqas ta’ osservanza tad-dritt sekondarju tal-UE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, impona u, sussegwentement, ikkawża t-tnaqqis tad-depożiti bankarji tar-rikorrenti fis-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd. (Laiki Τrapeza) u, fi kwalunkwe każ, ikkontribwixxa għal dan it-tnaqqis.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut wettaq il-ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE segwenti:

l-ewwel nett, ksur tad-dritt tal-proprjetà;

it-tieni nett, ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u

it-tielet nett, ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.

ir-rikorrenti jsostnu li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjonijiet sabiex il-konvenut iħallashom kumpens għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom, huma sodisfatti.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/53


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Berry Investments vs Il-Kunsill

(Kawża T-496/14)

2014/C 292/65

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Berry Investments (Monrovia, il-Liberja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 4 36  357.19, bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrent permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut, bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data meta r-rikorrent iċċaħħad illegalment id-depożiti tiegħu (29/03/2013) sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża u bl-interessi ta’ kull jum mill-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ;

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti 4/5 tal-ammont imsemmi iktar ’il fuq, jiġifieri, is-somma ta’ EUR 3 49  085.75, bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrent permezz tal-atti illegali tal-konvenut, bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data meta r-rikorrent iċċaħħad illegalment mid-depożiti tiegħu (29/03/2013) sad-data tal-għoti tad-deċiżjoni f’din il-kawża u bl-interessi ta’ kull jum mill-għoti tad-deċiżjoni f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ;

iktar sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas tali ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Qorti Ġenerali, lir-rikorrenti bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrenti permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut;

tikkundnna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50  000, bħala kumpens għad-danni mhux materjali kkawżati lir-rikorrenti bil-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50  000, bħala kumpens għad-danni mhux materjali kkawżati bil-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ din l-azzjoni, skont l-Artikolu 340(2) TFUE, ir-rikorrenti qegħdin jitolbu lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 268 TFEU, tordna kumpens fir-rigward tad-danni li sofrew miħabba l-aġir illegali tal-konvenut.

Ir-rikorrenti jsostnu li d-danni ġew ikkawżati meta l-konvenut, billi aġixxa ultra vires u b’nuqqas ta’ osservanza tad-dritt sekondarju tal-UE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, impona u, sussegwentement, ikkawża t-tnaqqis tad-depożiti bankarji tar-rikorrenti fis-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd. (Laiki Τrapeza) u, fi kwalunkwe każ, ikkontribwixxa għal dan it-tnaqqis.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut wettaq il-ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE segwenti:

l-ewwel nett, ksur tad-dritt tal-proprjetà;

it-tieni nett, ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u

it-tielet nett, ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.

ir-rikorrent isostni li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjonijiet sabiex il-konvenut iħallashom kumpens għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tiegħu, huma sodisfatti.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/54


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2014 – Seven for all mankind vs UASI – Seven (SEVEN FOR ALL MANKIND)

(Kawża T-505/14)

2014/C 292/66

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven for all mankind LLC (Vernon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Gautier-Sauvagnac, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leini, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tad-9 ta’ April 2014, mogħtija fil-Każ R 1277/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SEVEN FOR ALL MANKIND” għal prodotti fil-klassijiet 14 u 18 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 4 43  222

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi Komunitarji li jinkludu l-element verbali “Seven”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/55


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2014 – Gas Natural vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-508/14)

2014/C 292/67

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gas Natural SDG, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: F. Seijo Pérez, R. García Gómez de Zamora u M. Troncoso Ferrer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar ir-Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni SA.21233 C/2011 (ex NN/2011, ex CP 137/2006).

L-allegati motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-401/14, Duro Felguera vs Il-Kummissjoni, T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni u T-500/14, Derivados del Flúor vs Il-Kummissjoni.

B’mod partikolari, huwa allegat il-ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, fin-nuqqas tal-prova tan-natura selettiva tal-allegata għajnuna u tal-effett tagħha fuq il-kummerċ bejn Stati Membri, il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tad-dmir ta’ motivazzjoni tal-atti, sabiex l-Asociaciones de Interés Económico u l-investituri tagħhom jikkwalifikaw bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna, il-ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE u tal-prinċipju ta’ użu ħażin ta’ poter, mat-teħid tad-deċiżjoni kkontestata dwar il-legalità ta’ kuntratti bejn operaturi privati, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/56


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Decal España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/14)

2014/C 292/68

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Decal España, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: M. Silva Sánchez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-GIE bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, totalment jew b’mod li jillimita n-nuqqas ta’ profittabbilità tat-tranżazzjonijiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/56


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2014 minn Christodoulos Alexandrou mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Mejju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/13, Alexandrou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-515/14 P)

2014/C 292/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Christodoulos Alexandrou (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

taċċetta dan l-appell bħala ammissibbli proċeduralment u fil-mertu tiddikjara l-appell fondat u ġġustifikat;

għaldaqstant, tirriforma jew inkella tannulla, minħabba r-raġunijiet imsemmija, is-sentenza appellata;

sa fejn ikun meħtieġ, tirrinvija l-kawża sabiex titkompla quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata, minħabba, b’mod partikolari, ir-rifjut tal-Kummissjoni li tilqa’ t-talba tar-rikorrent għall-aċċess għas-seba’ domandi li huwa allegatament ma weġibx tajjeb għalihom.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv, sa fejn, mingħajr ma jkollu d-domandi mitluba, ir-rikorrent jiċċaħħad minn rimedji effettivi kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tiegħu.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq nuqqas, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li juża l-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/57


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2014 minn Christodoulos Alexandrou mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Mejju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-140/12, Alexandrou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/14 P)

2014/C 292/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Christodoulos Alexandrou (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

b’riżerva għall-aggravji kollha fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt u għall-provi kollha li jistgħu jiġu prodotti jew ipprovduti iktar ’il quddiem, taċċetta dan l-appell bħala ammissibbli proċeduralment u tiddikjarah iġġustifikat;

għaldaqstant, tirriforma jew inkella tannulla, minħabba r-raġunijiet imsemmija, is-sentenza appellata;

sa fejn ikun meħtieġ, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex titkompla u tiġi deċiża skont is-sentenza fuq dan l-appell;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku rrifjuta li jevalwa l-argumenti tal-appellant ibbażati fuq ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tas-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2011, Angioi vs Il-Kummissjoni, F-7/07, ĠabraSP, EU:F:2011:97, sa fejn din hija ġurisprudenza restrittiva, skaduta u mhux adatta għall-kompetizzjonijiet organizzati mingħajr format bil-miktub.

Sussidjarjament, sa fejn jiġi deċiż li s-sentenza ċċitata iktar ’il fuq hija applikabbli, l-appellant jidhirlu li huwa jissodisfa l-kriterji ddefiniti minn din il-ġurisprudenza.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq nuqqas, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li juża l-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/04 RENV) (1)

2014/C 292/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla Estiza ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 31, 5.2.2005.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-359/11) (1)

2014/C 292/72

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – HUK-Coburg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-185/12) (1)

2014/C 292/73

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 174, 16.6.2012


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2014 – Torrefacção Camelo vs UASI – Lorenzo Pato Hermanos (Ornementation pour emballages)

(Kawża T-302/12) (1)

2014/C 292/74

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – VHV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-420/12) (1)

2014/C 292/75

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 373, 01.12.2012.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – Württembergische Gemeinde-Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/12) (1)

2014/C 292/76

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 373, 01.12.2012.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/60


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-36/14)

2014/C 292/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li, minn naħa, jiċħdu t-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, jikkonfermaw l-irtirar ex officio ta’ dan tal-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2014.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-28 ta’ Marzu 2014, flimkien mad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ ENTR tas-7 ta’ April 2014, li tiċħad it-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, għaldaqstant, tikkonferma l-irtirar ex officio ta’ dan tal-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2014;

tikkumpensa d-danni li rriżultaw jew li jistgħu jirriżultaw mid-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/60


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/14)

2014/C 292/78

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara inapplikabbli, l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011, tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjonijiet tat-30 ta’ Settembru 2013 u tad-9 ta’ Diċembru 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011, tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/61


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-43/14)

2014/C 292/79

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2013 li tagħlaq il-fajl dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti miksuba mingħand il-Fond Nazzjonali ta’ Assigurazzjoni għax-xjuħija tal-ħaddiema impjegati (CNAVTS)

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara illegali u għalhekk, inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2013 li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2013 li tagħlaq il-fajl dwar it-trasferiment tad-drittijiet għal-pensjoni tar-rikorrent miksub mingħand il-Fond Nazzjonali ta’ Assigurazzjoni għax-xjuħija tal-ħaddiema impjegati (CNAVTS);

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/62


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ et vs Il-Parlament

(Kawża F-49/14)

2014/C 292/80

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M. C. García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lill-evalwatur inizjali tar-rikorrenti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2013.

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2014, ikkonfermata permezz ta’ ittra tat-8 ta’ April 2014, li fiha r-rikorrenti ġew informati bil-ħatra tas-Sur X bħala evalwatur inizjali;

kif meħtieġ, is-sospensjoni tal-proċedura tar-rapporti tal-evalwazjoni tal-2013;

is-sospensjoni immedjata tas-Sinjura X mill-funzjonijiet kollha tagħha;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/62


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs EEAS

(Kawża F-51/14)

2014/C 292/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AST 3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013 u li jingħata kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi l-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2013;

jikkundanna lill-EEAS għall-ispejjeż.


1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/63


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs EMA

(Kawża F-58/14)

2014/C 292/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Rodrigues, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-EMA li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u kumpens għall-allegat dannu subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-EMA, tat-12 ta’ Settembru 2013, li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent;

flimkien ma’, u sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni tal-EMA, tat-13 ta’ Marzu 2014, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tad-19 ta’ Novembru 2013 kontra din id-deċiżjoni;

tikkumpensa d-dannu materjali subit mir-rikorrent;

tikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrent, stmat għal EUR 20  000;

tikkundanna lill-EMA tħallas l-ispejjeż kollha subiti mir-rikorrent fir-rigward ta’ dan ir-rikors.