ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
19 ta' Awwissu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-107 Sessjoni Plenarja tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2014

2014/C 271/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — L-20 anniversarju tal-Kumitat tar-Reġjuni — Nagħtu setgħa akbar lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Unjoni Ewropea

1

2014/C 271/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Proposti tal-Kumitat tar-reġjuni għall-mandat leġislattiv il-ġdid tal-Unjoni ewropea

6

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-107 Sessjoni Plenarja tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2014

2014/C 271/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni - Lejn approċċ komprensiv għall-bliet fl-Unjoni Ewropea

11

2014/C 271/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-pakkett dwar il-Mobilità Urbana

18

2014/C 271/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Bliet Sostenibbli

25

2014/C 271/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-politiki futuri tal-UE dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni

30

2014/C 271/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea dwar il-kundizzjoni tal-persuni mingħajr dar

36

2014/C 271/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku – (EUSAIR)

40

2014/C 271/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-governanza f’diversi livelli fil-promozzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità 2020 tal-UE u l-implimentazzjoni tal-objettivi internazzjonali ta’ Aichi

45

2014/C 271/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE

53

2014/C 271/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni L-abbozz ta’ baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2015

58

2014/C 271/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Qafas ta’ Hyogo għal Azzjoni wara l-2015: l-Immaniġġar ta’ riskji biex tinkiseb reżiljenza

61

2014/C 271/13

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Ir-riżorsi ġenetiċi agrikoli: mill-konservazzjoni sal-użu sostenibbli

66

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-107 Sessjoni Plenarja tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2014

2014/C 271/14

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-mobilità tal-forza tax-xogħol u t-tisħiħ tal-EURES

70

2014/C 271/15

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Ir-riformi strutturali tal-banek tal-UE u t-trasparenza fl-ibbankjar parallel

87

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-107 Sessjoni Plenarja tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2014

19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

L-20 anniversarju tal-Kumitat tar-Reġjuni

Nagħtu setgħa akbar lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Unjoni Ewropea

2014/C 271/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jagħtuh prerogattivi u responsabbiltajiet ġodda fis-sistema politika Ewropea;

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-missjoni tiegħu fejn huwa definit bħala assemblea politika tar-rappreżentanti reġjonali u lokali, b’funzjoni doppja ta’ rappreżentazzjoni territorjali u demokratika fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni;

wara li kkunsidra l-Protokoll iffirmat fil-5 ta’ Frar 2014 mal-Parlament Ewropew li jifformalizza l-impenn komuni għat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-Unjoni;

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-arranġamenti ta’ koperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni ffirmat fis-16 ta’ Frar 2012, li jsaħħaħ l-involviment tiegħu fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-ipprogrammar leġislattiv;

isostni r-rwol uniku li kellu għal dawn l-aħħar għoxrin sena għas-servizz tal-Unjoni Ewropea u għall-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u għad-difiża tal-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

jenfasizza l-impatt dejjem jikber tiegħu fuq l-iżvilupp tal-leġislazzjoni Ewropea permezz tar-rwol konsultattiv kif ukoll ir-rwol politiku li huwa jaqdi fil-proċess leġislattiv tal-UE, il-mandat ewlieni tiegħu huwa li jiżgura li l-għarfien tal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-UE jkun inkluż fil-proċess leġislattiv;

iddeċieda li jgħaqqad iċ-ċelebrazzjonijiet tal-għoxrin anniversarju tiegħu ma’ ħarsa ‘l quddiem lejn ir-rwol politiku u istituzzjonali tiegħu fil-governanza tal-Unjoni Ewropea u li għaldaqstant jaqsam il-viżjoni tiegħu tal-futur tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea;

jipproponi, għal dan il-għan, pjan direzzjonali b’għanijiet strateġiċi għat-tnedija mill-ġdid tad-dinamika tal-Unjoni Ewropea;

1.

It-tisħiħ tal-fiduċja u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tal-Unjoni Ewropea

1.1.

jinnota, fid-dawl tar-riżultat tal-elezzjonijiet Ewropej reċenti, il-bżonn li tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea sabiex l-azzjoni tal-Unjoni tkun eqreb tat-tħassib tagħhom u ġġib valur miżjud;

1.2.

jenfasizza r-rwol strateġiku tiegħu bħala rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex il-proġett Ewropew – anke bħala “Ewropa tar-reġjuni” – jirnexxi; jenfasizza li huwa mezz għat-trażmissjoni indispensabbli għall-espressjoni tal-interessi u jirrapreżenta l-livell ta’ governanza l-iktar viċin taċ-ċittadini, għaldaqstant jista’ jirrifletti l-interessi tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ proġetti Ewropej fil-livell tal-istituzzjonijiet Ewropej;

1.3.

b’kunsiderazzjoni tas-setgħat stabbiliti legalment fil-livell Ewropew u nazzjonali, iqis li hija r-responsabilità kollettiva tal-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jtejbu l-idoneità regolatorja tal-Unjoni Ewropea billi jistabbilixxu proċeduri aktar trasparenti, inaqqsu l-piżijiet amminstrattivi u jistabbilixxu mekkaniżmi li permezz tagħhom ikun jista’ jiġi analizzat l-impatt tal-azzjonijiet tagħha fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini;

1.4.

jenfasizza, fuq il-bażi tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-fiduċja li ċ-ċittadini Ewropej għandhom fir-rappreżentanti lokali u reġjonali tagħhom u l-aspettattivi tagħhom fir-rigward ta’ involviment akbar fil-governanza Ewropea. Huwa għalhekk essenzjali li jissaħħaħ l-istatus tiegħu bħala assemblea politika billi jivvalorizza l-eżerċizzju tal-mandati Ewropej, lokali u reġjonali tal-membri tiegħu fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali;

1.5.

ser joħroġ iktar fid-dieher il-leġittimità demokratika u l-identità politika tiegħu bħala istituzzjoni Ewropea billi huwa l-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali u beħsiebu jżid il-viżibbiltà u l-impatt politiku tal-opinjonijiet u l-pożizzjonijiet tiegħu; jimpenja ruħu li jżid l-attivitajiet tiegħu flimkien mal-partiti politiċi u mal-gruppi ta’ partiti politiċi fil-livelli kollha;

1.6.

se jisfrutta wkoll bis-sħiħ l-ispeċifiċità territorjali tiegħu sabiex tissaħħaħ l-influwenza tiegħu fit-teħid tad-deċiżjonijiet u jgħaqqad flimkien il-kontributi tad-delegazzjonijiet nazzjonali tiegħu u n-netwerks ta’ esperti territorjali fil-kisba tal-missjoni tiegħu;

1.7.

jappella lill-Istati Membri biex, meta jaħtru l-membri tiegħu, jiżguraw rappreżentanza politika li tirrifletti r-riżultati tal-elezzjonijiet lokali u reġjonali u li jiġu infurzati l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs u jenfasizza l-ħtieġa li jitħaffu l-proċeduri tan-nomina;

1.8.

għandu l-għan li jippromovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha ta’ attività tiegħu biex jiżgura l-leġittimità demokratika tal-Unjoni;

1.9.

jinsisti li l-Unjoni Ewropea teħtieġ sistema ta’ governanza f’diversi livelli ġenwina li permezz tagħha tiġi garantita kooperazzjoni effettiva bejn il-bliet, ir-reġjuni u l-Istati Membri; jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tindirizza l-oqsma fejn hija meħtieġa azzjoni, waqt li tastjeni minn regoli ġodda f’oqsma fejn l-iktar livell xieraq huwa dak lokali, reġjonali jew nazzjonali;

Il-Kumitat tar-Reġjuni jgħin biex iwassal Ewropa konkreta

1.10.

beħsiebu jappoġġja bis-sħiħ lill-membri tiegħu fil-qadi tagħhom tar-rwol ta’ “ambaxxaturi” tal-Ewropa fir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet u viċi versa u fit-tisħiħ tar-rabtiet tagħhom maċ-ċittadini tal-UE;

1.11.

iqis għalhekk essenzjali li jistabbilixxi, fi ħdan l-uffiċċji ta’ informazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-uffiċċji tar-rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istati Membri, mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-attivitajiet tal-membri tal-KtR, li jinkoraġġixxi l-interazzjoni tagħhom mal-membri parlamentari fil-kostitwenzi tagħhom; huwa lest li jappoġġja kampanji ta’ komunikazzjoni deċentralizzati dwar il-prijoritajiet ta’ azzjoni tal-Unjoni u l-impatt tal-leġislazzjoni Ewropea fil-livell lokali u reġjonali filwaqt li jqis il-lingwi uffiċjali ta’ kull reġjun;

1.12.

se jappoġġja aktar il-membri tiegħu fi ħdan il-komunitajiet territorjali tagħhom, b’mod partikolari bl-organizzazzjoni ta’ dibattiti maċ-ċittadini, u fl-okkażjoni ta’ sessjonijiet speċjali mill-kunsilli lokali u reġjonali ddedikati għal temi topiċi Ewropej u, fejn xieraq, il-proposti għal Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej;

1.13.

jenfasizza l-attivitajiet politiċi tiegħu li jikkostitwixxu pjattaforma għad-djalogu dwar id-dimensjoni territorjali tal-Unjoni Ewropea inklużi s-Summits tar-reġjuni u l-bliet li jipprovdu opportunità biex jiġu diskussi l-ġejjieni tal-Ewropa u l-iżvilupp tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’perspettiva itwal ta’ żmien;

1.14.

se jsaħħaħ l-istrateġija ta’ komunikazzjoni interistituzzjonali tiegħu u jitlob għal riformulazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u jirrakkomanda mod ġdid ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku permezz ta’ lingwaġġ ċar u li jinftiehem; jenfasizza r-rwol ewlieni tax-xandir lokali u reġjonali u netwerks soċjali sabiex jiffukaw mill-ġdid il-perċezzjoni tal-politiki u l-kisbiet tal-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni tagħhom;

2.

Isegwi l-integrazzjoni Ewropea fuq il-bażi ta’ metodu komunitarju rinnovat li jikkunsidra bis-sħiħ ir-responsabbiltàjiet konġunti tal-livelli differenti ta’ governanza

Il-Kumitat tar-Reġjuni jħeġġeġ mod ta’ ħidma ġdid għall-Unjoni Ewropea

2.1.

jikkunsidra l-governanza f’diversi livelli bħala prinċipju ewlieni li fuqu għandu jistrieħ metodu komunitarju rinnovat għas-segwitu tal-integrazzjoni Ewropea;

2.2.

se jieħu sjieda tal-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli permezz tal-adeżjoni għall-Karta għall-governanza f’diversi livelli fl-Ewropa li adotta f’April 2014;

2.3.

jilqa’ b’mod partikolari l-estensjoni tal-potenzjal tal-kodiċi tal-kondotta dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ sħubija, diġà akkwistat għal-leġislazzjoni dwar il-politika ta’ koeżjoni, għal oqsma ta’ azzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jħares il-prerogattivi u l-kompetenzi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali

2.4.

jikkundanna l-impatt dirett tal-kriżi fuq l-awtonomija u s-setgħa ta’ azzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; għalhekk se juża r-rapport nazzjonali tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa biex isegwi l-evoluzzjoni tal-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u reġjonalizzazzjoni;

2.5.

għandu jiżgura l-ħarsien tal-prerogattivi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fil-livell Ewropew; iqis għalhekk essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom ir-riżorsi finanzjarji disponibbli li jikkorrespondu għad-deċentralizzazzjoni fiskali;

2.6.

jappoġġja l-kunsiderazzjoni aħjar tad-dimensjoni lokali u reġjonali tal-istrateġija għat-tkabbir tal-Unjoni, tal-politika tal-viċinat u tal-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea;

Il-Kumitat tal-Reġjuni jippromwovi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u tal-governanza f’diversi livelli

2.7.

itenni l-importanza tas-sussidjarjetà bħala prinċipju demokratiku fundamentali u mezz essenzjali għat-titjib tal-kwalità tar-regolamentazzjoni tal-UE u l-valur miżjud tal-UE kif ukoll għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi; jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ ir-rwol mogħti lill-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità; jiġbed l-attenzjoni għall-ħidma tiegħu, permezz tal-istrateġija ta’ monitoraġġ u l-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tiegħu, biex jiżgura li dawn il-prinċipji jiġu rispettati;

2.8.

jenfasizza r-rabta ta’ dan mal-prinċipji tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli;

2.9.

se jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu fid-dibattitu dwar ir-reviżjoni tal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea; dan għandu jwassal biex jiżdied il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE, u m’għandux ikun biss konfrontazzjoni bejn “aktar” jew “inqas” Ewropa;

2.10.

isaħħaħ l-impatt tal-opinjonijiet tiegħu permezz tal-attivazzjoni tal-mekkanimu ta’ konsultazzjoni mill-bażi territorjali tiegħu u l-koordinazzjoni, fost oħrajn, mar-reġjuni li għandhom setgħat leġislattivi u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

2.11.

se jżid l-involviment tiegħu matul iċ-ċiklu leġislattiv biex ikun jista’, jekk meħtieġ, jattiva d-dritt tiegħu ta’ rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

2.12.

se jistabbilixxi għaldaqstant, kooperazzjoni iktar strutturata mal-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali u jekk ikun adatt, it-tieni awla li tirrappreżenta d-dimensjoni territorjali fil-livell nazzjonali, iżda wkoll mal-parlamenti reġjonali u se jappoġġja l-proċedura ta’ twissija bikrija minn awtoritajiet reġjonali;

Il-Kumitat tar-Reġjuni jikkontribwixxi għall-analiżi tal-impatt territorjali tal-leġislazzjoni Ewropea

2.13.

jilqa’ l-progress li jippermetti l-involviment tiegħu mill-bidu fl-abbozzar tal-leġislazzjoni; għalhekk se jagħti attenzjoni partikolari għall-analiżi tal-impatt territorjali u l-iżvilupp ta’ indikaturi territorjali; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni istituzzjonali għal “regolamentazzjoni aħjar”;

2.14.

se jaħdem biex iżid il-kapaċità ta’ għarfien tiegħu biex jappoġġja l-funzjoni konsultattiva tiegħu billi jinvolvi l-għarfien mill-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali Ewropej fil-proċessi konsultattivi tiegħu relatati mal-opinjonijiet tiegħu, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali tiegħu u r-rispett tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

2.15.

jitlob l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) sabiex titjieb il-kwalità tal-leġislazzjoni u jkun żgurat li din tiġi aċċettata aħjar miċ-ċittadini;

3.

Insaħħu r-rappreżentanza istituzzjonali tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijet

3.1.

jafferma l-leġittimità, il-karattru uniku u l-komplementarjetà tiegħu fl-arkitettura istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea u għandu l-intenzjoni li jiddefendi l-indipendenza politika u l-awtonomija funzjonali tiegħu sabiex jasserixxi r-rwol tiegħu ta’ istituzzjoni politika biex jirfed il-funzjoni konsultattiva tiegħu billi jsegwi l-opinjonijiet tiegħu b’mod aktar effettiv u jsaħħaħ il-kooperazzjoni kif ukoll il-kuntatti mal-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill;

3.2.

se jikkonċentra fuq il-mandat ewlieni tiegħu; l-iffukar tal-attenzjoni u r-riżorsi tiegħu fuq il-proċess leġislattiv tal-UE se jsaħħaħ ir-rwol politiku tal-KtR bħala korp konsultattiv u jiġġustifika kwalunkwe prerogattiva addizzjonali li l-KtR jista’ jitlob fil-futur;

3.3.

jikkunsidra l-istrateġija tiegħu pass pass, fuq medda qasira ta’ żmien billi jisfrutta l-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona u fit-tul bħala parti minn tfassil mill-ġdid tat-Trattati;

Bħala korp li jikkontribwixxi għat-tiswir tal-politika msaħħaħ bit-Trattat ta’ Lisbona

3.4.

jtlob li, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, il-konsultazzjoni tiegħu timpenja lill-istituzzjonijiet li jikkonsultawh biex jirrispettaw il-kompetenzi istituzzjonali tiegħu u ma jeżentahomx mill-obbligu tagħhom li jindikaw ir-raġunijiet għaliex ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tiegħu jkunu ġew jew ma ġewx segwiti;

3.5.

jilqa’ l-konsultazzjoni dejjem tikber tal-Parlament Ewropew u jistenna, mill-impatt pożittiv tal-politika ta’ kooperazzjoni stabbilita permezz tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, sistema ta’ reċiproċità fil-parteċipazzjoni tar-relaturi fl-attivitajiet tal-kumitati rispettivi;

3.6.

jenfasizza fir-rigward tal-leġislatur Ewropew, il-ħtieġa ta’ tisħiħ kwalitattiv u kwantitattiv tal-kooperazzjoni tiegħu mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill; għandu l-ħsieb li jżid l-impatt tiegħu fuq il-proposti leġislattivi billi jsaħħaħ l-involviment tar-relaturi tiegħu matul il-proċess leġislattiv kollu, sabiex jingħata appoġġ għall-monitoraġġ tal-proposti tiegħu fit-testi leġislattivi li ħareġ opinjoni dwarhom;

3.7.

jafferma status ta’ osservatur fin-negozjati fit-trijalogi fl-oqsma ta’ konsultazzjoni obbligatorja tiegħu;

3.8.

jirrakkomanda l-organizzazzjoni ta’ laqgħat interparlamentari fejn il-membri tiegħu, il-membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti reġjonali jkunu jistgħu jiddiskutu kwistjonijiet topiċi u l-impatt tal-leġislazzjoni Ewropea;

3.9.

għandu l-intenzjoni li jipparteċipa aktar mill-qrib fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-punti tal-programmi tal-presidenzi li huma rilevanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u se jinteraġġixxi aħjar mal-Kunsill kollu kemm hu u b’mod partikolari mal-Ministri Reġjonali fil-Kunsill;

3.10.

jitlob l-involviment tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fejn xieraq dawk b’setgħa leġislattiva, fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill u tal-Kummissjoni meta l-politiki kkonċernati jkunu ta’ interess territorjali kbir;

3.11.

jilqa’ r-rapporti stabbiliti mal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, li għandhom ikunu strutturati sabiex jinżamm il-valur miżjud tal-konsultazzjoni territorjali, partikolarment fil-kuntest tat-tħejjija tal-Kunsill Ewropew;

3.12.

huwa sodisfatt b’mod partikulari bl-iżvilupp tal-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea, partikolarment fil-fażi ta’ konsultazzjoni preleġislattiva, iżda jtenni t-talba tiegħu, biex fit-tħejjija ta’ kwistjonijiet topiċi, tinbeda prattika sistematika ta’ mistoqsijiet orali u bil-miktub lill-eżekuttiv Ewropew dwar ir-rakkomandazzjonijiet politiċi tiegħu;

3.13.

jenfasizza l-ħtieġa li l-KtR ikun involut kemm jista’ jkun kmieni fl-ipprogrammar annwali u pluriennali tal-Unjoni Ewropea, sabiex huwa jkun jista’ jikkontribwixxi għad-definizzjoni tal-għażliet strateġiċi u politiċi għall-Ewropa; barra minn hekk jitlob li jiġi involut mill-bidu fil-proċess biex jinħatar Kummissarju għall-Politika Reġjonali, mill-mandat li jmiss (2014-2019);

3.14.

jappella għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-mekkaniżmi ta’ governanza ekonomika u jaċċetta minn naħa li l-KtR jipparteċipa fid-djalogu ekonomiku bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew u min-naħa l-oħra li tkun żgurata l-parteċipazzjoni tal-membri tiegħu fil-ġimgħa parlamentari tal-Parlament Ewropew mal-Membri Parlamentari Ewropej u nazzjonali;

3.15.

jitlob għall-integrazzjoni tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG) fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, l-introduzzjoni ta’ klawsola orizzontali li permezz tagħha jkun jista’ jiġi kkonsultat f’oqsma ta’ kompetenza kondiviża għall-miżuri ta’ koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u tal-impjieg, u fl-oqsma ta’ azzjoni ta’ appoġġ, ta’ koordinazzjoni u komplementarji;

3.16.

itenni t-talbiet tiegħu fil-każ ta’ reviżjoni tat-Trattati li tindirizza l-istrutturi istituzzjonali tal-UE:

li jingħata formalment status ta’ istituzzjoni;

li jingħata d-dritt li jattiva l-proċedura ta’ kunsens għal proposti leġislattivi dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

3.17.

jipproponi li tiżdied il-kelma “Ewropew” mal-isem attwali tiegħu, sabiex it-titlu komplet isir “il-Kumitat tar-Reġjuni Ewropew”;

3.18.

jinsisti li l-Konvenzjoni li se tiġi msejħa biex tirrevedi t-Trattati għandha tinkludi rappreżentanti tal-Kumitat tar-Reġjuni, sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ leġittimità demokratika;

3.19.

jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, 25 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/6


Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

Proposti tal-Kumitat tar-reġjuni għall-mandat leġislattiv il-ġdid tal-Unjoni ewropea

2014/C 271/02

Wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u qabel it-term il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI (KtR) qed iressaq aspettattivi u proposti għall-mandat leġislattiv il-ġdid tal-Unjoni Ewropea:

1.

Il-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa huma msieħba ewlenin għat-tisħiħ tal-fiduċja fl-Unjoni Ewropea

1.1.

iqis li l-għanijiet ewlenin tal-mandat leġislattiv il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu li jinħolqu iktar impjiegi u impjiegi aħjar, li jiġi ġġenerat tkabbir sostenibbli u bbilanċjat bejn it-territorji u li jiġu promossi l-valuri komuni tagħna sabiex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew;

1.2.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex biss sors ta’ leġittimità demokratika għall-UE iżda wkoll lieva sabiex tingħata spinta ‘l quddiem u jiġu komunikati fil-prattika l-għanijiet tal-Unjoni; ifakkar li l-governanza f’diversi livelli tiżgura li l-livelli kollha ta’ governanza jikkooperaw fl-eżerċitar tas-setgħat u li s-sussidjarjetà u l-governanza f’diversi livelli jimxu id f’id ma’ awtogovernanza lokali u reġjonali b’saħħitha;

1.3.

ifakkar li filwaqt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej huma responsabbli biex irendu żewġ terzi ta’ investiment dirett pubbliku fl-UE, dawn intlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, li wasslet għal tnaqqis sinifikanti ta’ nfiq pubbliku ta’ aktar minn 20 % f’dawn l-aħħar tliet snin kif ukoll żieda fid-diverġenza territorjali. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta’ spiss jiffaċċjaw ħtiġijiet finanzjarji dejjem ikbar biex jittrattaw il-qgħad għoli u l-esklużjoni soċjali.

2.

Investiment fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni tal-Ewropa għal aktar impjiegi, tkabbir u sostenibbiltà

2.1.

jipproponi li tittieħed l-opportunità tal-eżami/reviżjoni ta’ nofs it-term tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 prevista għal tmiem l-2016 biex jiżdiedu biex tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ bidliet fil-limiti tal-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti fil-baġit kumplessiv tal-QFP attwali fid-dawl tal-impenji pendenti li qed jakkumulaw (RAL) u d-diffikultajiet dejjem ikbar li qed tiffaċċja l-UE biex tissodisfa l-obbligi legali tagħha u biex ikun żgurat li l-baġit jaqbel mal-prijoritajiet strateġiċi li qed jevolvu tal-Unjoni;

2.2.

jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri sabiex tgħin iż-żieda tal-kapaċità ta’ assorbiment fil-livell ta’ Stat Membru u biex tikkunsidra mill-ġdid l-analiżi tagħha dwar l-esklużjoni tal-kofinanzjament nazzjonali u reġjonali tal-investimenti appoġġjati mill-UE mill-kalkoli tad-defiċit tal-baġit, u biex tikkunsidra appoġġ aktar ambizzjuż għal investiment pubbliku tal-UE fuq medda medja ta’ żmien;

2.3.

jitlob għal estensjoni ta’ żmien u ambitu tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti wara l-valutazzjoni indipendenti u kompleta prevista għall-2015 u fuq il-bażi tar-riżultati miksuba minnha;

2.4.

jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-infiq pubbliku li għandha fost oħrajn issarraf il-prinċipji tal-OECD dwar l-investiment pubbliku effettiv fit-tfassil futur tal-politiki tal-UE;

2.5.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tippreżenta Green Paper dwar it-tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-baġits tal-UE, dawk nazzjonali u dawk sottonazzjonali sabiex tiżgura l-aqwa użu tal-baġit tal-UE;

2.6.

jitlob lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex iżidu l-appoġġ prattiku għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tisħiħ tal-għarfien tagħhom b’rabta mal-istrumenti finanzjarji innovattivi.

3.

Insaħħu l-attenzjoni lit-territorji fil-politiki tal-UE u negħlbu l-qasma territorjali tal-UE

3.1.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri biex iżidu dimensjoni territorjali fl-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi fil-kuntest tar-reviżjoni ppjanata tagħha;

3.2.

jitlob għal azzjoni u strateġija madwar l-Unjoni Ewropea kollha għall-preservazzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-kultura, tal-wirt u tal-lingwi fl-Ewropa; jemmen bis-sħiħ li għandha tingħata aktar attenzjoni fil-livell ta’ politika lill-potenzjal li għandhom il-kultura u l-wirt biex joħolqu tkabbir u impjiegi sostenibbli;

3.3.

jitlob ukoll sabiex jiġi żgurat involviment aktar mill-qrib tal-livell sottonazzjonali fil-koordinazzjoni l-ġdida tal-politika ekonomika u finanzjarja bħala parti mis-Semestru Ewropew;

3.4.

jistaqsi lill-Kummissjoni biex tevalwa r-riżultati tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-ipprogrammar mill-ġdid possibbli tal-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operattivi, kif mitluba mir-Regolamenti tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment u l-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija; kif ukoll tressaq rakkomandazzjonijiet adatti fil-każ li l-Istati Membri jonqsu milli jirrispettaw dawn id-dispożizzjonijiet;

3.5.

jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex iqisu aħjar id-dimensjoni territorjali fi kwalunkwe proposta oħra dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-effetti konsegwenzjali lokali u reġjonali l-impatt possibbli tagħhom fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u fuq il-koeżjoni territorjali, b’mod partikolari minħabba l-Istrument ta’ Konverġenza u Kompetittività u riformi ekonomiċi u fiskali maġġuri oħra fl-UE;

3.6.

jitlob li l-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali ssir obbligatorja fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni;

3.7.

jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta White Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali sabiex issaħħaħ il-kunċett ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali biex b’hekk tindirizza l-inugwaljanzi territorjali li dejjem qed jiżdiedu fl-UE u tniedi mill-ġdid id-dibattitu dwar il-kejl tal-kwalità tal-ħajja “lil hinn mill-PDG”. Għad hemm differenzi ekonomiċi u soċjali kbar bejn ir-reġjuni, għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi promossal-politika ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali b’attenzjoni partikolari għar-reġjuni inqas żviluppati;

3.8.

jitlob lill-Kummissjoni biex tippromovi żvilupp sostenibbli urban u dak urban/rurali permezz ta’ White Paper dwar l-iżvilupp urban integrat;

3.9.

jenfasizza l-ħtieġa għal viżjoni territorjali għall-Unjoni Ewropea u għaldaqstant jitlob sabiex tiġi aġġornata l-Iskema għall-Iżvilupp tal-Ispazju Ewropew;

3.10.

jissuġġerixxi li titqiegħed enfasi fuq l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet transkonfinali, netwerking interreġjonalistrateġiji makroreġjonali billi jiġi estiż ukoll l-użu tar-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali bħala strument għal politiki oħra tal-UE;

3.11.

jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tikkompleta u testendi n-netwerk essenzjali tat-TEN-T u l-kurituri tan-netwerks essenzjali u li tinkludi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-pjani ta’ ħidma tal-kurituri u ssaħħaħ l-involviment tagħhom fil-pjattaformi tal-kurituri.

4.

Nippreparaw lill-Unjoni Ewropea għal sfidi ta’ politika ġodda

Aktar appoġġ għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kultura

4.1.

jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar il-koordinazzjoni Ewropea tal-modernizzazzjoni tal-professjoni tal-għalliema;

4.2.

jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas ta’ kwalità għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u qafas tal-UE għar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi, miksuba minn tagħlim mhux formali u informali;

4.3.

jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti konkreti dwar kif għandu jiżdied il-litteriżmu diġitali miċ-ċittadini ta’ kull età;

4.4.

jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-politiki futuri tagħha fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni; jitlob partikolarment għall-inklużjoni tad-dimensjoni lokali u reġjonali fil-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali, u fl-iżvilupp ta’ politika komprensiva dwar il-migrazzjoni fit-tfassil tal-attivitajiet tagħha;

4.5.

jenfasizza l-importanza tal-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala mekkaniżmu biex jiġu miġġielda r-rati ta’ qgħad għolja fost iż-żgħażagħ u biex jipprovdu opportunitajiet għaż-żgħażagħ Ewropej. Għaldaqstant, il-Kumitat jappella għal żieda fil-fondi ta’ dan il-programm u għal iktar appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti;

4.6.

jissuġġerixxi integrazzjoni aħjar tal-kultura u l-kreattività fl-Istrateġija riveduta tal-Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin futuri tagħha;

Momentum ġdid għall-integrazzjoni fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa

4.7.

jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem mill-qrib mal-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-isforzi tagħhom biex jintegraw il-migranti, element importanti biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi tal-UE;

4.8.

jitlob ir-rikonoxximent tal-bidla demografika bħala prijorità fit-tfassil ta’ leġislazzjoni relatata tal-UE u fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ fondi kollha tal-UE għall-perjodu 2014-2020;

4.9.

itenni t-talba tiegħu għal strateġija Ewropea għall-persuni mingħajr dar;

4.10.

jitlob lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha sabiex tikkoordina u timmoniterja effettivament il-politiki ta’ integrazzjoni tar-Rom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jissuġġerixxi kooperazzjoni msaħħa mal-“Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għall-Inklużjoni tar-Rom” tal-Kunsill tal-Ewropa;

Insaħħu l-kompetittività u l-innovazzjoni fil-livell lokali u reġjonali

4.11.

jitlob għall-iżvilupp ta’ inizjattiva reġjonali tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) sabiex jitnaqqas b’mod speċifiku l-piż amministrattiv, partikolarment għall-Intrapriżi Żgħar u Medji; jitlob għat-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-eżami tas-Small Business Act;

4.12.

jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-rwol tal-istrateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni fl-Ewropa biex jindirizzaw id-distakk tal-innovazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE; jitlob għal Pjan ta’ Azzjoni għall-“Iskala ta’ Eċċellenza” li jipprovdi passi prattiċi u monitoraġġ permanenti għall-konnessjoni tal-programmi ta’ riċerka Ewropej (Orizzont 2020) mal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment;

4.13.

jitlob li tittieħed azzjoni sabiex jitlesta s-suq uniku billi jitnaqqsu l-piżijiet fuq l-eżerċizzju ta’ professjonijiet liberi u regolati fl-Istati Membri, u jistenna wkoll li l-Kummissjoni Ewropea tagħti bidu għall-proposti leġislattivi mħabbra fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 tul l-ewwel nofs tal-mandat leġislattiv il-ġdid sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni u l-ħolqien tal-impjieg fil-livell lokali u reġjonali;

4.14.

jitlob għal Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar l-Innovazzjoni tas-Settur Pubbliku b’fokus speċifiku fuq l-amministrazzjoni lokali u reġjonali;

4.15.

jissuġġerixxi r-reviżjoni tal-White Paper tal-2011 “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport” li għandha tinkludi dibattitu dwar il-politika tat-trasport futura tal-Unjoni lil hinn mill-2020;

Nikkunsidraw mill-ġdid l-istrateġija Ewropea tal-Enerġija bbażata fuq soluzzjonijiet lokali u reġjonali għat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli

4.16.

jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari lir-rwol tal-gvernijiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta’ politika tal-enerġija Ewropea integrata; soluzzjonijiet tal-enerġija deċentralizzati huma meħtieġa biex innaqqsu d-dipendenza tagħna fuq il-fjuwils fossili u għaldaqstant jeħtieġ li l-UE tiżgura kundizzjonijiet ugwali għal produtturi tal-enerġija iżgħar;

4.17.

jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni kontra l-faqar enerġetiku li jgħaqqad miżuri fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali/lokali;

4.18.

jitlob lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE biex iqisu b’mod espliċitu r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta’ miri vinkolanti ambizzjużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, is-sehem tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użi tal-enerġija u biex f’dan il-qasam jkomplu jiżviluppaw il-prinċipju tas-sħubija analogu mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE; jappella wkoll lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jestendu l-ambitu tal-Patt tas-Sindki bħala l-istrument Ewropew għall-integrazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika tal-UE dwar it-tibdil tal-klima u biex jipprovdulu r-riżorsi adatti lil hinn mill-2020;

4.19.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex issegwi r-reviżjoni u l-iżvilupp ta’ politiki fl-oqsma tal-arja, l-ilma u l-istorbju bħala approċċ orjentat lejn is-sors, jiġifieri biex l-iżvilupp tal-problemi jiġi miġġieled fis-sors u billi jitqiesu l-esperjenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li sikwit jiffaċċjaw il-kompitu tal-implimentazzjoni tal-politiki adatti mingħajr ma jkollhom influwenza diretta fuq is-sorsi tal-problemi;

Momentum ġdid għall-iżvilupp rurali u l-politika agrikola

4.20.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi strateġija għall-iżvilupp rurali sostenibbli adegwata bbażata fuq approċċ territorjali integrat;

4.21.

jitlob biex il-miżuri ta’ salvagwardja pprovduti taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK) riformata jiġu supplementati minn miżuri oħra aktar immirati biex jindirizzaw il-volatilità tas-suq;

4.22.

jitlob għal valutazzjoni tal-impatt sabiex jiġu studjati l-konsegwenzi tal-ftehimiet kummerċjali li attwalment qed jiġu negozjati għas-settur agrikolu;

Inkomplu l-politika ta’ tkabbir tal-UE, insaħħu s-sħubija mal-ġirien tal-UE u nagħmlu użu aħjar tal-lieva tal-kooperazzjoni deċentralizzata

4.23.

jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġja u ssaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-pajjiżi ta’ tkabbir fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u biex tagħti attenzjoni speċifika għall-qagħda tad-deċentralizzazzjoni fir-rapporti ta’ progress annwali;

4.24.

jenfasizza li l-UE għandha taġixxi b’mod deċiżiv fl-appoġġ tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant billi tipprovdi appoġġ għat-tisħiħ tal-proċessi tad-demokrazija u d-deċentralizzazzjoni lokali u reġjonali u tħeġġeġ l-użu tal-programmi għall-kooperazzjoni bejn is-Sħubija tal-Lvant u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE;

4.25.

jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat bħala għodda biex tiżdied il-koeżjoni territorjali fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran kif ukoll il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali tagħhom;

4.26.

jitlob lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, biex tespandi l-Programm tal-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali għall-pajjiżi ġirien fin-Nofsinhar; jitlob għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ migrazzjoni sostenibbli fir-reġjun tal-Mediterran bl-involviment tal-partijiet interessati kollha, b’mod speċjali l-gvernijiet nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

4.27.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-iżvilupp ta’ “Sħubijiet ta’ Integrazzjoni” ma’ pajjiżi terzi u f’inizjattivi oħra ta’ prevenzjoni relatati mal-promozzjoni tal-migrazzjoni ċirkolari;

4.28.

jistenna li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-implimentazzjoni ta’ approċċ territorjali għall-iżvilupp, inkluża r-rikkezza ta’ esperjenza tagħhom fil-kooperazzjoni deċentralizzata għall-iżvilupp; jitlob sabiex jiġu appoġġjati l-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għas-Sena Ewropea tal-Iżvilupp 2015 u l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali/reġjonali;

4.29.

jissuġġerrixxi li jissoktaw in-negozjati dwar Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP) mal-Istati Uniti bil-kundizzjoni li jiġu rispettati t-trasparenza u l-parteċipazzjoni demokratika u li jiġu salvagwardjati l-istandards soċjali u ambjentali; jitlob li l-KtR jingħata status ta’ parti interessata f’dan il-proċess;

Nikkollegaw mill-ġdid maċ-ċittadini

4.30.

jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal emenda għall-Att dwar l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew sabiex jissaħħaħ ir-rikonoxximent tal-funzjoni demokratika tal-Parlament Ewropew, pereżempju permezz tal-istabbiliment ta’ limitu komuni madwar l-UE kollha għar-rappreżentanza fil-Parlament Ewropew, u biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot billi jiġi propost reġistru Ewropew tal-votanti;

4.31.

jissuġġerixxi reviżjoni tal-istrateġija “Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija” sabiex jiġi appoġġjat ir-rwol li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini dwar l-Unjoni u l-politiki tagħha; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkoopera aktar mill-qrib mal-KtR fl-implimentazzjoni ta’ politika ta’ komunikazzjoni deċentralizzata ġenwina fil-livell reġjonali u lokali, b’mod speċjali permezz tar-Rappreżentanzi tagħha fl-Istati Membri;

5.

Sħubija msaħħa mal-istituzzjonijiet Ewropej

5.1.

jitlob li jkun involut fin-negozjati li ġejjin għal Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet;

5.2.

jissuġġerixxi kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea fil-fażi preleġislattiva fuq il-bażi tal-ftehim ta’ kooperazzjoni sabiex jiġu definiti inizjattivi strateġiċi fuq medda itwal ta’ żmien u jiġu promossi soluzzjonijiet ta’ governanza f’diversi livelli fil-politiki tal-UE;

5.3.

jistieden lill-Parlament Ewropew, fuq il-bażi tal-ftehim ta’ kooperazzjoni tal-2014 mal-KtR, sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni tul il-proċess leġislattiv kif ukoll waqt is-Semestru Ewropew u fil-valutazzjoni tal-impatt territorjali tal-leġislazzjoni tal-UE;

5.4.

jitlob għal trattament ugwali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-bidliet fl-obbligu li jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza previst mill-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza;

5.5.

jissuġġerixxi li l-Kunsill ikompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni mal-KtR f’dawk l-oqsma ta’ tħassib ewlieni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Brussell, 26 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel LEBRUN


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-107 Sessjoni Plenarja tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2014

19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/11


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni - Lejn approċċ komprensiv għall-bliet fl-Unjoni Ewropea

2014/C 271/03

Relatur

:

Is-Sur Verkerk (NL/ALDE), Sindku ta’ Delft

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Introduzzjoni

1.

Il-bliet huma muturi ekonomiċi importanti tal-Unjoni, u huma qabel kollox postijiet fejn jiżviluppaw l-individwu u l-komunità u joffru ħafna possibbiltajiet għal miżuri ambjentali effiċjenti. L-impenn tal-bliet u r-reġjuni urbani huwa sinifikanti ħafna għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tal-UE (1).

2.

Il-pożizzjoni importanti tal-bliet fis-soċjetà Ewropea xprunat l-inizjattivi tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea bil-għan li tiġi stabbilita aġenda urbana għall-UE. Anke n-Nazzjonijiet Uniti (NU) għarfet l-importanza tal-bliet. Bħalissa n-NU qed tħejji l-Aġenda Urbana Ġdida li għandha tiġi stabbilita fl-2016 matul il-Konferenza li jmiss dwar il-Ħabitat III. L-aġenda urbana tal-UE tista’ tagħmel kontribut hawnhekk.

3.

Fit-Trattat tal-UE hemm diversi emendi li jagħtu lill-UE bażi legali biex tiġi appoġġjata l-politika urbana li titwettaq fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll ir-responsabbiltajiet primarji tal-Istati Membri, bħar-referenza għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (Artikolu 3), ir-referenza għall-awtonomija lokali (Artikolu 4) u d-dimensjoni lokali tal-prinċipju tas-sussidjarjetà (Artikolu 5). Madankollu, bħalissa, fil-livell tal-UE, m’hemm l-ebda aġenda urbana komprensiva mmirata lejn il-futur minkejja l-appell li l-Parlament Ewropew għamel fl-2011 għal aġenda urbana Ewropea (2), il-proċess intergovernattiv fil-qafas tal-Karta ta’ Leipzig u d-Dikjarazzjoni ta’ Toledo. Minħabba n-nuqqas ta’ aġenda urbana ġenerali, fil-livell tal-UE hemm wisq ftit koerenza bejn id-diversi inizjattivi ta’ politika u programmi ta’ sussidji u mhux kull inizjattiva ta’ politika fil-livell tal-UE jkollha r-riżultati konkreti mixtieqa.

4.

Apparti minn hekk, il-passat jindika li m’hemm l-ebda garanzija li d-dimensjoni urbana ser tibqa’ tingħata attenzjoni fl-aġenda Ewropea (3). Fl-1997, il-Kummissjoni kienet diġà ħarġet Komunikazzjoni dwar aġenda urbana għall-UE (4). Minkejja bosta dikjarazzjonijiet u attivitajiet madankollu, żewġ decenji wara, din l-aġenda għadha ma saritx realtà. L-UE għandha tiżgura li l-bliet u ż-żoni urbani għandhom ikunu jistgħu jisfruttaw is-saħħa u l-potenzjal sħiħ tagħhom bħala muturi għat-tkabbir ekonomiku, l-impjieg u l-inklużjoni soċjali. Issa huwa ż-żmien għal aġenda urbana Ewropea ġenwina. Il-Karta ta’ Leipzig hija bażi tajba għal dan. Aġenda Ewropea urbana għandha tindirizza l-aspetti kollha – soċjali, ekonomiċi u ambjentali – tal-iżvilupp urban sostenibbli.

5.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jappella lill-Kummissjoni biex, b’referenza għall-Komunikazzjoni prevista li ssegwi l-Forum Urban tas-17 u t-18 ta’ Frar 2014, tippreżenta White Paper għal aġenda urbana komprensiva. Din il-White Paper għandha tagħmilha possibbli li d-dimensjoni urbana tiġi ankrata b’mod strutturali fil-politika u r-regolamenti Ewropej rilevanti kollha biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-inkonsistenzi attwali. Matul it-tħejjija tal-White Paper, il-Kumitat stess ser ikompli bid-dibattitu dwar l-aġenda urbana tal-UE biex jagħti lill-Kummissjoni kontribut konkret u biex iżomm id-dibattitu dwar l-aġenda urbana fuq l-aġenda Ewropea. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta’ approċċ sostenibbli u olistiku għaż-żoni urbani, abbażi ta’ ideat u suġġerimenti li l-KtR għamel fl-opinjonijiet l-oħra komplementari tiegħu, jiġifieri l-Opinjonijiet dwar Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Bliet Sostenibbli (5) u l-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana (6).

6.

B’aġenda urbana fil-livell tal-UE tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-bliet biex ikunu jistgħu jwettqu l-għanijiet ta’ politika Ewropej u biex tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-UE. Fl-istess ħin, it-tfassil tal-aġenda urbana msemmija ma jista jinjora la l-interazzjonijiet bejn il-bliet u ż-żoni ta’ kampanja, u lanqas l-influwenza kbira li jħalli fuq l-iżvilupp tat-territorju ġenerali. Għaldaqstant, huwa importanti li tiġi prevista sinerġija kbira bejn din l-aġenda urbana u l-aġenda territorjali tal-Istrateġija Ewropa 2020.

Is-saħħa tal-bliet u l-isfidi li jiffaċċjaw

7.

Bis-saħħa tal-bidla minn ekonomija tas-servizzi għal ekonomija tal-għarfien u d-diġitizzazzjoni li qed tiżdied fis-soċjetà, il-bliet żviluppaw f’pilastri ekonomiċi u muturi tal-impjieg fl-UE. L-għeruq tal-innovazzjoni u forom ġodda ta’ attività ekonomika jinsabu ħafna drabi fil-bliet. Il-bliet huma wkoll il-postijiet fejn tinbet l-arti, il-kultura u l-kreattività li minnhom il-bliet u ċ-ċittadini jiksbu l-identità tagħhom. B’hekk il-bliet jikkostitwixxu ass importanti tal-UE fil-kompetizzjoni internazzjonali ma’ partijiet oħra tad-dinja.

8.

Bħalissa fl-UE hemm mat-68 % tal-popolazzjoni li tgħix f’żoni urbani (7). Apparti ż-żewġ metropoli kbar ta’ Pariġi u Londra, l-UE għandha struttura poliċentrika unika ta’ bliet kbar, ta’ daqs medju u żgħar. Mal-200 miljun persuna jgħixu fil-bliet li għandhom sa 1 00  000 abitant, li ħafna drabi jaqdu rwol reġjonali importanti fil-qasam tas-servizzi u l-amenitajiet u biex jittejbu l-kwalità tal-ħajja u l-bilanċ territorjali. L-aġenda urbana tal-UE għalhekk m’għandhiex tkun limita għall-ikbar bliet tal-Ewropa, imma għandha tkun adattata wkoll għall-bliet iż-żgħar u ta’ daqs medju u għaż-żoni urbani. F’dan il-kuntest hija ħaġa tajba li t-tliet Presidenzi li jmiss tal-UE (l-Italja, l-Estonja u l-Lussemburgu) ser jagħtu attenzjoni speċjali lill-bliet iż-żgħar u ta’ daqs medju fl-UE u lir-rwol tagħhom f’kuntest komuni ta’ żvilupp territorjali.

9.

Madankollu, għall-abitanti l-belt u l-viċinati rurali tagħhom illum huma iktar miż-żona amministrattiva limitata. L-abitanti tal-belt u dawk li mhumiex abitanti tal-belt jivvjaġġaw fi skala ta’ agglomerazzjonijiet akbar, u jivvjaġġaw lejn żoni tax-xogħol u żoni funzjonali (urbani jew rurali-urbani) f’sistema urbana ta’ kuljum (daily urban system). Sabiex il-ħajja tal-abitanti tagħhom tiġi ffaċilitata, l-amministrazzjonijiet urbani jingħaqdu f’netwerks mal-muniċipalitajiet ġirien biex jorganizzaw iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku u t-trasport, il-ġestjoni tat-territorju, l-ambjent u l-ekonomija fil-livell adatt. Il-kooperazzjoni bejn iż-żoni urbani u ż-żoni rurali madwarhom hija kruċjali hawnhekk. F’dan il-kuntest, iż-żoni periurbani u dawk rurali għandhom rwol importanti x’jaqdu, għax jipprovdu l-ikel, l-enerġija, l-ispazju, ir-rikreazzjoni u n-natura lill-bliet tal-madwar, u iktar minn hekk joffru protezzjoni kontra r-riskji bħan-nirien tal-foresti u l-għargħar. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqies li kultant dawn is-sistemi urbani jinkludu territorju li jappartjeni lil iktar minn Stat Membru wieħed. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-problemi speċifiċi li jinħolqu f’dawn iż-żoni urbani transkonfinali.

10.

L-agglomerazzjonijiet jew reġjuni funzjonali jeħtieġu governanza ta’ tip ieħor u viżjoni fit-tul biex jiġu żgurati koeżjoni tajba u riżultati konkreti, bħal sistema tat-trasport integrata (8). Dawn il-viżjonijiet fit-tul, li f’ċerti Stati Membri diġà bdew jiżviluppaw f’kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jifformaw il-bażi għal approċċ komprensiv iffokat fuq il-lokalità li jiggarantixxi l-koeżjoni territorjali taż-żona u jagħti lok li jinkisbu riżultati konkreti li jistgħu jitkejlu. Fis-snin 2014-2020 f’għadd ta’ Stati Membri l-investimenti integrati territorjali ser jagħmluha possibbli li jintużaw riżorsi minn oqsma ta’ prijorità jew programmi differenti u b’hekk jaqdu rwol ta’ stimolu billi tiġi promossal-koeżjoni bejn il-bliet u ż-żoni tal-madwar li għandhom rabtiet funzjonali billi joħolqu sinerġiji u jagħmlu possibbli l-finanzjament ta’ proġetti iktar ambizzjużi, u billi fl-aħħar mill-aħħar jagħmlu possibbli li jiġu solvuti l-problemi komuni li jmorru lil hinn mil-limiti amministrattivi tal-awtoritajiet deċentralizzati. Il-Kumitat jinnota li l-Kummissjoni, fl-istudju tagħha L-ibliet ta’ għada, issemmi dan l-iżvilupp u tagħraf li fil-politika tagħha għandha tqis iktar lir-reġjuni funzjonali fil-livell tal-agglomerazzjonijiet u l-metropoli u anke dak transkonfinali (9).

11.

Billi jaħdmu fil-livell ta’ agglomerazzjoni (borrowing size) il-bliet igawdu flimkien il-vantaġġi ta’ rabta ikbar bejniethom bħal kapaċità innovattiva ikbar, rabta aħjar bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol u marka ekoloġika iżgħar, filwaqt li jillimitaw l-iżvantaġġi bħat-tniġġis ambjentali, in-nuqqas ta’ aċċessibilità, l-esklużjoni soċjali u l-kriminalità (10). Il-kobor mhux dejjem aħjar. Huwa għaldaqstant importanti li jiġi żgurat li l-komunitajiet lokali jkunu rappreżentanti b’mod attiv fid-deċiżjonijiet muniċipali, inkluż fid-diskussjoni dwar miżuri ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet fil-viċinat.

12.

Madankollu huma ż-żoni urbani li partikularment iridu jiffaċċjaw l-isfidi soċjali. Għalhekk ħafna inizjattivi ta’ politika Ewropej – intenzjonalment u mhux – għandhom konsegwenzi għall-politika urbana. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jitlob li ssir rieżami aktar bir-reqqa tal-lista tal-inizjattivi kollha tal-Kummissjoni b’dimensjoni urbana b’segwitu għad-dokument tematiku li kien il-bażi għal forum urban “CITIES – Cities of tomorrow: Investing in Europe” (Il-bliet ta’ għada: ninvestu fl-Ewropa) ta’ Frar 2014 (11).

13.

Il-bliet jassumu r-responsabbiltà tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet u biex jindirizzaw l-ostakli. Il-bliet Ewropej jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-isfidi soċjali li tiġbor fiha din l-Istrateġija jiffurmaw ukoll parti mill-aġenda politika għall-bliet u r-reġjuni. Hawnhekk l-interess taċ-ċittadin huwa ċentrali. Il-bliet fl-UE bħalissa qed jiffaċċjaw diversi sfidi u problemi. Fejn minn naħa xi bliet raw tnaqqis fil-popolazzjoni tagħhom minħabba l-emigrazzjoni u t-tixjiħ u tfaċċaw problemi relatati mal-kobor fil-livell ta’ amenitajiet tagħhom, il-popolazzjoni fi bliet oħra kibret b’tali mod li żdiedet il-pressjoni fuq l-amenitajiet u żdiedu wkoll problemi oħra bħall-qgħad (fost iż-żgħażagħ), l-esklużjoni soċjali, il-faqar, id-djar affordabbli, il-konġestjoni tat-traffiku u t-tniġġis tal-ambjent. Problema ġenerali li ġiet aggravata mir-reċessjoni hija ż-żieda fid-distakk bejn id-domanda għas-servizzi lokali li qed tikber u r-riżorsi finanzjarji li qed jistaġnaw jew jonqsu. L-aġenda urbana għandha tagħti attenzjoni lil dawn il-problemi u sfidi kollha.

14.

L-aġenda urbana tal-UE għandha timmira li tissostitwixxi l-mudell urban attwali, ifframmentat, maqsum u esklużiv, b’mudell ieħor kumpatt, komprensiv u inklużiv. Dan l-approċċ il-ġdid ifisser li, fil-qafas ta’ approċċ olistiku, l-enfasi tkun fuq taħlita ta’ persuni u attivitajiet għall-ħolqien kemm tat-tkabbir ekonomiku kif ukoll tal-impjiegi, filwaqt li tingħata attenzjoni ukoll lil bilanċ tajjeb bejn l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp urban.

Il-bliet bħala mexxejja u pjattaformi

15.

Ir-relazzjoni bejn il-gvern u s-soċjetà qiegħda tinbidel b’mod kruċjali. Iċ-ċittadini qed isemmgħu leħinhom dejjem iktar u qegħdin isiru aktar esiġenti, filwaqt li d-diġitizzazzjoni tas-soċjetà tagħtihom iktar awtonomija (ċittadinanza ġdida). It-tieni nett dawn iċ-ċittadini qed jassumu dejjem iktar ir-responsabbiltà soċjali tagħhom. Qed jiżdied l-għadd ta’ kumpaniji li joffru prodotti minn nieqa sa nieqa, jaħdmu kontra l-ħela tal-materja prima u jagħtu lin-nies żvantaġġati opportunità fis-suq tax-xogħol. L-amministrazzjonijiet tal-bliet jixtiequ jaħdmu f’diversi livelli dejjem iktar mill-qrib mal-erba’ spirali (stabbiliti abbażi tal-mudell tat-tliet spirali u li jinvolvu r-rabta ta’ kooperazzjoni bejn il-gvernijiet, il-kumpaniji, l-istituzzjonijiet tal-għarfien u l-organizzazzjonijiet soċjali) biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali. Għalhekk, ħafna drabi l-gvern lokali għandu rwol mexxej, u bħala klijent ta’ tnedija (launching customer) jew mexxej, joffri pjattaforma għall-imsieħba l-oħra biex jinstabu soluzzjonijiet. Hawnhekk il-belt tiffunzjona bħala post (living lab) fejn flimkien mal-imsieħba jseħħu l-proġetti li huma l-aktar adatti għall-kundizzjonijiet lokali. Il-bliet li fihom hemm stabbiliti universitajiet u skejjel sekondarji għandhom rwol addizzjonali biex tiġi stimolata l-intraprenditorija u biex tinħoloq rabta bejn il-possibbiltajiet teknoloġiċi u l-kwistjonijiet importanti tas-soċjetà. B’hekk, iż-żoni urbani saru l-mudelli esperimentali tal-politika Ewropea.

16.

Bħala parti mis-soċjetà l-gvernijiet jassumu responsabbiltà li jpoġġu fuq l-aġenda kwistjonijiet importanti għas-soċjetà bħall-kriżi ekonomika, it-tibdil demografiku u l-problemi relatati mal-klima. Il-forom tradizzjonali ta’ amministrazzjoni, organizzazzjoni u ekonomija ma joffru l-ebda soluzzjoni għal dawn il-problemi. Minħabba d-daqs tal-isfidi, il-baġits imnaqqsa u l-kumplessità tal-kwistjonijiet, il-gvern m’għadux jista’ jieħu ħsieb kollox waħdu.

17.

Fil-kuntest ta’ soċjetà dejjem aktar parteċipattiva, fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom l-awtoritajiet lokali għandhom jinkludu inizjattivi lokali kondiviżi jew koorganizzati miċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell urban jew muniċipali. B’hekk l-organizzazzjoni tal-belt qed tiġi ġestita minn diversi atturi minflok mill-muniċipalità waħedha. L-isfida hawnhekk hija li ċ-ċittadini kollha fis-soċjetà l-ġdida jkunu jistgħu jieħdu sehem, b’mod partikolari ż-żgħażagħ u l-migranti, sabiex tiġi evitata soċjetà maqsuma fi tnejn. Il-belt bħala ‘magna’ għall-integrazzjoni soċjali u anke bħala mezz ta’ emanċipazzjoni għall-abitanti tagħha jikkostitwixxu tnejn mill-iktar funzjonijiet importanti ta’ belt moderna.

18.

L-inizjattivi lokali jiżguraw li f’kull belt jew żona urbana jiġu pprovduti servizzi adatti għall-post. B’hekk, fil-livell pan-Ewropew hemm varjetà fl-approċċi. Il-politika u r-regolamenti Ewropej għandhom iqisu r-relazzjonijiet ġodda fil-livell lokali u d-diversità fl-approċċi għall-isfidi soċjali li jġibu magħhom u għandhom jippruvaw jagħmlu ġabra ta’ dawn l-aħjar prattiki li qed ifiġġu kif ukoll jiffaċilitaw l-iskambju tagħhom madwar l-UE.

19.

S’issal-UE ħadmet b’regolamenti ġenerali u skadenzi uniformi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ politika tagħha. Fit-tfassil ta’ politika tagħha l-UE għandha tqis iktar kemm l-inizjattivi tagħha jistgħu jiġu implimentati fil-livell lokali u (sotto)reġjonali u tkun disposta għal kontribut mill-gvernijiet deċentralizzati fit-tfassil ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u ta’ politika ġdida (approċċ minn isfel għal fuq). B’kunsiderazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kull valutazzjoni tal-impatt għal proposta ġdida għandha tinkludi valutazzjoni kritika tal-impatt fuq il-bliet. Hekk biss jista’ jiġi evalwat u żgurat minn qabel li l-politiki u r-regolamenti Ewropej jistgħu jiġu implimentati fil-livell lokali.

Lejn approċċ iktar komprensiv tal-bliet fl-UE

20.

Sabiex id-diskussjoni dwar id-dimensjoni urbana tiġi integrata b’mod strutturali fil-livell tal-UE, il-Kumitat jipproponi li l-Forum Urban tas-17 u t-18 ta’ Frar 2014 minn issa ‘l quddiem jibda jsir kull sentejn. Il-Kumitat jappella wkoll lill-Kummissjoni biex taħtar rappreżentant għall-politika urbana fl-organizzazzjoni tagħha, li jkollu l-awtorità li jaħdem mal-grupp ta’ ħidma interservizz għall-politika urbana tal-Kummissjoni li janalizza kull proposta u inizjattiva għad-dimensjoni urbana u li jippermetti l-implimentazzjoni ta’ approċċ ta’ politika komprensiv. Dan il-grupp ta’ ħidma għandu jingħata l-kompitu wkoll li jinkorpora l-kontribut tal-bliet fit-tfassil tal-politika l-ġdida tal-UE li jkollha impatt fuq iż-żoni urbani. Il-Kumitat għandu jkun jista’ jaħtar rappreżentant tiegħu għall-politika urbana biex jivvaluta l-proposti għad-dimensjoni urbana.

21.

Il-Kumitat jappoġġja l-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma tal-Istati Membri biex ikun hemm viżjoni komuni għall-bliet Ewropej, fejn tingħata attenzjoni partikolari lill-pożizzjoni tal-bliet fl-Istrateġija Ewropa 2020, u li din tiġi ppreżentata fl-2016. Huwa jappella lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien mill-qrib mal-Kumitat u mal-għaqdiet tal-awtoritajiet lokali. Din il-viżjoni komuni tista’ sservi bħala bażi importanti għall-iżvilupp ulterjuri tal-aġenda urbana, kemm fil-livell Ewropew, kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri individwali, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet.

22.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jtenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tfassal White Paper dwar politika urbana integrata (12) qabel ma jitħabbar is-suċċessur tal-Istrateġija Ewropa. L-għan ta’ din il-White Paper hu li jiġi stabbilit approċċ iktar komprensiv fil-politika u l-leġislazzjoni tal-UE li jħallu impatt fuq il-bliet u ż-żoni urbani, u biex il-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti iktar mill-qrib fit-tħejjija ta’ din il-politika, u anke biex jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar liema elementi fil-programmi tal-fondi Ewropej jistgħu jappoġġjaw l-iżvilupp tal-bliet. Il-bażi għal dan hija governanza mġedda. Fl-aħħar mill-aħħar il-White Paper għandha twassal biex id-dimensjoni urbana tkun ġenwinament integrata b’mod orizzontali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE (integrazzjoni tad-dimensjoni urbana), mhux għal strateġija jew programm speċjali tal-UE. Din il-White Paper għandha titfassal mill-Kummissjoni li jmiss f’kooperazzjoni mill-qrib mal-bliet biex b’hekk il-ħtieġa ta’ governanza ġdida fil-politika urbana tiġi enfasizzata fil-livell tal-UE.

23.

Il-White Paper għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)   Metodu ġdid għal approċċ iktar komprensiv fit-tfassil tal-politika

24.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jinnota li għall-kompetittività internazzjonali tagħha l-Ewropa tiddependi fil-biċċa l-kbira minn bliet vibranti u dinamiċi. Għaldaqstant, il-politika u r-regolamenti tal-UE jistgħu jgħinu biex joħolqu l-kundizzjonijiet tajbin. L-implimentazzjoni ta’ madwar 70 % tal-politika u r-regolamenti Ewropej teħtieġ koerenza ġenerali. Madankollu, il-Kumitat jinnota li r-regoli fil-livell Ewropew kultant ikollhom l-effett oppost. Il-Kumitat jagħti eżempju tajjeb ta’ dan fl-Opinjoni tiegħu dwar “Ir-reviżjoni tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u l-emissjonijiet” (13), fejn isemmi li fl-approċċ lejn it-titjib tal-kwalità tal-arja, il-livelli ta’ ambizzjoni tad-diversi direttivi tal-UE dwar l-ambjent għandhom jiġu koordinati u l-iskadenzi għall-iżvilupp għandhom jimxu b’mod sinkronizzat biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa.

25.

Il-lakuni fil-politika li tnaqqas il-problema fis-sors jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet prekarji. Barra minn hekk ċerti bliet mhumiex kapaċi jiksbu l-istandards mixtieqa filwaqt li jirriskjaw li l-Istati Membri responsabbli għalihom, permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali, jaqilgħu multi mill-UE għax ikunu qabżu l-limiti Ewropej. Il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tiżviluppa metodu għal politika iktar komprensiva biex jinkisbu politika u leġislazzjoni koerenti, l-ewwel billi ssir valutazzjoni tal-impatt territorjali aktar robusta u bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u li tippermetti li l-UE toffri l-kundizzjonijiet adatti lill-bliet u r-reġjuni urbani għall-implimentazzjoni tal-politika Ewropea.

26.

Sabiex ikun hemm approċċ verament komprensiv, tkun ħaġa tajba li fil-White Paper tingħata definizzjoni ċara ta’ żvilupp urban sostenibbli komprensiv u li jiġu stabbiliti għanijiet ċari li l-UE tixtieq tilħaq f’dan il-qasam. Dawn għandhom ikunu għanijiet orizzontali li għandhom jitwettqu mid-diversi oqsma ta’ politika.

27.

Approċċ komprensiv lejn il-politika urbana jinvolvi li jitqiesu l-politiki tal-ġestjoni tat-territorju, billi ż-żoni urbani jmorru lil hinn mil-livell muniċipali.

28.

F’dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni jfakkar dwar il-pożizzjoni tiegħu li l-istrument ta’ valutazzjoni tal-impatt territorjali għandu jintuża bħala linja gwida biex jinkiseb approċċ iktar komprensiv tal-politika sabiex tiġi promossal-koeżjoni territorjali (14). Hawnhekk, il-Kumitat jiddefinixxi l-koeżjoni territorjali bħala kunċett fi tliet dimensjonijiet: żvilupp territorjali bilanċjat, integrazzjoni territorjali u governanza territorjali. Il-Kumitat jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea tillimita l-valutazzjoni tal-impatt għall-ewwel wieħed minn dawn it-tliet oqsma, filwaqt li hija preċiżament it-tieni dimensjoni tal-approċċ komprensiv li hija l-iktar importanti għall-politika u l-leġislazzjoni. Ir-rieżami mistenni tal-linji gwida tal-Kummissjoni stess dwar il-valutazzjoni tal-impatt huwa kruċjali għax joffri opportunità unika biex l-integrazzjoni tad-dimensjoni urbana tiġi definita b’mod preċiż fil-proċessi interni tal-iżvilupp ta’ politika tal-Kummissjoni.

29.

Inqisu wkoll li l-White Paper dwar il-politika urbana komprensiva għandha tindirizza t-tema tar-riġenerazzjoni taż-żoni urbani degradati, ir-riabilitazzjoni u r-rinnovazzjoni urbani, kif ukoll l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-kostruzzjoni tal-bini.

30.

Eżempju tajjeb ta’ approċċ iktar komprensiv fil-livell tal-UE huwa s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għal Bliet u Komunitajiet Intelliġenti. Din is-Sħubija nħolqot biex permezz ta’ inizjattivi pubbliċi/privati jiġu xprunati innovazzjonijiet għall-bliet li jinsabu fl-interfaċċja tal-mobbiltà urbana, l-effiċjenża fil-qasam tal-enerġija u teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Is-Sħubija toffri l-possibbiltà biex il-politika makroekonomika fil-livell tal-UE tissarraf fil-livell prattiku tal-bliet. Hawnhekk huwa tassew importanti li l-bliet jingħataw il-libertà li jistabbilixxu l-aġenda u li jkunu jistgħu jaqdu rwol mexxej, b’tali mod li jkunu jistgħu verament ikunu mexxejja.

(b)   Dimensjoni urbana fil-fondi Ewropej

31.

Hemm kuntrast qawwi bejn l-eżempji tajbin bħas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għal Bliet u Komunitajiet Intelliġenti u l-involviment tal-bliet fil-programmi tal-fondi strutturali fil-perjodu 2007-2013. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid 2014-2020, ġiet allokata attenzjoni speċjali għad-dimensjoni urbana fil-politika tal-koeżjoni permezz ta’ għadd ta’ inizjattivi speċifiċi (allokazzjoni obbligatorja ta’ 5 % għall-baġit tal-FEŻR għall-iżvilupp urban, twaqqif ta’ netwerks Ewropej għall-iżvilupp urban, kif ukoll miżuri innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli). It-talba għal iktar densità tista’ madankollu twassal biex belt ma titqiesx fil-kuntest tal-iżvilupp urban sħiħ tagħha. Hemm bżonn ta’ koordinazzjoni mtejba fi ħdan il-Kummissjoni sabiex ikun fehim aħjar tal-politiki settorjali tad-dimensjoni urbana (l-ambjent, l-infrastruttura tal-enerġija, il-mobbiltà) fl-unitajiet kollha tagħha.

32.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jtenni l-appoġġ tiegħu għall-attenzjoni li l-Kummissjoni tagħti lill-iżvilupp urban integrat fil-politika ta’ koeżjoni l-ġdida (15). F’dan il-qafas ukoll, bi pjaċir jinnota t-tisħiħ tal-prinċipju tas-sħubija fil-pakkett il-ġdid ta’ koeżjoni u l-pubblikazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta Ewropea għas-sħubija. Madankollu, il-Kumitat tar-Reġjuni ser jibqa’ viġilanti fir-rigward tal-implimentazzjoni prattika tal-proposti tal-Kummissjoni matul l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi l-ġodda tal-FEŻR u l-FSE, speċjalment il-mod li bih il-bliet u l-bliet il-kbar huma involuti fil-ġestjoni u l-governanza tal-programmi.

33.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jappella lill-Kummissjoni biex, b’mod konġunt mal-Kumitat, timmonitorja, u fejn possibbli tippromovi, l-inklużjoni attiva tal-bliet fil-programmi l-ġodda tal-fondi strutturali. It-tagħlimiet li jinsiltu minn hawn jistgħu jservu bħala rakkomandazzjoni ta’ politika importanti fl-iżvilupp tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2020, u anke għal programmi oħra Ewropej li jistgħu jippromovu t-twettiq tal-għanijiet Ewropej fil-livell lokali.

34.

Il-bliet jieħdu sehem ukoll fi programmi oħra tal-UE għas-sussidji bħal LIFE, Orizzont 2020, Enerġija Intelliġenti-Ewropa, eċċ. għalkemm dawn il-programmi m’għandhomx punt fokali tematiku dwar il-kwistjonijiet urbani u s-sinerġiji mal-programmi tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment ESI. Attenzjoni speċjali għas-sinerġiji bejn is-sussidji tal-UE jkollha effetti pożittivi fuq il-bliet.

(c)   Pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki

35.

Bil-ħolqien ta’ netwerks ta’ awtoritajiet lokali fil-livell Ewropew, il-Kummissjoni qed tindirizza l-bżonn li jsir skambju ta’ prattiki tajbin bejn il-bliet f’diversi temi. Anke l-programm ta’ kooperazzjoni territorjali Urbact, il-programm tal-UE għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli urban, jindirizza dan il-bżonn. Barra minn hekk, il-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” jħeġġeġ lill-muniċipji jwaqqfu netwerks tematiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni bħala għodda importanti għall-iffaċilitar tal-iskambju tal-prattiki tajbin. Apparti l-programmi kofinanzjati mill-fondi strutturali u l-azzjonijiet ta’ kompetizzjoni organizzati mill-UE, hemm iktar programmi għall-iskambju tal-għarfien bejn il-bliet (pereżempju Civitas, il-Patt tas-Sindki, Mayors Adapt, l-Inizjattiva għal Bliet u Komunitajiet Intelliġenti, il-Qafas ta’ Referenza għall-Bliet Sostenibbli, Managenergy). Il-Kumitat jinnota li l-għadd ta’ inizjattivi għall-iskambju tal-għarfien u l-esperjenza dejjem qed jiżdied u jsir iktar divers. Sabiex ikun hemm approċċ iktar komprensiv il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tikkonsolida dawn il-programmi tas-sussidji Ewropej u n-netwerks ta’ appoġġ differenti, sabiex iż-żoni lokali jkunu jistgħu jifhmu aħjar u jipparteċipaw b’mod aktar effiċjenti minn dak preżenti.

36.

Sabiex il-bliet u ż-żoni urbani jiġu evalwati aħjar minflok biss bl-indikatur tal-PDG jeħtieġ li għall-iskambju tal-għarfien u l-valutazzjoni komparattiva tal-politika urbana jkun hemm biżżejjed data disponibbli, jekk possibbli fil-livell tar-reġjuni. Problema kruċjali hawnhekk hija li s-sottodiviżjoni tar-reġjuni NUTS tal-Eurostat ma tirriflettix sew ir-realtà fil-bliet u l-muniċipalitajiet. Għalhekk jeħtieġ li l-Eurostat jipprovdi u jiġbor data lokali aktar dettaljata u titkompla l-ħidma relatata mal-awditjar urban u sondaġġi simili jew li jiġu definiti kriterji omoġenji għad-delimitazzjoni taż-żoni metropolitani. Jeħtieġ li jiġu implimentati strumenti konkreti biex ikunu jistgħu jitkejlu l-progress u l-impatt ta’ aġenda urbana integrata fil-livell tal-UE. F’dan il-qafas il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strument ta’ monitoraġġ għall-iżvilupp ta’ aġenda urbana tal-UE.

(d)   Governanza ġdida

37.

Wasal iż-żmien għal governanza ġdida, fejn ser jissaħħaħ l-involviment tal-bliet fiċ-ċiklu sħiħ tal-proċess ta’ politika Ewropew (pereżempju permezz tal-KtR, netwerks tal-bliet bħall-Eurocities jew il-Patt tas-Sindki), fejn ser jibda qabel u jissaħħaħ l-involviment tal-bliet fiċ-ċiklu sħiħ tal-proċess ta’ politika Ewropew. Meta l-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti aħjar fil-fażijiet kollha ta’ dan iċ-ċiklu l-UE tista’ tinfluwenza aħjar it-tibdil li l-bliet qed jgħaddu minnu bħalissa. Il-konsegwenzi tal-inizjattivi ta’ politika u r-regolamenti għall-bliet b’hekk jistgħu jiġu evalwati u indirizzati aħjar sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta’ politika inkonsistenti tal-UE li tkun maqtugħa mir-realtà. Barra minn hekk, fid-dawl tal-Artikolu 5 tar-Regolament Ġenerali (UE) Nru 1303/2013 dwar il-Fondi Strutturali tal-UE, dan il-“metodu ta’ governanza f’diversi livelli” għandu japplika tul il-proċess kollu ta’ tħejjija u ta’ implimentazzjoni tal-programmi rilevanti tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE.

38.

Il-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli huwa ta’ importanza kbira, iżda dan il-prinċipju għandu jiġi adattat għar-relazzjoni l-ġdida bejn il-gvern u s-soċjetà. Dan għandu jimxi id f’id mar-rwol ikbar tal-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE. Għal dan il-għan, l-iffirmar tal-Karta għall-governanza f’diversi livelli fl-Ewropa mill-muniċipji Ewropej ser tikkontribwixxi għall-parteċipazzjoni tal-livelli differenti ta’ governanza (lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew) fit-tfassil ta’ politiki pubbliċi effettivi, bl-applikazzjoni ta’ għadd ta’ prinċipji bħall-parteċipazzjoni, il-kooperazzjoni, it-trasparenza, l-inklużjoni u l-koerenza politika li huma kundizzjonijiet essenzjali biex jiġi garantit li dawn il-politiki pubbliċi jirnexxu, fl-interess taċ-ċittadini.

39.

Ir-rappreżentanti tal-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti b’mod strutturali fit-tfassil tal-politika mis-servizzi tal-Kummissjoni (pereżempju billi jieħdu sehem fi grupp ta’ esperti), biex abbażi ta’ esperjenzi prattiċi u informazzjoni konkreta, ikun hemm koordinazzjoni aħjar tad-dimensjoni urbana fil-politika Ewropea. Il-ftehimiet relatati jistgħu jiġu stabbiliti fil-ftehim interistituzzjonali l-ġdid bejn il-Kummissjoni l-ġdida u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Il-Kumitat u l-aġenda urbana

40.

Il-Kumitat innifsu jabbina importanza kbira mad-dimensjoni urbana fil-politika Ewropea u l-iżvilupp ta’ aġenda urbana tal-UE. F’dan il-kuntest, il-Kumitat, bħala kelliem tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE, jiddikjara li ser isegwi mill-qrib l-iżvilupp tal-White Paper u jkompli jwettaq dibattitu intern u estern dwar l-aġenda urbana. Din l-Opinjoni hija l-ewwel kontribut tal-Kumitat fit-triq lejn approċċ verament komprensiv tal-bliet tal-UE.

Brussell, 25 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Kummissjoni Ewropea: L-ibliet ta’ għada. Sfidi, viżjonijiet, modi ‘l quddiem (Ottubru 2011).

(2)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Aġenda Urbana Ewropea u l-Futur tagħha fil-Politika ta’ Koeżjoni (2010/2158(INI))

(3)  Hans Verdonk, Urban policies in Europe, Leo van den Berg, Luis Carhalvo u Jan van der Meer, Cities as Engines of Sustainable Competitiveness: Looking Back at Two Decades of Urban Policies, Rotterdam, 2014

(4)  COM(1997) 0197 final (mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  COR-2013-07987.

(6)  COR-2014-00090.

(7)  Eurostat: City Statistics – Urban Audit, Lussemburgu 2013.

(8)  CDR2994/2013.

(9)  Kummissjoni Ewropea: L-ibliet ta’ għada. Sfidi, viżjonijiet modi ‘l quddiem (Ottubru 2011).

(10)  European Metropolitan Network Institute (EMI): A strategic knowlegde and research agenda on polycentric metropolitan areas (l-Aja, 2012).

(11)  Kummissjoni Ewropea: Dokument tematiku għal diskussjoni fil-forum CITIES – Cities of tomorrow: Investing in Europe, Brussell, 17 u 18 ta’ Frar 2014. Għal ħarsa iktar dettaljata dwar il-programmi u l-inizjattvi finanzjati mill-UE fil-qasam tal-politika urbana ara wkoll s-sit tal-Internet tad-DĠ REGIO: http://ec.europa.eu/regional_policy/urban/portal/index_en.cfm?smenu_mapping_id=10http://ec.europa.eu/regional_policy/urban/portal/index_en.cfm?smenu_mapping_id = 10

(12)  CdR RESOL-V-009

(13)  CdR 329/2011 fin.

(14)  CdR 29-2013 fin.

(15)  CdR 5/2012 fin.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/18


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-pakkett dwar il-Mobilità Urbana

2014/C 271/04

Relatur

:

Is-Sur Bore (UK/PSE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Birmingham

Dokument ta’ referenza

:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn mobilità urbana kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi – COM(2013) 913 final

A call to action on urban logistics – SWD(2013) 524 final

Targeted action on urban road user safety – SWD(2013) 525 final

A call for smarter urban vehicle access regulations – SWD(2013) 526 final

Mobilising Intelligent Transport Systems for EU cities – SWD(2013) 527 final

I.   PUNTI ĠENERALI

1.

Is-sistemi tat-trasport urban sostenibbli jwasslu għal kwalità tal-ħajja aħjar għaċ-ċittadini Ewropej u huma importanti għall-kompetittività ekonomika tal-bliet, ir-reġjuni u l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Fil-bliet jgħixu 70 % taċ-ċittadini Ewropej u l-bliet huma ċentri importanti tal-attività ekonomika, fejn jiġi ġġenerat iktar minn 80 % tal-PDG tal-Unjoni.

2.

Il-mobilità urbana u t-trasport urban huma kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ mobilità urbana u għall-provvediment tat-trasport pubbliku fit-territorju tagħhom. Id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu fuq livell lokali spiss huma marbuta ma’ qafas stabbilit mill-politika nazzjonali u fi ħdan Aġenda Urbana tal-UE ġdida. Fil-fatt, bosta jikkunsidraw l-aġenda għall-Mobilità Urbana bħala komponent tal-aġenda tal-Bliet Intelliġenti.

3.

Il-Kumitat tar-Reġjuni ħareġ rakkomandazzjonijiet ta’ politika fl-Opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-mobilità urbana, b’mod partikolari fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper dwar it-Trasport Urban (1), fiż-żewġ Opinjonijiet dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Urbana (2), u fl-Opinjoni dwar il-White Paper “Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport” (3). Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ipproponew politiki ta’ mobilità urbana sostenibbli li jikkunsidraw id-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali.

4.

Fil-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana, hemm fehim sħiħ dwar il-prinċipju tas-sussidjarjetà, b’azzjonijiet iffukati meta jkun hemm valur miżjud tal-UE, b’mod partikolari fit-trawwim ta’ kooperazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattika u l-gwida. Hemm ukoll rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri fir-rigward tal-loġistika urbana, ir-regolamenti dwar l-aċċess urban, l-użu tas-soluzzjonijiet tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti (STI), u s-sikurezza tat-toroq urbani.

5.

jenfasizza l-importanza ta’ politika tal-Unjoni Ewropea komprensiva dwar iż-żoni urbani fuq il-bażi tal-ideat u s-suġġerimenti espressi fl-Opinjonijiet paralleli u komplementari tal-Kumitat dwar aġenda urbana integrata, dwar l-enfasi tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali fuq il-bliet sostenibbli u dwar il-mobbiltà urbana;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Pjani ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli (PMUS)

6.

Jenfasizza li għall-iżvilupp urban irid jiġi segwit approċċ sostenibbli u olistiku. Il-problemi ta’ mobilità urbana ma jistgħux jiġu solvuti permezz ta’ approċċ settorjali biss. Għandha tiġi kkunsidrata b’mod partikolari r-rabta bejn id-dimensjoni urbana tal-politika tat-trasport u l-kunċett usa’ tal-ġestjoni tat-territorju, mhux biss biex jitjiebut-trasport u l-infrastruttura urbani iżda wkoll biex tiġi miġġielda l-espansjoni urbana u tiġi kkunsidrata mill-ġdid ir-relazzjoni bejn il-bliet u l-ambjent (urban/rurali) tal-madwar. Għal aktar proposti dwar is-sostenibbiltà, il-KtR jirreferi għall-Opinjoni dwar is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Bliet Sostenibbli (4);

7.

jikkunsidra neċessarju li jkun hemm miżuri (kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inċentivi, eċċ) fil-livell tal-Istati Membri li jistgħu jibdlu l-imġiba tan-nies fil-konfront tal-użu ta’ mezzi ta’ trasport li jużaw inqas enerġija;

8.

jemmen li l-PMUS għandhom ikunu integrati sew mal-politiki tal-użu tal-art. L-iżvilupp ippjanat ħażin li ma jkunx effettivament integrat man-netwerk tat-trasport jirriżulta f’iktar domanda għat-trasport u jwassal għal dipendenza eċċessiva mill-karozza privata għal ħafna vjaġġi;

9.

jaċċetta li l-pjani ta’ mobilità urbana sostenibbli huma strument strateġiku xieraq għall-iżvilupp ta’ dan l-approċċ integrat għall-mobilità urbana li huwa mmirat lejn il-modi u l-forom kollha ta’ trasport fiż-żona funzjonali kollha ta’ belt jew ta’ agglomerazzjoni urbana: dak pubbliku u privat; it-taksis; it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; motorizzat jew le; mobbli jew ipparkjat – li lkoll għandhom jikkunsidraw l-aspetti ta’ mobilità u tal-ġeneru tal-popolazzjoni. It-tfassil ta’ pjani ta’ mobilità urbana sostenibbli għall-bliet kollha tibqa’ talba ewlenija tal-KtR, billi t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ mobilità urbana huma r-responsabbiltà tal-bliet stess;

10.

jiddispjaċih li għalkemm diġà ġew żviluppati pjani ta’ mobilità sostenibbli f’ħafna bliet u wrew li huma bażi eċċellenti għal diskussjoni u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-mobilità fiż-żoni urbani, għad m’hemmx definizzjoni komuni fil-livell Ewropew tal-kunċett ta’ pjani ta’ mobilità urbana sostenibbli;

11.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea involviet b’mod attiv lill-Kumitat tar-Reġjuni fil-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt għall-pakkett dwar il-Mobilità Urbana u b’mod partikolari il-fatt li d-DĠ MOVE ikkunsidra t-tħassib ewlieni tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-elaborazzjoni ta’ proposta mhux vinkolanti;

12.

Għandu dubji dwar il-proċess li bih il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tiżgura li l-miri u l-miżuri msemmija fil-pakkett dwar il-mobilità urbana jinkisbu sew, meta hija konxja mill-fatt li fit-territorju Ewropew hemm bliet u reġjuni fejn id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjani taż-żoni urbani qegħdin fi stadji differenti ta’ maturità. Dan jista’ jirrigwarda l-mobilità tal-persuni jew miżuri għall-loġistika urbana, ir-regolamentazzjoni u l-monitoraġġ iktar intelliġenti għall-aċċess għaż-żoni urbani, it-twaqqif ta’ sistemi intelliġenti tat-trasport urban u s-sikurezza fuq it-toroq urbani;

13.

jikkunsidra l-kunċett bħala gwida mhux vinkolanti, kif ukoll jiċċara li dan jista’ u għandu jiġu adattat għaċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istati Membri u taż-żoni urbani;

14.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tappoġġja l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ dan il-kunċett, b’mod partikolari l-proposta biex titwaqqaf Pjattaforma Ewropea dwar il-PMUS u l-impenn li jingħata appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-iżvilupp u l-implimenzzjoni tal-PMUS, inkluż permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament. Għandu jkun hemm impenn assolut mill-Kummissjoni Ewropea biex ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-Pjattaforma Ewropea;

15.

iħeġġeġ li l-proposta tal-Kummissjoni għat-twaqqif ta’ Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Mobilità u t-Trasport Urbani tinvolvi wkoll lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali jew tal-bliet, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-pjattaforma Ewropa proposta;

16.

jitlob li l-PMUS jiġu promossi fil-livell nazzjonali u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iħejju l-bidliet leġislattivi meħtieġa sabiex jiżguraw li jkun hemm il-kundizzjonijiet qafas neċessarji sabiex jippermettu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali joħolqu u jimplimentaw b’suċċess strateġiji lokali għall-mobilità urbana;

17.

jindika li l-bliet huma fulkru fejn mezzi differenti jiltaqgħu u fejn normalment il-vjaġġi jibdew u jintemmu. Għaldaqstant għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti importanti ħafna u inseparabbli tan-netwerks tat-trasport kollha, u b’konsegwenza, għandha tingħata biżżejjed attenzjoni għall-mobilità urbana;

Regolamenti dwar l-Aċċess tal-Vetturi fiż-Żoni Urbani

18.

jemmen li r-regolamenti dwar l-aċċess urban u t-tariffi għall-utenti tat-toroq jistgħu jkunu strumenti effettivi għall-ġestjoni tal-kompetizzjoni fid-domanda għall-ispazju fit-toroq fil-livell urban u għall-indirizzar ta’ problemi kruċjali bħall-konġestjoni, it-tniġġis u l-espansjoni urbana. Dan huwa konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u jikkontribwixxi għal bidla lejn l-użu ta’ modi ta’ trasport aktar sostenibbli;

19.

jinnota li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jeħtieġ deċiżjoni tal-awtoritajiet lokali biex jiġu implimentati regolamenti dwar l-aċċess urban u skemi ta’ tariffazzjoni tal-utenti tat-toroq. Jeħtieġ li dawn l-iskemi ikunu adattati għas-sitwazzjonijiet u l-bżonnijiet speċifiċi tal-livell lokali u għalhekk m’hemmx soluzzjoni waħda għal kulħadd. Dan jista’ jsir biss fil-livell lokali mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

20.

jinnota li f’dawn l-aħħar snin ġiet implimentati firxa kbira ta’ skemi madwar l-UE iżda jissuġġerixxi li din l-eteroġeneità kultant tista’ tagħmel l-ivvjaġġar madwar l-Ewropa aktar diffiċli, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni li jeżisti b’mod mifrux dwar kif dak li jkun jikkonforma mad-diversi skemi lokali;

21.

jirrimarka li r-regolament dwar l-aċċess għaż-żoni urbani għandu jkun ibbażat fuq regoli ċari li huma kemm jista’ jkun universali f’termini ta’ għanijiet bħat-tnaqqis tat-traffiku, inqas emissjonijiet ta’ tniġġis u inċentivi li jinkoraġixxu l-użu ta’ mezzi ta’ trasport oħra, iktar sostenibbli;

22.

jaqbel għalhekk, f’dan ir-rigward u skont l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-2009 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Mobilità Urbana (5), li jkun hemm livell minimu ta’ armonizzazzjoni u koerenza fil-livell tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategorizzazzjoni tal-vetturi, il-klassi ta’ emissjoni u s-sinjali tat-toroq; u dan għandu jsir fi sħubija bejn l-awtoritajiet lokali, nazzjonali u tal-UE;

23.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex trawwem skambju mal-Istati Membri u l-esperti dwar ir-regolamenti dwar l-aċċess urban u biex tipprepara gwida mhux vinkolanti biex tgħin lill-bliet jimplimentaw skemi relatati mar-regolamenti dwar l-aċċess urban b’mod effettiv;

24.

jissuġġerixxi li bis-sistemi ta’ trasport intelliġenti (STI), hemm il-ħtieġa għal standards tekniċi komuni li jiżguraw interoperabbiltà sabiex jiġu evitati ostakli tekniċi ġodda għall-moviment liberu fi ħdan l-UE;

Sikurezza fit-Toroq Urbani

25.

jiddispjaċih li l-għadd ta’ mwiet fit-toroq fl-UE, bi 26  000 każ ta’ mewt fl-2013, jibqa’ inaċċettabilment għoli. Partikolarment inkwetanti huwa l-fatt li l-utenti vulnerabbli tat-toroq, bħall-persuni bil-mixi, iċ-ċiklisti, u b’mod partikolari l-persuni mdaħħlin fl-età, huma l-aktar affettwati. Jinsab partikolarment inkwetat dwar il-fatt li l-għadd ta’ ċiklisti li mietu kompla jiżdied meta mqabbel mal-2010;

26.

jenfasizza l-importanza tas-sikurezza fit-toroq biex tiżgura modi sostenibbli ta’ trasport, bħar-roti u l-mixi u l-impatt pożittiv għall-aġenda tas-saħħa billi aktar nies ikollhom appoġġ biex jagħmlu vjaġġi attivi. Dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu parti integrali mill-PMUS u gwida addizzjonali biex dan iseħħ din tkun ta’ benefiċċju;

27.

iħeġġeġ biex tkun promossa wkoll l-edukazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq għall-individwi, billi hemm relazzjoni diretta bejn l-edukazzjoni dwar is-skurezza fit-toroq u l-aċċidenti tat-traffiku fit-toroq;

28.

ifakkar li l-KtR diġà approva l-għanijiet dwar is-sikurezza fit-toroq stabbiliti fil-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport biex, sal-2050, inqarrbu lejn trasport stradali fejn ma jkunx hemm każijiet ta’ mewt, u biex nimmiraw li nnaqqsu bin-nofs l-imwiet fit-toroq sal-2020 meta mqabbel mal-għadd fl-2010;

29.

jirrikonoxxi li l-isforzi biex titjieb is-sikurezza permezz tad-disinn tal-vetturi u l-użu tas-STI, bħas-sistemi ta’ assistenza għas-sewwieq (b’mod speċjali s-soluzzjonijiet V2I u V2 V), se jnaqqsu l-livell ta’ inċidenti iżda jissuġġerixxi li jeħtieġ li jsir aktar mill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jinkoraġġixxu l-użu ta’ vetturi b’disinn aktar sikur, eż. permezz ta’ proċessi ta’ akkwist;

30.

jirrakkomanda li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq is-STI għandhom jesploraw ukoll kif il-promozzjoni ta’ bidla reali fl-imġiba tas-sewqan ser tipprovdi gwadann fl-ambjent, is-sikurezza fit-toroq u l-effiċjenza enerġetika;

31.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tindirizza s-sikurezza tat-toroq urbani fil-qafas tal-pakkett dwar il-mobilità urbana u jinnota li hemm l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tiġbor u xxerred eżempji ta’ prattika tajba dwar l-ippjanar tas-sikurezza tat-toroq, u biex tanalizza l-miżuri bil-għan li jonqos l-għadd ta’ korrimenti serji tat-traffiku fit-toroq fiż-żoni urbani. Dan m’għandux ikun limitat għas-sentejn li ġejjin, kif ġie suġġerit, iżda għandu jibqa’ għaddej jekk ikun hemm bżonn;

32.

jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-Istati Membri jiżguraw il-ġbir adatt ta’ indikaturi dwar is-sikurezza fit-toroq fl-aktar livell dettaljat possibbli, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali biex jużaw din id-data biex janalizzaw is-sitwazzjoni fil-livell lokali u għall-ippjanar tas-sikurezza fit-toroq. Huwa rikonoxxut li interventi tal-inġinerija fl-aħħar mill-aħħar għandhom impatt limitat u li, bl-użu ta’ data dwar is-sikurezza fit-toroq, huwa possibbli li jiġu identifikati ċerti komunitajiet li jkunu l-aktar involuti f’ħabtiet tat-traffiku fit-toroq. Dan jippermetti kampanji u programmi ta’ mġiba dwar is-sikurezza fit-toroq aktar iffukati u mmirati;

33.

jenfasizza li, f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-governanza f’diversi livelli, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ir-responsabbiltà li jfasslu l-politiki dwar is-sikurezza fit-toroq fi ħdan mandat li jiffoka fuq is-soluzzjoni ta’ problemi lokali, adattati għall-kuntest lokali. Il-PMUS jistgħu jkunu strument effettiv biex jiġi promoss approċċ integrat għas-sikurezza fit-toroq fil-livell lokali;

Loġistika Urbana

34.

jenfasizza li r-rwol tal-merkanzija u l-loġistika ma jistax jiġi sottovalutat. Għalkemm il-loġistika urbana tirrappreżenta sehem relattivament żgħir tat-traffiku urban, tieħu ammont konsiderevoli ta’ spazju tat-toroq urbani, eż. għat-tagħbija u l-ħatt, u b’hekk tikkontribwixxi għall-konġestjoni u problemi oħra. Il-vetturi tal-merkanzija urbana jikkontribwixxu wkoll b’mod sproporzjonat għat-tniġġis tal-arja u dak akustiku, u huma ta’ spiss involuti f’inċidenti gravi li jinvolvu utenti vulnerabbli tat-toroq bħall-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti. F’dan ir-rigward, it-titjib tal-loġistika urbana jkollu impatt pożittiv fuq is-sistema tat-trasport urban kollha kemm hi;

35.

jenfasizza li hemm potenzjal sinifikanti fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, eż. soluzzjonijiet bi fjuwils alternattivi. Huwa rikonoxxut li l-iżvilupp u l-użu bikri ta’ vetturi b’enerġija nadifa jista’ jkollhom benefiċċji immedjati fil-bliet f’termini tat-tnaqqis tad-dipendenza miż-żejt, kif ukoll benefiċċji għas-saħħa minħabba kwalità tal-arja mtejba u t-tnaqqis tal-istorbju. L-għan tal-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport biex niksbu loġistika tal-bliet kważi ħielsa mis-CO2 fiċ-ċentri urbani ewlenin sal-2030 huwa għal darba oħra appoġġjat mill-KtR;

36.

jinnota li, b’mod speċjali għal operaturi ta’ skala iżgħar, is-sostenibbiltà ekonomika tal-introduzzjoni ta’ vetturi iktar nodfa fil-flotta tal-loġistika urbana tista’ tirrikjedi mekkaniżmu ta’ inċentivi bbażati fuq gwadann assoċjat mal-esternalitajiet. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu stabbiliti għanijiet kwantitattivi f’dak li għandu x’jaqsam mal-flotot ta’ vetturi pubbliċi u privati;

37.

jilqa’ l-inklużjoni tal-kwistjoni tal-loġistika urbana fil-pakkett dwar il-mobilità urbana, partikolarment billi l-loġistika urbana hija traskurata ħafna fl-ppjanar tat-trasport tal-bliet;

38.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tieħu azzjoni fir-rigward tat-tixrid u l-adozzjoni tal-aħjar prattika tal-loġistika urbana, b’mod partikolari li tipprovdi dokumenti ta’ gwida dwar kif tista’ titjieb il-prestazzjoni loġistika urbana u li tiffaċilita l-akkwist ta’ vetturi iżjed nodfa u sikuri billi tikkunsidra mill-ġdid l-ambitu tal-Portal tal-Vetturi Nodfa (www.cleanvehicle.eu);

39.

jirrikonoxxi li għad hemm nuqqas ta’ data u informazzjoni dwar il-flussi tal-merkanzija biex iż-żoni urbani jiġu megħjuna jippjanaw b’mod iktar effettiv għall-movimenti tal-merkanzija fiż-żona tagħhom. Jekk din id-data u din l-informazzjoni jintrabtu mal-applikazzjonijiet tas-STI, l-awtoritajiet urbani jkunu jistgħu jifhmu aħjar il-bżonnijiet loġistiċi urbani, tittejjeb l-effiċjenza tal-movimenti, u jiġu identifikati rotot aktar adattati għall-vetturi bil-għan li jkun hemm inqas emissjonijiet;

40.

jaċċetta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil-loġistika urbana fl-approċċi nazzjonali għall-mobilità urbana fi ħdan l-Istati Membri, u b’mod partikolari lill-PMUS;

Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti Urban

41.

jirrikonoxxi mill-ġdid il-potenzjal li joffru s-STI fir-rigward tal-ottimizzazzjoni tal-mobilità urbana u fit-tilħiq tal-għanijiet tal-politika, bħal aktar sikurezza u inqas konġestjoni. It-teknoloġiji tal-informazzjoni jaqdu rwol ewlieni billi jappoġġjaw xejriet ġodda ta’ mobilità bbażati fuq l-użu konġunt tal-modi kollha ta’ trasport (eż. informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku multimodali fil-ħin reali, sistemi elettroniċi multimodali integrati għall-ħruġ tal-biljetti, u skemi ta’ car sharing u bike sharing);

42.

jiddispjaċih li l-użu tal-applikazzjonijiet tas-STI għadu frammentat ħafna, ikkawżat min-nuqqas kemm tal-interoperabilità kif ukoll ta’ koperazzjoni effettiva. Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li s-STI jistgħu jirrealizzaw il-potenzjal sħiħ tagħhom biss bl-użu fuq skala wiesgħa madwar l-Ewropa kollha. L-importanza ta’ din il-koerenza u l-interoperabilità tappoġġja l-ivvjaġġar transkonfinali u l-moviment liberu fi ħdan l-UE. Dan japplika wkoll għaż-żoni urbani, li huma ta’spiss nodi importanti fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport;

43.

jitlob sabiex jingħata appoġġ lill-inizjattivi tal-awtorità lokali biex jiġu implimentati s-STI. Jeħtieġ li titħaffef l-introduzzjoni tal-innovazzjonijiet tekniċi u teknoloġiċi li jtejbu l-mobilità, l-effiċjenza, is-sigurtà u l-kwalità tat-trasport f’żoni urbani;

44.

ifakkar li l-Kummissjoni Ewropea diġà bdiet il-ħidma fir-rigward ta’ STI interoperabbli u koerenti, b’mod partikolari l-provvista ta’ qafas legali bid-Direttiva 2010/40/UE (id-Direttiva dwar is-STI) u t-twaqqif ta’ grupp ta’ esperti dwar is-STI urbani, li diġà żviluppa linji gwida għall-użu ta’ applikazzjonijiet ewlenin tas-STI fiż-żoni urbani;

45.

f’dan il-kuntest, jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tkompli bil-ħidma tagħha f’dan il-qasam u l-intenzjoni tagħha li tissupplimenta l-leġislazzjoni eżistenti dwar l-aċċess għad-data dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar, biex tħejji l-ispeċifikazzjonijiet dwar informazzjoni tat-traffiku f’ħin reali u servizzi ta’ informazzjoni multimodali taħt il-qafas tad-Direttiva 2010/40/UEdwar is-STI, u biex tiffaċilita l-varar ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni bejn vettura u oħra u bejn il-vetturi u l-infrastruttura fiż-żoni urbani. Madankollu, b’dawn il-kwistjonijiet kollha, il-protezzjoni tad-data u l-kwistjonijiet ta’ privatezza huma prerekwiżiti importanti għall-aċċettazzjoni ta’ dawn is-sistemi u għandhom ikunu rispettati bis-sħiħ;

It-Tibdil fil-Klima, il-Kwalità tal-Arja u t-Tniġġis Akustiku

46.

jiddispjaċih li l-kwistjonijiet tal-kwalità tal-arja u l-klima mhumiex indirizzati b’mod adegwat fil-Komunikazzjoni. Hekk kif it-tibdil fil-klima jkollu impatt, se jiżdied l-għadd ta’ ġranet li fihom is-sistemi tat-trasport jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ temp estrem. Jekk ma tittieħed l-ebda miżura biex is-sistemi tat-trasport tagħna jiġu adattati għal dawn l-avvenimenti, huma mistennija aktar tfixkil u spejjeż soċjali u ekonomiċi ogħla;

47.

jenfasizza li, għal ħafna raġunijiet oħra, il-kwalità tal-arja hija kwistjoni ta’ tħassib kbir f’ħafna bliet tal-Ewropa, u, fid-dawl tal-fatt li l-ispiża umana tal-kwalità fqira tal-arja hija agħar minn dik tal-inċidenti tat-traffiku, hija l-ewwel kawża ambjentali ta’ mwiet prematuri fl-UE. Għandha impatt ukoll fuq il-kwalità tal-ħajja minħabba problemi li jirriżultaw mill-ażżma jew problemi respiratorji oħra. It-tniġġis tal-arja jikkawża telf ta’ ġranet ta’ xogħol u spejjeż kbar fil-qasam tal-kura tas-saħħa, u l-aktar milquta huma gruppi vulnerabbli bħat-tfal, l-ażżmatiċi u l-persuni mdaħħlin fl-età. Huwa ta’ ħsara għall-ekosistemi minħabba t-tniġġis tan-nitroġenu żejjed (l-ewtrofikazzjoni) u x-xita aċiduża. L-ispejjeż diretti tat-tniġġis tal-arja għas-soċjetà, inkluża l-ħsara fl-uċuħ tar-raba’ u l-bini, jammontaw għal madwar EUR 23 biljun fis-sena, u l-ispejjeż esterni minħabba l-impatt fuq is-saħħa biss huma stmati għal EUR 330-940 biljun (bejn 3-9 % tal-PDG tal-UE);

48.

jinnota li, minħabba ksur tal-limiti tas-saħħa għall-NO2 stabbiliti mill-UE, ħafna gvernijiet tal-Istati Membri potenzjalment qed jiffaċċjaw proċedimenti legali ta’ ksur mill-Kummissjoni Ewropea, bil-possibbiltà ta’ multi sostanzjali li jistgħu jiġu mgħoddija lill-awtoritajiet lokali u l-entitajiet pubbliċi li fihom ma tteħditx azzjoni xierqa skont is-setgħat tagħhom. Dan madankollu jeħtieġ illi jiġi amministrat b’attenzjoni. Fl-istess ħin deher ċar li l-ksur fil-livell lokali huwa spiss minħabba, fost affarijiet oħra, politika nazzjonali u Ewropea mhux adatta għall-indirizzar tal-problemi mill-bidu nett. Hemm bżonn ta’ approċċ f’diversi livelli, fejn kull livell ta’ governanza (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali) jassumi r-responsabbiltà tiegħu u jadotta l-miżuri li jistgħu u għandhom jiġu adottati fil-livell tiegħu;

49.

jissuġġerixxi li d-diversi elementi tal-PMUS ilkoll jistgħu jikkontribwixxu biex jindirizzaw il-kwalità tal-arja. Is-STI jwasslu għal movimenti iktar effiċjenti tat-trasport. Il-ġestjoni aħjar tal-loġistika urbana tnaqqas l-istorbju u l-konġestjoni u ttejjeb l-effiċjenza tal-vjaġġi; ir-regolamenti dwar l-aċċess urban tal-vetturi jistgħu jintużaw biex jipprojbixxu vetturi li jniġġsu żżejjed u jħeġġu l-użu ta’ vetturi iżjed silenzjużi b’emissjonijiet baxxi ħafna; u, permezz ta’ miżuri tas-sikurezza fit-toroq, tista’ tiġi mħeġġa mġiba aħjar fis-sewqan li għandha tgħin sabiex jonqsu l-emissjonijiet globali filwaqt li jonqsu l-għadd ta’ inċidenti fin-netwerk tat-trasport u l-konġestjoni li ta’ spiss iġibu magħhom. Programmi bħaċ-Civitas jew l-Ecostars huma eżempji tajbin ta’ dan;

50.

jemmen li l-miżuri inklużi fil-PMUS għandhom iżidu l-għadd ta’ nies bil-mixi, u li jsuqu r-roti u jużaw it-trasport pubbliku, u b’hekk jitnaqqsu mhux biss l-emissjonijiet u l-istorbju mit-traffiku tal-vetturi iżda jkun hemm ukoll aċċessibilità aħjar għal kulħadd, titjib fl-ugwaljanza fis-sistema tat-trasport, kif ukoll żieda fl-attività fiżika u t-titjib tas-saħħa pubblika;

51.

ifakkar li l-leġislazzjoni eżistenti tal-UE dwar il-kwalità tal-arja, l-istorbju u t-tassazzjoni tal-vetturi qed tiġi riveduta bħalissa u jħeġġeġ li dawn isiru konsistenti mal-ispirtu ta’ din il-Komunikazzjoni;

52.

jemmen li huwa importanti li l-bliet esposti għar-riskju ta’ tniġġis akustiku jkollhom pjan ta’ tqassim f’żoni tal-istorbju, li bih jiġi kklassifikat it-territorju skont il-livell massimu ta’ tniġġis akustiku permess u li fih ikunu stabbiliti żoni urbani u suburbani b’impatt ta’ storbju minimu speċjalment ħdejn parks, skejjel, sptarijiet u residenzi protetti għall-persuni mdaħħlin fl-età;

53.

għaldaqstant, jitlob li t-tħassib dwar it-tniġġis tal-arja u dak akustiku jissarraf f’azzjonijiet permezz tal-PMUS, kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri;

It-tisħiħ tal-appoġġ tal-UE

54.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ l-appoġġ tal-UE għall-mobilità urbana sostenibbli fl-oqsma tal-kooperazzjoni, l-esperjenza u l-iskambju tal-aħjar prattiki, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-appoġġ finanzjarju u l-kooperazzjoni internazzjonali;

55.

B’mod partikolari, jilqa’ l-intenzjoni li jittejjeb l-Osservatorju eżistenti tal-Mobilità Urbana ELTIS billi jiġi integrat il-portal attwali tal-Pjani dwar il-Mobilità u billi dan jiġi żviluppat f’ċentru tal-għarfien komprensiv. Dan ser jikkonsolida l-informazzjoni dwar l-ippjanar tat-trasport urban minn madwar l-UE u jżid mal-Pjattaforma Ewropea ppjanata dwar il-PMUS, u b’hekk jipprovdi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-għodod neċessarji sabiex japplikaw il-PMUS b’suċċess;

56.

japprova l-proposta biex tiġi żviluppata Tabella ta’ Valutazzjoni dwar il-Mobilità Urbana, proposta għall-ewwel darba fil-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport, bil-għan li tipprovdi indikaturi armonizzati bħala riferiment u biex jitqabbel il-progress taż-żoni urbani madwar l-UE;

57.

jissuġġerixxi, madankollu, li kwalunkwe tabella ta’ valutazzjoni teħtieġ li tkun żviluppata b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li ma ssirx sempliċi sistema ta’ klassifikazzjoni. It-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Mobilità Urbana għandhom bżonn ikunu “speċifiċi għall-belt” biex jistabbilixxu bażi marbuta maż-żmien, biex b’hekk jinkludu għadd ta’ indikaturi ewlenin (pereżempju l-qasma modali (modal split), l-aċċessibbiltà, il-vetturi effiċjenti fl-użu tal-karburanti, il-kwalità tal-arja u s-saħħa). Applikazzjonijiet sussegwenti tal-finanzjament tal-UE jeħtieġ li jkunu marbuta b’mod speċifiku ma’ kif il-proġett jew l-iżvilupp se jtejjeb/ikollu impatt fuq il-bażi ta’ punteġġ u t-tabelli ta’ valutazzjoni għandhom jiġu riveduti annwalment;

58.

jirreferi għall-piż qawwi fuq il-bliet minħabba ż-żieda fl-għadd ta’ vetturi. Is-servizzi ta’ car sharing żviluppati f’xi bliet fl-Ewropa jistgħu jtaffu s-sitwazzjoni b’mod konsiderevoli. Madanakollu, s’issa dan mhux qed jiżviluppa b’mod uniformi fil-pajjiżi Ewropej għalkemm il-proġett Ewropew MOMO wera potenzjal kbir. Il-Kummissjoni għandha ddaħħal il-mudell ta’ qsim (bħall-bike sharing, car sharing, car pooling) b’mod ċar fl-istrateġiji tagħha;

59.

iħeġġeġ li l-appoġġ finanzjarju għall-mobilità urbana sostenibbli permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej ikun imsejjes fuq il-gwida li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar kif il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jistgħu jintużaw b’mod aktar sistematiku għall-finanzjament ta’ pakketti integrati ta’ miżuri fil-qasam tal-mobilità urbana, inkluż permezz ta’ strumenti ġodda bħall-Investimenti Territorjali Integrati. Barra min dan, hemm bżonn ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu żviluppati l-Pjani dwar il-Mobilità biex juru li dawn joffru valur għall-flus għall-investimenti u jisfruttaw is-sinerġiji ma’ possibbiltajiet oħra ta’ finanzjament tal-UE bħall-Orizzont 2020;

60.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħti aktar attenzjoni lill-bliet iż-żgħar u medji li jaqdu rwol fundamentali fis-sistema urbana Ewropea kollha kemm hi. Barra minn hekk, dawn il-bliet għandhom potenzjal kbir minħabba l-vantaġġi soċjali, ambjentali u istituzzjonali li jgawdu b’rabta mad-daqs iżgħar tagħhom. Il-problemi marbutin mal-mobilità urbana mhumiex fenomenu li jolqot esklużivament lill-bliet metropolitani l-kbar, u l-bliet iż-żgħar u medji jridu saħansitra jiffaċċjaw diffikultajiet akbar biex jiffinanzjaw proġetti għat-titjib tal-mobilità urbana, minħabba l-ispejjeż għoljin u inqas ekonomiji ta’ skala;

61.

jissuġġerixxi li hemm argumenti sodi biex il-PMUS jintrabtu mal-azzjonijiet tal-bliet tal-UE fi ħdan il-Patt tas-Sindki. L-impenn volontarju tal-bliet għall-Patt tas-Sindki jista’ jkun mudell validu għall-promozzjoni tal-użu tal-PMUS;

62.

jirrimarka li f’ħafna bliet, speċjalment fl-Istati Membri l-ġodda, il-bidliet ekonomiċi u soċjali wasslu għal bidla radikali fil-funzjoni ta’ żoni urbani partikolari u għalhekk bidliet fundamentali fil-fluss ta’ trasport. Dawn il-bidliet jeħtieġu rikostruzzjoni komprensiva u bi spiża għolja ta’ kull tip ta’ infrastruttura tat-trasport. Huwa għalhekk li għal dawn il-bliet huwa essenzjali li l-ewwel tiġi indirizzata – u appoġġjata mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment – ir-rikostruzzjoni ta’ din l-infrastruttura essenzjali biex issir operattiva u adegwata. L-appoġġ tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment għaldaqstant m’għandux ikun limitat għall-konnessjoni għan-netwerks TEN-T, iżda għandu jkun jista’ jiffinanzja l-komunikazzjonijiet u l-infrastruttura lokali għall-pubbliku u mezzi ta’ trasport alternattiv li jikkontribwixxi sew għall-mobilità urbana;

63.

jemmen li, jekk il-PMUS jitfasslu skont linji gwida tal-UE, allura wieħed jista’ jassumi li huma msawra fuq il-ħtiġijiet tal-mobilità taċ-ċittadini lokali, bl-appoġġ tal-partijiet interessati lokali u x-xiri sfurzat mill-politiċi lokali. Il-Pjani ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli jistgħu jiżguraw li l-flus jiġu integrati fi kwistjonijiiet ta’ pprogrammar u ppjanar usa’ li jibbenefikaw minn impenn politiku fil-livell lokali;

64.

jappoġġja l-idea li l-allokazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni u dawk għall-iżvilupp rurali jkunu kkoordinati billi l-bliet u r-reġjuni joħorġu ċertifikat tal-Awditjar tal-Prestazzjoni u s-Sostenibbiltà tal-Mobilità Urbana li jkun koerenti u vvalidat indipendentement.

Brussell, 25 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 236/2007 fin.

(2)  CdR 417/2008 fin; CdR 256/2009 fin.

(3)  CdR 101/2011 fin.

(4)  COR-2013-07987

(5)  CdR 256/2009 fin.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/25


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Bliet Sostenibbli

2014/C 271/05

Relatur

Is-Sinjura Matonienė (LT/KRE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Šiauliai

Dokument ta’ referenza

Ittra ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Novembru 2013

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Kuntest ġenerali

1.

Sabiex ikun hemm użu effiċjenti tar-riżorsi u ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, li jħarsu u jsaħħu l-kapital naturali u jipproteġu s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini, l-għan tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (EAP) hu li jintlaħqu l-miri ambjentali u tat-tibdil fil-klima fejn l-Unjoni diġà waslet għal ftehim dwarhom, sabiex jiġi pprovdut qafas legali għall-politika ambjentali sal-2020 u biex tiġi stabbilita viżjoni fit-tul sal-2050 għall-UE u l-Istati Membri tagħha.

2.

Il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kumitat tar-Reġjuni joħroġ Opinjoni dwar il-miżuri proposti għall-implimentazzjoni tat-tmien għan tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u ressqet erba’ mistoqsijiet speċifiċi:

(a)

Kif tistal-Unjoni Ewropea tħeġġeġ lill-bliet biex jadottaw miżuri ta’ ppjanar u disinn urban li jirriflettu l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli?

(b)

Kif jista’ jittejjeb it-tixrid tal-informazzjoni dwar l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE eżistenti u disponibbli għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tal-bliet?

(c)

Kif tistal-UE trawwem skambju ta’ informazzjoni u għarfien iktar effiċjenti dwar l-aħjar ideat u miżuri relatati mal-bliet sostenibbli fl-UE?

(d)

Kif jistgħu l-bliet b’iktar minn 1 00  000 abitant jitħeġġu jikkompetu għat-titolu ta’ Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa?

B.    Kuntest

3.

Fl-UE hemm 350 miljun persuna (70 %) li jgħixu fi bliet b’iktar minn 5  000 abitant. Sal-2020 probabbilment 80 % tal-Ewropej ser ikunu qed jgħixu fil-bliet jew fis-subborgi. Il-kwalità tal-ħajja u l-kundizzjonijiet ambjentali globali jiddependu direttament mill-istat tal-ambjent urban. Il-biċċa l-kbira ta’ sustanzi niġġiesa li jidħlu fl-ambjent joriġinaw fil-bliet.

4.

Ħafna bliet jiffaċċjaw prinċipalment sfidi simili fil-qasam tal-ambjent: it-titjib tal-kwalità tal-arja, it-tnaqqis tat-tniġġis akustiku, tal-konġestjoni tat-traffiku u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, it-telfien tal-bijodiversità, l-iskarsezza tal-ilma, l-għargħar u l-ħsara mill-maltempati, il-preservazzjoni ta’ superfiċji ekoloġiċi, ir-riabilitazzjoni tal-art ikkontaminata u t-titjib tal-ġestjoni tal-iskart u l-provvista tal-enerġija.

5.

Il-KtR jenfasizza l-benefiċċji tanġibbli tal-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri sostenibbli inkluż ambjent imtejjeb, saħħa pubblika aħjar, kwalità tal-ħajja mtejba, iktar ċertezza regolatorja għall-industrija, u inqas distorsjonijiet fis-suq. Jenfasizza wkoll li huwa stmat li l-ispejjeż tan-nonimplimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar l-ambjent bejn wieħed u ieħor jammontaw għal madwar EUR 50 biljun fis-sena u jinkludu spejjeż marbuta mas-saħħa u spejjeż diretti għall-ambjent (1).

6.

Jenfasizza li l-bliet sostenibbli ser jiġu definiti mill-kapaċità tagħhom li jiksbu l-miri tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Minħabba l-konċentrazzjoni tal-popolazzjoni fiż-żoni urbani, jinnota li l-bliet ser ikollhom jaqdu rwol mexxej fit-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra biex iż-żieda fit-temperatura globali ma taqbiżx iż-żewġ gradi Celsius; u l-bliet huma fl-aħjar pożizzjoni li jħeġġu l-bidla fl-imġiba meħtieġa għat-trasformazzjoni radikali fl-infrastruttura tal-enerġija u t-trasport. Jagħraf ukoll li l-kapaċità tal-bliet li jadattaw għat-tibdil fil-klima inevitabbli u li t-temp estrem ser tiddetermina wkoll is-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tagħhom u b’hekk il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea.

7.

Fil-valutazzjoni u l-ippjanar tal-miżuri tal-UE, b’rabta mal-iżvilupp sostenibbli tal-bliet, għandu jitqies ukoll il-kuntest globali. Fit-22 ta’ Ġunju 2012, fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-iżvilupp sostenibbli ġiet adottata d-Dikjarazzjoni Rio+20, li tisħaq fuq ekonomija inklużiva u li tirrispetta l-ambjent u tistabbilixxi l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli għal wara l-2015.

8.

B’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Rio+20, il-KtR iqis li belt sostenibbli hija waħda li tippromovi soċjetà li hija ekonomikament, ambjentalment u soċjaliment sostenibbli, li għandha biss impatt minimu fuq l-ambjent, li tippromovi teknoloġiji ġodda, toħloq l-impjiegi, tħares il-ġid kulturali u naturali u toffri s-sigurtà soċjali. Hija wkoll belt li tagħti s-setgħa lill-komunità lokali tagħha biex tieħu sehem fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali.

C.    Il-prinċipji ewlenin

9.

Il-promozzjoni ta’ bliet sostenibbli tirrikjedi approċċ olistiku li permezz tiegħu jistgħu jiġu solvuti kemm il-kwistjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent u l-problemi soċjali u ekonomiċi tal-bliet kif ukoll jindirizza kif il-bliet jistgħu jibnu reżiljenza għad-diżastri. Għalhekk il-kunċett ta’ belt sostenibbli ma jistax jiġi limitat għall-ħarsien tal-ambjent. L-isfida hi li jiġi żgurat li l-kriterji huma bbażati fuq il-livelli adegwati ta’ informazzjoni mill-oqsma ta’ suġġett differenti u li huma rilevanti għat-tipi differenti ta’ bliet madwar l-UE. Dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-kriterji jkunu faċli biex jintużaw għal kwalunkwe belt li trid taħdem biex issir sostenibbli, u li tinħoloq responsabbilizzazzjoni pubblika ta’ dan il-proċess. Approċċ olistiku u sostenibbli ser ikun prerekwiżit għall-iżvilupp urban futur. Għal aktar proposti dwar il-politiki urbani u l-politiki ta’ reżiljenza, il-KtR jirreferi għall-Opinjoni dwar l-Aġenda Urbana tal-UE u l-Opinjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji sabiex tinkiseb ir-reżiljenza (2).

10.

Il-ħolqien ta’ bliet sostenibbli jeħtieġ miżuri sodi għall-ħarsien tal-ambjent li jridu jiġu inkorporati f’kull qasam ta’ politika rilevanti u li jridu jiġu integrati fi strateġiji u attivitajiet settorjali oħra inklużi dawk immirati li joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir.

11.

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà l-ippjanar tal-bliet sostenibbli u l-ġestjoni tat-territorju huma kompitu tal-Istati Membri u għalhekk dan il-prinċipju għandu jiġi rispettat b’mod assolut. Huwa importanti wkoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fl-iktar stadji bikrija tat-tfassil ta’ dawn il-politiki, kif ukoll fl-implimentazzjoni u l-infurzaar tagħhom fil-prattika. L-Unjoni Ewropea tista’ tieħu azzjoni ta’ appoġġ u tħeġġeġ lill-bliet, lir-reġjuni u lill-Istati Membri jiskambjaw l-informazzjoni, jaqsmu l-aħjar prattiki u jitgħallmu minn xulxin.

12.

Filwaqt li l-miżuri, l-arranġamenti u l-prijoritajiet finanzjarji tal-UE huma wkoll immirati l-aktar lejn bliet kbar ta’ iktar minn 1 00  000 abitant, jinnota li madwar 56 % tal-bliet tal-UE għandhom bejn 5  000 u 1 00  000 abitant. Jenfasizza l-importanza tal-impatt akkumulattiv tas-sostenibbiltà ta’ bliet żgħar u ta’ daqs medju u jenfasizza li hemm ambitu konsiderevoli fi bliet iżgħar biex jitfasslu u jiġu implimentati l-prinċipji tal-iżvilupp urban sostenibbli.

13.

Jenfasizza l-bżonn għal diskussjoni ġenerali dwar id-direzzjoni tal-bliet sostenibbli bil-għan li jiġu stabbiliti għanijiet komuni sal-2050.

D.    Miżuri proposti

I.   L-Unjoni Ewropea, kif tista’ tħeġġeġ lill-bliet biex fl-ippjanar u l-ġestjoni urbana jadottaw miżuri li jikkonformaw mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli?

(a)   Governanza f’diversi livelli u l-mekkaniżmu

14.

Il-bliet huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri fil-qasam tal-ippjanar urban, il-politika tal-iżvilupp, il-ħarsien tal-ambjent u l-politika tal-enerġija. Għalhekk il-bliet jinsabu fl-aħjar livell amministrattiv biex jimplimentaw il-miżuri għall-iżvilupp sostenibbli tal-bliet bl-iktar mod kosteffiċjenti.

15.

Il-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli għandu jissaħħaħ, għax is-suċċess fil-livell nazzjonali u lokali jiddependi mill-ħidma konġunta fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli tal-bliet u approċċ komuni bejn il-bliet li għandhom ir-responsabbiltà għall-iżvilupp urban u l-livelli l-oħra (reġjonali, nazzjonali u Ewropew) li jikkontribwixxu għall-qafas globali tas-sostenibbiltà.

16.

Il-KtR, bħala l-istituzzjoni tal-UE li tirrappreżenta leħen ir-reġjuni u l-bliet tal-UE u bħala l-punt ta’ kuntatt għal ħafna netwerks lokali, għandu jkun element ċentrali fi ħdan din is-sistema ta’ governanza. Dan ser jiżgura li l-leġislazzjoni tal-UE tkun adattata aħjar għas-sitwazzjoni u l-bżonnijiet tal-bliet. Dan jippermettilhom li joħolqu sens ta’ responsabbiltà għall-miżuri tas-sostenibbiltà urbana.

17.

Sabiex jinkisbu bliet sostenibbli għandha tintuża taħlita tal-approċċ minn isfel għal fuq u approċċ minn fuq għal isfel (Bottom-up/Top down). Mhuwiex biżżejjed li l-bliet jieħdu inizjattiva. Huwa rakkomandat li fil-livell tal-UE jkun hemm qafas komuni bi gradi adatti ta’ flessibbiltà li permezz tiegħu l-bliet ikunu jistgħu janalizzaw lilhom innifishom skont kriterji komuni għall-bliet sostenibbli u jwettqu l-għanijiet tas-sostenibbiltà għall-bliet skont miżuri tagħhom stess. Jeħtieġ ukoll li jkun possibbli aċċess aħjar għall-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE. Skont il-kriterji rrakkomandati tal-UE, li għandhom jibnu fuq il-Qafas ta’ Referenza għal Żvilupp Sostenibbli tal-Bliet, għandha ssir analiżi tas-sostenibbiltà tal-bliet u jiġu evalwati l-punti b’saħħithom u dawk dgħajfa tal-belt. Abbażi tar-riżultat il-belt tista’ tagħti direzzjoni lill-iżvilupp u tiddeċiedi liema huma l-miżuri adatti biex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha. Dawn il-kriterji jistgħu jiġu peżati b’mod varjat biex jiġu kalibrati l-prijoritajiet u l-iskop tagħhom.

18.

Il-livelli ta’ governanza lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom jieħdu ħsieb koordinazzjoni orizzontali u vertikali, inkluża l-kooperazzjoni intermuniċipali u transkonfinali, li tiżgura approċċ estensiv għall-iżvilupp urban, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u li l-investiment jiġi iżolat u jsir mingħajr koordinazzjoni.

19.

Il-KtR jilqa’ l-istrument il-ġdid ta’ “Ftehimiet ta’ Implimentazzjoni tas-Sħubija” u jitlob lill-Kummissjoni għal iktar ċarezza u gwida fir-rigward tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan l-istrument.

20.

Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk jappella biex sal-2050, fil-livell tal-UE, jitfasslu għanijiet komuni għall-bliet sostenibbli, li għandhom jintlaħqu sal-2050, fuq il-bażi ta’ katalogu ta’ kriterji rrakkomandati. Il-miżuri meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet diġà għandhom ikunu inklużi fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea, u jipprovdu gwida dwar l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-iżvilupp tal-għanijiet fuq terminu twil ta’ żmien u l-kriterji meħtieġa għandhom ikunu bbażati fuq l-inizjattivi li diġà jeżistu f’dan il-qasam, inkluża l-Karta ta’ Leipzig dwar il-bliet Ewropej sostenibbli.

(b)   Parteċipazzjoni pubblika u mekkaniżmi ta’ finanzjament addizzjonali

21.

Il-KtR iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiddiskutu l-kunċetti rispettivi tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli urban mal-partijiet kollha rilevanti fid-diversi livelli ta’ governanza. F’dan ir-rigward, il-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin għaċ-ċittadini huma mezz eċċellenti biex dawn jiġu involuti fl-istrateġiji li jridu jiġu definiti. Ladarba l-kriterji jkunu ġew żviluppati, id-dibattitu pubbliku dwar il-prestazzjoni mkejla skont dawn il-kriterji jista’ jħeġġeġ lil iktar bliet biex jaqbdu t-triq lejn is-sostenibbiltà.

22.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex taħdem mal-Istati Membri fuq approċċ komuni lejn il-miżuri għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ bliet sostenibbli u biex tiġbor informazzjoni dwar liema mekkaniżmi ta’ suċċess diġà jeżistu għal dan l-appoġġ. Approċċ komuni u proċeduri flessibbli jagħmluha possibbli biex il-bliet jagħżlu l-aħjar miżuri għall-iżvilupp sostenibbli tal-bliet fit-tul.

23.

Il-bliet għandhom jippromovu sħubija innovattiva u effettiva bejn is-settur pubbliku u dak privat, biex il-proġetti mmexxija skont il-kunċett tas-sostenibbiltà tal-bliet jitwettqu bl-aħjar mod possibbli.

II.   Kif jista’ jittejjeb it-tixrid tal-informazzjoni dwar l-istrumenti eżistenti u disponibbli ta’ finanzjament tal-UE, għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-bliet? L-UE kif tista’ tippromovi skambju effiċjenti ta’ informazzjoni u għarfien dwar l-aħjar ideat u miżuri relatati mal-bliet sostenibbli fl-UE (mistoqsijiet (b) u (c) tal-Kummissjoni)?

24.

Għandhom jintużaw l-għażliet u l-istrutturi eżistenti ta’ finanzjament, inklużi dawk disponibbli taħt il-programm LIFE plus għall-appoġġ tal-proġetti pilota. Il-programm tal-BEI għall-finanzjament tal-miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija diġà qed jiġi applikat b’suċċess u l-possibbiltà li jiġu żviluppati programmi simili f’oqsma oħra rilevanti għas-sostenibbiltà għandhom jiġu esplorati.

25.

Għandu jiġi promoss ir-raggruppament tal-proġetti, mekkaniżmu li kultant jintuża fil-prattika, li jiġbor flimkien bosta muniċipalitajiet li għandhom l-istess għan. Dan jiffaċilita l-finanzjament ta’ proġetti żgħar li huma ta’ importanza għar-reġjun.

26.

Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u l-għoti ta’ inċentivi huma wieħed mill-fatturi ewlenin biex il-bliet sostenibbli jsiru realtà. Il-miżuri intiżi għall-konservazzjoni tal-ilma, l-estensjoni tal-impjanti tar-riċiklaġġ u ta l-ikkompostar, l-użu iktar mifrux tat-trasport pubbliku u l-iffrankar tal-enerġija, eċċ., waħidhom mhumiex biżżejjed għal parteċipazzjoni attiva u estensiva tas-soċjetà fil-ħolqien tal-bliet sostenibbli. Il-KtR jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tagħti parir lill-bliet dwar il-possibbiltajiet li jintużaw miżuri ta’ informazzjoni viżwali, biex iċ-ċittadin f’kull ħin ikun jista’ jkun infurmat aħjar dwar is-sitwazzjoni tal-ambjent urban (fost oħrajn informazzjoni dwar it-tniġġis tal-arja, it-traffiku).

27.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fejn tipprovdi portal ibbażat fuq l-Internet bħala punt ta’ kuntatt uniku u jħeġġeġ lill-membri tiegħu biex jipprovdu informazzjoni rilevanti jekk u meta meħtieġ. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-informazzjoni komuni dwar il-kriterji, l-istrumenti ta’ finanzjament u l-inizjattivi jilħqu lill-bliet. Għandhom jitħejjew pjani ta’ komunikazzjoni rilevanti bl-involviment tal-istituzzjonijiet tal-UE, ir-rappreżentanzi tagħhom fl-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u kwalunkwe parti interessata oħra rilevanti.

28.

Kemm il-pjattaformi u l-istrumenti eżistenti kif ukoll il-bażijiet tad-data u l-inizjattivi tagħhom għandhom ikunu involuti fl-isforzi tal-livell tal-UE għall-appoġġ tal-bliet sostenibbli u għandhom jintużaw sabiex titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejniethom, u bejn il-bliet u r-reġjuni li diġà huma involuti f’netwerks bħalma huma l-Patt tas-Sindki, il-Qafas ta’ Referenza għal Żvilupp Sostenibbli tal-Bliet, EnergyCities, Eurocities, ICLEI, l-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-klima.

29.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tevalwa u ssaħħaħ l-istrateġija ta’ komunikazzjoni tagħha fil-kuntest tal-perjodu l-ġdid ta’ finanzjament u tħeġġeġ kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-bliet biex japprofittaw bis-sħiħ mill-5 % tal-fondi previsti fil-FEŻR għall-iżvilupp urban sostenibbli.

30.

Il-Kumitat tar-Reġjuni, li qed jipprovdi l-esperjenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u jaħdem flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet interessati, ser ikompli jxerred l-informazzjoni u jippromovi prattiki tajba dwar il-bliet sostenibbli kif ukoll dwar opportunitajiet ta’ fondi disponibbli.

31.

Il-KtR itenni l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp ta’ Oqfsa ta’ Implimentazzjoni u Informazzjoni Strutturati (Structured Implementation and Information Frameworks – SIIF) għal-liġijiet ambjentali kollha ewlenin tal-UE u jappella lill-KE biex tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jieħdu sehem fis-SIIF.

32.

Jenfasizza li l-mobbiltà urbana sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent taqdi rwol importanti ħafna fis-sostenibbiltà tal-bliet tagħna. Għal aktar proposti dwar is-sostenibbiltà u t-trasport sostenibbli fil-bliet, il-KtR jirreferi għall-opinjonijiet dwar il-Pakkett tal-Mobbiltà Urbana (3).

33.

L-UE għandha tappoġġja iktar l-inizjattivi eżistenti li jippromovu l-innovazzjoni u l-aħjar prattiki fil-bliet kif ukoll in-netwerking u l-iskambju, u jekk hemm bżonn testendihom, u l-bliet għandhom jiġu involuti f’dan u anke jaqdu rwol mexxej fil-qasam tal-iżvilupp tal-bliet sostenibbli. F’dan il-kuntest il-KtR jirreferi għall-miżuri innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli tal-bliet li għall-perjodu 2014-2020 ser jiġu finanzjati mill-FEŻR. Dawn il-miżuri jinkludu l-proġetti pilota li għandhom jittestjaw soluzzjonijiet ġodda għal problemi li huma relatati mal-iżvilupp sostenibbli tal-bliet fil-livell tal-UE.

34.

Il-KtR jissuġġerixxi wkoll lill-KE li tappoġġja u tespandi l-proġetti mressqa min-netwerks lokali u li jkunu kisbu suċċess bħar-reviżjoni bejn il-pari u l-attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku, inkluż iż-żjarat lis-siti, il-ġemellaġġ ekoloġiku, il-mentoring u t-taħriġ bejn l-imsieħba, il-monitoraġġ tal-impjiegi, l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet u l-iskemi ta’ mobbiltà għall-esperti tal-bliet.

35.

Fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jinħatru punti ta’ kuntatt (focal points) għall-iżvilupp sostenibbli tal-bliet. Bl-għajnuna tagħhom il-miżuri individwali, fosthom il-programm ta’ skambju għall-esperti, jistgħu jiġu koordinati b’mod iktar faċli. L-aġenziji tal-enerġija u l-amministrazzjonijiet tar-reġjuni tal-iżvilupp tal-livell NUTS II jistgħu jieħdu r-rwol ta’ koordinazzjoni. Huma diġà għandhom kuntatti stabbiliti sew mal-bliet li jaqgħu taħt l-awtorità tagħhom flimkien ma’ esperjenza fil-koordinazzjoni ta’ programmi Ewropej.

III.   Il-bliet b’iktar minn 1 00  000 abitant kif jistgħu jitħeġġu japplikaw għall-premju tal-“Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa”?

36.

Il-kompetizzjoni għall-premju ta’ Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa kisbet suċċess mhux ħażin u għandha tkompli tiġi żviluppata. L-eżempju tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura juri li premju b’bażi legali u finanzjarja soda għandu potenzjal saħansitra ikbar biex iħeġġeġ lill-bliet jieħdu sehem u jiġġeneraw riżultati fit-tul Il-KtR huwa favur li l-“Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa” tiġi żviluppata fl-istess direzzjoni.

37.

Aspett wieħed tal-Premju għall-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa li għandu jitqies mill-ġdid huwa l-fatt li skont il-limitu attwali għall-eliġibbiltà huma biss il-bliet b’iktar minn 1 00  000 abitant li jistgħu jikkompetu. Għaldaqstant, il-KtR jissuġġerixxi li jista’ jiġi kkunsidrat it-tieni premju għall-bliet Ewropej b’tal-anqas 50  000 abitant. B’hekk il-bliet Ewropej iżgħar jiġu offruti opportunità wkoll. Imbagħad tkun ħaġa adatta li l-kriterji għal din il-kategorija jiġu adattati għar-riżorsi u l-ħtiġiet tal-bliet iżgħar, sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni l-ikbar numru possibbli ta’ kandidati.

38.

Il-KtR jappella biex in-Netwerk tal-Bliet Kapitali Ekoloġiċi Ewropej jissaħħaħ iktar biex ir-rebbieħa u l-bliet nominati għall-premju ta’ “Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa” jkunu jistgħu jirreklamaw il-bliet tagħhom mal-pubbliku inġenerali, jagħmlu skambju tar-riżultati miksuba u l-ideat tekniċi u għal dan il-għan jistgħu jużaw pjattaforma proprja jew anke strutturi eżistenti.

39.

Il-KtR jippromovi l-premju tal-“Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa” b’mod attiv u jissuġġerixxi li l-Kummissarju Ewropew għall-ambjent jikteb ittra mhux biss lill-Istati Membri kollha fejn jitlobhom iqajmu kuxjenza fost il-bliet u r-reġjuni tagħhom dwar il-premju imma li jista’ jindirizzaha anke lill-organizzazzjonijiet ambjentali li jikkooperaw mill-qrib mal-bliet.

40.

Tista’ tiġi studjata l-possibilità li l-Kummissjoni tagħti premju għall-aħjar “ekodistrett Ewropew”, sabiex tippromovi r-restawr ta’ distretti identifikati bħala fqar u vulnerabbli u tħeġġeġ lill-komunitajiet lokali jinvolvuhom fil-ġestjoni tad-distretti tagħhom.

41.

Barra mill-inizjattivi tal-KE, għandhom jitqiesu premji oħra bħal pereżempju l-premju tal-Bandiera l-Ħadra (Green Flag Award), dak għall-konservazzjoni tal-Bijodiversità, dak għall-promozzjoni tat-trasport ekoloġiku, eċċ.) fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali.

Brussell, 25 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Studju tal-Kummissjoni, “The cost of not implementing the environmental acquis” (L-ispejjeż tan-nonimplimentazzjoni tal-acquis dwar l-ambjent”) (mhux disponibbli bil-Malti), COWI 2011.

(2)  COR-2013-06902; CoR-2014-02646

(3)  COR-2014-00090.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/30


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-politiki futuri tal-UE dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni

2014/C 271/06

Relatur

is-Sinjura Håkansson Harju (SV/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Järfälla

Dokumenti ta’ referenza

Ewropa miftuħa u sikura: kif nagħmluha realtà

COM(2014) 154 final

L-Aġenda tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020 – It-Tisħiħ tal-Fiduċja, tal-Mobbiltà u tat-Tkabbir fl-Unjoni

COM(2014) 144 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-għan tal-Kummissjoni li tikkonsolida l-progress li sar fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni permezz ta’ implimentazzjoni adatta u monitoraġġ effettiv. Fl-istess ħin, jenfasizza li r-riżultat ta’ konsolidazzjoni bħal din jista’ jfisser miżuri leġislattivi addizzjonali li jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità biex jimtlew il-lakuni eżistenti u jippermettu li l-UE tindirizza l-isfidi globali ġodda b’mod iżjed flessibbli;

2.

huwa tal-fehma li enfasi iżjed b’saħħitha fuq l-impenji tal-UE fir-rigward tad-drittijiet fundamentali għandha tħalli impatt ġenwin fil-livelli kollha. B’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tagħha, l-UE trid tkompli tiżviluppa aktar il-ħidma tagħha f’dan il-qasam sabiex tibqa’ żona miftuħa u sigura msejsa fuq ir-rispett komuni tad-drittijiet fundamentali;

3.

f’dan ir-rigward, jilqa’ b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni Ewropea żviluppat qafas biex tindirizza t-theddid sistemiku kontra l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li l-istat tad-dritt u l-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi huma prerekwiżit għall-implimentazzjoni u r-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni (1);

4.

huwa tal-fehma li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tirrikonoxxi kemm drittijiet fundamentali li jappartjenu għal kulħadd kif ukoll drittijiet speċifiċi għaċ-ċittadini tal-UE. Sabiex dawn id-drittijiet kollha jsiru realtà għall-individwi, tinħtieġ ħidma sostanzjali f’diversi livelli fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol fundamentali, attiv u li jħares lejn il-ġejjieni;

5.

jenfasizza li huma l-komunitajiet lokali li jibnu s-sisien ta’ soċjetà inklużiva b’rispett ġenwin għad-drittijiet fundamentali u, għalhekk, anke soċjetà kkaratterizzata mill-opportunitajiet indaqs, id-diversità u l-ħarsien tal-iżjed persuni vulnerabbli. Fl-istess ħin, huwa wkoll fil-livell lokali u reġjonali li l-isfidi fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni joħorġu l-iżjed fid-dieher u l-effetti tagħhom fuq l-individwi huma l-iżjed ċari;

6.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu adottati strumenti legali komplementari li jiffaċilitaw il-ħajja taċ-ċittadini u jikkontribwixxu għat-tkabbir, bil-kundizzjoni li ma jkunux superfluwi, ikunu effettivi u jiffavorixxu kemm jista’ jkun possibbli l-armonizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-qafas leġislattiv attwali. Tfassil aħjar tal-liġijiet jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, fid-dawl tal-fatt li jiffaċilita r-relazzjonijiet korporattivi u l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini;

7.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tiffoka fuq proposti speċifiċi u prattiċi għal leġislazzjoni li jkollha benefiċċji diretti għaċ-ċittadini – speċjalment f’perjodu li fih il-problemi ekonomiċi u soċjali qed jiżdiedu – u li jgħinuhom b’mod konkret ħafna biex isolvu d-diffikultajiet li jiffaċċjaw ta’ spiss minħabba l-kriżi ekonomika. Dawn id-diffikultajiet jinqalgħu l-iżjed fir-reġjuni transkonfinali inqas żviluppati fejn huwa iżjed diffiċli li ċ-ċittadini jwettqu l-attivitajiet ekonomiċi u soċjali tagħhom;

8.

iqis li sabiex id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha jkunu rispettati bis-sħiħ jinħtieġu ħidma kollettiva u ċara u responsabbiltà komuni fil-livelli kollha. Il-ħidma fil-qasam tad-drittijiet fundamentali għandha tinvolvi proċess fit-tul u kontinwu. Approċċ komuni sabiex dan jintlaħaq irid jissejjes kemm fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE. Jekk il-livelli differenti ma jaħdmux id f’id, hemm il-periklu li jkunu esposti għall-estremiżmu, ir-razziżmu u l-ksenofobija u ssir ħsara għall-iżvilupp pożittiv tal-UE kollha;

9.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-oqsma ta’ politika tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Huma għandhom responsabbiltà kruċjali għall-implimentazzjoni ta’ bosta elementi tal-leġislazzjoni eżistenti fil-livell nazzjonali u dak tal-UE; huma jiżviluppaw u jittestjaw soluzzjonijiet ġodda ta’ politika; jappoġġjaw ir-residenti fl-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali tagħhom u jiġbru informazzjoni u esperjenza meħtieġa għall-iżvilupp addizzjonali tal-oqsma ta’ politika. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kapaċità kbira biex jikkontribwixxu fil-fażijiet kollha ta’ żvilupp tal-oqsma ta’ politika, mill-ippjanar u l-implimentazzjoni sal-monitoraġġ u l-valutazzjoni;

10.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għalhekk huma msieħba li huma meħtiġin bis-sħiħ fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill biex jirrikonoxxu b’mod espliċitu l-awtoritajiet lokali u r-reġjuni bħala msieħba sħaħ f’dawn l-oqsma ta’ politika u jagħtuhom l-opportunità biex jerfgħu s-sehem tagħhom tar-responsabilità;

11.

jemmen li l-politiki fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni għandhom jiġu kkoordinati u integrati mal-politiki l-oħra tal-UE. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ koordinazzjoni aħjar bejn il-kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja u l-affarijiet interni minn naħa u l-politika ekonomika tal-UE, il-politika soċjali u l-politika esterna min-naħa l-oħra, sabiex jissaħħaħ ir-rispett tad-drittijiet fl-oqsma kollha u tiżdied il-konsistenza bejniethom. Il-politiki tal-ġustizza u l-affarijiet interni għandhom jiġu kkoordinati mal-politika ekonomika u soċjali żviluppata mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fir-reġjuni inqas żviluppati, partikolarment fil-qasam tat-taħriġ u l-impjieg. Barra minn hekk, jaqbel mal-Kummissjoni li l-politiki tal-ġustizzja u l-affarijiet interni għandhom jiġu integrati fil-politika esterna globali tal-UE b’mod li jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u s-sinerġiji ma’ oqsma oħra ta’ politika tal-UE (2);

It-tisħiħ tal-Ewropa tad-drittijiet

12.

huwa tal-fehma li l-awtoritajiet fil-livelli kollha għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-persuni kollha. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltà akbar biex joħolqu sensibilizzazzjoni mtejba dwar id-drittijiet fundamentali, minħabba li huma qrib taċ-ċittadini;

13.

jixtieq jenfasizza li l-bnedmin kollha għandhom drittijiet u libertajiet fundamentali irrispettivament mis-sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li l-hekk imsejħa gruppi vulnerabbli bħat-tfal, il-migranti mingħajr dokumenti u dawk li jfittxu asil u oħrajn dejjem jeħtieġu attenzjoni speċjali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni;

14.

jemmen li, sabiex niġġieldu kontra ż-żieda fl-estremiżmu, ir-razziżmu u l-ksenofobija f’bosta Stati Membri tal-UE, tinħtieġ komunikazzjoni strateġika dwar ir-responsabbiltà konġunta fil-livelli differenti għar-rispett, il-ħarsien, it-twettiq u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, il-konformità mal-obbligi internazzjonali komuni, kif ukoll il-benefiċċji fit-tul tal-akkoljenza ta’ dawk li qed ifittxu l-asil u tar-refuġjati;

15.

huwa tal-fehma li l-għarfien dwar kif id-drittijiet fundamentali jitwettqu f’azzjoni prattika huwa fattur ċentrali għall-ħolqien ta’ żona ġudizzjarja Ewropea li tirrispetta u tippromovi d-drittijiet fundamentali, id-diversità u l-kooperazzjoni. Għalhekk, jilqa’ b’sodisfazzjon il-gwida fuq l-Internet żviluppata mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali bil-għan li jiġu megħjuna l-uffiċjali pubbliċi tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali biex b’mod prattiku jtejbu l-ħidma biex jipproteġu u jippromovu d-drittijiet fundamentali permezz ta’ ħidma f’diversi livelli (3). Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvesti riżorsi addizzjonali fl-iżvilupp, l-aġġornament u t-tixrid ta’ għodod prattiċi ta’ din in-natura bħala appoġġ għall-uffiċjali u rappreżentanti eletti fil-livelli differenti;

16.

jenfasizza, fid-dawl tar-rwol ċentrali, il-kapaċità kbira u l-esperjenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-bżonn ta’ forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-atturi tas-soċjetà ċivili u livelli amministrattivi oħra (nazzjonali, Ewropej u internazzjonali). Iħeġġeġ lill-UE tiffaċilita dan iżjed permezz ta’ inizjattivi jew programmi mmirati;

17.

jissuġġerixxi li r-rapport annwali tal-Aġenzija dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE għandu jinkludi informazzjoni dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jimplimentawh. Dan jgħin biex jixħet dawl fuq l-oqsma fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom bżonn iżidu l-isforzi tagħhom u jsaħħu l-komunikazzjoni bejn il-livelli;

18.

josserva li d-drittijiet fundamentali mhumiex biss kwistjoni għall-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni iżda prattikament id-direttorati ġenerali kollha. Sabiex isaħħaħ ir-rwol u n-natura orizzontali tagħhom, jeħtieġ li l-Kummissarji responsabbli għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jikkoordinaw id-drittijiet fundamentali mad-direttorati ġenerali kollha tal-Kummissjoni Ewropea;

19.

huwa tal-fehma li l-iskop ta’ din il-funzjoni ta’ koordinatur għandu jkun li tirrikonċilja l-kompetenzi tad-direttorati ġenerali sabiex jiġu evitati għanijiet kunfliġġenti, tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali, isiru analiżijiet dwar id-drittijiet u l-ġeneru, tiġi kompilata d-data, l-Istati Membri jitħeġġu jirratifikaw u jimplimentaw strumenti ewlenin tad-drittijiet fil-livell internazzjonali u reġjonali, jiġu kkonsultati diversi partijiet interessati u jiġi żgurat li jintużaw it-terminoloġija u l-komunikazzjoni t-tajba. Il-koordinazzjoni għandha tiġi żviluppata bil-kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali;

20.

josserva li l-kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tista’ tiġi ffaċilitata jekk id-drittijiet garantiti fil-Karta jkunu direttament applikabbli wkoll fl-Istati Membri;

21.

jemmen li jeħtieġ li jissaħħaħ l-għarfien dwar id-drittijiet speċifiċi taċ-ċittadini tal-UE f’pajjiżi oħra tal-UE. L-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-moviment ħieles tal-persuni hija ċentrali biex iċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom jiġu garantiti d-dritt li jiċċaqilqu bejn l-Istati Membri u jgħixu fihom liberament;

22.

josserva li d-dritt għall-moviment ħieles jista’ jiġi ċċarat aktar. Kif tosserva l-Kummissjoni, iċ-ċittadini tal-UE ta’ spiss jiffaċċjaw diversi problemi prattiċi u ġuridiċi meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet li huma għandhom fil-pajjiż li jgħixu fih f’pajjiż ieħor tal-UE (4). Fl-istess ħin, għandhom jinstabu soluzzjonijiet aħjar għall-isfidi li l-moviment ħieles joħloq għall-muniċipalitajiet u/jew ir-reġjuni individwali. Anke f’dan ir-rigward, għandhom jintużaw miżuri u programmi mmirati;

Ewropa bbażata fuq id-drittijiet u s-solidarjetà f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet marbutin mal-migrazzjoni u l-asil

23.

jenfasizza li l-UE għandha ssaħħaħ l-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej tal-asil u l-migrazzjoni li huma bbażati fuq id-drittijiet fundamentali, is-solidarjetà, il-fiduċja reċiproka u r-responsabbiltà kondiviża bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

24.

jitlob li l-Ewropa tibqa’ kenn għal dawk li jaħarbu persekuzzjoni jew huma fil-bżonn ta’ protezzjoni. Il-ħtieġa li tinħoloq akkoljenza kkontrollata tal-migranti u li tiġi protetta l-integrità tal-fruntieri ma għandha qatt titħalla tieħu preċedenza fuq id-dritt li tinkiseb protezzjoni internazzjonali. Għalhekk, ifakkar li l-kontroll u l-monitoraġġ tal-fruntieri tal-art u tal-ilmijiet m’għandux ifisser li jintesew l-obbligi fundamentali li jiġu salvati l-ħajjiet u rispettati d-drittijiet tal-bniedem;

25.

huwa tal-fehma li kooperazzjoni li taħdem tajjeb u fiduċja fost il-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE f’dak li jirrigwarda l-kondiviżjoni tar-riżorsi u tal-kompetenzi huma indispensabbli għal sistema sostenibbli u adegwata għall-akkoljenza ta’ dawk li qed ifittxu l-asil u tar-refuġjati. Attwalment, hemm xi nuqqasijiet fir-rigward ta’ ċerti aspetti essenzjali f’din il-kooperazzjoni u dan huwa ta’ xkiel serju għas-sistemazzjoni tal-persuni li jkunu għadhom kif waslu, kif ukoll twassal għall-periklu li tħeġġeġ it-tendenzi ksenofobiċi; Essenzjalment, hemm l-istess ħtieġa għal kooperazzjoni effettiva fil-każ tal-akkoljenza ta’ tipi oħra ta’ migranti;

26.

iħeġġeġ lil-livelli kollha tal-gvern fl-UE jaqsmu r-responsabbiltà li jilqgħu u jintegraw ir-refuġjati, u jitlob għal kooperazzjoni, koordinazzjoni u solidarjetà interreġjonali ikbar permezz tal-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ ridistribuzzjoni fost l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, filwaqt li jitqiesu l-limiti strutturali, ir-riżorsi u fatturi rilevanti oħra; Ir-responsabbiltà għall-politika tal-asil u tar-refuġjati hija tal-Istati individwali, li jerfgħu wkoll ir-responsabbiltà ekonomika tal-akkoljenza. Il-kondiviżjoni tal-akkoljenza hija żbilanċjata wkoll fi ħdan l-Istati Membri u min Stat Membru għal ieħor u b’hekk xi awtoritajiet lokali u reġjonali jerfgħu responsabbiltà ikbar minn livelli oħra peress li jilqgħu parti kbira mill-persuni li jkunu għadhom kif waslu; Il-Kumitat ifakkar li l-Unjoni Ewropea trid tqis id-diffikultajiet partikolari li jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-Ewropa, li fi kwalunkwe ħin jistgħu jirrappreżentaw il-punt tad-dħul għal dawn il-migranti, li jeħtieġu tipi ta’ għajnuna u servizzi li f’ħafna każijiet jeċċedu l-kapaċitajiet ta’ reġjuni individwali. Għalhekk, għandu jiġi introdott strument finanzjarju speċifiku li huwa intiż primarjament għar-reġjuni li jilqgħu l-migranti u għaż-żoni ta’ tranżitu;

27.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li xi kultant l-Istati Membri tal-UE ma jirrispettawx il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar Minorenni mhux Akkumpanjati (2010-2014) f’każijiet ta’ akkoljenza ta’ tfal minorenni migranti, refuġjati u li jkunu qed ifittxu l-asil, kif ukoll minorenni li ma jkunux akkumpanjati; jenfasizza l-importanza ta’ appoġġ reċiproku mill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jerfgħu sehem mir-responsabbiltà biex jiżguraw li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu rispettati kemm għas-subien kif ukoll għall-bniet. Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Pjan ta’ Azzjoni msemmi hawn fuq jintemm fl-2014, u għaldaqstant jitlob li jinbeda l-proċess għat-tiġdid tiegħu;

28.

josserva li, sa issa, l-Artikolu 80 tat-TFUE ma ntużax biex jittieħdu miżuri li jimplimentaw is-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà fir-rigward tal-mobilità; L-impenji fir-rigward tar-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni huma kompletament volontarji u, f’xi każijiet, ċerti bliet ħadu l-inizjattiva biex japplikaw dawn l-impenji fil-prattika;

29.

huwa tal-fehma li d-diviżjoni żbilanċjata tal-persuni li qed ifittxu l-asil u tar-refuġjati bejn il-bliet u r-reġjuni u fi ħdan ir-reġjuni, u n-nuqqas ta’ xogħol u ta’ akkomodazzjoni huma sfidi kbar għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huma wkoll sfidi kbar in-nuqqas ta’ ppjanar bil-quddiem u l-possibbiltà li jsir ippjanar għall-akkoljenza fi żmien propizju. Is-soluzzjonijiet ad hoc sikwit ikollhom konsegwenzi soċjali negattivi, u dan jaffettwa l-possibbiltajiet li għandhom l-individwi li jagħmlu użu mill-għodod meħtieġa biex jibdew il-proċess tal-integrazzjoni;

30.

għalhekk jemmen li wasal iż-żmien biex b’mod iżjed ċar jiġi investigat x’jimplikaw responsabbiltà kondiviża u solidarjetà fil-qasam tal-asil. Huwa ċar li Stati, reġjuni u awtoritajiet lokali differenti jipprovdu argumenti differenti għal dak li huma jqisu bħala kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet u s-solidarjetà abbażi taċ-ċirkustanzi u x-xewqat speċifiċi tagħhom. Dan jinvolvi kollox min-numru ta’ dawk li qed ifittxu l-asil li jaslu direttament, in-numru ta’ applikazzjonijiet għall-asil li jiġu pproċessati, is-sitwazzjoni finanzjarja, in-nuqqas tad-djar, akkoljenza iżjed bikrija, id-densità tal-popolazzjoni, eċċ. Jinvolvi wkoll jekk il-perspettiva hix fuq perjodu qasir jew twil ta’ żmien;

31.

jenfasizza l-bżonn li jkun hemm skambju tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Istati Membri fir-rigward tal-proċess tat-trattament ta’ dawk li qed ifittxu l-asil u r-refuġjati, il-politiki tal-integrazzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari. Josserva li dan jista’ jiżgura li jiġu indirizzati minn isfel għal fuq kemm id-disparità fl-Istati Membri u r-reġjuni f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet li fihom dawk li qed ifittxu l-asil, ir-refuġjati jew il-migranti irregolari jiġu ospitati mal-wasla tagħhom, kif ukoll id-disparità fl-effiċjenza u l-ħeffa li bihom l-applikazzjonijiet u l-fajls jiġu pproċessati. Jiġbed ukoll l-attenzjoni għall-fatt li l-muniċipalitajiet iż-żgħar ma għandhomx ir-riżorsi meħtieġa biex jittrattaw flussi kbar ta’ migranti u, f’dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza tas-solidarjetà fost il-muniċipalitajiet u jitlob għat-tisħiħ tal-Frontex għal kooperazzjoni ssemplifikata iżjed effettiva u msaħħa b’mod effiċjenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-fruntieri u biex il-migranti jiġu protetti kif ukoll il-fruntieri esterni tal-UE;

32.

għaldaqstant, sabiex isir progress fid-diskussjonijiet dwar il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet, jipproponi li jsir studju ta’ riċerka biex jiġi ċċarat il-mod kif l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali differenti jiddefinixxu r-responsabbiltà kondiviża u s-solidarjetà, kif ukoll x’impatti jkollhom definizzjonijiet differenti li jintużaw f’xenarji differenti. L-istudju għandu janalizza wkoll kif distribuzzjoni aktar ġusta tal-asil u l-akkoljenza tar-refuġjati fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Istati tista’ ssir realtà fl-UE;

33.

jemmen li huwa importanti wkoll li l-UE tibbenefika mir-riżorsi kbar li l-individwi li jkunu għadhom kif waslu jiġġeneraw. Ħidma ta’ suċċess fil-qasam tal-integrazzjoni, bil-ġestjoni tad-diversità fil-livell lokali u reġjonali hija xprun għat-tkabbir, toħloq opportunitajiet ġodda tat-tagħlim u l-intraprenditorija u twitti t-triq għar-rekwiżiti futuri tax-xogħol, kif ukoll tiffinanzja s-sistema tas-sigurtà soċjali għas-snin li ġejjin. Biex din il-politika twassal għall-benefiċċji, huwa kruċjali li jsir investiment fl-edukazzjoni u l-impjiegi għall-migranti sabiex ikunu jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol tal-UE, kif ukoll fit-taħriġ dwar id-diversità kulturali u l-ġestjoni tagħha biex jinkiseb tibdil fl-attitudnijiet tal-popolazzjoni inġenerali u jittejbu r-relazzjonijiet soċjali;

34.

jenfasizza l-bżonn li l-frodi u l-abbuż jiġu indirizzati fil-livell tal-UE;

35.

jemmen li r-rati baxxi tat-twelid f’bosta Stati Membri u l-bidla ġenerazzjonali futura ser iwasslu għal żieda fil-bżonn ta’ ċittadini li għandhom l-età tax-xogħol. L-akkoljenza tal-persuni li qed ifittxu l-asil u r-refuġjati tinvolvi mhux biss sfida iżda wkoll opportunitajiet kbar għall-Istati Membri tal-UE. L-UE għandha sempliċement issib tweġibiet kredibbli għall-isfidi demografiċi li qed tiffaċċja l-Unjoni;

36.

josserva li kien hemm progress limitat fl-adozzjoni ta’ leġislazzjoni dwar il-migrazzjoni legali. Ir-riżultat huwa li s-sistema tal-migrazzjoni tal-UE hija inkompleta ħafna. Għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon il-prijorità ta’ approċċ komprensiv rigward kwistjonijiet ta’ migrazzjoni, u li tingħata importanza kbira lill-promozzjoni ta’ sħubija bbilanċjata u ġenwina mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu fir-rigward tal-akkoljenza tal-migranti b’mod organizzat u li jirrispetta d-drittijiet tagħhom;

37.

huwa tal-opinjoni li l-kriminalità organizzata trid tiġi miġġielda wkoll fil-livell lokali permezz ta’ inizjattivi soċjali u edukattivi: billi jintwera, speċjalment lill-abitanti ta’ żoni ddominati mill-kriminalità organizzata, li huwa possibbli mudell ta’ żvilupp differenti msejjes fuq it-trasparenza, il-parteċipazzjoni u d-demokrazija, u billi jiġi pprovdut appoġġ edukattiv b’mod partikolari liż-żgħażagħ li huma fil-periklu li jsiru parti minn strutturi illegali; u billi jiġi konfiskat id-dħul mill-kriminalità organizzata u jintuża minflok għal proġetti soċjali, entitajiet lokali u s-soċjetà ċivili. L-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u pubbliċi għandhom responsabbiltà kruċjali biex jikkooperaw f’dawn it-tipi ta’ inizjattivi;

38.

jaqbel mal-Kummissjoni li politika tal-migrazzjoni ġestita tajjeb tinkludi miżuri biex jitnaqqsu l-migrazzjonijiet irregolari (5). Fl-istess ħin, huwa meħtieġ li l-migrazzjoni irregolari u l-assistenza lill-migranti irregolari ma jiġux kriminalizzati u li tingħata attenzjoni speċjali għal vittmi possibbli tat-traffikar tal-bnedmin. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jindirizzaw iċ-ċirkustanzi li jiffaċċjaw, fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, li fost affarijiet oħra għandu jfisser li jipprovdu servizzi lill-migranti irregolari;

39.

jeħtieġ li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw il-possibbiltà li jiżviluppaw strutturi għall-iskambju tal-għarfien u l-kondiviżjoni tal-esperjenza u tal-prattiki tajbin rigward l-impjieg, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali bil-għan li tingħata viżibbiltà ikbar lid-dimensjoni lokali fil-politika tal-integrazzjoni. Forum għall-iskambju tal-għarfien huwa prerekwiżit għall-ħolqien ta’ politika dinamika tal-integrazzjoni fi ħdan l-Unjoni li tiżgura d-drittijiet tal-migranti. Maż-żmien, forum ta’ dan it-tip għandu jwassal wassal għal tnaqqis fid-differenzi bejn l-Istati Membri anke fil-qasam tal-integrazzjoni;

Ewropa sigura

40.

jemmen li, sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-problemi li jaffettwaw is-sigurtà tan-nies u jiksru d-drittijiet fundamentali, bħall-kriminalità organizzata, b’mod partikolari t-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tad-droga u l-isfruttament sesswali tal-minorenni, il-prevenzjoni hija importanti daqs il-prosekuzzjoni. Ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-rwol kruċjali li jaqdu l-atturi lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta’ strateġiji biex jimpedixxu l-kriminalità u biex jieħdu responsabbiltà għall-benesseri kontinwu tal-vittmi;

41.

huwa tal-fehma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol aktar importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali. Dan huwa dovut għall-fatt li, kulma jmur, ir-reati kriminali fl-ambjent lokali qed ikunu aktar marbutin mal-kriminalità organizzata internazzjonali u l-komunitajiet lokali huma l-ewwel vittmi tal-organizzazzjonijiet kriminali li jiddestabilizzaw l-istrutturi soċjali tagħhom. Jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jinbnew sistemi siguri u affidabbli biex in-nies u n-negozji jkunu jistgħu jużaw b’mod sħiħ il-potenzjal tal-Internet. Għaldaqstant, il-kooperazzjoni tal-Istati Membri maċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) tal-Europol, għandha titwessa’ għal-livell reġjonali u lokali, biex b’hekk tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità tal-informatika sa mil-livell ta’ gvern li jinsab l-eqreb taċ-ċittadini;

42.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-korruzzjoni hija ta’ interess speċjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u ċ-ċittadini tagħhom. Għandu l-ħsieb li jkompli jiġġieled il-korruzzjoni fil-livelli kollha bil-kooperazzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet oħra billi jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE, pereżempju permezz tat-twaqqif ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew;

43.

jappoġġja l-istrateġija tal-UE għall-qerda tat-traffikar tal-bnedmin. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu bil-bosta għall-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija u minħabba r-rabtiet lokali tagħhom jistgħu jagħrfu s-sinjali li xi ħadd ikun vittma tat-traffikar tal-bnedmin. Għalhekk, huwa favur li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkontribwixxu biex jiġu żviluppati linji gwida għall-identifikazzjoni tal-vittmi, il-protezzjoni tagħhom u l-garanzija tal-benesseri kontinwu tagħhom, partikolarment fil-każ tal-minorenni;

44.

huwa tal-fehma li l-gvernijiet lokali huma msieħba importanti għall-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi li minnhom jaslu l-migranti. Il-kooperazzjoni internazzjonali transkonfinali bejn l-awtoritajiet lokali li jilqgħu lill-migranti jew l-applikanti għal asil u l-kontropartijiet tagħhom fil-pajjiżi ta’ oriġini għandha tittejjeb u tiġi żviluppata b’mod konsiderevoli. Il-livell lokali jaqdi rwol importanti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ akkoljenza u ta’ ripatrijazzjoni.

Brussell, 25 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt COM(2014) 158 final, 11 ta’ Marzu 2014.

(2)  Komunikazzjoni dwar l-affarijiet interni: Ewropa miftuħa u sikura: kif nagħmluha realtà, COM(2014) 154 final.

(3)  http://fra.europa.eu/en/joinedup/home

(4)  L-Aġenda tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020 – It-Tisħiħ tal-Fiduċja, tal-Mobbiltà u tat-Tkabbir fl-Unjoni, COM(2014) 144 final.

(5)  Ewropa miftuħa u sikura: kif nagħmluha realtà. COM(2014) 154 final


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/36


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea dwar il-kundizzjoni tal-persuni mingħajr dar

2014/C 271/07

Relatur

Is-Sur Gábor Bihary (HU/PSE), Membru tal-Kunsill Ġenerali ta’ Budapest

Dokument ta’ referenza

 

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

iħoss li huwa kompletament inaċċettabbli li, fil-komunitajiet territorjali tagħna, fl-2014 għad hemm minn jgħix fit-triq, b’riskju għal saħħtu u għal ħajtu. Huwa tal-mistħija li fl-Unjoni Ewropea hemm madwar 3 miljun persuna mingħajr dar, appoġġjati mis-sistemi tas-sigurtà soċjali, iżda li f’ħafna każi ma jafux li dawn is-sistemi jeżistu, jew li dawn is-sistemi ma jiħdux ħsiebhom b’mod adatt;

2.

jinnota li l-problema tal-persuni mingħajr dar hija l-aktar forma estrema ta’ faqar u esklużjoni soċjali (1), li tmur kontra d-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem, peress li post fejn wieħed jgħix hija ħtieġa fundamentali tal-bniedem;

3.

itenni (2), f’dan il-kuntest, it-talba tiegħu għal qafas ta’ azzjoni Ewropew għall-akkomodazzjoni soċjali sabiex:

tiġi żgurata konsistenza mad-Drittijiet Fundamentali u bejn il-politiki tal-UE li għandhom impatt fuq l-akkomodazzjoni;

tiġi garantita konformità mat-Trattat tal-UE li skontu l-awtoritajiet pubbliċi huma liberi li jiddeċiedu kif tiġi organizzata l-akkomodazzjoni soċjali u liema unitajiet domestiċi huma eliġibbli;

jiġi promoss it-taħlit soċjali;

jingħata appoġġ għar-rwol ekonomiku kontraċikliku tal-akkomodazzjoni soċjali, partikolarment permezz tat-tnaqqis tad-dipendenza mill-enerġija u l-appoġġ għall-impjieg lokali;

4.

jirrikonoxxi li għalkemm l-Istati Membri tal-UE għandhom sistemi ta’ protezzjoni soċjali mill-iktar avvanzati fid-dinja, l-għadd ta’ persuni mingħajr dar żdied fi kważi l-Istati Membri kollha minħabba fatturi diversi bħalma huma l-impatt tal-kriżi ekonomika, tibdil fis-soċjetà, diskriminazzjoni kontra l-minoranzi jew kwistjonijiet ta’ migrazzjoni regolati ħażin. Barra minn hekk, ċerti Stati Membri għandhom nuqqas ta’ akkomodazzjoni soċjali u akkomodazzjoni affordabbli;

5.

jenfasizza li hemm ritorn għoli fuq l-investimenti fil-ġlieda għat-tnaqqis tal-problema ta’ persuni mingħajr dar. Fil-fatt dawn l-investimenti jikkontribwixxu biex inaqqsu l-infiq soċjali f’dan il-qasam fit-tul u b’mod permanenti;

6.

jenfasizza li jeħtieġ li jittieħdu miżuri fil-livell tal-UE biex tiġi indirizzata l-isfida ta’ ċittadini foqra u vulnerabbli tal-UE li jiċċaqalqu fi ħdan l-Unjoni, lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Il-mobilità soċjali wasslet għal problema transkonfinali ta’ persuni mingħajr dar li ma tistax tiġi solvuta fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jew billi titnaqqas il-mobilità taċ-ċittadini tal-UE;

7.

jirrimarka li għalkemm l-Istati Membri u b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma direttament responsabbli għall-persuni mingħajr dar, ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea fit-tfassil tal-politiki, it-twaqqif ta’ kooperazzjoni fil-livell Ewropew, u t-tixrid tal-aħjar prattiki għandu jissaħħaħ waqt li jibqa’ rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-UE għandha bżonn iżżid l-isforzi tagħha biex tikkumplimenta u tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fl-ispirtu tal-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (3);

8.

jirrimarka li kull Stat Membru għandu jkollu strateġija nazzjonali għall-persuni mingħajr dar, li tista’ tikkompleta l-istrateġiji reġjonali, li tidentifika b’mod ċar ir-responsabbiltajiet għall-ġbir tad-dejta u l-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-istrateġija; għalhekk jistieden lill-Istati Membri jfasslu strateġiji globali għall-persuni mingħajr dar, li jinkludu definizzjoni tas-servizzi nazzjonali li jittrattaw din il-problema, iżda li jiddefinixxu wkoll għanijiet ċari u trasparenti u li jieħdu l-impenn fir-rigward tal-UE u fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ mudelli ta’ valutazzjoni li jippermettu li r-riżultati tal-istrateġija ta’ kull Stat Membru tal-UE jkunu vvalutati b’mod trasparenti;

9.

jenfasizza li dawn l-istrateġiji komprensivi għall-persuni mingħajr dar għandhom jirreferu għar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tas-soċjetà ċivili; fl-istess ħin, fl-interess ta’ governanza tajba għandhom jiċċaraw it-tqassim tal-ħidmiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn livelli differenti ta’ governanza;

10.

iwissi dwar il-fatt li xi Stati Membri tal-UE sabu diffikultà fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom għall-persuni mingħajr dar, minħabba n-nuqqas ta’ governanza f’diversi livelli fil-prattika;

11.

jilqa’ l-pożizzjonijiet adottati preċedentament mill-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar (4), li jitolbu lill-Istati Membri jagħmlu progress fl-implimentazzjoni tal-għan li jegħlbu l-problema tal-persuni mingħajr dar sal-2015;

12.

jiġbed l-attenzjoni li r-raġunijiet għall-problema ta’ persuni mingħajr dar u l-kwantità tagħhom ivarjaw bejn l-Istati Membri, u anke fir-reġjuni individwali. Din is-sitwazzjoni teħtieġ il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija ta’ strateġija biex tiġi indirizzata l-problema tal-persuni mingħajr dar. Il-kawżi u d-daqs tal-fenomenu għandhom jiddeterminaw l-għażla ta’ strumenti adatti. L-awtoritajiet lokali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jiksbu għarfien dwar dan peress li huma f’kuntatt dirett mal-problema;

13.

jilqa’ f’dan il-kuntest il-ħidma mwettqa min-netwerk dwar persuni mingħajr dar HABITACT, www.habitact.eu, li huwa netwerk ta’ awtoritajiet lokali/reġjonali li qed jixprunaw l-innovazzjoni soċjali fil-qasam tal-persuni mingħajr dar, permezz ta’ strateġiji integrati għal persuni mingħajr dar;

14.

jaqbel mat-talba tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi grupp ta’ esperti ta’ livell għoli biex jappoġġjaha fit-tħejjija u l-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar; jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-grupp ta’ esperti;

15.

jinnota li l-Kummissjoni diġà ppubblikat dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (5) li jipprovdi gwida dwar l-indirizzar tal-problema tal-persuni mingħajr dar, iżda jinnota b’dispjaċir il-livell baxx ta’ ambizzjoni Ewropea f’dan it-test. Tinħtieġ strateġija Ewropea, li tipprovdi sett ta’ għodod lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li l-NGOs u l-voluntiera tagħhom jistgħu jużaw b’mod effettiv fil-prattika, kif ukoll li jippermettu l-iskambju u t-tixrid ta’ prattiki tajba, u ta’ azzjoni legali biex jevitaw il-kriminalizzazzjoni tal-kundizzjoni tal-persuni mingħajr dar, u l-kundanna ta’ dawk l-atti ta’ mibegħda, vjolenza u persekuzzjoni indirizzati lejhom;

16.

jinsisti dwar il-fatt li l-faqar u l-persuni mingħajr dar mhux reati. Fid-dawl ta’ dan, il-kriminalizzazzjoni tal-persuni mingħajr dar, f’xi Stati Membri flimkien mal-introduzzjoni u l-applikazzjoni ta’ regoli lokali soċjalment mhux sensittivi bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem huwa affront għall-prinċipju tat-trattament ugwali u għad-dinjità tal-bniedem;

17.

jitlob għal rikonoxximent u appoġġ ikbar fuq livell nazzjonali, lokali, reġjonali u tal-UE tal-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu d-drittijiet u l-interessi ta’ persuni mingħajr dar, li huma vulnerabbli u foqra u mhux f’pożizzjoni li jiddefendu d-drittijiet tagħhom;

18.

jittama li fl-ebda Stat Membru ma jkun hemm persuni esposti għal theddid mill-pulizija sempliċiment għax jinstabu mingħajr dar – bi ksur tal-liġi, jew permezz ta’ tibdil fil-liġi f’dan is-sens;

19.

jappoġġja attivitajiet mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-assoċjazzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet ċentrali tagħhom fil-livell Ewropew, li joperaw fl-Istati Membri biex jgħinu persuni mingħajr dar jagħmluhom konxji tad-drittijiet tagħhom, u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ ambjent soċjali inklużiv u kuxjenza soċjali li tippermetti l-maġġoranza tan-nies jempatizzaw mas-sitwazzjoni tal-persuni mingħajr dar u li jwasslu għal miżuri, inkluż f’termini ta’ finanzjament tal-UE, biex tingħeleb il-problema;

20.

jistieden lill-Istati Membri u lill-Presidenza tal-Kunsill biex jiżguraw li l-problema tal-persuni mingħajr dar titpoġġa regolarment fuq l-aġenda tad-diskussjonijiet ministerjali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu inklużi rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn il-laqgħat, u jistieden ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi appoġġ loġistiku u finanzjarju għal dawn it-tip ta’ laqgħat;

21.

jenfasizza l-importanza li, fl-istrateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar, tingħata prijorità għall-approċċ li jiffoka fuq l-akkomodazzjoni (“Housing-led”) jew li jpoġġi l-akkomodazzjoni qabel kollox (“Housing-first”), u li tingħata attenzjoni speċjali lil dawk mingħajr dar li jaqsmu minn pajjiż għal ieħor u lin-nisa u lil minorenni;

22.

jenfasizza r-rabta bejn il-ġestjoni tal-persuni mingħajr dar u l-iżvilupp reġjonali, l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE (eż. FSE, FEŻR) (6), kif ukoll il-kwistjonijiet ta’ inklużjoni soċjali u d-drittijiet tal-bniedem; dan huwa wkoll marbut mill-qrib mal-għan tal-Istrateġija Ewropa 2020 li toħroġ 20 miljun persuna mill-faqar (7);

23.

ifakkar lir-reġjuni fl-Istati Membri li ntlaqtu b’mod partikolari mill-problema tal-persuni mingħajr dar biex, fil-qafas tat-tfassil tal-programmi operattivi tagħhom, jagħmlu użu mill-fondi Ewropej għall-persuni fil-bżonn, bħall-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Dawn jistgħu itejbu s-sitwazzjoni tal-persuni mingħajr dar u jwasslu għall-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà u s-swieq tax-xogħol;

24.

jenfasizza l-importanza ta’ azzjoni preventiva bikrija fil-livell lokali u reġjonali, permezz tal-identifikazzjoni ta’ persuni fir-riskju li jispiċċaw mingħajr dar u miżuri ta’ appoġġ personalizzat li jipproteġuhom mit-tkeċċija minn darhom, flimkien ma’ assistenza immedjata għal dawk li diġà tilfu darhom. Għalhekk ser ikun hemm bżonn jitwaqqfu miżuri strutturali li jiffurmaw parti mill-benesseri, bħad-djar, l-impjieg, l-edukazzjoni, il-familja u l-politiki relatati;

25.

jirrimarka li hemm bżonn ta’ approċċ integrat, b’kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn is-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-kura tas-saħħa sabiex jevitaw li l-kwalità ta’ ħajja u b’hekk, l-istat tas-saħħa tal-persuni li jkunu għadhom kif sfaw mingħajr dar tmur għall-agħar ħafna, b’mod partikolari fil-każ ta’ persuni li fil-passat diġà bbenefikaw minn dawn is-servizzi;

26.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-attenzjoni għall-persuni mingħajr dar trid tibda fit-triq, għax l-identifikazzjoni u t-trattament tal-mard mentali jew l-abbuż mid-drogi li jistgħu jbatu minnhom ma jistgħux jistennew li tiġi solvuta l-problema tagħhom ta’ nuqqas ta’ dar;

27.

jenfasizza l-importanza li tingħata biżżejjed għajnuna, pereżempju f’forma ta’ faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni, li tista’ tgħin biex ikun evitat li persuni jispiċċaw mingħajr dar;

28.

jenfasizza li biex ikunu jistgħu jwettqu l-azzjonijiet tagħhom b’mod aktar effikaċi, il-partijiet interessati li jitrattaw il-problema tan-nies mingħajr dar jeħtieġu fondi u appoġġ adegwati kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jieħdu passi effettivi biex jipprovdu servizzi ta’ impjiegi u ta’ taħriġ għal persuni mingħajr dar, waqt li jħeġġuhom ifittxu xogħol jew jibqgħu jaħdmu jekk diġà għandhom impjieg;

29.

jemmen li t-taħriġ vokazzjonali, it-taħriġ mill-ġdid, l-edukazzjoni għall-adulti u t-tagħlim tul il-ħajja huma mod effikaċi, anki jekk indirett, ta’ kif in-nies jistgħu jinħarġu mill-problema tan-nuqqas ta’ dar. Taħriġ strutturat sew li jwassal għal impjieg reali huwa investiment tajjeb mil-lat ta’ kemm l-individwi kif ukoll is-soċjetà, u jista’ jagħti riżultati dejjiema li jgħinu lill-persuni mingħajr dar joħorġu minn sitwazzjonijiet diffiċli. L-edukazzjoni hija ta’ sikwit rekwiżit bażiku, iżda huwa kruċjali li n-nies għandhom ikunu mmotivati biex jieħdu miżuri fit-tul u proattivi biex jgħollu lilhom infushom f’pożizzjoni li jkunu atturi attivi fis-soċjetà. Il-kooperazzjoni mal-persuni kkonċernati u l-involviment attiv tagħhom huma essenzjali biex titjieb ħajjithom;

30.

jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-akkomodazzjoni provviżorja jew ta’ emerġenza ġestiti mill-awtoritajiet lokali, l-entitajiet tal-karità, il-knejjes u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tkun ta’ kwalità tajba, aċċessibbli mill-inqas lokalment jew reġjonalment, u taqbel mal-ħtiġijiet tal-utenti. Madankollu, l-iżjed ħaġa mixtieqa hija li jintużaw approċċi msejsa fuq il-provvediment ta’ akkomodazzjoni, pereżempju l-approċċ “housing first”;

31.

jindika li għall-persuni mingħajr dar u dawk ta’ dħul baxx, l-aċċess għal akkomodazzjoni permanenti, disponibbli fil-qrib u affordabbli huwa ta’ importanza kruċjali. Huwa ċertament minnu li dan jista’ jinkiseb biss bi sħubija adegwata bejn il-partijiet interessati kollha abbażi taċ-ċirkustanzi lokali;

32.

jiffavorixxi sforzi mmirati oħra fir-rigward tal-persuni mingħajr dar fil-livell tal-UE permezz tal-politiki settorjali rilevanti tal-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ekonomija, il-finanzi, is-sigurtà soċjali, l-iżvilupp reġjonali, is-saħħa, id-drittijiet tal-bniedem, iż-żgħażagħ, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni;

33.

jappoġġja l-integrazzjoni tal-kwistjoni tal-persuni mingħajr dar fil-proċess ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 li tista’ tieħu l-forma ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għal azzjoni nazzjonali, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn hemm bżonn progress urġenti dwar il-kundizzjoni tal-persuni mingħajr dar;

34.

jixtieq li l-Kummissjoni tħares lil hinn mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jkomplu jsegwu l-isforzi tagħhom u jinkludu l-problema tal-persuni mingħajr dar fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma;

35.

jenfasizza li għandha tiġi miġbura dejta komprensiva u komparabbli dwar il-persuni mingħajr dar, mingħajr stigmatizzazzjoni tal-persuni kkonċernati. Dawn id-dejta għandhom jiġu diffrenzjati skont ir-raġunijiet għal kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar u l-intensità tal-fenomenu u għandu jkollhom diżaggregazzjoni skont it-reġjuni mill-inqas fil-livell ta’ NUTS 2. Din il-bażi Din il-bażi ta’ dejta hija prerekwiżit biex jiġi żgurat li l-politiki ta’ żvilupp ikollhom impatt, u fl-aħħar tingħeleb kompletament il-problema tal-persuni mingħajr dar;

36.

jargumenta li, peress li l-azzjoni fil-livell lokali u reġjonali għandha taqdi rwol deċiżiv fil-mitigazzjoni tal-problema tal-persuni mingħajr dar, l-UE għandha tħares lejn l-effettività globali, u tikkunsidra f’liema każijiet ikun tajjeb li jintużaw strumenti oħra ta’ finanzjament (bħal PROGRESS, il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, JESSICA, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, LEADER, u l-programm ta’ Għajnuna għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn) lil hinn mill-FSE u l-FEŻR biex tiġi indirizzata l-problema;

37.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi Ewropej rilevanti u jiżguraw tranżizzjoni bejn l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-swieq tax-xogħol, sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-persuni mingħajr dar;

38.

huwa importanti li jitħeġġeġ il-volontarjat għall-għoti ta’ servizzi lill-persuni mingħajr dar, biex jiġu involuti fir-riżoluzzjoni tal-problemi soċjali u jiżdied l-għarfien ġenerali tal-problemi ta’ din il-komunità – fi kliem ieħor, li jiġu inkorporati fil-proċessi ta’ inklużjoni soċjali;

39.

jaqbel li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ parteċipazzjoni adattati għall-karatteristiċi tal-persuni mingħajr dar, li jippermettu l-involviment tagħhom b’mod effettiv, li jiffavorixxu t-teħid ta’ deċiżjonijiet konġunti bejn l-atturi involuti kollha, u fl-aħħar mill-aħħar li jtejbu l-kwalità tal-attenzjoni li jingħataw billi jsiru protagonisti fil-proċess ta’ inklużjoni soċjali tagħhom.

Brussell, 25 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 18/2010 final.

(2)  CdR 71/2011 final.

(3)  CdR 402/2010 final.

(4)  P7_TA(2011)0383 u P7_TA(2014)0043.

(5)  SWD(2013) 42 final.

(6)  CdR 1999/2013 final.

(7)  CdR 26/2013 final.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/40


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku – (EUSAIR)

2014/C 271/08

Relatur

Gian Mario Spacca (IT/ALDE), President tar-Reġjun tal-Marche

Dokument ta’ referenza

COM(2014) 357 final

SWD(2014) 190 final

SWD(2014) 191 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2012, li jappellaw lill-Kummissjoni ħalli tippreżenta Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR) sal-aħħar tal-2014. Din id-deċiżjoni kienet ġiet rakkomandata fl-Opinjoni fuq inizjattiva propja tal-KtR dwar il-kooperazzjoni territorjali fil-baċir tal-Mediterran permezz tal-makroreġjun Adrijatiku-Joniku, adottata fil-11 ta’ Ottubru 2011 (1);

2.

jaqbel mad-definizjoni ta’ strateġiji makroreġjonali bħala oqfsa integrati appruvati mill-Kunsill Ewropew li jirrelataw mal-Istati Membri u pajjiżi terzi fl-istess żona ġeografika li jindirizzaw sfidi komuni u jipprovdu soluzzjonijiet permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (2);

L-integrazzjoni tal-UE u d-dimensjoni esterna

3.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-EUSAIR li ser tħaddan erba’ pajjiżi tal-UE (il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja u s-Slovenja) u erba’ pajjiżi barra mill-UE (l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja) u ser tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiżi kandidati jew kandidati potenzjali fir-reġjun. Il-komponent tal-integrazzjoni mal-UE joffri valur miżjud rilevanti f’din l-istrateġija makroreġjonali (3);

4.

jisħaq fuq l-aspetti ta’ rikonċiljazzjoni, sigurtà u stabbiltà fir-Reġjun Adrijatiku u Joniku permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi l-oħra li m’humiex fl-UE, li jistgħu jingħaqdu f’dan il-makroreġjun fil-ġejjieni; f’dan ir-rigward, jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali bħala protagonisti li jippromovu d-demokrazija, id-deċentralizzazzjoni, aktar governanza awtonoma fil-livell lokali u reġjonali u l-bini tal-kapaċità;

5.

jinnota li l-istrateġija Adrijatika-Jonika tista’ tkun il-bidu ta’ approċċ u strateġija aktar integrati li jirrigwardaw il-baċir kollu tal-Mediterran, kif ġie indikat fir-riżoluzzjoni tal-PE (4);

6.

jinnota li l-ARLEM (L-Assemblea Lokali u Reġjonali Ewromediterranja) ukoll tappella għal approċċ makroreġjonali għall-baċir kollu tal-Mediterran mill-iżvilupp ta’ tliet makroreġjuni integrati, il-Punent tal-Mediterran, l-Adrijatiku-Joniku, il-Lvant tal-Mediterran (5);

Governanza f’diversi livelli

7.

jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali ta’ Ottubru 2013 dwar il-ħtieġa li jiġu riveduti s-sistemi ta’ governanza tal-makroreġjuni, u jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rapport ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta’ Mejju 2014 kif ukoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku Joniku tas-17 ta’ Ġunju 2014. barra min hekk jaqbel mal-fehma tal-Kunsill dwar l-importanza tar-responsabbiltà u s-sens ta’ sjieda tal-pajjiżi kkonċernati, li tirrikjedi t-tisħiħ tal-atturi reġjonali u lokali rilevanti kif ukoll impenn ċar u fit-tul mill-partijiet interessati (6), barra minn hekk jitlob parteċipazzjoni akbar tar-reġjuni u tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-fażi tal-koordinament, b’appoġġ għall-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jseħħ ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni. F’dan ir-rigward jaqbel li l-pjan ta’ azzjoni jipprevedi struttura ta’ Governanza ibbażata fuq koordinaturi għal kull pilastru li ġej mill-Ministri kompetenti u jenfasizza li dawn jistgħu jiġu wkoll minn gvernijiet reġjonali.

8.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ governanza intelliġenti u koordinata b’livelli ta’ governanza li jkunu kollegati bejniethom: tmexxija politika b’saħħitha li twassal għal teħid ta’ deċiżjonijiet ċari mill-pajjiżi li jipparteċipaw, koordinazzjoni b’saħħitha, ftehim dwar l-implimentazzjoni territorjali u sjieda kondiviża b’mod mifrux bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni;

9.

jisħaq li l-EUSAIR teħtieġ tmexxija politika b’saħħitha u li l-Inizjattiva Adrijatika Jonika li ġġib flimkien tmien Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi interessati, jista’ jkollha rwol importanti ta’ koordinazzjoni f’dan ir-rigward; mill-banda l-oħra, l-EUSAIR għandha bżonn pjattaforma ta’ governanza f’diversi livelli, u r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jistgħu jipprovdu ħiliet ta’ livell għoli għall-implimentazzjoni effikaċi tal-proġetti f’approċċ makroreġjonali integrat;

10.

jappella biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom rwol aktar b’saħħtu fil-governanza u l-implimentazzjoni tal-istrateġija.

11.

għaldaqstant jinnota li l-Grupp Interreġjonali Adrijatiku-Joniku tal-Kumitat tar-Reġjuni twaqqaf fit-30 ta’ Jannar 2013 bil-għan li jappoġġja l-Kummissjoni Ewropea fit-tħejjija ta’ Strateġija Adrijatika u Jonika sal-aħħar tal-2014, u jippromovi identità komuni għar-reġjun Adrijatiku-Joniku sabiex jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal sħiħ tar-reġjun;

12.

jinnota li “l-mandat” tal-Kunsill Ewropew lill-Kummissjoni huwa l-frott ta’ sforzi konġunti mill-pajjiżi fir-reġjun. Huwa jibni fuq diversi inizjattivi, bħall-Inizjattiva Adrijatika-Jonika (AII) mnedija mid-Dikjarazzjoni ta’ Ancona tal-2000, u fuq fora u netwerks oħra tal-Adrijatiku-Joniku bħall-Forum ta’ Assoċjazzjoni tal-Bliet tal-Adrijatiku u l-Joniku, il-Forum tal-Kmamar tal-Kummerċ tal-Adrijatiku u l-Joniku, in-netwerk tal-universitajiet UniAdrion, u l-Ewroreġjun Adrijatiku u Joniku;

13.

jenfasizza li l-ħtiġijiet territorjali jistgħu jiġu indirizzati b’governanza f’diversi livelli li tibda mil-livell lokali u titla’ ‘l fuq, bil-għan li jiġu trattati problemi u sfidi komuni tar-Reġjun Adrijatiku u Joniku permezz ta’ soluzzjonijiet li jkun hemm qbil wiesa’ dwarhom; dan huwa s-sigriet tas-suċċess ta’ din l-istrateġija tal-UE;

Sfidi u kompiti għar-Reġjun Adtiatiku Joniku

14.

jaqbel li l-għan ewlieni tal-Istrateġija proposta hija l-promozzjoni ta’ żvilupp ekonomiku sostenibbli u l-prosperità soċjali, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fir-Reġjun b’konformità mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020, billi ttejjeb l-attrazzjoni, il-kompetittività u l-konnessjoni filwaqt li jiġu preżervati l-ambjent u l-ekosistemi marini u kostali;

15.

jesprimi s-sodisfazzjon għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tas-“Strateġija marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Joniku” (7), li ġiet inkluża fl-EUSAIR;

16.

huwa sodisfatt bl-ambitu u l-kontenut tal-erba pilastri tal-EUSAIR li jirriżultaw minn konsultazzjoni estensiva ta’ partijiet interessati fir-Reġjun, jiġifieri “tkabbir Blu”, “nikkollegaw ir-reġjun”, kwalità ambjentali”, u “turiżmu sostenibbli”; huwa sodisfatt li l-inklużjoni tal-komunikazzjoni fil-kwistjonijiet trasversali tal-“bini tal-kapaċità fosthom tal-komunikazzjoni” u “r-riċerka, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-SMEs”;

17.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea li tiżviluppa valutazzjoni ta’ referenza tal-impatt u tas-sitwazzjoni makroekonomika tal-EUSAIR bħala l-ewwel pass lejn il-bini tal-kapaċità, u l-implimentazzoni tal-erba’ pilastri/prijoritajiet ta’ azzjoni biex timmira aħjar l-għanijiet u tkejjel il-progress lejhom;

18.

jitlob li jkun hemm attenzjoni akbar fuq il-koeżjoni territorjali u soċjali dwar it-tħassib ewlieni li ma jistax jiġi trattat b’mod effiċjenti mill-pajjiżi individwali, bħas-saħħa, it-tixjiħ attiv, id-differenzi fil-kundizzjonijiet demografiċi u ekonomiċi bejn u fi ħdan il-pajjiżi fir-Reġjun, kif ukoll problemi marbutin mas-sigurtà, il-kriminalità organizzata, il-migrazzjoni illegali, ir-rilokazzjoni tan-negozji u l-qgħad fost iż-żgħażagħ. Dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu trattati f’kull wieħed mill-erba’ pilastri bil-għan li jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv b’koerenza mal-politiki u l-għanijiet tal-Ewropa 2020, u biex tiżdied il-kompetittività u l-attrazzjoni tar-reġjuni tal-EUSAIR;

19.

jissuġġerixxi li jitqiesu l-esperjenzi tal-Istrateġiji tal-Baltiku u tad-Danubju u li jiġi organizzat forum anwali tal-EUSAIR biex jiffaċilita d-djalogu ekonomiku u soċjali u s-sjieda mifruxa tal-Istrateġija Adrijatika-Jonika permezz tal-parteċipazzjoni effikaċi tal-partijiet interessati soċjali u ekonomiċi, NGOs, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ.);

Il-finanzjament

20.

jilqa’ b’sodisfazzjoni l-opportunità tal-mument li tippermetti lill-EUSAIR li tiġi inkluża fil-ġenerazzjoni ġdida ta’ dokumenti ta’ ppjanar u programmar 2014-2020 tal-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE u l-fondi tal-IPA – il-Ftehim ta’ Sħubija, id-Dokumenti ta’ Strateġija tal-IPA, il-Programmi Operattivi – kif ukoll fil-politiki u programmi kollha rilevanti tal-UE bħall-Orizzont 2020, COSME, eċċ.;

21.

jinnota li r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni, ir-regolament tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u r-regolament tal-IPA huma opportunitajiet reali għall-EUSAIR peress li jeħtieġu l-fondi kollha strutturali, tal-investiment u tal-IPA biex jadottaw il-prijoritajiet makroreġjonali;

22.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ parteċipazzjoni akbar mill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-identifikazzjoni tal-proġetti prijoritarji għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku; jilqa’ b’sodisfazzjon l-inklużjoni tal-ġestjoni tar-riskju mid-diżastri naturali fil-prinċipji orizzontali għall-erba’ pilastri tal-komunikazzjoni EUSAIR tal-Kummissjoni u jerġa’ jitlob li tingħata attenzjoni akbar fil-livell tal-azzjoni progressiva lil temi orizzontali bħalma huma l-migrazzjoni, id-dritt għas-saħħa u t-taħriġ għall-amministraturi fi skola għolja ta’ taħriġ għall-Adrijatiku u l-Joniku;

23.

jappella għall-appoġġ attiv mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali bħall-BEI, il-BERŻ, il-Bank Dinji u oħrajn, bħal fil-każ tal-Qafas ta’ Investiment tal-Balkani tal-Punent;

24.

jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ Faċilità ta’ Implimentazzjoni bil-kollaborazzjoni tal-BEI u l-korpi finanzjarji internazzjonali li tippermetti s-sottomissjoni ta’ “proġetti bankabbli” (8);

25.

jappella biex il-kofinanzjament privat jiġi integrat mal-fondi disponibbli;

26.

jirrikonoxxi “r-regola tat-tliet le”: l-ebda regolament ġdid, l-ebda istituzzjoni ġdida, l-ebda fondi addizzjonali, u jenfasizza r-regola tat-“tliet iva” li ssir referenza għaliha f’diversi fora: aktar fondi kumplimentari, aktar koordinazzjoni istituzzjonali u aktar proġetti ġodda;

27.

jenfasiza li l-appoġġ finanzjarju fil-livell tal-UE għall-assistenza teknika marbuta mal-istrateġiji makroreġjonali diġà wera li huwa assi importanti fl-Istrateġija tal-Baltiku u għandu jiġi estiż għal dik Adrijatika-Jonika; jappella għal intestatura speċifika baġitarja li għandha tinħoloq għall-assistenza teknika għall-makroreġjun Adrijatiku u Joniku, bħall-intestatura baġitarja li nħolqot għall-makroreġjuni tal-Baltiku u d-Danubju, li pprovdiet 2,5 miljun ewro f’impenn u approprijazzjonijiet ta’ pagamenti għal kull makroreġjun sal-2014;

Komunikazzjoni

28.

jappella għal attenzjoni aktar qawwija dwar il-komunikazzjoni bħala kwistjoni trasversali biex tissaħħaħ is-sjieda pubblika tal-istrateġija makroreġjonali u governanza aktar b’saħħitha, kif ġie enfasizzat ukoll fil-“Contribution of the Adriatic-Ionian Interregional Group of the CoR to the stakeholders consultation” ta’ Diċembru 2013 indirizzata lill-Kummissjoni Ewropea;

29.

jenfasizza l-komunikazzjoni bħala għodda biex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili ta’ dak li din l-Istrateġija tirrappreżenta għaċ-ċittadini, u tal-valur miżjud tagħha fit-tisħiħ tal-identità tar-Reġjun Adrijatiku u Joniku;

Bini tal-kapaċità

30.

jaqbel li l-bini tal-kapaċità hija kwistjoni trasversali rilevanti biex tiżgura s-suċċess tal-EUSAIR, peress li r-Reġjun Adrijatiku Joniku huwa żona kbira li fiha pajjiżi tal-UE, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, bi strutturi amministrattivi differenti;

31.

jaqbel li l-pajjiżi tal-UE kif ukoll pajjiżi mhux tal-UE għandhom bżonn isaħħu l-ħiliet u l-kapaċitajiet biex jaslu għal soluzzjonijiet intelliġenti u sostenibbli għall-problemi komuni fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, ir-relazzjonijiet internazzjonali, eċċ. Miżura waħda possibbli tkun li titwaqqaf Skola Għolja tal-Amministrazzjoni Adrijatika Jonika bħall-ENA Franċiża (Ecole Nationale d’Administration), li fiha uffiċjali taċ-ċivil tar-Reġjun Adrijatiku Joniku jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet u l-kapaċitajiet meħtieġa għall-governanza f’diversi livelli, biex b’hekk ikunu jistgħu jimplimentaw proċessi innovattivi tal-amministrazzjoni pubblika;

32.

jikkunsidra li l-bini ta’ żona Adrijatika Jonika għat-tul għal djalogu paċifiku u għal kooperazzjoni effettiva, ma jistax isir mingħajr ma jkunu involuti, b’mod konsistenti, iż-żgħażagħ tar-reġjuni kkonċernati. Għalhekk, jistieden lill-Istati membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jippromovu, jiffaċilitaw u jtejbu l-implimentazzjoni tal-programmi għall-mobbiltà taż-żgħażagħ eżistenti fil-qafas taż-żona EUSAIR;

33.

jenfasizza li kwistjonijiet politiċi urġenti li huma rilevanti għar-reġjun bħall-migrazzjoni għandhom jidhru bħala fatturi ta’ integrazzjoni u sors ta’ impjieg li jikkontribwixxu biex ir-Reġjun Adrijatiku Joniku u ż-żona kollha tal-Mediterran jitrattataw sfidi ewlenin;

34.

jisħaq li s-sigurtà hija kwistjoni oħra ewlenija ta’ tħassib li ma tistax tiġi trattata minn pajjiżi individwali u jappella lill-Kummissjoni Ewropea li ddaħħal azzjonijiet speċifiċi biex tindirizza din il-kwistjoni fl-erba’ pilasti tal-Istrateġija;

35.

japprezza l-Komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Pjan ta’ Sigurtà “Għal qasam marittimu mondjali miftuħ u sigur: l-elementi għal Strateġija ta’ Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea” (9), filwaqt li jisħaq li l-interessi marittimi tal-Ewropa huma marbutin b’mod fundamentali mal-benesseri, il-prosperità u s-sigurtà taċ-ċittadini u l-komunitajiet tagħha;

36.

jinnota li l-benessri taċ-ċittadini huwa fundamentali għall-iżvilupp armonjuż tar-reġjun; jenfasizza li s-servizzi tal-kura tas-saħħa u r-riċerka għandhom jiġu koordinati biex jiżguraw l-effiċjenza fl-operat tas-settur tas-saħħa;

Tkabbir Blu

37.

jisħaq fuq ir-rilevanza tat-temi tas-“sajd u l-akkwakultura”, “it-teknoloġija blu” u “is-servizzi tal-baħar u marittimi”;

38.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-Direttiva tal-PE u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (10) u jħeġġeġ lill-KE tqis din id-Direttiva fl-ippjanar ta’ azzjonijiet speċifiċi fir-Reġjun Adrijatiku Joniku;

39.

jenfasizza li l-governanza f’diversi livelli mill-partijiet interessati li jipparteċipaw fit-tkabbir tal-baħar u marittimu hija fattur essenzjali fil-ġestjoni effiċjenti taż-żona Adrijatika Jonika permezz ta’ regoli komuni u protokolli dwar is-sajd u l-preżervazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll sistemi u proċeduri ta’ ġestjoni standardizzati;

40.

jenfasizza li l-ekoinnovazzjoni flimkien mal-modernizzazzjoni tas-sajd u l-akkwakultura kif ukoll (b’rabta mill-qrib mat-tieni pilastru) tat-trasport marittimu u l-portijiet bl-infrastrutturi tagħhom fuq l-art u l-clusters marittimi huma essenzjali biex jassiguraw l-esplojtazzjoni razzjonali tar-riżorsi tal-baħar u tas-sistemi marittimi. Tikketta komuni ta’ prodotti tal-ħut ta’ kwalità għolja b’oriġini traċċabbli tista’ tkun għodda importanti biex iż-żona tiġi promossa;

Nikkollegaw ir-reġjun

41.

jenfasizza r-rilevanza tat-temi “transport marittimu”, “konnessjonijiet intermodali fuq l-art” u “netwerks tal-enerġija” u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jissaħħu l-infrastrutturi immaterjali tal-ICT. Il-Cloud Adrijatika-Jonika tirrappreżenta mezz li jgħaqqad il-pjattaformi attwali sabiex il-proċessi u l-protokolli kondiviżi jiġu standardizzati, ikun hemm trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri intermodali effiċjenti, jiġu faċilitati s-servizzi, l-ħarsien ambjentali u s-sigurtà marittima;

42.

jenfasizza li r-Reġjun Adrijatiku Joniku għandu bżonn itejjeb l-aċċess tax-Xlokk tal-Ewropa għall-kumplament tad-dinja, inkluża ż-żona tal-Mediterran, bl-estensjoni tal-Kuritur Baltiku Adrijatiku tul ix-xifer Adrijatiku. Is-sistemi tat-trasport intermodali f’din iż-żona għandhom bżonn jissaħħu biex titjieb il-pożizzjoni tar-reġjun bħala ċentru tat-trasport f’qafas internazzjonali;

Kwalità ambjentali

43.

jisħaq fuq ir-rilevanza tat-temi “bijodiversità tal-baħar”, “tniġġis tal-ibħra” u “ħabitats terrestri transnazzjonali u l-bijodiversità”;

44.

jenfasizza li r-Reġjun Adrijatiku Joniku għandu bżonn jippreżerva l-ħabitats u l-ekosistemi quddiem l-isfidi tat-tibdil fil-klima permezz ta’ governanza integrata f’diversi livelli bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha fi proċess kondiviż u integrat;

45.

jiġbed l-attenzjoni li l-Mediterran huwa baħar kważi magħluq bl-aktar rata baxxa ta’ riġenerazzjoni tal-ilma fid-dinja, u b’hekk jeħtieġ li din l-ekosistema delikata jkollha livell għoli ta’ ħarsien u proġetti ta’ esperimentazzjoni avvanzati;

46.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima ta’ April 2013 (11) li tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta’ pjani ta’ azzjoni makroreġjonali, bħala eżempji ta’ approċċi globali u valutazzjoni aħjar tar-riskji u d-dgħufijiet;

Turiżmu sostenibbli

47.

jissottolinja r-rilevanza tal-“prodotti u s-servizzi diversifikati tat-turiżmu”, u tat-temi ta’ “ġestjoni sostenibbli tat-turiżmu”, li jirriżultaw mill-konsultazzjoni tal-partijiet interessati fil-Konferenza ta’ Ateni;

48.

jisħaq li l-attrazzjoni tar-Reġjun hija rappreżentata prinċipalment mit-turżimu bħala wieħed mis-setturi tat-tkabbir ewlenin u skattatur notevoli għall-iżvilupp tal-ekonomija marittima u fuq l-art tiegħu. L-iżvilupp tas-settur jirrikjedi governanza f’diversi livelli bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll il-partijiet interessati territorjali, mill-kmamar tal-kummerċ sal-universitajiet;

49.

jiġbed l-attenzjoni li fuq il-bażi ta’ teżori naturali, kulturali u storiċi kondiviżi, il-kwalità għolja ta’ prodotti agroalimentari, it-tradizzjonijiet ta’ ospitalità professjonali, u l-pajsaġġi attraenti li għandhom jiġu komunikati permezz tal-marka Adrijatika Jonika, it-turiżmu jista’ jkun lieva importanti għat-tkabbir sosotenibbli, l-opportunitajiet tal-impjieg għaż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali peress li llum “nofs l-impjiegi tat-turiżmu kostali Ewropew u l-valur miżjud jinsabu fil-Mediterran” (12);

Konklużjonijiet

50.

jenfasizza l-importanza ta’ din it-tielet strateġija makroreġjonali tal-UE li tibni fuq l-esperjenza ta’ strateġiji makroreġjonali li diġà jeżistu biex tiżviluppa kooperazzjoni ġdida innovattiva u intelliġenti kif ukoll metodu ta’ governanza f’diversi livelli esperimentali u innovattiv li fih “nitgħallmu billi naġixxu”, filwaqt li wieħed ifittex is-sinerġiji u l-iskambju tal-prattiki ma’ strateġiji oħra tal-UE;

51.

jindika r-rilevanza tal-EUSAIR biex jingħata impetu ġdid lill-indirizzar ta’ kwistjonijiet komuni fir-Reġjun u l-promozzjoni tal-prosperità ekonomika u soċjali sostenibbli b’attenzjoni partikolari fuq it-tkabbir u l-impjiegi b’konformità mal-għanijiet tal-Ewropa 2020, billi titjieb l-attrazzjoni, il-kompetittività u l-konnessjoni sabiex ir-Reġjun Adrijatiku Joniku jsir ċentru ewlieni;

52.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex ikollha rwol ewlieni fi pjattaforma ta’ koordinazzjoni u implimentazzjoni ta’ governanza f’diversi livelli innovattiva li fiha d-deċiżjonijiet jiġu maqsuma biex jassiguraw l-impenn politiku u s-sjieda tal-partijiet interessati fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, b’koerenza mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; is-settur privat u s-soċjetà ċivili għandhom jipparteċipaw billi jiżguraw sens qawwi u mifrux ta’ appartenenza għall-Istrateġija permezz tal-komunikazzjoni, l-għoti tar-rendikonti u riżultati trasparenti minn fuq għal isfel u minn isfel ‘il fuq, pereżempju portal tad-data miftuħ, forum annwali ta’ djalogu ekonomiku u soċjali dwar l-EUSAIR, eċċ.;

53.

jenfasizza li l-integrazzjoni tal-UE hija element fundamentali tal-EUSAIR, li fih erba’ pajjiżi mill-UE u erba’ li m’humiex, u jiġbed l-attenzjoni għall-elementi ta’ rikonċiljazzjoni, sigurtà, stabbiltà u prosperità permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-viċin u r-rwol tar-reġjuni bħala atturi ewlenin fil-promozzjoni tal-awtogovernanza tar-reġjuni, il-bini tal-kapaċità, id-deċentralizzazzjoni u d-demokrazija.

Brussell, 26 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel LEBRUN


(1)  CdR 168/2011 fin.

(2)  COM(2013) 468 final.

(3)  COM(2013) 468 final.

(4)  Riżoluzzjoni tal-PE P7_TA(2012)0269.

(5)  Rapport tal-Arlem KtR 2013/02318.

(6)  COM(2013) 468 final.

(7)  COM(2012) 713 final.

(8)  COM(2011) 381 final.

(9)  JOIN(2014) 9 final.

(10)  COM(2013) 133 final.

(11)  COM(2013) 216 final.

(12)  COM(2014) 86 final.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/45


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-governanza f’diversi livelli fil-promozzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità 2020 tal-UE u l-implimentazzjoni tal-objettivi internazzjonali ta’ Aichi

2014/C 271/09

Relatur

Kadri Tillemann (EE/PPE)

President tal-Kunsill tal-Muniċipalità Rurali ta’ Keila

Dokument ta’ referenza

Ittra mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Diċembru 2013

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Governanza f’diversi livelli tal-bijodiversità fl-implimentazzjoni tal-Istrateġijia għall-Bijodiversità 2020 tal-UE u d-Deċiżjoni X/22 tas-CBD

1.

jirrikonoxxi li f’Marzu 2011, il-mexxejja tal-UE impenjaw ruħhom li jwettqu l-mira primarja tal-UE 2020 li, sal-2020, jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi fl-UE, u li dawn jerġgħu jiġu kif kienu safejn hu fattibbli, filwaqt li jiġi intensifikat il-kontribut tal-UE biex ikun evitat it-telf tal-bijodiversità globali. L-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità sal-2020, kif adottata mill-Kummissjoni Ewropea f’Mejju 2011 (1), u appoġġata mill-Kunsill (2), tinkludi 6 miri ewlenin u 20 azzjoni sabiex jgħinu lill-UE biex tilħaq l-objettiv tal-bijodiversità tal-2020;

2.

jirrikonoxxi li l-istrateġija tal-UE għandha mandat globali. Hija tittraduċi l-miri u l-impenji globali li l-UE ħadet fl-10 Konferenza tal-Partijiet Interessati (COP 10) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) fl-2010, jiġifieri l-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 (Deċiżjoni X/2), inkluż l-20 Objettiv tal-Bijodiversità għall-2020 ta’ Aichi (3);

3.

ifakkar li t-telf tal-bijodiversità huwa problema globali, li għandha konsegwenzi ambjentali, soċjoekonomiċi u fuq is-saħħa serji li jaffetwaw il-kwalità tal-ħajja tal-persuni. Dan huwa fenomenu li nibet minn diversi fatturi, mhux l-anqas l-azzjoni tal-bniedem;

4.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali (4) jaqdu rwol kritiku fl-implimentazzjoni fil-prattika tal-objettivi tal-UE u dawk internazzjonali tal-bijodiversità, u għalhekk li jgħinu lill-gvernijiet nazzjonali biex jevitaw iżjed telf tal-bijodiversità. Bħala riżultat tad-deċentralizzazzjoni kontinwa li qiegħda sseħħ f’ħafna Stati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali żiedu r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ politiki relatati mal-bijodiversità;

5.

jenfasizza l-importanza li jiġu applikati l-prinċipji tal-White Paper tal-KtR dwar il-governanza f’diversi livelli u l-Karta għall-Governanza f’Diversi Livelli fl-Ewropa adottata mill-KtR f’April 2014 (5) fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-objettivi ta’ Aichi. Il-KtR jikkunsidra li l-governanza f’diversi livelli hija azzjoni kkoordinata mill-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, abbażi ta’ sħubija fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-politiki tal-UE mit-tfassil sal-implimentazzjoni. Il-governanza ta’ servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi timplika għodod ta’ politika koerenti u mandati fil-livelli kollha ta’ gvern;

6.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tħejji valutazzjoni tal-Istati Membri dwar il-governanza f’diversi livelli tal-bijodiversità u tidentifika r-rwol attiv tal-gvernijiet reġjonali u lokali fit-tali governanza. L-istess dokument għandu jidentifika ż-żoni li l-bijodiversità tagħhom tkun mhedda min-nuqqas ta’ mudell ta’ governanza li joħloq rabta bejn l-Istati Membri, il-gvernijiet reġjonali u lokali u l-partijiet interessati ekonomiċi u soċjali rilevanti u jipprovdi suġġerimenti dwar kif dan it-theddid jista’ jiġi indirizzat;

7.

jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan ir-rigward il-fatt li l-Istrateġija tal-Bijodiversità sal-2020 tiddikjara li “jinħtieġ li l-miri kondiviżi bejn l-UE u s-CBD ikunu segwiti permezz ta’ taħlita ta’ azzjonijiet fuq livelli subnazzjonali, nazzjonali u dak tal-UE” u li l-Kummissjoni Ewropea tipprova tibni “sħubijiet effettivi fit-tul” mal-“partijiet interessati oħrajn li huma involuti fl-ippjanar tal-ispazju u l-ġestjoni tal-użu tal-art fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-bijodiversità fil-livelli kollha”;

8.

jenfasizza l-importanza tad-Deċiżjoni X/22 tas-CBD (6), li tinkludi l-“Pjan ta’ azzjoni dwar il-gvernijiet sottonazzjonali, il-bliet u awtoritajiet lokali oħrajn għall-bijodiversità (2011-2020)” u tad-Deċiżjoni XI/8(A) tas-CBD (7). Il-KtR jaħseb li d-Deċiżjoni X/22 tas-CBD hija unika fis-sens li tippreżenta d-deċiżjoni l-iżjed avvanzata ta’ “governanza f’diversi livelli” fi Ftehim Multilaterali dwar l-Ambjent (MEA);

9.

ifakkar li l-Opinjoni tal-KtR li tħejji għall-COP 10 tas-CBD (8) u d-delegazzjoni tal-KtR dwar il-COP 10 appoġġjaw bis-saħħa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni X/22 tas-CBD; barra minn hekk, il-KtR, fil-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat mal-UNEP fl-2012, qabel li jippromovi l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tas-CBD;

10.

jappella lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-impenji li għamlu fid-Deċiżjoni X/22 tas-CBD biex itejbu l-mekkaniżmi ta’ governanza u l-istrumenti legali u volontarji tagħhom sabiex jikkollaboraw u jappoġġaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’azzjonijiet lokali u reġjonali tal-bijodiversità, filwaqt li jitqiesu l-missjoni, l-objettivi u l-lista ta’ azzjonijiet indikattiva taħt id-Deċiżjoni X/22 tas-CBD u l-miri u l-azzjonijiet tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità sal-2020;

11.

jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza li għamel il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2014 dwar il-COP 12 tas-CBD f’Ottubru 2014 (9) għar-rwol li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex imexxu ‘l quddiem l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tas-CBD għall-2020 u biex jintlaħqu l-Miri tal-Bijodiversità ta’ Aichi; jappella lill-Kunsill biex, fil-konklużjonijiet futuri tiegħu dwar il-COPs tas-CBD, jirrifletti l-approċċ imsejjes fuq il-governanza f’diversi livelli billi jsaħħaħ ir-rikonoxximent tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala partijiet interessati governattivi b’mod distint minn partijiet interessati oħra mhux governattivi fi ħdan il-proċess tas-CBD;

12.

jixtieq jaqsam l-esperjenzi tiegħu ta’ governanza fuq ħafna livelli fil-qasam tal-bijodiversità u l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni X/22 tas-CBD mal-awtoritajiet lokali u reġjonali minn reġjuni oħra tad-dinja billi jakkumpanja d-delegazzjoni tal-UE għall-COP12 tas-CBD bħala osservatur f’Ottubru 2014, biex b’hekk jibni fuq il-parteċipazzjoni tal-KtR fil-COP 10 u l-Memorandum ta’ Fehim tiegħu mal-UNEP, sabiex jiġi żgurat li l-leħen tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE jkun rappreżentat b’mod adatt;

B.    Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u l-appoġġ neċessarju mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE sal-2020 u l-objettivi ta’ Aichi

13.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li kkummissjona studju dwar “Governanza f’diversi livelli tal-kapital naturali tagħna” (10) biex jappoġġa din l-Opinjoni u janalizza l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, l-azzjoni innovattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-aħjar prattiki attwali, kif ukoll jipprovdi suġġerimenti iżjed dettaljati għat-titjib tal-governanza f’diversi livelli;

14.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jagħtu eżempju bit-tmexxija tagħhom u jilqa’ bis-sħiħ l-istrateġiji, l-azzjonijiet u l-approċċi innovattivi li bosta awtoritajiet lokali u reġjonali ħadu biex jipproteġu u jiġġestixxu l-bijodiversità u l-ekosistemi tagħhom b’mod sostenibbli; jilqa’ wkoll l-inizjattivi tajbin li diġà qed jieħdu xi Stati Membri biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom. Dawn l-azzjonijiet kollha jispiraw ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika li ġejjin;

Parteċipazzjoni fi strateġiji nazzjonali u l-governanza

15.

jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw jew itejbu l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twaqqif, ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni ta’ Strateġiji u Pjani ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Bijodiversità (NBSAP), billi jinkludu, pereżempju, assoċjazzjonijiet nazzjonali ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali f’kummissjonijiet/kumitati ta’ tmexxija nazzjonali għall-bijodiversità;

16.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw aktar, f’kooperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, dokumenti ta’ gwida, inizjattivi ta’ bini tal-kapaċità u servizzi ta’ konsulenza prattika għal strateġiji lokali u reġjonali tal-bijodiversità, pjani ta’ azzjoni u miżuri;

17.

iħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet reġjonali biex jiżviluppaw Strateġiji u Pjani ta’ Azzjoni Reġjonali għall-Bijodiversità (RBSAP), u biex il-bliet u l-muniċipalitajiet ifasslu Strateġiji u Pjani ta’ Azzjoni Lokali għall-Bijodiversità (LBSAP) u jirrikkonoxxi inizjattivi li diġà ttieħdu f’dan il-qasam. Dawn jistgħu jipprovdu kemm viżjoni komprensiva kif ukoll qafas prattiku għall-ġestjoni sostenibbli tal-bijodiversità fil-livelli sottonazzjonali, billi jiġu meqjusal-miri tal-bijodiversità definiti fil-livell nazzjonali, Ewropew u tas-CBD;

18.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jappoġġjaw, pereżempju f’kooperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-istabbiliment ta’ rabtiet bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom biex isaħħu l-ġestjoni tal-bijodiversità u biex jistabbilixxu jew jappoġġjaw finanzjarjament skemi nazzjonali ta’ premji/rikonoxximent li jippromovu azzjonijiet favur il-bijodiversità li jittieħdu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

19.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jadottaw approċċ komprensiv lejn il-bijodiversità fid-dipartimenti amministrattivi tagħhom u jibnu l-kapaċità fi ħdan l-amministrazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jagħmlu l-aħjar użu mill-proġetti ta’ bini ta’ kapaċità amministrattiva, il-pakketti ta’ taħriġ jew ta’ konsulenza provduti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali; iħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jsaħħu l-kollaborazzjoni tagħhom fir-rigward tal-bijodiversità fl-assoċjazzjonijiet, in-netwerks jew il-pjattaformi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell nazzjonali, tal-UE u internazzjonali bħala mezz importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni u jiġu provduti pariri ta’ politika konġunta lill-Istati Membri, l-UE u lis-CBD;

20.

jappella lill-Istati Membri biex itejbu l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom meta jħejju pożizzjonijiet nazzjonali u segwiti fir-rigward tal-Qafas Komuni ta’ Implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-UE jew fil-kuntest tal-attivitajiet nazzjonali relatati mas-CBD (rappurtar);

21.

jitlob lill-Istati Membri biex, fi qbil mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jistabbilixxu indikaturi kompatibbli biex il-kundizzjonijiet u l-iżviluppi fl-oqsma ta’ azzjoni tal-istrateġiji tal-bijodiversità jkunu komparabbli f’livelli differenti;

Tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar in-Natura

22.

jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jikkooperaw b’mod effikaċi u malajr biex jiffinalizzaw l-istabbiliment tal-pjani ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000 jew strumenti ekwivalenti li jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ restorazzjoni meħtieġa biex tintlaħaq il-mira 1 tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE;

Iż-żamma u r-riabilitazzjoni tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom

23.

jistenna li tittieħed azzjoni kollettiva mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex tintlaħaq it-tieni mira tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2020, li għandha l-għan li tirrestawra tal-anqas 15 % tal-ekosistemi degradati sal-2020; kif ukoll li ttemm it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi u tirrestawrahom fit-territorju Ewropew kollu, u mhux biss fis-siti tan-Natura 2000;

24.

itenni l-appell tiegħu (11) biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali japplikaw il-prinċipju ta’ “l-ebda telf nett tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi” għall-ippjanar urban u reġjonali, l-awtorizzazzjoni tal-infrastruttura tad-djar, l-industrija, l-agrikoltura, is-sajd, il-forestrija, ir-rikreazzjoni, it-turiżmu, l-enerġija jew it-trasport u l-għajnuna finanzjarja, billi jiżguraw miżuri ta’ kumpens/ibbilanċjar għal kwalunkwe impatt negattiv li fadal fuq is-servizzi ta’ bijodiversità u tal-ekosistemi;

25.

ifakkar li l-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ekosistemi u l-irkupru tal-funzjonalitajiet tal-ekosistemi degradati għandhom jingħataw preferenza assoluta, għaliex il-miżuri għall-ġestjoni tal-konsegwenzi tal-iżbilanċi ekoloġiċi li jirriżultaw mill-attività tal-bniedem huma dejjem aktar għaljin, twal u fuq kollox mingħajr ċertezza rigward ir-riżultati tagħhom;

26.

jenfasizza l-importanza ta’ studji TEEB (L-Ekonomija tal-Ekosistemi u l-Bijodiversità) nazzjonali, reġjonali u lokali dwar il-valur ta’ servizzi tal-ekosistemi u l-ħtieġa biex dan l-approċċ jiġi applikat għal proġetti lokali sabiex jintwerew il-benefiċċji soċjoekonomiċi, pereżempju ta’ żoni protetti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi inkorporat il-valur tal-kapital naturali fil-prattiki ta’ pjanar, kontabbiltà/rappurtar u baġitjar nazzjonali, reġjonali u lokali b’appoġġ għall-Azzjoni 5 tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità;

27.

iqis li għalkemm l-evalwazzjoni ekonomika tas-servizzi tal-ekosistemi tista’ tgħin sabiex tittieħed deċiżjoni bejn għanijiet konfliġġenti fil-kuntest ta’ ċerti studji tal-ispejjeż-benefiċċji, din l-evalwazzjoni tinvolvi diffikultajiet metodoloġiċi u etiċi. Għaldaqstant, il-KtR jappoġġja modi alternattivi u flessibbli biex jiġu evalwati l-ispejjeż tat-telf tal-bijodiversità, inklużi dawk imsemmija fl-Opinjoni tiegħu, CDR4577-2013_00_00_TRA_AC;

28.

jara li hemm ħtieġa biex jingħata appoġġ għall-isforzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex itejbu l-qagħda tal-għarfien dwar il-bijodiversità, l-ekosistemi u s-servizzi tagħhom u l-immappjar tal-GIS, bl-użu ta’ skali li huma adatti għall-ippjanar lokali/reġjonali u l-monitoraġġ tal-istatus ta’ ekosistema, filwaqt li jitqiesu dawn il-ħtiġijiet fil-MAES (Mappjar u Evalwazzjoni tal-Ekosistemi u s-Servizzi tagħhom fl-Ewropa); iqis ukoll li hemm bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu appoġġjati fil-ġestjoni tad-data dwar l-ispazju ambjentali b’mod li jikkonforma mal-INSPIRE sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data kif ukoll sabiex l-infrastrutturi ekoloġiċi jiġu konnessi b’mod transkonfinali;

29.

jindika l-ħtieġa li jitniedu portali għal informazzjoni onlajn u aġġornata dwar il-bijodiversità biex iservu bħala punt ta’ riferiment ewlieni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-pubbliku interessat, b’reviżjoni u manutenzjoni regolari u jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif tal-Atlas Diġitali MAES madwar l-UE kollha.

30.

jirrimarka li l-urbanizzazzjoni hija sfida kif ukoll opportunità biex jinżammu u jiġu ġestiti s-servizzi tal-ekosistemi. Huwa ċar li jinħtieġ jiġu kkunsidrati r-relazzjonijiet interkonnessi tal-forzi u l-impatti kif ukoll il-flussi li jidħlu u li joħorġu li jorbtu lill-bliet mal-ekosistemi ġewwa u barra mit-territorju tagħhom. Ir-reġjuni urbani għandhom jiġu mħeġġa u appoġġjati biex jieħdu iktar responsabbiltà ħalli jippromovu u jiżviluppaw metodi sabiex jiġu integrati l-ambjent naturali u l-ħtiġijiet umani kif ukoll il-benesseri tal-bniedem. Għandha tiġi enfasizzata wkoll l-importanza tal-pajsaġġ bħala espressjoni tar-relazzjoni tal-bniedem mal-ambjent u r-responsabbiltà tiegħu li jieħu ħsieb il-pajsaġġ, liema aġir ikollu impatt importanti fuq il-bijodiversità. Huwa importanti wkoll li tissemma l-Konvenzjoni Ewropea tal-2000 dwar il-Pajsaġġ u tiġi enfasizzata l-opportunità li jsir tiftix ta’ sinerġiji mal-Istrateġija għall-Bijodiversità;

31.

jiġbed l-attenzjoni għall-perspettiva ekonomika tal-iżvilupp ta’ servizzi tal-ekosistema – l-għajxien fil-limiti ta’ ekosistemi f’saħħithom u l-infurzar tal-valur tagħhom naturalment se jappoġġa l-aspetti l-iżjed importanti ta’ ekonomija ekoloġika: progress ekonomiku sostenibbli; tnaqqis tat-tniġġis u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Sabiex wieħed jisfrutta l-benefiċċji tal-ġestjoni ta’ ekosistema ta’/minn ekonomija ekoloġika, il-proċessi tagħha jridu jagħmlu parti integrali mill-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha ta’ governanza (i.e. lokali, reġjonali, nazzjonali u globali) biex tiġi appoġġata r-razzjonalizzazzjoni tal-użu ta’ riżorsi;

32.

jenfasizza l-potenzjal tal-infrastruttura ekoloġika bħala għodda territorjali integrata u multifunzjonali għat-twettiq tal-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli fil-ġestjoni u l-protezzjoni tal-bijodiversità, u għat-titjib tas-servizzi tal-ekosistema fir-reġjuni, b’kontribut għall-Aġenda territorjali tal-istrateġija Ewropa 2020 għar-raffurzar tal-koeżjoni u tal-identità territorjali;

Implimentazzjoni tal-infrastruttura ekoloġika

33.

itenni l-appell tiegħu (12) biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw, iżommu u jimmonitorjaw infrastruttura ekoloġika rurali u urbana, b’mod partikolari permezz tar-responsabbiltajiet tagħhom territorjali u ta’ ppjanar urban u ta’ ppjanar spazjali, ir-regolamenti dwar l-użu tal-art, il-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-ippjanar, l-istandards, ir-regolamenti u l-kodiċi tal-bini;

34.

jappella lill-Istati Membri biex jappoġġaw inizjattivi lokali u reġjonali ta’ ġestjoni u ppjanar tal-infrastruttura ekoloġika billi jipprovdulhom ir-riżorsi, il-pariri u d-direzzjoni neċessarji, inkluża d-desinjazzjoni ta’ netwerks nazzjonali ta’ infrastruttura ekoloġika, u dispożizzjonijiet fil-liġijiet/politika nazzjonali ta’ ppjanar spazjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiġi kkunsidrat il-forniment ta’ infrastruttura ekoloġika fis-sistema ta’ ppjanar spazjali, urban u territorjali tagħhom;

35.

jisħaq li għal implimentazzjoni effikaċi tal-GI hemm bżonn li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jżommu u jiżviluppaw l-iskemi ta’ kooperazzjoni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali attwali u jistabbilixxu oħrajn ġodda għall-kooperazzjoni transkonfinali fil-livell makroreġjonali u dak pan Ewropew, u għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp deċentralizzata biex jissaħħu u jiġu sfruttati l-isforzi konġunti ta’ ħarsien integrat tal-bijodiversità u ta’ ġestjoni;

Involviment tal-pubbliku inġenerali, il-partijiet interessati u l-imsieħba

36.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li komunitajiet lokali ta’ sikwit għandhom għarfien imsejjes fuq esperjenza tradizzjonali jew personali fir-rigward tal-kapaċità tar-riżorsi naturali biex jipprovdu għall-komunitajiet u l-mezz ta’ għajxien tagħhom. Din il-kapaċità tista’ tiffaċilita ż-żamma u r-restawr ta’ servizzi tal-ekosistemi jekk jiġu appoġġjati b’mod adegwat u integrati b’mod effettiv fit-tfassil u l-ippjanar ta’ politika tal-bijodiversità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi nazzjonali bil-għan li jappoġġjaw is-sħubijiet awtonomi tal-komunità lokali li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi nazzjonali dwar il-bijodiversità;

37.

jenfasizza r-rwol sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-komunikazzjoni, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku (attivitajiet CEPA (communicating, educating and raising public awarness)). Il-pubbliku inġenerali huwa relattivament mhux familjari mal-objettivi tal-politika tal-bijodiversità. Madankollu, huwa essenzjali għaċ-ċittadini u l-gruppi usa’ tal-partijiet interessati biex ikunu konxji ta’ dak kollu li jista’ jiġi ggwadanjat jew mitluf f’dan ir-rigward. Il-KtR iqis il-promozzjoni tax-xjenza taċ-ċittadini bħala metodu importanti għall-involviment u l-edukazzjoni tan-nies u l-użu tal-għarfien lokali b’mod effettiv; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-attivitajiet CEPA tagħhom pereżempju permezz ta’ mekkaniżmu ta’ koordinament nazzjonali adatt;

38.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkomplu jżidu l-isforzi tagħhom biex ikabbru s-sensibbiltà tal-partijiet interessati u tal-pubbliku dwar l-għanijiet tal-bijodiversità u, biex jagħmlu dan, jimplimentaw jew jippromovu programmi ta’ sensibilizzazzjoni mmirati;

39.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġaw u jifformalizzaw sħubijiet ġodda bejn diversi partijiet interessati u kumpaniji privati, is-soċjetà ċivili, inklużi l-NGOs ambjentali, u l-komunità tar-riċerka; u biex joħolqu kooperazzjoni lokali/reġjonali ma’ dawn l-imsieħba bil-għan li jsir użu effiċjenti mill-fondi nazzjonali jew Ewropej (pereżempju Orizzont 2020); iħeġġiġhom ukoll jippromovu l-impenji volontarji tas-setturi ewlenin bħall-assoċjazzjonijiet jew il-kumpaniji fil-qasam tal-agrikoltura, it-turiżmu u l-isports fuq barra;

40.

jenfasizza l-ħtieġa biex il-livelli kollha ta’ gvern ikkonċernati jiżguraw parteċipazzjoni ta’ suċċess u komprensiva tal-partijiet interessati fil-proċessi ta’ ppjanar u ta’ implimentazzjoni tal-politika tal-bijodiversità peress li aktarx dan se jwassal għal riżultati soċjali tajbin, bħal fehim komuni aħjar tal-valuri tal-partijiet interessati, iktar fiduċja u tagħlim; dan jinkludi wkoll proċeduri parteċipattivi effettivi, pereżempju fl-identifikazzjoni ta’ żoni ta’ konservazzjoni tan-natura;

Il-ġlieda kontra speċijiet eżotiċi invażivi

41.

qed jistenna Regolament futur tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet eżotiċi invażivi (13) biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw l-għajnuna biex jindirizzaw dan il-periklu serju għall-bijodiversità lokali, is-servizzi tal-ekosistemi kif ukoll is-saħħa tal-bniedem u l-ekonomiji. Fil-kuntest ta’ qafas legali tal-UE dwar speċijiet eżotiċi invażivi, u b’konformità mal-leġislazzjoni u l-programmi nazzjonali u l-inizjattivi transkonfinali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fil-qagħda adatta biex jieħdu azzjoni effettiva biex jimmonitorjaw, jevitaw, jeradikaw, jillimitaw u jikkontrollaw dawn l-ispeċijiet u biex jipprovdu appoġġ u għarfien lokali biex jinstab il-bilanċ neċessarju bejn l-interessi soċjoekonomiċi u ambjentali kkonċernati u biex jitjieb il-fehim pubbliku tal-problema;

L-integrazzjoni u l-finanzjament tal-bijodiversità

42.

jinnota li l-bijodiversità hija kwistjoni intersettorjali. Għall-implimentazzjoni effettiva tal-politika, il-ħarsien tal-bijodiversità għandu jiġi integrat fl-aġenda ta’ diversi setturi ta’ governanza nazzjonali, reġjonali u lokali (ippjanar spazjali u ppjanar urban, pajsaġġ, agrikoltura, forestrija, sajd, enerġija, tibdil fil-klima, saħħa, trasportazzjoni, djar, użu tal-art, eċċ.) b’konformità mas-suġġerimenti tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE sal-2020 u l-objettivi tas-CBD ta’ Aichi;

43.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa speċjali biex l-awtoritajiet fil-livelli kollha ta’ governanza jirrikonoxxu u jindirizzaw il-kwistjoni tal-bijodiversità agrikola minħabba l-potenzjal ta’ bijodiversità sinifikanti tal-ispeċijiet, ir-razez/varjetajiet u r-riżorsi ġenetiċi ta’ interess agrikolu u l-agroekosistema inġenerali;

44.

jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-Istati Membri, kif inhu mitlub mill-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE, biex jimmiraw aħjar il-finanzjament mill-FAEŻR għall-ħarsien tal-bijodiversità, inkluż l-integrazzjoni ta’ objettivi kwantifikati tal-bijodiversità fil-programmi reġjonali tal-iżvilupp rurali u l-lokalizzazzjoni koerenti u l-allokazzjoni baġitarji ta’ miżuri agroambjentali. Għal dan il-għan ikun partikolarment utli li jiġu promossi Inizjattivi ta’ Żvilupp Lokali Mmexxija mill-Komunità relatati mal-bijodiversità (pereżempju bdiewa u forestiera sabiex jirnexxielhom joħolqu kontinwità fl-elementi tal-pajsaġġ, il-ħarsien ta’ riżorsi ġenetiċi);

45.

iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jiżguraw li jsir użu ottimu mill-opportunitajiet finanzjarji offruti mill-FEŻR, peress li għall-ewwel darba l-bijodiversità u l-ekosistemi ġew inklużi fl-objettivi u b’hekk jipprovdu sorsi addizzjonali ta’ finanzjament għat-tnedija ta’ infrastruttura ekoloġika;

46.

jenfasizza l-importanza tal-Programm LIFE għall-proġetti ta’ infrastruttura ekoloġika u tal-bijodiversità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u jħeġġeġ lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-LIFE jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mal-punti ta’ kuntatt reġjonali tal-LIFE fit-tħejjija tal-applikazzjonijiet tal-LIFE; jixtieq ukoll li jara kategorija ġdida ta’ finanzjament tal-proġetti integrati tal-LIFE sabiex jissaħħaħ l-appoġġ għall-proġetti fuq skala reġjonali u jiġi mobilizzat l-appoġġ minn fondi oħra tal-UE, nazzjonali u privati; (14)

47.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, bl-appoġġ mill-Istati Membri tagħhom, biex jesploraw modi innovattivi ta’ finanzjament, inkluż, pereżempju, fondazzjonijiet privati/kummerċjali jew fondazzjonijiet taħt il-liġi pubblika, il-lotteriji reġjonali/nazzjonali, is-sħubijiet pubbliċi/privati, proġetti ta’ restawr tal-foresti/torbieri u bjar tal-karbonju, inċentivi tat-taxxa, pagamenti għal servizzi tal-ekosistema (PES), tikkettar/ċertifikazzjoni volontarji; jew sħubijiet intraprenditorjali lokali; id-dħul mill-ħruġ ta’ permessi marbutin mal-ġestjoni tat-territorju u l-kostruzzjoni għandu jiġi allokat b’mod dirett għal inizjattivi fil-livell lokali u reġjonali relatati mal-bijodiversità;

48.

jinkoraġixxi l-awtoritajiet lokali biex jaħdmu b’mod effikaċi f’kull livell ta’ finanzjament bil-għan li jwaqqfu s-sussidji u l-mekkaniżmi fiskali li jagħmlu ħsara lill-bijodiversità;

49.

jenfasizza l-importanza ta’ proġetti tal-UE nazzjonali kofinanzjati li jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali japplikaw għal proġetti tal-UE relatati mal-bijodiversità kofinanzjati sabiex itejbu l-kapaċità tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet biex jiffinanzjaw soluzzjonijiet għall-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika adattati għall-post taħt il-programmi operattivi tal-fondi tal-UE, u li jinvestu fil-bini tal-kapaċità transsettorjali meħtieġa, il-kofinanzjament u n-netwerking; jirrikonoxxi wkoll l-importanza tal-programmi nazzjonali ta’ finanzjament li jiffinanzjaw l-azzjonijiet (pilota) tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jikkonktribwixxu għall-objettivi nazzjonali dwar il-bijodiversità;

C.

Elementi għall-konsiderazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-reviżjoni ta’ nofs it-term tagħha tal-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-UE sal-2020

50.

jemmen li r-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Kummissjoni Ewropea għandha tqis kull bidla li saret bejn it-tnedija tal-istrateġija fl-2011 u r-reviżjoni ta’ nofs it-term fl-2015, b’mod partikolari l-qafas finanzjarju l-ġdid u l-fondi tal-UE bejn l-2014-2020 u ħafna mill-azzjonijiet tal-istrateġija, li għandhom jiġu implimentati qabel ir-reviżjoni ta’ nofs it-term. F’dan ir-rigward, il-KtR jappoġġa bil-qawwa l-fehma tal-Kunsill li l-Kummissjoni Ewropea għandha tirrakkomanda azzjonijiet ulterjuri (15), u b’hekk jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-effettività tat-tieni stadju tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, sabiex jiġi żgurat li l-mira ewlenija tal-istrateġija tintlaħaq sal-2020;

51.

jaqbel mal-Parlament Ewropew li eżami kruċjali tal-impenn tal-UE għat-tilħiq tal-miri tal-bijodiversità se tkun l-implimentazzjoni finali tal-fondi tal-UE ġodda għall-perjodu 2014-2020 f’dan il-qasam. Il-livell inadegwat ta’ integrazzjoni tal-protezzjoni tal-bijodiversità f’politiki oħra tal-UE wassal biex l-ewwel strateġija tal-UE falliet fl-2010 (16). Hija meħtieġa metodoloġija għat-traċċar tal-infiq relatat mal-bijodiversità madwar il-baġit tal-UE, simili għal dik li qed tiġi żviluppata għall-infiq relatat mal-klima;

52.

jenfasizza l-importanza tal-ekoloġizzazzjoni bħala pilastru ċentrali tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) sabiex jinkisbu l-miri tal-bijodiversità. Huwa essenzjali li r-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-PAK tieħu passi iżjed ċari f’din id-direzzjoni sabiex tiżgura li l-ekoloġizzazzjoni twassal għal titjib ambjentali ġenwin, inkluża l-bijodiversità fiż-żoni rurali madwar l-Ewropa kollha;

53.

jemmen fil-potenzjal kbir tal-infrastruttura ekoloġika bħala għodda biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-ħabitat, u għaldaqstant jistenna li r-reviżjoni tal-istrateġija tindika elementi ewlenin għal konsiderazzjoni fir-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-infrastruttura ekoloġika, li huwa mistenni lejn l-aħħar tal-2017, u b’mod partikolari li jipprevedi fl-2018 proposta għal leġislazzjoni tal-UE dwar it-TEN-G, Infrastruttura Ekoloġika Trans-Ewropea (bħala parti mill-baġit tal-UE wara l-2020), u jtenni r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu f’dan ir-rigward;

54.

jirreferi għat-talba tiegħu (17) lill-Kummissjoni biex l-għan li jkun evitat kwalunkwe telf tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistemi jiddaħħal fil-leġislazzjoni Ewropea, b’kunsiderazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-azzjoni 7b tal-istrateġija tal-UE favur il-bijodiversità fil-programm Orrizont 2020;

55.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf skema ta’ impenn/premju tal-UE għal kisbiet tal-bliet u reġjuni fil-qasam tal-bijodiversità u pjattaforma għal skambju, sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej jiġu rikonoxxuti għall-kontribut ta’ suċċess u importanti tagħhom biex l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-UE tilħaq l-għanijiet tagħha; F’dan ir-rigward, il-KtR jirrikonoxxi l-Premju Natura 2000 ġdid, iżda dan huwa immirat lejn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati;

56.

jitlob li fil-BISE (Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Bijodiversità) tiżdied id-disponibbiltà ta’ data aktar lokalizzata u ta’ riżoluzzjoni għolja tas-servizzi tal-ekosistemi u ta’ data oħra ta’ monitoraġġ billi tiġi inkluża wkoll data miġbura mill-osservatorji reġjonali tal-bijodiversità u d-data aggregata bbażata fil-bliet (bħall-valutazzjonijiet tal-bliet tal-UE ibbażati fuq pereżempju l-Indiċi tal-Bijodiversità fil-Bliet/l-Indiċi ta’ Singapore) sabiex jiġu promossi l-iskambju tad-data u l-informazzjoni bejn il-bliet u r-reġjuni u konsulenza aktar divrenzjata mil-lat reġjonali fil-politika tal-UE u sabiex jiġi ffaċilitat ir-rappurtar dwar titjib fil-livell reġjonali/lokali madwar l-Ewropa;

57.

jirrimarka dwar il-ħtieġa li jikomplew b’mod effettiv id-djalogu u l-kooperazzjoni tal-UE ma’ msieħba ewlenin fil-pajjiżi kandidati u dawk li potenzjalment huma kandidati sabiex jingħataw l-għajnuna biex jiżviluppaw u jaġġustaw il-politiki tagħhom biex jilħqu l-miri tal-bijodiversità tal-2020. L-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE jistgħu jagħtu l-appoġġ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali mhux fl-UE jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu ħalli jintlaħqu l-miri tal-bijodiversità Ewropej u globali, billi jaqsmu l-għarfien u l-aħjar prattiki tagħhom kif ukoll permezz tal-Kumitati Konsultattivi Konġunti, il-Gruppi ta’ Ħidma rilevanti tal-KtR, l-ARLEM u l-CORLEAP; f’dan ir-rigward; il-KtR jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tippromovi kooperazzjoni tal-iżvilupp deċentralizzata bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fi ħdan il-faċilità li għadha kemm inħolqot EU Biodiversity for Life (B4Life);

58.

jitlob li l-Istrateġija tal-UE tirrikonoxxi u tiżgura aktar appoġġ għall-impenn tal-awtoritajiet lokali bħala msieħba ewlenin fl-inizjattiva BEST, li tippromovi l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità unika fir-Reġuni Ultraperiferiċi tal-UE u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej;

D.

Elementi għal konsiderazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rappurtar futur tagħha lis-CBD dwar id-Deċiżjoni X/22 tas-CBD

59.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tenfasizza l-fatt li tagħti importanza kbira lid-Deċiżjoni X/22 tas-CBD u l-implimentazzjoni tagħha fl-Ewropa;

60.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrimarka li ntlaħaq kunsens fl-UE li hemm bżonn kbir biex l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw approċċ f’diversi livelli, kooperattiv u integrat lejn it-tilħiq tal-Objettivi tal-Bijodiversità ta’ Aichi u l-miri relatati tal-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-UE. Għalkemm diġà sar progress sostanzjali biex dan jintlaħaq, u jeżistu diversi prattiki tajba f’diversi Stati Membri, jinħass li dan il-proċess ta’ kooperazzjoni u governanza f’diversi livelli għadu ma ġiex stabbilit b’mod adegwat madwar l-UE u għalhekk irid jitjieb iżjed;

61.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrikonoxxi fir-rappurtar tagħha l-involviment attiv ta’ diversi awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE f’attivitajiet u netwerks tal-bijodiversità globali, inklużi l-kumitati konsultattivi stabbiliti taħt id-Deċiżjoni X/22 tas-CBD; bħall-Kumitat Konsultattiv dwar il-Gvernijiet Sottonazzjonali u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Bliet fis-Sħubija Dinjija favur l-azzjoni lokali u sottonazzjonali għall-bijodiversità;

62.

jirrikonoxxi l-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għad-Deċiżjoni X/22 tas-CBD, permezz ta’ din l-Opinjoni ta’ prospettiva u kooperazzjoni fuq l-istudju relatat tal-KtR, u l-parteċipazzjoni tal-KtR fil-Qafas Komuni ta’ Implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE, barra mill-appoġġ permezz tal-programmi LIFE u INTERREG, għall-bini tal-kapaċità u l-qsim tal-aħjar prattika, u opportunitajiet ġodda fil-Proċess Bijoġeografiku ġdid u l-Pjattaforma ta’ Natura 2000;

63.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi r-rwol speċifiku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-azzjoni esterna tal-UE fir-rappurtar tagħha lis-CBD dwar id-Deċiżjoni X/22 bħala waħda mill-azzjonijiet ewlenin li l-KE/UE beħsiebha tenfasizza aktar fil-ġejjieni, bil-għan li tesplora – b’kooperazzjoni mal-KtR – mezzi addizzjonali kif tappoġġa kooperazzjoni deċentralizzata bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u dawk fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew fil-pajjiżi tal-viċinat tal-UE fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tal-bijodiversità u l-ekosistema, b’rabta mal-azzjoni (g) tad-Deċiżjoni X/22 tas-CBD.

Brussell, 26 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel LEBRUN


(1)  COM(2011) 244 final.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ambjent tal-21 ta’ Ġunju u tad-19 ta’ Diċembru 2011.

(3)  http://www.cbd.int/decision/cop/default.shtml?id=12268.

(4)  L-Opinjoni tuża t-terminu “awtoritajiet lokali u reġjonali”, kif inhu użat fil-kuntest tal-UE. Fil-kuntest tan-NU u s-CBD, fejn ir-reġjuni huma mifhuma bħala reġjuni sopranazzjonali/dinjija, dan ifisser “awtoritajiet lokali u gvernijiet sottonazzjonali”.

(5)  CDR273-2011_FIN_AC, COR 2014-01728-00-00-RES-TRA.

(6)  http://www.cbd.int/decision/cop/default.shtml?id=12288.

(7)  http://www.cbd.int/decision/cop/default.shtml?id=13169.

(8)  CdR 112/2010 fin

(9)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ambjent, http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/envir/143185.pdf

(10)  Studju li twettaq minn Ecologic/ICLEI f’Ġunju 2014, http://cor.europa.eu/en/documentation/studies/Pages/studies-2014.aspx

(11)  CDR4577-2013_00_00_TRA_AC.

(12)  CDR4577-2013_00_00_TRA_AC.

(13)  Proposta tal-Kummissjoni Ewropea COM(2013) 620 final.

(14)  CdR 86/2012 fin

(15)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ambjent tad-19 ta’ Diċembru 2011.

(16)  Riżoluzzjoni tal-PE (2011/2307(INI)).

(17)  CDR4577-2013_00_00_TRA_AC


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/53


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – L-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE

2014/C 271/10

Relatur

Adam Struzik (PL/PPE), Marixxall tar-reġjun ta’ Mazovia

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jiġbed l-attenzjoni li għall-ewwel darba qed iħejji Opinjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE, biex jippreżenta l-fehmiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kemm fir-rigward tal-perspettiva finanzjarja attwali kif ukoll għas-snin 2014-2020;

2.

jinforma li biex tittejjeb il-kwalità tal-opinjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-UE din l-Opinjoni tħejjiet abbażi ta’ stħarriġ (1) fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li kellu rispons sinifikanti, ħaġa li tirrifletti l-interess f’din il-kwistjoni u li tindika r-rieda għall-kooperazzjoni biex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi u l-potenzjal tal-approċċ territorjali;

3.

jenfasizza li l-baġit tal-UE huwa strument ferm importanti biex jinkisbu l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea. Ir-rwol tiegħu għandu jiġi enfasizzat issa b’mod partikolari – fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja li għadha għaddejja f’ħafna pajjiżi u l-bżonn li tiġi appoġġjata l-kompettività tal-ekonomija Ewropea, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej;

4.

jinnota li l-baġit tal-UE jipprovdi riżorsi biex jinkisbu l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattati u miftiehma fl-ogħla livelli politiċi (bejn il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea), iżda fl-istess ħin huwa strument kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika pubblika mwettqa fil-livell tal-Istati Membri u l-miżuri li jittieħdu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’dan il-kuntest iqis li enfasi ikbar fuq ir-riżultati twassal għal għażla aħjar ta’ għanijiet u strumenti li jirriflettu s-sitwazzjonijiet differenti fid-diversi territorji tal-UE u b’hekk issaħħaħ l-effettività u l-effikaċja tal-baġit tal-UE;

5.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE bħala benefiċjarji diretti u bħala maniġers tal-fondi Ewropej, iżda li huma responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-baġit fil-livell lokali u reġjonali b’mod kondiviż mal-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħra Ewropej;

6.

bi pjaċir jinnota li b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali relatati mal-perjodu ta’ programmar 2014-2020, ir-rwol tad-dimensjoni territorjali fit-twettiq tal-politika Ewropea ssaħħaħ. Għalhekk ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twettiq tal-baġit tal-UE ser jiżdied iktar;

7.

f’din l-Opinjoni jiffoka fuq il-fondi li huma iktar importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, inkluż, qabel kollox, il-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (ESIF): il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fondi ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), filwaqt li jindika l-importanza ta’ fondi oħra bħal dawk tal-programm Orizzont 2020 biex jintlaħqu l-għanijiet immirati fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali;

Ir-rata tal-eżekuzzjoni tal-baġit

8.

jinnota li, fid-dawl tas-sitwazzjoni soċjoekonomika attwali, il-fatt li l-adozzjoni tal-qafas legali tal-fondi tal-UE għas-snin 2007-2013 saret iktar tard milli mistenni, u li ħafna politiki Ewropej tfasslu sabiex jinkisbu għanijiet strutturali fit-tul minflok ma jippromovu l-effetti tal-provvista fil-perjodu l-qasir, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE għandha titqies bħala waħda sodisfaċenti;

9.

jinsab imħasseb li minkejja s-sodisfazzjon ġenerali bl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, hemm differenzi konsiderevoli fir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit bejn l-Istati Membri u d-diversi fondi;

10.

jinnota li d-differenzi fl-implimentazzjoni tal-Baġit tal-UE bejn il-pajjiżi huma r-riżultat ta’ ħafna fatturi – u ftit minnhom biss huma relatati direttament mal-eżekuzzjoni tal-infiq fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Fost il-fatturi li għandhom impatt fuq ir-rata tal-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-UE nsibu:

l-effikaċja tas-sistema ta’ ġestjoni fl-Istati Membri individwali,

id-differenzi fir-regoli interni tal-fondi individwali u l-livell ta’ kumplessità tagħhom,

il-kwalità tal-oqfsa legali nazzjonali,

id-disponibbiltà ta’ fondi għall-kofinanzjament,

il-kapaċità amministrattiva,

l-effiċjenza tas-sistemi ta’ koordinazzjoni, tal-governanza f’diversi livelli u tas-sħubija;

11.

jinnota li fil-fehma tal-awtoritajiet lokali u reġjonali l-Istati Membri għandhom l-ikbar impatt fuq it-twettiq tal-baġit tal-UE fil-livell Ewropew, filwaqt li fil-każ tal-proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-UE hija l-kapaċità amministrattiva li għandha l-ikbar influwenza fuq ir-rata ta’ implimentazzjoni, segwita mid-disponibbiltà tal-fondi (pubbliċi u nazzjonali) għall-kofinanzjament u l-kumplessità tad-dispożizzjonijiet tal-fondi individwali;

12.

f’dan il-kuntest jinnota li l-ilment dwar ir-rata bil-mod tal-implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-UE minħabba l-kapaċità amministrattiva limitata tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa biss parzjalment ġustifikat. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma konxji tal-kapaċità amministrattiva ħafna drabi inadegwata iżda r-rata ta’ implimentazzjoni fil-livell lokali u reġjonali tal-fondi tal-UE hija influwenzata anke minn kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea;

13.

għalhekk jappella lill-Istati Membri biex isaħħu l-kooperazzjoni u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija tal-programmi operattivi u s-soluzzjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni, biex tiġi żgurata l-ogħla rata u kwalità possibbli fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE u jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq il-benefiċjarji;

14.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex ikunu iktar proattivi fil-perspettiva finanzjarja l-ġdida, b’mod partikolari biex tintroduċi programmi ta’ informazzjoni u taħriġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, bil-għan li tiżdied ir-rata u l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;

15.

jinnota li l-identifikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-aħjar prattiki jista’ jkollha impatt fuq ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit, b’mod partikolari f’dawk l-oqsma li jinkorporaw ħafna fondi, programmi u msieħba, inklużi dawk implimentati taħt strumenti ġodda bħall-Investimenti Territorjali Integrati u l-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD);

16.

barra minn hekk, jinnota possibbiltajiet oħra biex tiżdied ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati mill-UE fil-livell lokali u reġjonali:

li ssir iktar enfasi fuq is-semplifikazzjoni tal-proċeduri għall-benefiċjarji,

li l-Istati Membri jwettqu fil-ħin il-kundizzjonijiet ex-ante, li ħafna drabi ma jkunux il-kompitu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali,

li l-ispejjeż semplifikati jiġu applikati b’mod iktar mifrux,

l-użu tal-ogħla rata possibbli ta’ kofinanzjament mill-Unjoni,

l-iżgurar ta’ aċċess semplifikat għal strumenti finanzjarji oħra nazzjonali, privati jew mill-BEI,

li l-Kummissjoni tiġi mħeġġa tqis it-tneħħija tar-rekwiżit li l-kofinanzjament jiġi inkluż fil-kalkoli tad-defiċits tal-finanzi pubbliċi;

17.

għandu fiduċja li r-regoli l-ġodda tal-ESIF se jkollhom impatt pożittiv fuq ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-UE fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Madankollu f’dan l-istadju ta’ tħejjija għall-perspettiva tal-perjodu 2014-2020 ma nistgħux nivvalutaw kif u f’liema oqsma ser issir din l-aċċellerazzjoni;

18.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Finali tas-Semplifikazzjoni għall-QFP 2014-2020 (2);

19.

jappella biex fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss (wara l-2020), tittejjeb il-kwalità u l-effikaċja tad-djalogu bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri; sabiex jitressqu abbozzi ta’ regolamenti, jitwettqu n-negozjati u jiġu konklużi d-diskussjonijiet kollha dwar il-proposti leġislattivi fi żmien tajjeb biex tkun tista’ tinbeda l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE fil-bidu tal-2021;

20.

jinnota li m’hemmx informazzjoni statistika suffiċjenti dwar il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Għalhekk jappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex b’mod regolari jippubblikaw l-informazzjoni dwar din il-kwistjoni (anke dwar ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni u r-rapporti perjodiċi tal-koeżjoni) u biex jwettqu valutazzjonijiet regolari ta’ din il-kwistjoni li għandha tiġi diskussa bil-parteċipazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni;

Livell tal-iżbalji u kwistjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni

21.

jindika li skont l-informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri l-oqsma tal-iżbalji ewlenin huma:

non-eliġibbiltà tan-nefqa,

nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku;

22.

jinnota li l-ispiża tal-kontroll tan-nefqa tal-awditjar tal-koeżjoni tista’ tiġi stmata għal madwar EUR 860 miljun jew 0,2 % tal-baġit tal-FEŻR/FK u tal-FSE (3);

23.

huwa sodisfatt li mill-2009, il-Qorti tal-Awdituri sabet li l-livell ta’ irregolaritajiet fin-nefqa marbuta mal-koeżjoni li kien hemm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 hija b’mod ċar inqas mil-livell osservat għall-perjodu 2000-2006 (4);

24.

iqis li l-livell tal-iżbalji f’dawn l-oqsma ma jirriflettix l-abbużi fl-użu ta’ riżorsi tal-UE (frodi) imma kemm il-gruppi ta’ benefiċjarji bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkonformaw mar-regoli miftiehma u l-kwalità tal-kontrolli u s-sistemi ta’ ġestjoni, kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej;

25.

f’dan il-kuntest jinnota li t-tnaqqis fil-kwantità ta’ żbalji f’dawn iż-żewġ oqsma jeħtieġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħra Ewropej. Għalhekk iħeġġeġ kooperazzjoni iktar mill-qrib mhux biss fl-istadju tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti kofinanzjati mil-UE iżda anke fit-tfassil tad-dispożizzjonijiet legali u l-linji gwida. Jirreferi għall-bżonn li s-servizzi tal-Kummissjoni jivverifikaw il-konformità tas-sistemi nazzjonali tal-eliġibbiltà u l-akkwist pubbliku mal-liġi Ewropea qabel ma jiġu implimentati l-programmi u l-proġetti mhux biss meta jitwettqu;

26.

ifakkar li l-korrezzjonijiet finanzjarji jiddaħħlu meta jiġu żvelati l-irregolaritajiet, ħaġa li mhux biss taffettwa r-rata ta’ implimentazzjoni tal-fondi tal-UE imma anke tinfluwenza l-probabbiltà li jinkisbu r-riżultati mistennija;

27.

bi pjaċir jinnota li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa ser jiġu applikati b’mod iktar flessibbli matul il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid. F’dan il-kuntest, il-proposti fil-qafas tal-FSE, li jippermettu użu iktar estensiv ta’ pagamenti globali u rati fissi minflok ir-rimborż ta’ spejjeż reali, għandhom jitqiesu b’mod pożittiv. Dan għandu jkollu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja s-sitwazzjoni bir-reqqa sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri li jkunu qed jeżitaw li japplikaw il-mekkaniżmi semplifikati proposti;

28.

jappella biex, b’attenzjoni għall-fatt li l-ispejjeż semplifikati ma jintużawx għall-proġetti tal-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li jiddaħħlu semplifikazzjonijiet simili għall-proġetti li jkunu finanzjati minn fondi apparti mill-FSE;

29.

bi pjaċir jinnota l-passi li ttieħdu diġà fil-livell tad-dispożizzjonijiet għar-regoli u l-proċeduri għall-ESIF kollu, iżda jqis li hemm inċertezza konsiderevoli fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-impatt tar-regolamenti l-ġodda biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni jew biex iżidu l-opportunitajiet għall-koordinazzjoni bejn l-ESIF u fondi esterni oħra bħall-programm Orizzont 2020. Dan jindika li hemm bżonn li l-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Istati Membri jorganizzaw programm ta’ informazzjoni u taħriġ inkluż taħriġ li jippromovi l-mudelli ta’ spiża semplifikata (5);

30.

iqis li għandu jkun possibbli li jitnaqqas l-ammont ta’ irregolaritajiet billi jinħoloq sett komuni ta’ regoli bażiċi għall-ESIF u billi l-Istati Membri jitħallew iħejju r-regoli tagħhom stess għall-eliġibbiltà tan-nefqa abbażi ta’ ħtiġiet lokali speċifiċi;

31.

jipproponi li fir-rigward tas-sistemi ta’ kontroll għandha tingħata ħafna iktar attenzjoni lill-koordinazzjoni bejn il-kontrolli mwettqa mid-diversi istituzzjonijiet ta’ ġestjoni u awditjar: l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri. Ifakkar li l-kontrolli għandhom jaqdu l-kompitu tagħhom: li jtejbu l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-proġetti. F’dan il-kuntest ifakkar li ħafna drabi l-korrezzjonijiet finanzjarji li jsiru mill-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jkunux proporzjonali għall-iskala ta’ irregolaritajiet;

32.

jesprimi tħassib dwar il-fatt li minħabba nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva u nuqqas ta’ riżorsi, l-awtoritajiet tal-awditjar dejjem aktar spiss qed iqabbdu kumpaniji tal-awditjar mis-settur privat għax-xogħol tagħhom ta’ awditjar (48 %) u b’hekk jgħollu n-nefqa pubblika globali tal-awditjar u jitilfu l-kontroll fuq il-programmar tal-proġetti;

Il-likwidità tal-baġit tal-UE u kwistjonijiet ta’ ppjanar finanzjarju

33.

jinnota li kull sena l-baġit tal-UE qed ikollu dejjem iktar problemi biex jiżgura sors ta’ dħul stabbli mill-Istati Membri. Dan huwa dovut għall-ammont dejjem ikbar ta’ dejn mhux imħallas fl-aħħar ta’ kull sena baġitarja;

34.

iqis li din il-problema jista’ jkollha impatt fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali billi ttawwal il-perjodu ta’ stennija għar-rimborż tal-ispejjeż, ħaġa ta’ tħassib partikolari f’dawk il-pajjiżi l-iktar milquta mill-kriżi;

35.

iqis li l-akkumulazzjoni ta’ dejn mhux imħallas fil-baġit tal-UE hija dovuta:

għad-diffikultà tal-ippjanar dettaljat tan-nefqa annwali mill-Istati Membri u l-ipprogrammar mekkaniku ħafna tal-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti mill-Kummissjoni Ewropea,

kunflitti fil-kontributi li jsiru mill-Istati Membri individwali għall-finanzjament ta-nefqa annwali tal-baġit tal-UE;

36.

jinsab imħasseb li dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn tiżdied is-somma tar-RAL (6). Din il-problema tgħodd l-iktar għall-politika ta’ koeżjoni u l-politika għall-iżvilupp rurali. Jekk nassumu li m’hemmx telf materjali fl-allokazzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri b’riżultat tal-applikazzjoni tar-regola ta’ diżimpenn awtomatiku, il-baġit għall-2014 u l-2015 jista’ jkollu jiżdied sew;

37.

iqis li l-prolongazzjoni tar-regola tad-diżimpenn awtomatiku għal N+3 snin matul il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid potenzjalment tista’ tiġġenera għadd ikbar ta’ RAL – iżda dan m’għandux jiġi interpretat bħala stedina biex jiżdiedu l-ammonti ammortizzati mill-Kummissjoni – iktar hemm bżonn li tittejjeb il-kwalità ta’ ppjanar finanzjarju f’kull livell – lokali, nazzjonali u Ewropew;

38.

jinnota li mod pożittiv biex tittejjeb il-kwalità tal-ippjanar finanzjarju fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun li jingħataw linji gwida iktar ċari (mill-Kummissjoni lill-Istati Membri) dwar l-użu ta’ ħlasijiet minn qabel mill-benefiċjarji u l-introduzzjoni ta’ regoli ġodda dwar il-politika ta’ koeżjoni flimkien ma’ skadenza ta’ 90 jum għall-allokazzjoni ta’ ħlasijiet lill-benefiċjarji;

Enfasi fuq ir-riżultati

39.

iqis li r-riżultati tal-infiq tal-fondi huwa dejjem iktar viżibbli fil-kuntest lokali u reġjonali milli fil-livell makroekonomiku. Madankollu ħafna drabi l-impatt tal-baġit tal-UE fuq l-iżvilupp tal-Ewropa, il-pajjiżi u r-reġjuni individwali, ma jistax jintwera sew minħabba l-kwalità xejn sodisfaċenti tal-analiżi u l-konċentrazzjoni tal-attenzjoni fuq ir-rata ta’ implimentazzjoni minflok il-ksib tar-riżultati ppjanati;

40.

f’dan il-kuntest bi pjaċir jinnota li fil-qafas tal-perspettiva finanzjarja 2014-2020 l-fondi kollha tal-UE, b’mod partikolari l-ESIF, ser ikunu ħafna iktar orjentati lejn ir-riżultati. Skont ir-riżultati tal-istħarriġ għandha tiżdied l-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE u jiżdiedu l-possibbiltajiet li l-għanijiet tal-UE jinkisbu mill-interventi ffokati fuq it-temi u r-reġjuni;

41.

jinnota li orjentazzjoni ikbar lejn ir-riżultati għandha tinkiseb permezz ta’ rabta loġika bejn l-għanijiet stabbiliti, il-valuri tal-indikaturi, l-oqfsa ta’ prestazzjoni u s-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni;

42.

madankollu, jiġbed l-attenzjoni li l-kunċett ta’ orjentazzjoni ikbar lejn ir-riżultati jkun jista’ jintuża sew biss jekk il-proċess tat-twaqqif ta’ miri u stadji (milestones) għall-interventi u l-valuri tagħhom fil-livell tal-programmi operattivi jkun ta’ kwalità għolja u jirrifletti mhux biss il-miri Ewropej iżda anke l-miri speċifiċi b’varjazzjonijiet reġjonali;

43.

peress li dan il-fokus iktar qawwi fuq ir-riżultati tal-baġit tal-UE huwa kemm importanti kif ukoll ġdid, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tniedi sensiela ta’ programmi ta’ informazzjoni u taħriġ dwar it-twaqqif tal-għanijiet, l-identifikazzjoni tal-fatturi u l-valuri tagħhom u l-ħolqien ta’ oqfsa ta’ prestazzjoni. Jindika li jeħtieġ li jsir iktar titjib fis-sistemi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni fl-Istati Membri b’kunsiderazzjoni tar-rwoli u l-ħtiġiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

44.

iqis li fattur importanti ħafna għas-suċċess tal-kunċett ta’ orjentazzjoni ikbar lejn ir-riżultati huwa l-kwalità tan-negozjati għall-programmi operattivi, li għandhom jiġu ttrattati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bħala proċess ta’ tagħlim reċiproki;

45.

itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-Riżerva tal-Prestazzjoni li tammonta għal 6 % tal-baġit tal-koeżjoni taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-istess għall-iżvilupp rurali m’hijiex l-għodda adatta għal dawn ir-rekwiżiti;

L-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-dibattiti strateġiċi

46.

jinnota li żieda fl-effiċjenza u l-effikaċja tista’ tinkiseb biss bil-parteċipazzjoni attiva ta’ kull parti interessata – b’mod partikolari dawk responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-ispejjeż u li għalhekk jagħmlu kontribut ikbar biex jinkisbu l-għanijiet tal-politiki Ewropej, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

47.

b’konformità mar-riżultati tal-istħarriġ, jiddikjara li lest ikun parteċipant attiv fl-iktar dibattiti importanti fil-livell Ewropew u msieħeb affidabbli tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. B’mod partikolari, dan ser jirrikjedi li jkun iktar involut fil-ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, anke fit-tħejjija tal-opinjonijiet proprji (bħal din l-Opinjoni), l-analiżijiet u r-rapporti dwar l-iktar kwistjonijiet importanti għar-residenti tal-UE.

Brussell, 26 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel LEBRUN


(1)  Riżultati tal-istħarriġ/konsultazzjoni onlajn dwar l-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-UE, Kumitat tar-Reġjuni; Unità E.2 – Netwerk tas-Sussidjarjetà/Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020/Patt tas-Sindki/REKT. It-tim tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020.

(2)  COM(2014)114, 3.3.2014.

(3)  Ibid, p. 43 u 45.

(4)  Ara: Martin Weber, Chrysoula Latopoulou u Jorge Guevara López: “The Cost of Control’ of Auditing Cohesion Expenditure”, EStIF 1/2014, p. 39;

(5)  Ara r-rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit dwar is-sena finanzjarja 2012, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.331.01.0001.01.ENG

(6)  RAL: “reste à liquider” – espressjoni Franċiża li tfisser impenji pendenti. Id-differenza bejn l-ammont tal-impenji u l-pagamenti ta’ kull sena tirrappreżenta r-RAL addizzjonali għal dik is-sena.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/58


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni L-abbozz ta’ baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2015

2014/C 271/11

Relatur

Is-Sinjura Durdu (LU/ALDE), Membru tal-Kunsill Komunali tal-Komun ta’ Wincrange

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza li din l-opinjoni tirrigwarda t-taqsima III tal-baġit tal-UE u ma tkoprix l-infiq amministrattiv taħt l-Intestatura V;

2.

ifakkar li qed jipprepara għat-tieni darba opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar il-proċedura baġitarja annwali tal-UE;

3.

jinsisti li t-tfassil tal-baġit annwali tal-UE għandu impatt dirett fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-finanzi pubbliċi tagħhom, u li dan huwa ta’ natura politika u strateġika;

4.

jiddispjaċih li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020 ġie adottat sitt xhur tard meta mqabbel mal-perjodu preċedenti 2007-2013 u jinnota li dan se jaffettwa l-assorbiment tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-profil tal-pagament fuq perjodu medju;

5.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea adottat il-proposta tal-baġit annwali tagħha għall-2015 fil-11 ta’ Ġunju u mhux qabel, jiġifieri kważi xahrejn iktar tard fis-sena milli kien il-każ qabel l-2013. Fil-fatt dan id-dewmien ifixkel il-possibbiltà li l-partijiet interessati differenti, inkluż il-Kumitat tar-Reġjuni, jipprovdu r-reazzjonijiet tagħhom fil-ħin qabel ma l-Kunsill jieħu l-pożizzjoni tiegħu;

6.

jinnota b’dispjaċir li hemm nuqqas ta’ statistika meħtieġa li tippermetti lill-Kumitat tar-Reġjuni jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu u jwettaq analiżi komparattiva bejn l-Istati Membri. Bit-tali informazzjoni, il-KtR jista’ jidentifika fejn jinsabu s-saħħiet u d-dgħufijiet tal-governanza f’diversi livelli u jagħmel proposti sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-baġit tal-UE;

7.

jixtieq li f’dan il-kuntest jirċievi mill-Kummissjoni aġġornamenti regolari dwar il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;

8.

itenni wkoll it-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipprovdi mill-aktar fis possibbli:

a.

data konsolidata dwar l-ammont ta’ fondi riċevuti mill-poteri pubbliċi sottonazzjonali;

b.

data konsolidata dwar l-impenji pendenti skont il-linji baġitarji u l-programmi;

c.

it-tqassim tal-impenji pendenti mhux biss skont il-pajjiż iżda wkoll skont il-kategorija tal-benefiċjarju (awtoritajiet nazzjonali vs. poteri pubbliċi sottonazzjonali);

d.

l-ammont ta’ fondi li jinġabru mill-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali għall-kofinanzjament tal-proġetti tal-UE taħt ġestjoni kondiviżia;

9.

jenfasizza n-numru importanti ta’ baġits ta’ emenda fl-aħħar snin u jemmen li dawn idgħajfu l-ġestjoni tajba u t-trasparenza tal-baġits annwali;

10.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jarmonizzaw il-mod kif ikun ippreżentat it-tibdil fl-abbozzi ta’ baġit sabiex jiġu ffaċilitati l-possibbiltà li tinftiehem tal-proċedura, it-trasparenza tagħha u għaldaqstant il-proċess ta’ skrutinju demokratiku;

L-importanza tal-baġit tal-2015 fil-kuntest attwali

11.

ifakkar fil-kuntest tal-kriżi li qed tippersisti fil-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE, minkejja xi sinjali ta’ rkupru ekonomiku, u fir-restrizzjonijiet baġitarji li qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali; jinsisti li l-baġit għall-2015 jista’ jkollu rwol importanti fil-konsolidazzjoni tat-tendenza ta’ rkupru ekonomiku, fit-twettiq tal-investimenti meħtieġa għall-futur tal-Ewropa, u biex jittaffa l-impatt tal-kriżi fuq iċ-ċittadini Ewropej;

12.

ifakkar fir-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-irkupru ekonomiku u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni peress li terz tal-infiq pubbliku u żewġ terzi tal-investimenti pubbliċi twettqu minnhom u dawn huma għaldaqstant assoċjati ma’ parti kbira tal-ġestjoni u/jew l-użu tal-baġit tal-UE. Dan jenfasizza l-impatt dirett tal-baġit Ewropew fuq il-baġit tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u juri l-effetti ħżiena li jista’ jkollu trasferiment tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fuq l-ekonomija reali;

13.

jinnota li l-progress li sar sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 huma diżappuntanti u li l-baġit tal-2015 għandu rwol ewlieni fil-kisba ta’ dawn l-għanijiet;

14.

jenfasizza li l-impenji ġodda magħmula fl-2014 bħala l-ewwel sena tal-QFP ser ikunu dgħajfa, u li l-2015, bħala t-tieni sena tal-QFP, ser ikollha rwol ewlieni fis-suċċess tal-programmi ġodda pluriennali tal-2014-2020; ifakkar madankollu li jeħtieġ li jkun previst assorbiment baxx tal-impenji għas-sena finanzjarja l-ġdida 2015, aggravat b’mod speċjali bir-regola n+3, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri, u bis-sehem tar-reġjuni, biex japprovaw malajr kemm jista’ jkun il-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operazzjonali kollha sabiex tkun possibbli l-implimentazzjoni rapida tagħhom;

15.

jenfasizza l-importanza li jiġu antiċipati sew l-investimenti biex jittaffew l-effetti negattivi eventwali ta’ konċentrazzjoni fit-tmiem tal-perjodu u jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tipprevedix l-antiċipazzjoni ta’ approprjazzjonijiet oħra għajr dawk diġà previsti mill-Kummissjoni Ewropea, bħall-inizjattiva għall-impjieg taż-żgħażagħ, l-Orizzont 2020, Erasmus + u COSME. L-antiċipazzjoni tista’ tikkonċerna programmi oħra fejn il-ġestjoni hija waħda ċentrali, bħal pereżempju l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (u b’mod partikolari n-netwerks ta’ enerġija). Il-programmi ta’ ġestjoni deċentralizzata jeħtieġu ż-żmien biex jiġu implimentati u għalhekk ma jistgħux jiġu antiċipati għall-2014-2015;

16.

ikejjel il-kobor tal-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiċċara l-proċeduri għall-implimentazzjoni tas-EUR 6 biljun ippjanati għall-inizjattiva għall-impjieg taż-żgħażagħ li għandhom ikunu kkonċentrati bejn l-2014 u l-2015 kif ukoll l-interazzjoni bejn il-ftehimiet ta’ sħubija u l-pjani nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jesprimi d-dubji tiegħu dwar il-kapaċità ta’ assorbiment ta’ EUR 6 biljun fl-2014-2015 minħabba d-dewmien fl-adozzjoni tal-programmi operazzjonali u l-għadd żgħir ta’ Stati Membri li għażlu l-antiċipazzjoni tal-infiq fl-1 ta’ Settembru 2013; jinsisti f’dan il-kuntest fuq il-ħtieġa li l-eżekuzzjoni ta’ din l-inizjattiva titressaq ‘il quddiem għall-bidu tal-2015; jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara liema ser ikunu l-ammonti allokati għal din l-isfida fit-tul mill-2016; jaqbel mal-fehma tal-Parlament Ewropew li l-opportunitajiet kollha ta’ finanzjament, inkluż il-marġni ġenerali ta’ impenji tal-QFP, għandhom ikunu riveduti sabiex tkun żgurata l-kontinwità ta’ din il-linja baġitarja wara l-2015;

17.

jitlob biex tinħoloq linja baġitarja speċifika għall-assistenza teknika lill-makroreġjun Adrijatiku-Joniku, wara l-eżempju tal-linja baġitarja maħluqa għall-makroreġjun Baltiku u dak tad-Danubju fil-livell ta’ EUR 2,5 miljun f’approprijazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fl-2014.

Approprjazzjonijiet ta’ pagament li għadhom ma tħallsux

18.

jiddeplora l-akkumulazzjoni ta’ kontijiet mhux imħallsa (EUR 23,4 biljun għall-uniċi tliet fondi strutturali u ta’ koeżjoni fl-aħħar tal-2013); jiddispjaċih li dan il-fenomenu kompla jikber dawn l-aħħar snin, jinnota li huwa inaċċettabbli li l-Kummissjoni Ewropa ma tonorax l-obbligi tagħha u li l-benefiċjarji ma jistgħux jitħallsu lura minħabba nuqqas ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament suffiċjenti; jinsab kuntent li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tuża l-approprjazzjonijiet ta’ pagament kollha għall-2015 mill-QFP; madankollu huwa inkwetat ħafna għall-ammont insuffiċjenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u tal-kostrizzjonijiet fil-fluss tal-flus li filfatt ma jippermettux lill-Kummissjoni li tillikwida malajr it-talbiet kollha għal pagament, u dan jista’ joħloq problemi konsiderevoli fir-reġjuni;

19.

jiddispjaċih li l-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament jipprevjenu lill-UE milli tlaħħaq ma’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kif muri fil-qasam tal-politika umanitarja fejn ix-xogħol tal-organizzazzjonijiet umanitarji huwa affettwat minn pagamenti tard. Il-kontijiet mhux imħallsa minn dawn l-organizzazzjonijiet ammonta għal EUR 160 miljun fl-aħħar tal-2013;

20.

jesprimi tħassib dwar id-differenza bejn l-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fil-kuntest ta’ żieda b’rata mgħaġġla ta’ impenji pendenti, jikkundanna d-defiċit baġitarju strutturali tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal pjan ta’ azzjoni ċar li jibbilanċja l-baġit għall-bqija tas-sena baġitarja għall-2014-2020 u jirreferi f’dan ir-rigward għall-opinjoni tal-KtR dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE (relatur is-Sur Struzik);

21.

jinsab kuntent li l-abbozz tal-baġit 2015 jagħti importanza kbira, bħal fl-2014, lill-pagamenti ta’ impenji li twettqu tul il-perjodu 2007-2013 sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ pagamenti tard u li jiġi onorat il-massimu tal-pagamenti għall-perjodu 2014-2020 mill-2016;

22.

jissuġġerixxi li tingħata prijorità lir-rimbors tal-Istati Membri li jkunu sofrew l-aktar mill-kriżi ekonomika u li l-UE talbithom jagħmlu sforzi konsiderevoli biex jitnaqqas id-dejn pubbliku u l-iżbilanċi baġitarji, u li għandhom bżonn l-akbar appoġġ tal-UE sabiex jappoġġjaw it-tkabbir u jgħinu liċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli tagħhom;

23.

jiddeplora l-fatt li l-abbozz ta’ baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2015 ma jipprevedix l-użu tal-riżerva ta’ kontinġenza, li jista’ jikkontribwixxi biex iħaffef il-problemi tal-fluss tal-flus u jiffaċilita rimborż mgħaġġel tat-talbiet għal pagament;

Perspettivi wara l-2015

24.

jitlob li l-marġni ġenerali għat-tkabbir u l-impjiegi fl-2014 u l-2015 jintużaw mill-2016 għat-taqsima dwar il-politika ta’ koeżjoni;

25.

huwa kuntent li jara grupp ta’ ħidma ta’ livell għoli dwar ir-riżorsi proprji tal-UE, b’mandat mill-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ġie stabbilit biex itejjeb is-sistema attwali ta’ dħul tal-baġit tal-UE li wriet il-limiti tagħha. Fil-fatt, huwa essenzjali li ssir riforma tas-sistema sabiex il-baġit tal-UE jiddependi inqas fuq il-kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri billi jiżdiedu r-riżorsi proprji tal-UE, u b’hekk jiġu ffaċilitati n-negozjati dwar l-approprjazzjonijiet ta’ pagament;

26.

itenni t-talba tiegħu sabiex tiġi organizzata konsultazzjoni tal-KtR dwar il-baġits għas-snin li jmiss;

27.

jixtieq l-involviment tal-KtR fil-laqgħat interistituzzjonali dwar il-qagħda tas-sitwazzjoni u l-prospetti ta’ eżekuzzjoni tal-baġit tul is-sena finanzjarja attwali u tul is-snin finanzjarji futuri kif stabbilit fil-punt 36 tal-anness tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-QFP;

28.

jitlob biex jiġi rivedut il-qafas legali li jirregola l-perjodu ta’ pagament ta’ 60 jum sabiex dan isir vinkolanti għall-programmi ta’ ġestjoni kondiviża u biex tiġi applikata piena finanzjarja għall-awtoritajiet nazzjonali f’każ li ma jirrispettawx dan il-perjodu.

Brussell, 26 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel LEBRUN


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/61


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Qafas ta’ Hyogo għal Azzjoni wara l-2015: l-Immaniġġar ta’ riskji biex tinkiseb reżiljenza

2014/C 271/12

Relatur

Is-Sur Siggs, Kunsillier, Kunsill tal-Kontea ta’ Somerset (UK/KRE)

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Qafas ta’ Hyogo għal Azzjoni wara l-2015: l-Immaniġġar ta’ riskji biex tinkiseb reżiljenza – COM/2014/0216 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, peress li d-diżastri għandhom impatti maġġuri fuq l-ekonomija, is-soċjetà, l-ekoloġija u s-sigurtà u joħolqu sfidi enormi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

2.

jirrikonoxxi li politiki ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar tar-riskji huma essenzjali biex jiżguraw tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli filwaqt li jipproteġu n-nies u li qafas internazzjonali mġedded għat-tnaqqis ta’ riskji tad-diżastri se jgħin b’mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-ġejjieni, inklużi dawk li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, u jirrikonoxxi r-rwol tal-Unjoni Ewropea, u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħha, fl-isforzi ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima u ta’ bini ta’ infrastrutturi reżiljenti;

3.

jinnota bi tħassib li fis-snin reċenti, id-diżastri żdiedu b’mod sinifikanti kemm fil-frekwenza kif ukoll fl-intensità. Bejn l-2002 u l-2012, id-diżastri naturali kkawżaw medja ta’ aktar minn 1 00  000 mewt fis-sena u hemm xejra li qed tikber f’telf ekonomiku globali dirett mad-dinja kollha, b’ammont medju ta’ telf ekonomiku ta’ iktar minn EUR 100 biljun fis-sena. Filwaqt li l-pajjiżi kollha huma vulnerabbli, pajjiżi li qed jiżviluppaw isofru telf akbar tal-ħajja u nazzjonijiet żviluppati jkollhom aktar spejjeż ekonomiċi. Fl-UE d-diżastri naturali kkawżaw 80  000 mewt u EUR 95 biljun f’telf ekonomiku matul l-aħħar deċennju;

4.

josserva li għalkemm l-UE llum taqdi rwol aktar attiv fil-qasam tal-protezzjoni ċivili wara d-dħul fis-seħħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-esperjenza tal-UE qed issir aktar kumplessa minħabba l-firxa ta’ sistemi amministrattivi u legali varjati għall-immaniġġjar tal-mekkaniżmi nazzjonali ta’ protezzjoni ċivili differenti madwar l-UE;

Fehim dwar id-diżastri – data, miri u indikaturi

5.

jirrikonoxxi li l-impatti tat-tipi kollha ta’ diżastri jistgħu jitnaqqsu permezz tal-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri u l-bini ta’ reżiljenza f’infrastrutturi eżistenti u futuri, madankollu dawk li jfasslu l-politika qed jiffaċċjaw għażliet fiskali, ambjentali, soċjali u kulturali diffiċli dwar kif jiżguraw sikurezza bażika u kwalità tal-ħajja minħabba t-theddida ta’ diżastri minn perikli naturali kif ukoll minn attakki intenzjonali. Fl-istess waqt, hemm bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lil sfidi ġodda;

6.

iqis li żoni kostali u marittimi jiffaċċjaw sfidi addizzjonali fit-tnaqqis tar-riskji tad-diżastri. Minħabba li huma esposti għal livelli tal-baħar li qed jogħlew, tisħin tal-oċeani, mewġ għoli, xita fit-tul u nirien fl-ambjent naturali, dawn il-postijiet huma ta’ spiss inqas aċċessibbli u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ jistgħu jkunu iktar ikkomplikati minn bnadi oħra. Jistieden lill-UE biex tirrifletti dwar din il-vulnerabbiltà fil-kuntest tal-istrateġija tal-UE għat-turiżmu marittimu u tal-kosta. Bl-istess mod, iż-żoni bi żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi jiffaċċjaw sfidi addizzjonali, l-istess bħaż-żoni muntanjużi u ż-żoni ta’ valur ambjentali speċjali; dawn iż-żoni jistgħu jiffaċċjaw riskji akbar ta’ diżastri naturali, bħal uqugħ tal-art (landslides), nirien fil-foresti, kif ukoll nixfiet, li jwasslu għal miżuri ta’ prevenzjoni, stat ta’ tħejjija u intervenzjoni kumplessi;

7.

josserva li l-konsegwenzi traġiċi u fatali ta’ katastrofi fl-Ewropa ta’ spiss jiggravaw minħabba żewġ fatturi ewlenin: il-fraġilità intrinsika tat-territorju u l-iżvilupp mhux adatt fil-passat;

8.

jitlob impenn imġedded biex fil-pjanijiet ta’ żvilupp settorjali jiġu integrati politiki għat-tnaqqis tar-riskji ta’ diżastri sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv għall-bini tar-reżiljenza;

9.

jirrikonoxxi li l-aċċess għal informazzjoni sħiħa, affidabbli u preċiża huwa essenzjali biex wieħed jifhem id-diżastri u jitgħallem minnhom u b’hekk jitwettqu pjani għall-bini ta’ reżiljenza, il-mitigazzjoni tal-impatt ta’ avvenimenti futuri u l-iżvilupp ta’ każijiet għal investiment finanzjarju. Għalkemm jinġabru rapporti dwar riskji u perikli, l-integrazzjoni tagħhom kemm fi ħdan u bejn il-pajjiżi teħtieġ li tittejjeb;

10.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex japplikaw bis-sħiħ politika dwar aċċess miftuħ għad-data u jippermettu ż-żamma tal-informazzjoni fuq raġunijiet ta’ difiża, sigurtà jew kummerċjali biss meta dan ikun leġittimu u strettament meħtieġ. L-interessi kummerċjali m’għandhomx jieħdu preċedenza fuq is-sikurezza u l-benessri pubbliċi;

11.

jirrakkomanda aktar kollaborazzjoni u investiment f’sistemi ta’ informazzjoni, kif ukoll fil-konnessjoni transkonfinali tagħhom, u ħidma mas-settur privat (li għandu informazzjoni sinifikanti relatata mad-diżastri) sabiex id-data dwar id-diżastri u l-ġestjoni tagħhom tkun tista’ tiġi reġistrata, meħuda, analizzata u użata għall-pjani u l-mitigazzjoni tal-effetti ta’ diżastri oħra fil-ġejjieni;

Responsabbiltà, trasparenza u governanza – protokolli ta’ deċiżjoni u eskalazzjoni

12.

jirrikonoxxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltà politika u istituzzjonali għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħhom u ħafna drabi huma l-ewwel livell ta’ governanza li jirrispondi f’każ ta’ emerġenza għax jipprovdu servizzi bażiċi u sorveljanza u ġestjoni tad-diżastri hekk kif iseħħu. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fuq quddiem fil-ġestjoni ta’ diżastri, u huma responsabbli għall-prevenzjoni u għal rispons u operazzjonijiet ta’ salvataġġ immedjati u għandhom għarfien iddettaljat tal-lokalità u l-komunitajiet tagħhom. Huma jeħtieġu l-għarfien, għodod, kapaċitajiet u riżorsi biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom biex jipproteġu l-ħajja, il-proprjetà, l-ekonomija u l-ambjent;

13.

josserva li r-responsabilità għall-protezzjoni ċivili ħafna drabi hija devoluta fil-livell lokali u reġjonali mingħajr biżżejjed fondi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet, u jitlob lill-gvernijiet nazzjonali sabiex jipprovdu biżżejjed fondi skont l-obbligi;

14.

jitlob li jsir studju wiesa’ dwar kif l-aħjar li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u tingħata spinta lill-parteċipazzjoni tagħhom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-reżiljenza u t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri;

15.

jirrikonoxxi li d-diżastri jistgħu jkunu lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali fl-iskala u l-impatt, u għalhekk jirrakkomanda li jiġu stabbiliti protokolli li jiżguraw koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki u l-pjanijiet reġjonali u nazzjonali għar-riskji ta’ diżastri, li jkun hemm integrazzjoni aħjar ta’ dawk li jfasslu l-politika u dawk li jippjanaw għal-lokal, u li jiġu miftiehma proċeduri ta’ eskalazzjoni għal diżastri li jħallu impatt fuq aktar minn żona reġjonali waħda; jinnota li jistgħu jiġu kwantifikati l-fatturi ta’ riskju u jenfasizza li d-densità tal-popolazzjoni tinfluwenza r-riskji;

16.

jiġbed l-attenzjoni għat-theddid u d-diżastri transkonfinali li jolqtu reġjuni f’żewġ Stati Membri jew aktar tal-UE, u jitlob kooperazzjoni mtejba bejn reġjuni ġirien biex jiżguraw li l-isforzi tal-prevenzjoni jkunu komuni u li l-attivitajiet ta’ rispons jiġu kkoordinati. Fil-livell lokali u reġjonali, hemm bżonn jinħolqu sistemi ta’ informazzjoni effettivi fiż-żoni konfinali biex jibagħtu l-informazzjoni bejn fruntiera u oħra f’ħin reali u biex jikkollegaw flimkien lill-korpi responsabbli għall-ġestjoni tal-kriżijiet;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-diżastri

17.

josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom tliet rwoli distinti fir-rigward tal-ġestjoni tad-diżastri:

Prevenzjoni u stat ta’ tħejjija

Koordinazzjoni tar-rispons u komunikazzjonijiet

Irkupru

A)   Prevenzjoni u stat ta’ tħejjija

18.

jirrakkomanda li l-investiment għat-titjib fl-istat tat-tħejjija u r-reżiljenza – li jikkunsidra l-probabbiltà li jseħħ diżastru – huwa l-aktar mod effettiv u kosteffikaċi biex jitnaqqsu l-impatt u l-ispiża tar-rispons u l-irkupru mid-diżastri. Dan jinkludi investiment f’infrastruttura reżiljenti li tkun tiflaħ għal diżastri inklużi binjiet, trasport (toroq, ferroviji, ajruporti), servizzi (komunikazzjonijiet, provvisti tal-enerġija, provvisti tal-ilma, drenaġġ) u infrastruttura soċjali;

19.

jinnota li l-UE għandha Fond ta’ Solidarjetà biex jipprovdi l-assistenza u jinsab sodisfatt li l-bidliet għar-regolament proposti mill-Kumitat tar-Reġjuni ġew inkorporati fil-verżjoni finali. Issa huwa possibbli li taħt il-fond, pereżempju, infrastruttura li tkun saritilha l-ħsara tintradd lura lil stat li fih tkun tista’ tirreżisti diżastri futuri jew, saħansitra, li din l-infrastruttura tittieħed post ieħor. Madanakollu l-Kumitat tar-Reġjuni jappella biex il-Fond ta’ Solidarjetà jiġi allokat riżorsi finanzjarji adegwati fil-baġit tal-UE. Il-Kumitat tar-Reġjuni jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-opportunitajiet għal finanzjament ta’ proġetti ta’ prevenzjoni ta’ riskji ta’ diżastri u ta’ ġestjoni tar-riskji mħejjija fi ħdan il-qafas 2014-2020;

20.

jifhem li bidla fl-approċċ lil hinn minn enfasi fuq ir-rispons u l-irkupru għall-prevenzjoni, l-istat ta’ tħejjija u r-reżiljenza jitlob mentalità u approċċ ġodda fl-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji. Dan jirrikjedi investiment ippjanat bil-quddiem pjuttost milli nefqa reattiva. Dan l-approċċ, li jikkunsidra l-probabbiltà li jseħħ diżastru, se jkun aktar kosteffikaċi u ta’ benefiċċju fuq perjodu ta’ żmien itwal;

21.

jirrikonoxxi d-diffikultajiet ta’ kwantifikazzjoni, kejl u stima tal-valur tar-reżiljenza tal-komunitajiet (ħlief wara li jseħħ diżastru) u biex jiġi preżentat każ kummerċjali għall-investiment fir-reżiljenza;

22.

jemmen bis-sħiħ li l-applikazzjoni ta’ kodiċijiet tal-kostruzzjoni, ippjanar bil-galbu u monitoraġġ tal-użu tal-art jistgħu jnaqqsu l-vulnerabilità b’mod sinifikanti;

23.

jistieden lill-Kummissjoni twettaq riċerka u tipprovdi gwida dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu bl-aħjar mod jiżguraw li l-iżviluppi kollha (inkluż binjiet, trasport u servizzi) ikunu ppjanati abbażi tar-reżiljenza; filwaqt li jirrikonoxxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni u l-konformità ma’ standards ta’ disinn reżiljenti;

24.

jirrikonoxxi li minkejja li r-reżiljenza, filwaqt li ssir valutazzjoni raġonevoli tal-probabbiltà li jseħħ diżastru, tkun kosteffikaċi fuq perjodu ta’ żmien twil, l-iżvilupp ta’ reżiljenza għal diżastri jista’ jeħtieġ fondi ta’ kapital sostanzjali. Strutturi aktar sikuri jeħtieġu bidliet fid-disinn li tipikament jiswew minn 10 sa 50 % aktar biex jinbnew (u aktar jekk ikun meħtieġ jiġu rilokati l-grilja tal-enerġija, jew in-netwerks tat-trasport jew l-ilma); jenfasizza li azzjoni issa hija ħafna aktar kosteffikaċi mit-tagħmir modifikat f’binjiet perikolużi. L-UNISDR (Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri) jistma li l-proporzjon l-ispiża/il-benefiċċju huwa ta’ 1:4. Barra minn hekk, sistemi reżiljenti ġodda jeħtieġu teknoloġija ġdida u t-taħriġ, li ta’ spiss mhumiex faċilment disponibbli f’reġjuni inqas żviluppati;

25.

jitlob lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jivvalutaw ir-reżiljenza ta’ strutturi eżistenti, partikolarment dawk li fihom servizzi essenzjali bħal sptarijiet u impjanti tat-trattament tal-ilma;

26.

jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq studju dwar kif l-aħjar jiġu żviluppati komunitajiet reżiljenti li huma lesti, mgħammra u kapaċi jsostnu lilhom innifishom meta jinqalgħu d-diżastri;

27.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi tal-Kummissjoni fuq ir-reżiljenza u jaqbel li din tippermetti lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali biex jippreparaw aħjar għal diżastri permezz tal-ippjanar ta’ kontinġenza u evalwazzjonijiet tar-riskju (mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, in-negozji u gruppi oħra) biex inaqqsu t-telf mid-diżastri, minflok jistennew li jseħħ avveniment u jħallsu għalih wara;

28.

iwiegħed l-appoġġ għall-“Kampanja għal Bliet Reżiljenti” tan-NU u l-għodda ta’ valutazzjoni proprja tagħha, li tippermetti lill-gvern lokali li janalizza r-reżiljenza tiegħu kontra sett ta’ 10 fatturi essenzjali;

29.

Jieħu nota tad-Dikjarazzjoni ta’ Venezja dwar il-bini tar-reżiljenza fil-livell lokali għal protezzjoni tal-wirt kulturali u għal strateġiji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima tal-UNISDR 2012, u tal-ħtieġa li nirriflettu dwar kif nipproteġu aħjar il-patrimonju kontra d-diżastri;

30.

jirrikonoxxi li d-diżastri se jkomplu jseħħu u jistgħu jiżdiedu fil-futur. Ir-rapporti ta’ kunsens dwar it-tibdil fil-klima maħruġa mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima jindikaw li ftit hemm dubju dwar il-ħtieġa li wieħed jippjana u jibni infrastruttura li tista’ twieġeb għar-realtà tat-tibdil fil-klima;

B)   Koordinazzjoni tar-rispons u komunikazzjonijiet

31.

josserva li ħafna diżastri huma kkaratterizzati minn nuqqas ta’ komunikazzjoni u ġestjoni. Il-ġestjoni ta’ diżastru hija kompitu interdixxiplinari li jinvolvi firxa ta’ organizzazzjonijiet. Jilqa’ bil-qawwa, għalhekk, l-inklużjoni fit-test tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ta’ dispożizzjonijiet li jistabbilixxu programm ta’ taħriġ għall-membri ta’ timijiet tal-intervent u workshops, seminars u proġetti pilota għall-formazzjoni ta’ mexxejja tal-protezzjoni ċivili;

32.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jirrikonoxxu r-rwol, ta’ spiss sottovalutat, li s-settur volontarju u komunitarju jista’ jkollu biex jipprovdi reżiljenza wara diżastru, u biex joħolqu pjani biex din ir-riżorsa tiġi żviluppata u tintuża. Ċittadini infurmati u sensibilizzati huma komponent ewlieni fil-bini tar-reżiljenza; jirrikonoxxi li hija sinifikanti d-dimensjoni tal-ġeneru fil-bini ta’ komunitajiet reżiljenti;

33.

jirrikonoxxi li l-awtorità lokali u reġjonali għandha d-dmir li żżomm lill-komunità tagħha infurmata dwar riskji potenzjali jew li qed jiżviluppaw u li tippjana minn qabel mal-partijiet interessati rilevanti dwar kif tikkomunika dawn it-theddidiet mingħajr ma tqajjem biża’ jew tgerrex negozji prospettivi;

34.

jirrikonoxxi r-rwol dejjem akbar tat-teknoloġija tal-mowbajl, tal-Internet u tal-midja soċjali fil-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar diżastri u jitlob li jsiru studji ulterjuri dwar l-aħjar prattiki fl-użu tal-komunikazzjoni diġitali f’każ ta’ diżastri. Il-komunikazzjoni diġitali qed issir dejjem aktar il-mezz li bih l-individwi u l-komunitajiet jaċċessaw l-aħbarijiet u l-informazzjoni u ta’ sikwit se tkun l-ewwel sors ta’ informazzjoni. Dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni jistgħu jkunu wkoll rotot importanti għal kisba ta’ informazzjoni mingħand il-vittmi u għal koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ rispons;

35.

jaqbel li l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni huma essenzjali biex jinxtered il-messaġġ fost in-nies lokali. Huwa importanti li jiġu involuti l-partijiet kollha tal-komunità, li tibda l-ħidma mill-aktar fis possibbli u li l-komunitajiet jitħeġġu jippjanaw għall-awtoassistenza peress li ħafna drabi l-għajnuna esterna tieħu perjodu sinifikanti biex tasal. Għalhekk, huwa fundamentali wkoll li jiġu stabbiliti programmi u pjani speċifiċi ta’ tħejjija għal emerġenzi fl-iskejjel, sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni u komprensjoni sa minn età żgħira sabiex ikun hemm żieda fil-livell ta’ reżiljenza tal-popolazzjoni;

36.

jitlob lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex ifasslu kanali ta’ komunikazzjoni effettivi biex jintlaħqu fil-ħin dawk l-iktar vulnerabbli u biex jistabbilixxu mekkaniżmi sabiex jinġiebu f’post sikur il-persuni matul u wara avvenimenti estremi tat-temp u katastrofi oħra. Is-soċjetajiet Ewropej qed jixjieħu u l-proporzjon tal-popolazzjoni b’mobilità mnaqqsa jew diżabilitajiet qed jiżdied. F’każ ta’ diżastru, dawn huma bosta drabi l-aktar vulnerabbli u l-ewwel vittmi;

37.

jitlob li jsiru investiment u taħriġ (prattika) għad-diżastri għax dawn l-attivitajiet isalvaw il-ħajjiet u jnaqqsu l-interruzzjoni. It-taħriġ immirat u l-edukazzjoni għall-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, bħal dawk immirati għall-mexxejja tal-komunità, u għal prattikanti tal-kura soċjali jew medika, kif ukoll għas-servizzi tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar, jistgħu jnaqqsu l-imwiet matul u wara l-kriżi;

C)   Irkupru

38.

jirrikonoxxi li l-irkupru wara diżastru jista’ jieħu bosta snin u li l-assigurazzjoni taqdi rwol importanti fl-iżgurar ta’ rkupru f’waqtu u effettiv. Jenfasizza r-rwol pożittiv li s-sħubijiet pubbliċi privati jistgħu jaqdu u jappella għall-promozzjoni tagħhom. Assigurazzjoni privata tista’ tikkontribwixxi għal finanzi pubbliċi sostenibbli u tista’ taqdi rwol pożittiv fil-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri. Din tgħin biex jitnaqqas l-impatt ekonomiku u tiffaċilita l-irkupru. Poloz tal-assigurazzjoni mfasslin tajjeb jistgħu wkoll jiskoraġġixxu mġiba riskjuża u jippromovu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji. Is-sħubijiet pubbliċi privati għandu jkollhom oqsma definiti tajjeb u objettivi miftiehma minn qabel;

39.

jesprimi tħassib li minħabba li r-riskji qed jiżdiedu, l-assigurazzjoni tista’ ma tibqax disponibbli jew affordabbli f’ċerti żoni. Dan imbagħad jista’ jkompli jikkontribwixxi għal vulnerabbiltà u jiggrava s-suxxettibilità tas-soċjetà, u b’hekk l-awtoritajiet pubbliċi jitħallew b’espożizzjoni finanzjarja potenzjalment kbira;

40.

Jissuġġerixxi li l-irkupru huwa opportunità biex tiġi inkluża r-reżiljenza futura fil-bini mill-ġdid tad-djar u l-infrastruttura; speċjalment fiż-żoni li huma soġġetti perjodikament għad-diżastri naturali (pereżempju bliet u villaġġi maġenb ix-xmajjar). Hemm bżonn ta’ azzjoni fil-livell tal-Istati Membri biex tiġi garantita d-disponibbiltà tal-fondi, forsi permezz ta’ sħubijiet, mhux biss għax-xogħol tal-irkupru iżda wkoll għal miżuri li jipprovdu l-ħarsien minn diżastri futuri;

41.

Josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol matul l-irkupru biex jimmaniġġjaw l-aspettattivi, id-diżappunti u l-kwistjonijiet tas-saħħa ta’ dawk milquta jew spostati minn diżastri u dan għandu bżonn ta’ riżorsi kontinwi;

Aġenda internazzjonali

42.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkorpora bis-sħiħ il-bini ta’ reżiljenza fl-għajnuna umanitarja u l-politiki tal-iżvilupp tagħha;

43.

iħeġġeġ biex il-qafas Hyogo għal azzjoni wara l-2015 iqis ir-rabta bejn ir-riskji u r-reżiljenza u l-mobilità tal-bniedem. Jinnota li d-diżastri ta’ sikwit iwasslu għal flussi tal-popolazzjoni u li dan jista’ jkollu konsegwenzi negattivi sistematiċi għall-komunitajiet ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni;

44.

jirrikonoxxi li fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-oqfsa għall-ippjanar huma inqas żviluppati u l-muturi ekonomiċi joħolqu pressjonijiet ta’ żvilupp kbar. Awtoritajiet governattivi fil-livelli kollha jridu jirrealizzaw li l-iżvilupp jista’ jżid ir-riskji ta’ diżastri, u fejn huma jippermettu l-iżvilupp għandhom jaċċettaw żieda konkomitanti ta’ dawn ir-riskji;

Sussidjarjetà u proporzjonalità

45.

jilqa’ b’sodisfazzjon li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma rispettati. Il-protezzjoni ċivili hija qasam fejn l-Unjoni taġixxi biex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri tagħha. Barra minn hekk, in-natura mhux vinkolanti tal-Komunikazzjoni u l-prinċipji mħabbra fiha mill-Kummissjoni jikkonfermaw il-proporzjonalità;

Brussell, 26 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel LEBRUN


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/66


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Ir-riżorsi ġenetiċi agrikoli: mill-konservazzjoni sal-użu sostenibbli

2014/C 271/13

Relatur

is-Sur Varacalli, Sindku ta’ Gerace (IT/PSE)

Dokument ta’ referenza

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi Agrikoli – mill-konservazzjoni sal-użu sostenibbli – COM(2013) 838 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li l-istrateġija Ewropea dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, mibgħut lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tiġi mill-impenji li ħadet l-Unjoni Ewropea biex twaqqaf it-telf progressiv tal-bijodiversità fit-territorju Ewropew sal-2020.

2.

jinnota li l-istess strateġija toriġina b’mod partikolari minn kif kienet definita qabel mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika adottata f’Rio de Janeiro fl-1992, li minnha rriżultaw, tul iż-żmien, ftehimiet internazzjonali ta’ implimentazzjoni sinifikanti, speċjalment il-Protokoll ta’ Cartagena (2000), it-Trattat Internazzjonali tal-FAO dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura (2004) u, aktar riċenti, il-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-aċċess għall-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tal-bijodiversità u t-tqassim tagħhom (2010);

3.

jikkunsidra li l-intervent Ewropew jikkonċentra fuq żewġ linji operattivi: minn naħa waħda l-politika tal-iżvilupp rurali, b’firxa wiesgħa ta’ miżuri agroambjentali u attività sfiqa tas-sħubija Ewropea; min-naħa l-oħra l-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni, issa permezz tal-programm qafas Orizzont 2020, li għandu l-għan li jtejjeb l-ispeċifikazzjoni u l-irfinar tal-għarfien dwar id-diversità ġenetika fl-agrikoltura, u li dan l-intervent għandu wkoll jistrieħ fuq ir-regolamentazzjoni tal-prodotti veġetali u li ġejjin mill-annimali kif ukoll fuq il-politika agrikola nnifisha biex tiġi żgurata d-diversità tal-wirt ġenetiku użat mill-bdiewa;

4.

jikkunsidra li t-telf progressiv tal-bijodiversità, għal diversi raġunijiet konverġenti, jolqot b’mod partikolari l-komunitajiet lokali u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentawhom, minħabba l-effett li t-telf tal-bijodiversità għandu fuq it-territorji;

5.

ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom għarfien espert sinifikanti dwar il-ġestjoni tal-bijodiversità fit-territorju tagħhom, bħal, pereżempju, fis-settur kumplessiv li joħroġ l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tar-riżorsi naturali, kif ukoll il-prerogattivi istituzzjonali tal-istess awtorità għall-ġestjoni tas-siti Natura 2000, li huma wieħed mis-sisien ewlenin ta’ azzjoni tal-UE dwar il-bijodiversità. Eżempju ieħor huwa l-kompetenza fir-rigward tal-kofinanzjament ta’ programmi ta’ żvilupp rurali kif ukoll il-kooperazzjoni transkonfinali sabiex jitjiebu l-ġestjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, peress li ħafna riżorsi ġenetiċi jistgħu jiġu kondiviżi fiż-żoni transkonfinali;

6.

iqis għalhekk li għandu dejjem, u b’mod aktar konkret jiġi segwit l-involviment istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-programmi mmirati lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura, flimkien mad-disponibbiltà ta’ strumenti legali ta’ intervent effiċjenti u biżżejjed riżorsi finanzjarji għal intervent effettiv;

7.

jirrimarka, fir-rigward tal-kwistjoni speċifika marbuta mar-riżorsi finanzjarji, li l-Kummissjoni tenfasizza fil-konklużjonijiet tar-Rapport tagħha (p. 9), li “Hekk kif nersqu lejn l-2020, ir-riżorsi ġenetiċi jafu jserrħu fuq riżorsi finanzjarji akbar u firxa usa’ ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament kif previst mill-Iżvilupp Rurali u l-Orizzont 2020, kif ukoll minn politiki oħrajn tal-Unjoni”; madanakollu, jeħtieġ li din l-informazzjoni tkun oġġettivament verifikabbli f’termini tal-effettivà u d-disponibbiltà konkreta ta’ aktar riżorsi u li dawn ir-riżorsi jkunu disponibbli mill-aktar fis possibbli, b’kunsiderazzjoni wkoll li l-maġġoranza tal-fondi tal-Unjoni mmirati għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika fl-agrikoltura huma fis-settur tar-riċerka;

8.

jenfasizza fir-rigward tal-prospetti tal-attivitajiet li jinsabu fir-Rapport, l-importanza tal-qafas legali u istituzzjonali li fih jiġi ttrattat is-suġġett tar-riżorsi ġenetiċi, u li fil-kuntest Ewropew issir enfasi dwaru essenzjalment fl-oqsma msemmija, dak tal-politiki tal-iżvilupp rurali u dak marbut mal-qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll ir-regolamentazzjoni dwar il-prodotti veġetali u li ġejjin mill-annimali, u l-politika agrikola nnifisha;

9.

jenfasizza, fir-rigward tal-politiki ta’ żvilupp rurali, l-argumenti tiegħu f’Opinjoni reċenti dwar Is-sostenibbilta taż-żoni rurali tad-9 ta’ Ottubru 2013, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-potenzjal ta’ żoni rurali wkoll f’termini ta’ bijodiversità;

10.

jafferma mill-ġdid li l-inizjattivi dwar dan is-suġġett jitpoġġew f’kuntest globali speċifiku, kif diġà ssemma’, li element ewlieni tiegħu huwa msemmi fit-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura tal-FAO, li l-Unjoni Ewropea ffirmat; dan iservi ta’ qafas ta’ koordinazzjoni u promozzjoni tal-inizjattivi dwar il-ġestjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, u jwassal għal obbligu ġuridiku tal-konservazzjoni tad-diversità ġenetika lill-Istati li jissiebħu;

11.

jinnota li tul iż-żmien, l-Ewropa tat importanza konsiderevoli lill-problema tal-konservazzjoni tad-diversità ġenetika fl-agrikoltura, riċentament bid-deċiżjoni tal-2010 tal-Kapijiet tal-Istat tal-Unjoni li jwaqqfu t-telf tal-bijodiversità fl-UE fil-qafas tal-programm Orizzont 2020, bit-teħid ta’ impenji relatati, obbligi li issa jinsabu fl-Istrateġija Ewropea dwar il-Bijodiversità adottata fl-2011, iżda li dan għadu mhux qed jagħti l-frott;

12.

jinsab imħasseb minħabba li l-programmi komunitarji li ġew żviluppati tul is-snin, madanakollu, kif indikat b’mod ċar fir-rapport, ma waqqfux, “…it-telf tal-bijodiversità agrikola…”, u għaldaqstant jista’ jaqbel mar-rapport tal-Kummissjoni li jidentifika l-approċċ tal-konservazzjoni bħala elementi essenzjali tal-miżuri fir-rigward tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi;

13.

madanakollu jemmen li din il-metodoloġija, li għandha tiġi żviluppata u diversifikata aktar, ma ħallietx effetti adatti mil-lat tal-użu tar-riżorsi stess, u minflok irreġistrat involviment limitat tal-utenti aħħarin, u għalhekk għandu jiġi segwit l-għan li jitnaqqas id-distakk wiesa’ li għad hemm bejn ir-riżultati tar-riċerka u l-użu sostenibbli effettiv tar-riżorsi ġenetiċi;

14.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-rapport, li jiffoka speċifikament fuq dan is-suġġett, jiffoka l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li nibdlu r-rotta fir-relazzjoni bejn ir-riċerka u l-użu, fis-sens li l-attivitajiet xjentifiċi għandhom jiddependu mill-bżonnijiet konkreti tal-bdiewa, destinatarji meħtieġa u indispensabbli għas-soluzzjonijiet offruti mir-riċerka, kif ukoll biex tiġi garantita s-sigurtà tal-ikel taċ-ċittadini u l-produzzjoni ta’ ingredjenti attivi interessanti għall-industrija farmaċewtika u dik kimika;

15.

jinnota li fl-aħħar tal-2013 inħoloq grupp fokus dwar ir-riżorsi ġenetiċi. Sfortunatament, l-informazzjoni dwar dan il-grupp fokus hija disponibbli biss bl-Ingliż, u dan ser jillimita t-tixrid tal-informazzjoni lill-utenti aħħarin. Għaldaqstant ikun partikolarment importanti li l-Kummissjoni timmobilizza r-riżorsi biex l-informazzjoni operattiva tixxerred fuq skala akbar.

16.

Barra minn hekk japprova l-enfasi tal-Kummissjoni fuq approċċ ta’ governanza f’diversi livelli meħtieġ għal strateġija globali u olistika li tkun kapaċi ssib il-bilanċ neċessarju bejn id-dimensjoni tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni u dik tal-politika tal-iżvilupp rurali;

17.

iqis li huwa wkoll meħtieġ, kif indikat fir-rapport, li d-disponibbiltà tal-bażijiet ta’ data u l-kollezzjonijiet rilevanti eżistenti jsiru aktar aċċessibbli, biex jiżdied l-użu effettiv, billi f’ ħafna każijiet, in-nuqqas ta’ għarfien huwa ta’ detriment għall-użu potenzjali;

18.

iqis il-ħtieġa, barra minn hekk, li l-effett konservattiv jimxi pass pass ma’ approċċ integrat sistematiku, sabiex jippermetti r-relazzjonijiet ta’ ħidma stabbli bejn il-parteċipanti f’diversi livelli tal-proċess, li jibda mil-livell ta’ azjenda agrikola, u jiffoka fuq razez u uċuħ tradizzjonali u lokali, u billi jsir sforz favur l-użu ta’ razez u uċuħ tradizzjonali u lokali mill-bdiewa permezz ta’ sett ta’ miżuri konverġenti maħsubin biex ireġġgħu lura u jżidu l-bijodiversità fi ħdan l-ażjendi agrikoli;

19.

f’dan is-sens jilqa’ b’sodisfazzjon it-tbassir fir-rapport, tat-twaqqif ta’ “netwerks madwar l-Unjoni li jivvalorizzaw dan il-materjal…”, mekkaniżmu ta’ integrazzjoni, li għandu jipprovdi parteċipazzjoni effettiva minn isfel għal fuq, inkluż fil-livell istituzzjonali reġjonali u lokali;

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon u japprova l-ħtieġa għal impenn qawwi mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, filwaqt li jitqies il-fatt li r-rapport speċifikament jenfasizza, fost l-oħrajn, li l-politiċi u l-amministrazzjonijiet “jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp tal-qafas istituzzjonali u legali b’mod li huwa konsistenti...” biex jintlaħaq ir-riżultat mistenni;

21.

jikkunsidra li kjarifika ulterjuri tal-Kummissjoni tkun utli għal “... reviżjoni ewlenija tal-leġislazzjoni…”, sabiex jiġu raffurzati b’mod konkret il-mekkaniżmi għall-konservazzjoni tar-riżorsi, speċjalment bil-kooperazzjoni tas-setturi interessati differenti, u bit-titjib relatat ta’ aċċess għas-suq tal-varjetajiet konvenzjonali u l-użu ġenwin mill-bdiewa ta’ materjal ġenetiku li b’mod naturali jkun aktar diversifikat minn dak ta’ bħalissa. L-abbozz ta’ regolament Ewropew għandu jieħu dan aktar inkunsiderazzjoni;

22.

jappoġġja l-prinċipju ta’ proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni integrat, bit-tama li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jkunu protagonisti, biex iħarsu l-bosta speċijiet u l-ispeċifiċitajiet ġenetiċi tal-pjanti u tal-animali relatati li ħaqqhom protezzjoni fit-territorji tagħhom u joffru l-kontribut tagħhom għall-integrazzjoni tal-attivitajiet ta’ dawk li huma l-aktar involuti direttament (xjenzjati, bdiewa, raħħala, konsumaturi), li r-rwoli speċifiċi tagħhom huma spjegati b’mod adegwat fir-rapport;

23.

hemm bżonn li s-soċjetà ssir konxja tal-valur tar-riżorsi ġenetiċi u tal-importanza li dawn jiġu konservati, studjati u użati b’mod sostenibbli, filwaqt li fl-istess ħin tingħata spinta lill-programmi ta’ taħriġ għat-tekniċi u l-bdiewa, flimkien mal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni għall-protezzjoni tal-bijodiversità fis-settur agrikolu;

24.

jilqa b’sodisfazzjoni għalhekk b’mod partikolari, l-enfasi qawwija fuq il-mekkaniżmi ta’ Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni “Produttività u sostenibbiltà Agrikola” (flimkien mal-involviment parallel tal-Kumitat dwar ir-riżorsi ġenetiċi, imwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill Nru 870/2004), bħala mezz ta’ tisħiħ konkret tar-rabtiet bejn ir-riċerka u forom ta’ użu tar-riżorsi, anke bl-għan iddikjarat tal-adattament għall-kuntest u għall-ħtiġijiet lokali;

25.

barra minn hekk, jissuġġerixxi, fl-istess sens, li jiġi żgurat skambju effettiv ta’ għarfien bejn il-partijiet interessati, li tiġi inċentivata “l hekk imsejħa ħidma konġunta (co-working), fi ħdan il-komunitajiet lokali individwali u fost il-komunitajiet lokali differenti, bħala sistema eżemplari tal-esperjenzi differenti li jistgħu jitqabblu u jinfluwenżaw lil xulxin b” mod naturali;

26.

jissuġġerixxi t-twaqqif ta’ logo żviluppat u ffinanzjat mill-Kummissjoni għall-prodotti li ġejjin minn riżorsi ġenetiċi li jinsabu fil-periklu u/jew li jiġu kkonservati u żviluppati. Il-kundizzjonijiet għal dan il-logo għandhom jiġu stabbiliti b’mod li jħeġġeġ u jappoġġja lill-produtturi u lil atturi lokali/reġjonali oħrajn;

27.

juri tħassib, li jintwera biċ-ċar fir-rapport ukoll, li l-attivitajiet xjentifiċi ftit li xejn kienu effettivi tul iż-żmien għall-bdiewa u l-utenti; għandu jkun innutat ukoll li r-rapport tal-grupp ta’ esperti indipendenti dwar il-programm Komunitarju ta’ azzjoni dwar il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi genetiċi fl-agrikoltura, regolat mir-Regolament tal-Kunsill Nru 870/2004 imsemmi, juri li l-benefiċjarji kienu sostanzjalment istituti ta’ riċerka; għalhekk jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li fil-programm il-ġdid, jitħeġġeġ aktar l-involviment tal-utenti aħħarin speċjalment biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm, u partikolarment biex ir-riżultati tal-proġetti jintużaw fuq il-post b’mod konkret u effettiv, fost l-oħrajn billi jġu xprunati b’mod xieraq li jwieġbu għas-sejħiet għall-offerti;

28.

jinnota li l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti (COM(2013) 262 final), marbuta bis-sħiħ mal-kwistjonijiet eżaminati f’din l-Opinjoni inċaħdet mill-Parlament Ewropew fil-11 ta’ Marzu 2014;

29.

jieħu għalhekk impenn xieraq li jsegwi mill-qrib l-iżvilupp tas-sitwazzjoni, bir-reviżjoni tal-proposta għal Regolament ta’ prijorità assoluta, u jsemmi sadanittant, fir-rigward tal-kontenut ta’ din il-proposta, il-ħtieġa urġenti u rilevanti biex jappoġġja produtturi u utenti iżgħar ta’ varjetajiet tradizzjonali, rari u storiċi u ta’ varjetajiet hekk imsejħa “ta’ niċċa” li jirrappreżentaw parti importanti tad-diversità ġenetika tal-ispeċijiet veġetali kkultivati, mhux protetti b’mod adegwat mill-kundizzjonijiet proċedurali kkumplikati għar-rikonoxximent tagħhom, u li l-użu tagħhom fil-kundizzjonijiet lokali adegwati mhuwiex appoġġjat biżżejjed, minħabba li huwa fl-għan u l-interess dirett tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex il-ħidma ta’ dawn l-operaturi, li l-aħjar jistgħu jiżguraw il-bijodiversità u li joperaw f’żoni limitati, ma jsofrux diffikultajiet operazzjonali eċċessivi;

30.

jitlob biex ir-Regolament il-ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti jippermetti ċ-ċertifikazzjoni taż-żrieragħ organiċi skont kriterji adatti għall-produzzjoni organika, biex b’hekk il-pjanti jkunu jistgħu jiġu żviluppati skont l-ambjent u l-evoluzzjoni ta’ razez u popolazzjonijiet;

31.

jikkunsidra wkoll, f’konformità mal-opinjonijiet addottati preċedentament, bħala partikolarment rilevanti li fir-rigward tar-riżorsi ġenetiċi, jiddefinixxi b’mod ċar il-pożizzjoni tiegħu dwar il-kwistjoni tal-ammissjoni u l-importazzjoni tal-OĠM, li għandhom ikunu aċċettati biss b’mod eċċezzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompatibbiltà mal-istrateġija għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi stess;

32.

jinsisti għaldaqstant, dwar l-applikazzjoni stretta tal-prinċipju tal-prekawzjoni fir-rigward tal-ammissjoni u l-introduzzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati, flimkien mal-ħtieġa relatata li jiġu adottati miżuri konkreti dwar il-koeżistenza f’kull livell istituzzjonali, li jippermettu protezzjoni adegwata taż-żoni agrikoli kollha, u speċifikament, dawk l-iktar sensittivi f’termini ekoloġiċi, b’mod partikolari bit-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju f’waqtha għall-bijodiversità.

Brussell, 26 ta’ Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Regjuni

Michel LEBRUN


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-107 Sessjoni Plenarja tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2014

19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/70


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Il-mobilità tal-forza tax-xogħol u t-tisħiħ tal-EURES

2014/C 271/14

Relatur

Is-Sur Bauzá Díaz (ES/PPE), President tal-Gvern tal-Gżejjer Baleariċi

Dokument ta' referenza

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew tas-Servizzi tal-Impjieg, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi tal-mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol

COM(2014) 6 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jenfasizza r-rwol importanti li jaqdu jew għandom jaqdu l-iżjed ambiti territorjali ridotti tal-istrutturi statali fil-prattika tas-swieq tax-xogħol. F'dan ir-rigward, l-Opinjoni tal-Kumitat dwar “Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tat-tkabbir u t-tisħiħ tal-ħolqien ta’ impjiegi” (2013/C 62/14) indirizzat il-frekwenza li biha l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika tal-impjieg, fost politiki oħra;

2.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, għall-biċċa l-kbira taċ-ċittadini tal-UE, id-dritt għall-moviment liberu huwa wieħed mill-iżjed kisbiet importanti tal-UE, u huwa tal-fehma li huwa fundamentali li dan id-dritt jitħares u li l-applikazzjoni tiegħu tiġi ffaċilitata permezz tal-promozzjoni tal-moviment liberu tal-ħaddiema;

3.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni bħala għodda kemm għat-titjib tal-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi li jappoġġjaw il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE, kif ukoll biex tiffaċilita l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini kollha għall-moviment liberu, irrispettivament minn fejn jgħixu, u tikkontribwixxi biex jitnaqqsu d-differenzi fil-qgħad bejn l-Istati Membri;

4.

jenfasizza li l-istabbiliment mill-ġdid tan-netwerk tal-EURES f'verżjoni aġġornata jirrappreżenta pass importanti fl-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġja lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fil-ġlieda kontra l-qgħad;

5.

jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibdel in-netwerk Ewropew tax-xogħol f'għodda bil-għan li jkun hemm bilanċ sħiħ bejn l-offerta u d-domanda tax-xogħol (1);

6.

jenfasizza l-bżonn li l-aċċess għas-servizzi tal-EURES jingħata fl-UE inġenerali, kemm għal min iħaddem kif ukoll għal dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol. Għaldaqstant, jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li ċ-ċittadini jiġu mgħarrfa dwar il-vantaġġi ta' dan in-netwerk sabiex ikunu jistgħu jisfruttaw il-potenzjal kollu tiegħu. Ser ikun hemm bżonn li jiġu organizzati sessjonijiet ta' tagħrif, kampanji fil-mezzi ta' komunikazzjoni u seminars biex il-possibbiltajiet tan-netwerk EURES isiru magħrufa fost iċ-ċittadini Ewropej;

7.

jenfasizza li l-Uffiċċji Nazzjonali ta' Koordinazzjoni tal-EURES għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonalI, li jaqdu rwol fundamentali fil-promozzjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol;

8.

il-problemi speċifiċi li jkollhom jiffaċċjaw il-ħaddiema transkonfinali (sigurtà soċjali, taxxi u assigurazzjonijiet) jiġġustifikaw l-eżistenza tal-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES jaqdu rwol konsultattiv fundamentali fir-reġjuni transkonfinali (2); huwa mħasseb, għalhekk, li l-proposti tal-Kummissjoni jistgħu jwasslu għal superviżjoni doppja ta' dawn l-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES: l-ewwelnett finanzjarjament billi l-uffiċċji ta' koordinazzjoni nazzjonali jingħataw ir-riżorsi allokati skont il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) għall-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES; u t-tieni nett, billi fl-Artikolu 8 ta' dan l-abbozz ta' regolament tiġi inkluża proċedura ta' awtorizzazzjoni nazzjonali għal dawn l-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES f'kontradizzjoni mal-provvediment li sar fl-Artikolu 21a tar-Regolament 1296/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li jassenja lis-servizzi territorjalment responsabbli għar-reġjuni transkonfinali r-responsabbiltà li jipproponu l-istabbiliment u l-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES;

9.

itenni l-importanza li jiġi żgurat li l-estensjoni tan-netwerk tal-EURES f'sistema pan-Ewropea ta' appoġġ għat-tiftix ta' impjieg u l-għoti ta' kuntratti tax-xogħol issir b'tali mod li n-netwerk iżomm il-funzjonijiet ta' konsulenza li jipprovdi, sabiex l-għajnuna tal-konsulenti fi ħdan l-EURES dwar kwistjonijiet prattiċi dwar ix-xogħol u s-sigurtà soċjali f'pajjiżi barranin ssir skont ordni ta' prijorità (3);

Dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol

10.

itenni li jeħtieġ li jiġu promossi miżuri li jinkoraġġixxu suq Ewropew tax-xogħol, billi tiġi ffaċilitata l-mobilità taċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea minn fruntiera għal oħra, permezz tal-istabbiliment ta' skemi ta' ekwivalenza tal-ħiliet professjonali, it-tneħħija tal-ostakli fiskali, l-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad u t-trasferibbiltà tad-drittijiet għall-pensjoni (4);

11.

josserva li, fil-kuntest soċjoekonomiku attwali u bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-impjieg stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020, il-proposta li l-EURES jiġi modernizzat tirrappreżenta kontribut konkret għall-isforzi attwali biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiżdied il-livell tal-impjieg;

12.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-benefiċċji tal-mobilità tal-forza tax-xogħol jirrappreżentaw mekkaniżmu ta' aġġustament fil-kuntest ekonomiku attwali, u jenfasizza l-importanza ta' netwerk bħall-EURES, ħalli b'hekk jitnaqqsu l-prattiki ta' kompetizzjoni inġusta fir-rigward tal-għoti ta' kuntratti tax-xogħol lil ħaddiema migranti tal-UE;

13.

f'dan ir-rigward jenfasizza li s-sistema Ewropea għall-Monitoraġġ ta' Postijiet tax-Xogħol Vakanti turi li, minkejja r-rata għolja ta' qgħad fl-Ewropa, fl-ewwel tliet xhur tal-2013 kien hemm 2 miljun post tax-xogħol li baqgħu battala. Barra minn hekk, skont studju reċenti tal-Kummissjoni, iċ-ċittadini migranti tal-UE li jibqgħu inattivi jirrappreżentaw proporzjon ċkejken ħafna tal-popolazzjoni totali f'kull Stat Membri u jirrappreżentaw bejn 0,7 % u 1 % tal-popolazzjoni totali tal-UE;

14.

josserva li, għalkemm fil-passat l-UE ffokat fuq il-ħolqien ta' qafas legali għas-suq uniku li jiggarantixxi d-dritt taċ-ċittadini kollha tal-UE għall-moviment liberu, il-possibbiltà reali li ċ-ċittadini jeżerċitaw dan id-dritt spiss kienet traskurata, billi tħalla marġni kbir għall-interpretazzjoni lill-Istati Membri dwar il-leġislazzjoni fis-seħħ, li f'dan iż-żmien ta' kriżi qed jużawha b'mod restrittiv ħafna;

15.

għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tressaq miżuri bil-għan li jippromovu u jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-UE, u tiżviluppa standards ċari u prattiċi dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali fi ħdan l-UE sabiex b'hekk id-drittijiet taċ-ċittadini jkunu totalment effettivi;

Dwar ir-riformi tan-netwerk tal-EURES

Aspetti tekniċi u legali tal-Proposta għal Regolament

16.

huwa tal-fehma li l-Proposta għal Regolament għandha tiċċara s-sitwazzjoni fin-netwerk tal-EURES tal-pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-Unjoni Ewropea iżda huma msieħba fiż-Żona Ekonomika Ewropea, bħall-Isvizzera;

17.

huwa tal-fehma li kjarifika teknika tal-Proposta għal Regolament tiggarantixxi implimentazzjoni aktar effiċjenti tar-Regolament min-naħa tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, il-membri u s-sħab tal-EURES, sabiex tiġi żgurata wkoll koordinazzjoni aħjar bejniethom;

18.

f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġi ċċarat fil-Proposta jekk l-Uffiċċji Nazzjonali ta' Koordinazzjoni humiex integrati jew le fl-istrutturi statali tas-servizzi pubbliċi tal-impjieg, jekk il-fatt li l-Istati Membri jafdaw lis-servizzi pubbliċi tal-impjieg tagħhom bil-kompitu li jipprovdu servizzi ta' appoġġ huwiex għażla tal-Istati jew jekk, għall-kuntrarju, il-parteċipazzjoni ta' dawn is-servizzi hijiex obbligu fl-Istati Membri kollha;

19.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tagħti viżibbiltà lill-Uffiċċji Nazzjonali ta' Koordinazzjoni bħala korpi statali responsabbli għall-ġestjoni tal-politika tal-EURES fit-territorji rispettivi, u tagħtihom b'mod ċar il-funzjonijiet kollha li l-Kapitoli III, IV u V tal-Proposta jafdaw f'idejn l-Istati Membri;

20.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li għandhom jiġu ċċarati termini bħal “sieħeb xieraq”, “dawk li jaħdmu fuq il-każijiet” u “pjan ta’ azzjoni individwali”, kif ukoll ir-rwol tas-sħab tal-EURES fl-aċċess għall-pjattaforma informatika komuni u jekk, f'dan ir-rigward, dawn is-sħab japplikawx il-prinċipji ta' ġestjoni tal-pjattaforma informatika komuni jew jekk, f'dan il-kaz, japplikawx l-obbligi derivati minnhom;

21.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiċċara jekk is-sistemi u l-proċeduri għall-iskambju tal-offerti u l-applikazzjonijiet għax-xogħol u informazzjoni oħra li huma attribwiti lill-Uffiċċju Ewropew ta' Koordinazzjoni u l-obbligu tal-Istati li jistabbilixxu proċeduri sabiex jiġbru u jipproċessaw data dwar l-attivitajiet żviluppati f'livell nazzjonali b'konformità ma' kategoriji speċifiċi ta' indikaturi komuni jeħtiġux jew le li l-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta standards u formats tekniċi jew mudelli u proċeduri li jagħtuhom uniformità;

22.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara min hu responsabbli sabiex jiżgura li l-informazzjoni tinżamm kontinwament aġġornata. Dan jgħodd l-iżjed fil-pajjiżi fejn l-imsieħba soċjali jinnegozjaw ftehimiet li jkopru diversi oqsma tas-suq tax-xogħol;

23.

jemmen li huwa partikolarment rilevanti li l-Proposta għal Regolament tistabbilixxi kriterji relatati mal-għamla tal-Uffiċċji Nazzjonali ta' Koordinazzjoni u mal-Kumitat tal-EURES li jiżguraw il-koordinazzjoni ta' dawn il-korpi mar-reġjuni tal-Istati Membri u tal-Unjoni;

24.

jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex tagħti attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni partikolari tal-ħaddiema fil-periklu ta' esklużjoni mis-suq tax-xogħol, inklużi dawk mingħajr ħiliet jew b'ħiliet baxxi, billi jissemmew b'mod espliċitu fit-test tal-Proposta, u b'hekk jintlaħaq wieħed mill-għanijiet tal-Artikolu 5;

25.

għalhekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tisħaq fuq li l-mobilità tissejjes fuq il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, li ssemmi dan b'mod espliċitu fit-test tal-Proposta u li tipprevedi mekkaniżmi biex tiżgura l-effettività tagħha;

Aspetti ta' politika legali

26.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom kollha fl-isforz ta' koordinazzjoni u t-titjib tan-netwerk tal-EURES bil-għan li tissaħħaħ l-istruttura eżistenti u ma tiġix limitata għal sensiela ta' proċeduri burokratiċi;

27.

huwa tal-fehma li l-istruttura l-ġdida tan-netwerk tal-EURES timplika l-bżonn ta' sistema ta' finanzjament li s-sorsi tiegħu għandhom jiġu ċċarati, fid-dawl tal-fatt li l-FSE huwa fond strutturali reġjonalizzat, għall-kuntrarju tal-fondi tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali;

28.

jemmen ukoll li f'tali sistema ta' finanzjament għandha tiġi ċċarata s-sitwazzjoni partikolari tal-allokazzjoni tal-fondi tas-servizzi privati tal-impjieg bi skop ta' qligħ li jipparteċipaw fin-netwerk bħala sħab tal-EURES;

29.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromovi kampanja wiesgħa ta' komunikazzjoni dwar it-titjib tas-servizz tal-EURES fid-dawl tal-fatt li, fil-forma attwali tiegħu, bosta persuni li qed ifittxu x-xogħol u ħafna intrapriżi li joffru x-xogħol ftit li xejn jafu dwaru;

30.

josserva li sikwit il-livell lokali u reġjonali huwa l-eqreb għall-biċċa l-kbira ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol u ta' min iħaddem u li s-suq tax-xogħol huwa b'mod predominanti suq lokali (5), u li, normalment, is-suq tax-xogħol fil-livell reġjonali u lokali jġib miegħu problemi serji, bħan-natura staġjonali tal-attività produttiva u, għalhekk, anke tal-forza tax-xogħol;

31.

għalhekk, huwa importanti li jkun hemm rappreżentanti lokali u reġjonali li jkunu identifikati b'mod ċar u li jistabbilixxu djalogu strutturat u skambju regolari ta' informazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali ta' Koordinazzjoni, biex jiġi żgurat li l-uffiċċji jibbenefikaw f'livell nazzjonali minn għarfien u esperjenza f'livell lokali u reġjonali u li fl-istess ħin, is-servizzi ta' impjieg lokali u reġjonali jistgħu jkunu konxji tas-servizzi tal-EURES disponibbli fil-livell nazzjonali u Ewropew;

32.

jenfasizza li l-muftieħ għas-suċċess tal-funzjonijiet ta' konsulenza tal-EURES huwa li l-konsulenti jkollhom għarfien preċiż tal-ħtiġijiet ta' impjieg speċifiċi tar-reġjuni u l-lokalitajiet tal-UE, u għalhekk huwa rakkomandat li l-Uffiċċji Nazzjonali ta' Koordinazzjoni jkollhom it-tendenza jimpjegaw konsulenti tal-EURES fl-ambiti territorjali l-iżjed ristretti tal-istrutturi statali;

33.

jaqbel li l-EURES għandu jintuża sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni dwar opportunitajiet ta' apprendistati u jirrakkomanda li l-EURES jintuża wkoll bħala strument ta' feedback li jippermetti lill-apprendisti li jivvalutaw l-esperjenzi tagħhom tal-apprendistati (6), u jinkoraġġixxi t-teħid ta' miżuri ġodda li joffru inċentivi għal offerti miftuħa u trasparenti ta' xogħol fl-ambitu tal-apprendistat;

34.

huwa tal-fehma li r-riforma tas-servizzi tal-EURES għandha sservi biex tipprovdi appoġġ attiv liż-żgħażagħ, waqt li tadatta s-servizzi u l-approċċi biex ikunu aktar aċċessibbli u timplimenta fl-iskejjel, l-istituti u l-universitajiet sistemi personalizzati ta' konsulenza u gwida li jipprovdu appoġġ lill-istudenti, lill-apprendisti u, b'mod ġenerali, liż-żgħażagħ biex ikollhom għarfien usa' tax-xewqat, il-ħiliet u l-opportunitajiet ta' xogħol tagħhom;

35.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li l-EURES jittejjeb, b'mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta' servizz ta' Match and Map li jipprovdi viżjoni ġeografika ċara tal-offerti, u huwa tal-fehma li fil-mument li tiġi ppubblikata l-offerta għandu jiġi identifikat biċ-ċar ix-xogħol offrut b'konformità mal-QEK (Qafas Ewropew tal-Kwalifiki) u l-ESCO (Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi), kif ukoll tingħata informazzjoni dwar l-elementi essenzjali tal-kuntratt tax-xogħol (in-natura fissa jew indefinita tiegħu, il-ħinijiet tax-xogħol, is-salarju u l-post preċiż fejn jiġu pprovduti s-servizzi). F’dan ir-rigward, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għar-rwol nazzjonali u reġjonali li jistgħu jaqdu l-programmi tal-aġenziji tax-xogħol u jissuġġerixxi li dawn jintegraw aħjar man-Netwerk Enterprise Europe (EEN), mar-reġjuni u mal-Kmamar tal-Kummerċ (li jgawdu minn rabtiet b’saħħithom mad-dinja tan-negozju u huma konxji mill-ħtiġijiet u l-problemi tagħha) (7);

36.

jitlob lill-Istati Membri jikkollegaw is-sistemi nazzjonali tagħhom tal-kwalifiki mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), u jgħarrfu liċ-ċittadini kollha dwar l-eżistenza tiegħu billi jippromovu l-użu tiegħu fiċ-ċertifikati uffiċjali;

37.

għaldaqstant, jitlob li fil-portal tal-EURES jitħeġġeġ l-użu tal-Europass CV, il-QEK u l-ESCO, bil-għan li jiġu inklużi dawn l-għodod, u b'hekk isir kollox possibbli biex tali portal jippermetti kollegament awtomatiku bejn l-offerti u d-domandi tal-impjieg u s-CVs, bi traduzzjonijiet bil-lingwi kollha tal-UE u deskrizzjonijiet ċari tal-ħiliet, il-kompetenzi, il-kwalifiki u l-impjiegi miksuba fil-livell nazzjonali.

Madankollu, huwa estremament importanti li jiġi enfasizzat li sistema awtomatizzata qatt ma tista' tissostitwixxi l-ħtieġa ta' djalogu personali jew appoġġ fit-tqabbil tal-kompetenzi u l-ħiliet, u deskrizzjoni ta' dawn mhux dejjem tista' tiġi tradotta direttament, meta wieħed iqis id-differenzi lingwistiċi;

38.

jiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċji inerenti ta' mobilità akbar tal-ħaddiema fi ħdan l-UE għall-intrapriżi u, b'mod partikolari, għall-SMEs, li l-profil tagħhom huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu nazzjonali; għalhekk, jitlob lill-EURES jipprovdi servizzi speċifiċi li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs, liema ħaġa tista' titlob aktar għajnuna għalkemm ta' sikwit dawn l-intrapriżi ma jkunux jistgħu jħallsu spejjeż addizzjonali jew jassumu piżijiet amministrattivi li jsiru meta jiġu impjegati ħaddiema mobbli;

39.

jenfasizza l-fatt li n-nuqqas ta' għarfien lingwistiku huwa attwalment l-ostaklu ewlieni għall-mobilità tal-ħaddiema fl-UE. Għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli lingwistiċi eżistenti fi ħdan l-UE u jiġi promoss ix-xogħol ta' traduzzjoni tal-informazzjoni kollha li tinsab fil-portal tal-EURES għal-lingwi kollha tal-UE, u jitlob li n-netwerk tal-EURES ikun ukoll responsabbli biex jipprovdi informazzjoni bażika dwar il-korsijiet tal-lingwa aċċessibbli għall-ħaddiema b'informazzjoni prattika dwar kif jiċċaqalqu fil-pajjiż ospitanti;

40.

huwa tal-fehma li l-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea jibbenefika mit-titjib tal-informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi relatati mal-mobilità, bħall-aġġustamenti jew l-adattamenti li huma suġġetti għalihom il-prestazzjonijiet soċjali f'każ ta' mobilità ġeografika u professjonali fl-UE, informazzjoni dwar il-livell tad-drittijiet miksuba, il-konsegwenzi tal-mobilità u l-alternattivi potenzjali;

Sussidjarjetà u proporzjonalità

41.

huwa tal-fehma li l-Proposta għal Regolament hija konformi mal-qafas li jistabbilixxu l-prinċipji tas-sussidjarjetà (l-għan tal-Proposta huwa li tistabbilixxi qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li jitlaqqgħu flimkien l-offerti tal-impjieg u jsiru effettivi, u b'hekk jiġi faċilitat il-ksib ta' bilanċ bejn l-offerta u d-domanda fis-suq tax-xogħol li ma jkunx jista' jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li, minħabba l-iskala u l-impatt tal-azzjoni, l-għan jista' jintlaħaq aħjar f'livell Ewropewa) u tal-proporzjonalità (ir-Regolament inkwistjoni ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan imsemmi);

42.

madankollu, iwissi li l-oriġini tan-netwerk tal-EURES hija strettament Ewropea, u fil-prattika għandu jkollu t-tendenza li jinbidel f'servizz pubbliku ġenwin ta' impjieg Ewropew;

43.

għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-qafas tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, biex issaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tan-netwerk EURES, speċjalment meta wieħed iqis il-possibbiltà li l-Uffiċċju Ewropew ta' Koordinazzjoni jiġi fdat bil-funzjoni li jawtorizza lis-sħab tal-EURES u, jekk meħtieġ, jissostitwixxi l-għażla prevista fil-Proposta li l-Istati Membri jesiġu obbligi għas-sħab tal-EURES billi jiġu stabbiliti obbligi veri u proprji li jkollhom jirrispettaw;

44.

huwa tal-fehma wkoll li biex in-netwerk tal-EURES jirnexxi fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer tal-UE, fejn ir-rati tal-qgħad huma għoljin, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, l-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali għandhom jagħtu attenzjoni xierqa lir-restrizzjonijiet speċifiċi li jiffaċċjaw dawn iż-żoni, peress li jxekklu l-mobilità tal-forza tax-xogħol;

Rakkomandazzjonijiet finali

45.

jirrakkomanda u jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi għodod ġodda biex tappoġġja l-integrazzjoni tal-ħaddiema mobbli permezz tal-użu tal-fondi strutturali;

46.

jemmen li s-suċċess tan-netwerk tal-EURES titlob li l-Istati Membri jippromovu l-konnessjoni tagħhom mal-interessi speċifiċi tar-reġjuni u/jew tal-lokalitajiet tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk jirrakkomanda li r-Regolament għandu jipprevedi li l-kooperazzjoni bejn is-sħab tal-EURES tiġi żviluppata fil-prattika billi jitqiesu l-karatteristiċi partikolari distintivi tar-reġjuni u/jew tal-lokalitajiet tal-UE;

47.

jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat b'mod partikolari li l-livell lokali u reġjonali huwa l-eqreb livell għaċ-ċittadini u, għaldaqstant, għal dawk li qed ifittxu impjieg u min iħaddem, li għalihom is-suq tax-xogħol huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu reġjonali.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-responsabbiltà legali biex tiġi żgurata l-kwalità intrinsika u teknika tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-pjattaforma komuni tal-informatika, b'mod partikolari fir-rigward tad-dejta tal-postijiet tax-xogħol battala, hija f'idejn l-organizzazzjonijiet li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli skont il-liġi u/jew l-istandards stabbiliti mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni biex tagħmel possibbli id-detezzjoni bikrija ta' kwalunkwe frodi jew abbuż marbuta mal-iskambju ta' informazzjoni fil-livell Ewropew.

Ir-responsabbiltà legali biex tiġi żgurata l-kwalità intrinsika u teknika tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-pjattaforma komuni tal-informatika, b'mod partikolari fir-rigward tad-dejta tal-postijiet tax-xogħol battala, hija f'idejn l-organizzazzjonijiet li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli skont il-liġi u/jew l-istandards stabbiliti mill-Istati Membri. Hemm bżonn li I l-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-korpi kollha involuti, inklużi ċ-ċittadini proprji, biex tagħmel possibbli id-detezzjoni bikrija ta' kwalunkwe frodi jew abbuż marbuta mal-iskambju ta' informazzjoni fil-livell Ewropew , kif ukoll li tistabbilixxi mekkaniżmi u mezzi aċċessibbli biex issir id-denunzja .

Raġuni

L-informazzjoni ppubblikata dwar impjieg battal għandha tkun ta' min joqgħod fuqha u mfassla b'mod li tipproteġi lill-ħaddiem minn frodi u abbuż. Dan ifisser li l-Kummissjoni ser ikollha tinvolvi lilha nnifisha u lill-Istati Membri billi tistabbilixxi mekkaniżmi ta' kooperazzjoni, identifikazzjoni u rappurtar.

Emenda 2

Artikolu 1. Suġġett

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jħaffef l-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 45 tat-TFUE, billi jistabbilixxi qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

1.   L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jħaffef l-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 45 tat-TFUE, permezz ta' billi jistabbilixxi qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jippermetti li n-network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi msejjaħ EURES jinbidel fi strument effiċjenti sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni.

2.   Għall-għan tal-ewwel paragrafu, dan ir-Regolament jistipula objettivi, prinċipji u regoli dwar

2.   Għall-għan tal-ewwel paragrafu, dan ir-Regolament jistipula objettivi, prinċipji u regoli dwar

a)

il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-iskambju ta’ dejta dwar postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol u CVs u dwar il-kollokament li jirriżulta tal-ħaddiema fix-xogħlijiet;

a)

il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-iskambju ta’ dejta dwar postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol u CVs u dwar il-kollokament li jirriżulta tal-ħaddiema fix-xogħlijiet;

b)

l-azzjonijiet minn u bejn l-Istati Membri biex iħaffu l-kisba ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni, bil-għan li jkun promoss livell għoli ta’ impjieg;

b)

l-azzjonijiet minn u bejn l-Istati Membri biex iħaffu l-kisba ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni, bil-għan li jkun promoss livell għoli ta’ impjieg;

c)

il-funzjonament ta’ network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

c)

l-organizzazzjoni u il-funzjonament proprji ta’ tan-network EURES Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

d)

is-servizzi relatati ta’ appoġġ fil-mobilità li għandhom ikunu pprovduti lil ħaddiema u impjegaturi.

d)

is-servizzi relatati ta’ appoġġ fil għall-mobilità li għandhom ikunu pprovduti lil ħaddiema u impjegaturi.

Raġuni

Huwa fundamentali li jiġi enfasizzat li l-iskop tar-Regolament futur huwa li jissaħħaħ u jsir possibbli l-użu tan-netwerk Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi EURES b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE tat-23 ta' Diċembru 2002 u tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE tas-26 ta' Novembru 2012, liema titħassar hekk kif tidħol fis-seħħ din il-Proposta għal Regolament. Il-proposta tadotta impliċitament dan il-preċett, pereżempju fl-Artikolu 10(3), li jipprevedi li s-servizzi pubbliċi ta' impjieg li ġew aċċettati bħala sħab tal-EURES meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 8 għal perjodu ta' ħames snin. Barra minn hekk, ħafna mill-preċetti tal-Karta tal-EURES, adottata mill-Uffiċċju Ewropew ta' Koordinazzjoni (2010/C 311/05, ĠU, 16.11.2010) iżda li mhumiex inklużi fost id-dispożizzjonijiet li huma soġġetti għat-tħassir skont l-Artikolu 35, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li huma fis-seħħ wara li tiġi approvata din il-proposta. Fl-aħħar, l-iskop tal-kliem il-ġdid tal-paragrafu 1.2.d) huwa li dan jinftiehem aħjar.

Emenda 3

Artikolu 2. Definizzjonijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi” huma l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, bħala parti mill-ministeri, il-korpi pubbliċi jew il-korporattivi li jaqgħu taħt il-liġi pubblika, li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ politiki attivi fis-suq tax-xogħol u l-forniment ta’ servizzi tal-impjiegi fl-interess pubbliku;

b)

“servizzi tal-impjiegi” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, li topera b’mod legali fi Stat Membru, li tipprovdi servizzi għal persuni li qed ifittxu xogħol sabiex jingħażlu u għal impjegaturi biex jirreklutaw persuni li qed ifittxu impjieg;

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi” huma l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, bħala parti mill-ministeri, il-korpi pubbliċi jew il-korporattivi li jaqgħu taħt il-liġi pubblika, li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ politiki attivi fis-suq tax-xogħol u l-forniment ta’ servizzi tal-impjiegi fl-interess pubbliku;

b)

“servizzi tal-impjiegi” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, li topera b’mod legali fi Stat Membru, kemm ta' natura pubblika kif ukoll privata u, f'dan l-aħħar każ, bi skop ta' qligħ jew mingħajr, li tipprovdi servizzi għal persuni li qed ifittxu xogħol sabiex jingħażlu u għal impjegaturi biex jirreklutaw persuni li qed ifittxu impjieg;

c)

“post tax-xogħol battal” tfisser kwalunkwe offerta għal impjieg, inkluż għal apprentistati u skemi ta' taħriġ meqjusa bħala xogħol;

d)

“approvazzjoni” tfisser l-iskambju ta’ informazzjoni u l-ipproċessar ta’ postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol u CVs;

e)

il-“pjattaforma informatika komuni” tfisser l-infrastruttura informatika u pjattaformi relatati stabbiliti fil-livell Ewropew bil-għan ta’ approvazzjoni;

f)

“kollokament” mis-servizzi tal-impjiegi ta’ ħaddiem ma’ impjegatur jew “reklutaġġ” ta’ ħaddiem għal impjegatur tfisser il-forniment ta’ servizzi ta’ medjazzjoni bejn il-provvista u d-domanda bil-għan li jimtela post tax-xogħol battal;

g)

'frontier worker' means any worker pursuing an activity as an employed person in a Member State and who resides in another Member State to which he returns as a rule daily or at least once a week

c)

“post tax-xogħol battal” tfisser kwalunkwe offerta għal impjieg, inkluż għal apprentistati u skemi ta' taħriġ meqjusa bħala xogħol;

d)

“approvazzjoni” tfisser l-iskambju ta’ informazzjoni u l-ipproċessar ta’ postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol u CVs;

e)

il-“pjattaforma informatika komuni” tfisser l-infrastruttura informatika u pjattaformi relatati stabbiliti fil-livell Ewropew bil-għan ta’ approvazzjoni;

f)

“kollokament” mis-servizzi tal-impjiegi ta’ ħaddiem ma’ impjegatur jew “reklutaġġ” ta’ ħaddiem għal impjegatur tfisser il-forniment ta’ servizzi ta’ medjazzjoni bejn il-provvista u d-domanda bil-għan li jimtela post tax-xogħol battal;

g)

“ħaddiem tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe ħaddiem li jwettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru u li jirresjedi fi Stat Membru ieħor li bħala regola jirritorna fih kuljum jew tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa.

Raġuni

Iċ-ċarezza regolatorja u ċ-ċertezza legali jagħmluha neċessarja li jitwarrbu elementi impliċiti fid-dispożizzjoni li għandha l-għan li tiddefinixxi x'inhuma s-“servizzi tal-impjieg” fl-Istati Membri. L-għan huwa li jiġu enfasizzati b'mod speċifiku d-diversi forom li dawn is-servizzi jistgħu jieħdu kif ukoll il-possibbiltà li jeżisti għan ta' profitt. Dan huwa konsistenti kemm mal-każistika tal-UE (8) kif ukoll mal-idea li għandha l-istess Kummissjoni tas-servizzi tal-impjieg bħala servizzi ta' interess ġenerali (9). Dan il-kliem jirrifletti l-idea li kwalunkwe politika pubblika li għandha l-għan li tikseb impjieg sħiħ għandha tiffavorixxi l-kooperazzjoni pubblika/privata fil-livelli territorjali kollha waqt li jinfetħu s-servizzi ta' informazzjoni, pariri u medjazzjoni għall-impjieg għall-aġenziji privati.

Emenda 4

Kapitolu II:

(Stabbiliment tan-netwerk tal-EURES) u Artikolu 3 (Stabbiliment)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

KAPITOLU II:

STABBILIMENT TAN-NETWERK TAL-EURES

Artikolu 3

Stabbiliment

Dan ir-Regolament jistabbilixxi network Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi (“in-netwerk tal-EURES”).

KAPITOLU II:

ORGANIZZAZZJONI STABBILIMENT TAN-NETWERK TAL-EURES

Artikolu 3

Stabbiliment

Dan ir-Regolament jistabbilixxi network Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi (“in-netwerk tal-EURES”).

Raġuni

Kif ġie spjegat fl-emenda nru 2, in-netwerk EURES ma jiġix stabbilit b'din il-Proposta għal Regolament iżda jiġġeddu l-organizzazzjoni u d-dinamika tiegħu. It-titolu tal-Kapitolu II għandu jiġi adattat għal dak li verament huwa l-iskop tiegħu, jiġifieri l-organizzazzjoni tan-netwerk EURES, filwaqt li l-Artikolu 3 jista' jitħassar.

Emenda 5

Artikolu 4. Kompożizzjoni, rwoli u responsabilitajiet konġunti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   In-netwerk tal-EURES jinvolvi l-kategoriji ta’ organizzazzjonijiet li ġejjin:

a)

Il-Kummissjoni Ewropea, li hija responsabbli għall-assistenza lin-netwerk tal-EURES fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu permezz tal-“Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni”;

b)

Il-Membri tal-EURES li huma l-korpi magħżulin mill-Istati Membri responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru rispettiv, jiġifieri “l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni”;

1.   In-netwerk tal-EURES jinvolvi l-kategoriji ta’ organizzazzjonijiet li ġejjin:

a)

Il-Kummissjoni Ewropea, li hija responsabbli għall-assistenza lin-netwerk tal-EURES fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu permezz tal-“Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni”;

b)

Il-Membri tal-EURES li huma l-korpi magħżulin mill-Istati Membri responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru rispettiv, jiġifieri “l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni”;

c)

Is-Sħab tal-EURES li huma l-organizzazzjonijiet awtorizzati mill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ fil-livell nazzjonali, reġjonali u/jew lokali b’servizzi ta’ approvazzjoni u/jew appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi tal-UE.

c)

Is-Sħab tal-EURES li huma l-organizzazzjonijiet awtorizzati mill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ fil-livell nazzjonali, reġjonali u/jew lokali b’servizzi ta’ approvazzjoni u/jew appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi tal-UE kif ukoll l-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES.

2.   F’konformità mar-rwoli u r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES jippromwovu b’mod attiv, f’kooperazzjoni mill-qrib, l-opportunitajiet li l-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE toffri u jfittxu li jsaħħu l-modi u l-mezzi sabiex ħaddiema u impjegaturi jaħtfu dawn l-opportunitajiet fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

2.   F’konformità mar-rwoli u r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES jippromwovu b’mod attiv, f’kooperazzjoni mill-qrib, l-opportunitajiet li l-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE toffri u jfittxu li jsaħħu l-modi u l-mezzi sabiex ħaddiema u impjegaturi jaħtfu dawn l-opportunitajiet fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, nazzjonali u, b'mod partikolari, reġjonali u/jew lokali.

Raġuni

Fl-Artikolu 4(1)(c), l-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES ma għandhomx ikunu s-suġġett ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni nazzjonali u għaldaqstant għandhom jidhru b'mod separat bħala entità fihom infushom.

Il-kliem il-ġdid tal-Artikolu 4(2) għandu l-għan li jenfasizza r-rwol importanti li jaqdu jew għandom jaqdu l-iżjed ambiti territorjali ridotti tal-istrutturi statali fil-prattika tas-swieq tax-xogħol. F'dan ir-rigward, l-Opinjoni tal-Kumitat dwar “Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tat-tkabbir u t-tisħiħ tal-ħolqien ta’ impjiegi” (2013/C 62/14) indirizzat il-frekwenza li biha l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma reponsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika tal-impjieg, fost politiki oħra.

Emenda 6

Artikolu 6 Ir-responsabilitajiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

Ir-responsabilitajiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni

Artikolu 6

Ir-responsabilitajiet Il-kompiti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni

1.   L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jieħu l-impenn partikolari li jipprovdi dawn li ġejjin:

1.   L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jieħu l-impenn partikolari li jipprovdi dawn li ġejjin:

a)

it-tiswir ta’ qafas koerenti u l-forniment ta’appoġġ orizzontali għall-benefiċċju tan-netwerk tal-EURES, inklużi:

a)

l-organizzazzjoni u l- it-tiswir ta’ qafas koerenti u l-forniment ta’ appoġġ orizzontali għall-benefiċċju tan-netwerk tal-EURES, inklużi:

(i)

l-operazzjoni u l-iżvilupp ta’ portal Ewropew dwar il-mobilità okkupazzjonali, “il-portal tal-EURES”, u servizzi informatiċi relatati, inklużi sistemi u proċeduri għall-iskambju ta’ postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol, CVs, u dokumenti ta’ appoġġ bħal passaporti tal-ħiliet u oħrajn simili, u informazzjoni oħra, f’kooperazzjoni ma’ servizzi jew netwerks u inizjattivi relevanti oħrajn tal-Unjoni ta’ informazzjoni u konsulenza;

i)

the operation and development of the a European job mobility portal, i.e. the EURES portal, and related IT services, including systems and procedures for the exchange of job vacancies, job applications, CVs, and supporting documents such as skills passports and the like, and other information, in cooperation with other relevant Union information, advisory services or networks, and initiatives;

(ii)

attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;

ii)

attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;

(iii)

programm ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-EURES;

iii)

programm ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-EURES;

(iv)

l-iffaċilitar ta' netwerking, l-iskambju tal-aħjar prattika u t-tagħlim reċiproku fi ħdan in-netwerk tal-EURES;

iv)

l-iffaċilitar ta' netwerking, l-iskambju tal-aħjar prattika u t-tagħlim reċiproku fi ħdan in-netwerk tal-EURES;

(b)

l-analiżi tal-mobilità ġeografika u okkupazzjonali;

b)

l-analiżi tal-mobilità ġeografika u okkupazzjonali li tfittex li tirrifletti l-partikolaritajiet reġjonali u/jew lokali;

(c)

l-iżvilupp ta’ qafas xieraq għall-kooperazzjoni u l-approvazzjoni fi ħdan l-Unjoni dwar apprentistati u skemi ta’ taħriġ, skont dan ir-Regolament;

c)

l-iżvilupp ta’ qafas xieraq għall-kooperazzjoni u l-approvazzjoni fi ħdan l-Unjoni dwar apprentistati u skemi ta’ taħriġ, skont dan ir-Regolament;

(d)

il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attività tal-EURES u l-prestazzjoni tal-impjiegi tiegħu, b’kooperazzjoni mal-Membri tal-EURES

d)

il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attività tal-EURES u l-prestazzjoni tal-impjiegi tiegħu, b’kooperazzjoni mal-Membri tal-EURES waqt li tingħata attenzjoni speċjali lid-dimensjoni reġjonali u/jew lokali tiegħu kif ukoll, fejn adegwat, jitħejjew il-proposti meqjusa rilevanti għal titjib.

2.   Il-programmi ta’ ħidma pluriennali tiegħu jitfasslu f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-EURES imsemmi fl-Artikolu 11.

2.   L-Uffiċċju Ewropew ta' Koordinazzjoni ser jadotta Il-programmi ta’ ħidma pluriennali tiegħu jitfasslu f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-EURES imsemmi fl-Artikolu 11

Raġuni

Il-kelma “kompiti” hija aktar ċara u tagħti lit-test ċertezza legali akbar. Il-bidliet għall-paragrafu 1.a) itejbu t-test mil-lat tekniku, waqt li jiġi enfasizzat li l-portal tal-EURES diġà huwa attiv. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-EURES fir-rigward tal-impjieg ikunu aktar effiċjenti iżjed ma tkun disponibbli informazzjoni u informazzjoni aħjar dwar l-ambiti territorjali l-iżjed ridotti tal-istrutturi statali. Barra minn hekk jeħtieġ li jiġu kkompletati r-responsabbiltajiet ta' dan l-Uffiċċju billi jitfasslu proposti għal titjib. Fl-aħħar nett, qed jiġi rrakkomandat li jiġi ċċarat l-obbligu ta' tfassil ta' programmi ta' ħidma pluriennali fit-test tar-Regolament. Il-kliem oriġinali tal-paragrafu 2 ma jiċċarax l-oriġini tal-obbligu tal-Uffiċċju, li b'mod impliċitu jista' jirreferi għal-linji gwida tal-EURES (Artikolu 2(4)(1) tal-Karta tal-EURES).

Emenda 7

Artikolu 7. Ir-responsabilitajiet tal-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 7

Ir-responsabilitajiet tal-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni

Artikolu 7

Il-kompiti Ir-responsabilitajiet tal-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni

1.   Kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni huwa responsabbli għal

1.   Kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni huwa responsabbli għandu jkun inkarigat, b'mod partikolari, mill-oqsma li ġejjin għal

a)

il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u Stati Membri oħrajn dwar l-approvazzjoni fi ħdan il-qafas stabbilit fil-Kapitolu III;

b)

l-organizzazzjoni tal-ħidma għall-EURES fl-Istati Membri, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ skont il-Kapitolu IV;

a)

il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u Stati Membri oħrajn dwar l-approvazzjoni fi ħdan il-qafas stabbilit fil-Kapitolu III;

b)

l-organizzazzjoni tal-ħidma għall-EURES fl-Istati Membri, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ, waqt li tingħata attenzjoni speċjali lid-dimensjoni reġjonali u/jew lokali, skont il-Kapitolu IV;

c)

il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat u ma’ Stati Membri oħrajn skont il-Kapitolu V.

c)

il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat u ma’ Stati Membri oħrajn skont il-Kapitolu V.

2.   L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jorganizza wkoll l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-attivitajiet ta’ appoġġ orizzontali pprovduti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6, kif xieraq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni oħrajn. Dawn l-attivitajiet ta' appoġġ orizzontali huma b'mod partikolari:

2.   L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jorganizza wkoll l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-attivitajiet ta’ appoġġ orizzontali pprovduti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6, kif xieraq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni oħrajn. Għal dan il-għan, kull Uffiċċju Nazzjonali għandu, Dawn l-attivitajiet ta' appoġġ orizzontali humab'mod partikolari:

a)

għall-għan ta’ pubblikazzjoni, inkluż fuq il-portal tal-EURES, il-ġbir u l-validazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-Sħab tal-EURES li joperaw mit-territorju nazzjonali tiegħu, l-attivitajiet tagħhom u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi ta’ appoġġ li jipprovdu għal ħaddiema u impjegaturi;

a)

għall-għan ta’ pubblikazzjoni, inkluż fuq il-portal tal-EURES, jiġbor u jivvalida il-ġbir u l-validazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-Sħab tal-EURES li joperaw mit-territorju nazzjonali tiegħu, l-attivitajiet tagħhom u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi ta’ appoġġ li jipprovdu għal ħaddiema u impjegaturi;

b)

il-forniment ta’ attivitajiet ta’ qabel it-taħriġ relatati mal-attività tal-EURES, l-għażla ta’ persunal biex jieħu sehem fil-programm ta’ taħriġ komuni u f’attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku;

b)

jipprovdi il-forniment ta’ attivitajiet ta’ qabel it-taħriġ relatati mal-attività tal-EURES, u jagħżel l-għażla ta’ persunal biex jieħu sehem fil-programm ta’ taħriġ komuni u f’attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku;

c)

il-ġbir u l-analiżi ta’ dejta relatata mal-Artikoli 28 u 29.

c)

iħejji programm annwali ta' taħriġ, b'konformità ma' dak li huwa stabbilit fl-Artikolu 28, kif ukoll jiġbor u janalizza il-ġbir u l-analiżi ta’ dejta prevista fl-Artikolu relatata mal-Artikoli 28 u 29.

3.   Għall-fini ta’ pubblikazzjoni, inkluż fuq il-portal tal-EURES, fl-interess tal-ħaddiema u l-impjegaturi, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jivvalida, jaġġorna b’mod regolari u jqassam fil-ħin informazzjoni u gwida disponibbli fil-livell nazzjonali dwar:

3.   Għall-fini ta’ pubblikazzjoni, inkluż fuq il-portal tal-EURES, fl-interess tal-ħaddiema u l-impjegaturi, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jivvalida, jaġġorna b’mod regolari u jqassam fil-ħin informazzjoni u gwida disponibbli fil-livell nazzjonali dwar:

a)

il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol;

b)

il-proċeduri amministrattivi rigward l-impjiegi;

c)

ir-regoli applikabbli għall-ħaddiema;

d)

l-apprendistati u l-iskemi ta’ taħriġ;

e)

Meta applikabbli, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-fruntiera b’mod partikolari f’reġjuni transfruntiera.

(a)

il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol;

(b)

il-proċeduri amministrattivi rigward l-impjiegi;

(c)

ir-regoli applikabbli għall-ħaddiema;

(d)

l-apprendistati u l-iskemi ta’ taħriġ;

(e)

Meta applikabbli, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-fruntiera b’mod partikolari f’reġjuni transfruntiera.

Kif xieraq, l-Uffiċċju ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jista' jivvalida u jqassam l-informazzjoni f’kooperazzjoni ma’ servizzi u netwerks oħrajn ta’ informazzjoni u konsulenza u korpi xierqa fil-livell nazzjonali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

Kif xieraq, l-Uffiċċju ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jista' jivvalida u jqassam l-informazzjoni f’kooperazzjoni ma’ servizzi u netwerks oħrajn ta’ informazzjoni u konsulenza u korpi xierqa fil-livell nazzjonali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

4.   L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jipprovdi appoġġ ġenerali lill-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fi ħdan it-territorju tiegħu stess fin-netwerk tal-EURES rigward kollaborazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom tal-EURES fi Stati Membri oħrajn. Dan jinkludi appoġġ fil-każ ta’ lmenti relatati ma’ postijiet tax-xogħol battala u reklutaġġi tal-EURES, kif ukoll kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi bħal spettorati tax-xogħol.

4.   L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jipprovdi appoġġ ġenerali lill-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fi ħdan it-territorju tiegħu stess fin-netwerk tal-EURES rigward kollaborazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom tal-EURES fi Stati Membri oħrajn. Dan jinkludi appoġġ fil-każ ta’ lmenti relatati ma’ postijiet tax-xogħol battala u reklutaġġi tal-EURES, kif ukoll kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi bħal spettorati tax-xogħol.

5.   L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jippromwovi l-kollaborazzjoni ma’ partijiet interessatii bħal servizzi ta’ gwida fil-karriera, universitajiet, kmamar tal-kummerċ u organizzazzjonijiet involuti f’apprentistati u skemi ta’ taħriġ.

5.   L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jippromwovi l-kollaborazzjoni ma’ partijiet interessatii bħal servizzi ta’ gwida fil-karriera, universitajiet, kmamar tal-kummerċ u organizzazzjonijiet involuti f’apprentistati u skemi ta’ taħriġ.

6.   Kull Stat Membru jiżgura li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tiegħu jingħata l-persunal u r-riżorsi neċessarji l-oħrajn biex iwettaq il-kompiti tiegħu kif definiti f’dan ir-Regolament.

6.   Kull Stat Membru jiżgura li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tiegħu jingħata l-persunal u r-riżorsi neċessarji l-oħrajn biex iwettaq il-kompiti tiegħu kif definiti f’dan ir-Regolament, u jirrappreżenta b'mod adegwat l-interessi reġjonali u/jew lokali tat-territorji rispettivi tiegħu.

7.   L-Uffiċċju tal-Koordinazzjoni Nazzjonali huwa mmexxi minn koordinatur nazzjonali li huwa membru tal-Grupp ta' Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 11.

7.   L-Uffiċċju tal-Koordinazzjoni Nazzjonali huwa mmexxi minn koordinatur nazzjonali li huwa membru tal-Grupp ta' Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 11.

Raġuni

It-tibdil fit-titolu tad-dispożizzjoni u fil-parti inizjali tal-paragrafu 1 huwa koerenti mal-emenda preċedenti. Il-paragrafu 1.b) il-ġdid jirrappreżenta titjib tekniku – l-Uffiċċju Nazzjonali ma joffrix is-servizzi ta' appoġġ iżda jorganizza l-prestazzjoni tagħhom – iżda jfittex ukoll li jsaħħaħ id-dimensjoni reġjonali tas-servizzi ta' appoġġ ipprovduti mis-sħab tal-EURES. Il-bidliet introdotti fil-paragrafu 2 u fl-ewwel parti tal-paragrafu 3 għandhom l-istess għan ta' titjib tekniku. Fl-aħħar nett, il-kliem il-ġdid tal-Artikolu 7(6) għandu l-għan, kif diġà msemmi, li jiżgura li dawn il-kwistjonijiet kollha relatati mal-mobilità tal-forza tax-xogħol jiġu indirizzati kemm jista' jkun mill-qrib.

Emenda 8

Artikolu 8. Awtorizzazzjoni ta’ Sħab tal-EURES

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema li tawtorizza Sħab tal-EURES biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES, tissorvelja l-attivitajiet tagħhom u l-konformità tagħhom mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni. Din is-sistema għandha tkun trasparenti, proporzjonata u tirrispetta l-prinċipji ta’ trattament indaqs għall-organizzazzjonijiet li japplikaw u l-proċess dovut tal-liġi.

1.   Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema li tawtorizza Sħab tal-EURES biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES, tissorvelja l-attivitajiet tagħhom u l-konformità tagħhom mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni. Din is-sistema għandha tkun trasparenti, proporzjonata u tirrispetta l-prinċipji ta’ trattament indaqs għall-organizzazzjonijiet li japplikaw u l-proċess dovut tal-liġi.

L-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES proposti mis-servizzi territorjalment responsabbli għar-reġjuni konfinali huma eżentati minn din il-proċedura ta' awtorizzazzjoni nazzjonali u, ladarba stabbiliti, jitqiesu bħala sħab bi dritt tal-EURES.

2.   L-Istati Membri jgħarrfu lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali implimentati tagħhom u s-Sħab tal-EURES li awtorizzaw biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES kif xieraq.

2.   L-Istati Membri jgħarrfu lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali implimentati tagħhom u s-Sħab tal-EURES li awtorizzaw biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES kif xieraq.

3.   Kwalunkwe servizz tal-impjiegi li jopera b’mod legali fi Stat Membru jista’ jitlob f’dak l-Istat Membru l-parteċipazzjoni fin-netwerk tal-EURES bħala Sieħeb tal-EURES, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u għas-sistema stabbilita minn dak l-Istat Membru.

3.   Kwalunkwe servizz tal-impjiegi li jopera b’mod legali fi Stat Membru jista’ jitlob f’dak l-Istat Membru l-parteċipazzjoni fin-netwerk tal-EURES bħala Sieħeb tal-EURES, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u għas-sistema stabbilita minn dak l-Istat Membru.

4.   Is-Sħab tal-EURES huma awtorizzati jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES skont il-kriterji komuni minimi stabbiliti fl-Anness.

4.   Is-Sħab tal-EURES huma awtorizzati jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES skont il-kriterji komuni minimi stabbiliti fl-Anness.

5.   The minimum common criteria are without prejudice to the application by a Member State of additional criteria or requirements deemed necessary by the Member State for the purpose of a correct application of the rules applicable to the activities of employment services and the effective management of labour market policies on its national territory. To ensure transparency such criteria and requirements are an integral part of the system referred to in paragraph 1.

5.   Il-kriterji komuni minimi huma mingħajr ħsara għall-applikazzjoni minn Stat Membru ta’ kriterji jew rekwiżiti addizzjonali meqjusin neċessarji mill-Istat Membru għall-għan ta’ applikazzjoni korretta tar-regoli applikabbli għall-attivitajiet tas-servizzi tal-impjiegi u l-ġestjoni effettiva ta’ politiki dwar is-suq tax-xogħol fit-territorju nazzjonali tiegħu. Biex tkun żgurata trasparenza, dawn il-kriterji u rekwiżiti huma parti integrali mis-sistema msemmija fil-paragrafu 1.

6.   Is-sħab tal-EURES jistgħu jinvolvu Sħab oħrajn tal-EURES jew organizzazzjonijiet oħrajn sabiex tinżamm konformità mal-kriterji fl-Anness. F’dan il-każ, l-eżistenza ssoktata ta’ sieħeb xieraq hija kundizzjoni addizzjonali għall-parteċipazzjoni fin-netwerk tal-EURES.

6.   Is-sħab tal-EURES jistgħu jinvolvu Sħab oħrajn tal-EURES jew organizzazzjonijiet oħrajn sabiex tinżamm konformità mal-kriterji fl-Anness. F’dan il-każ, l-eżistenza ssoktata ta’ sieħeb xieraq u li b'mod partikolari għandha l-għan li tindirizza l-problemi speċifiċi tar-reġjuni u/jew il-lokalitajiet tal-Unjoni, hija kundizzjoni addizzjonali għall-parteċipazzjoni fin-netwerk tal-EURES.

7.   Biex temenda l-Anness, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33.

7.   Biex temenda l-Anness, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33.

8.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tadotta mudell għad-deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali u l-proċeduri għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali bejn l-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 34(2).

8.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tadotta mudell għad-deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali u l-proċeduri għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali bejn l-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 34(2).

Raġuni

L-emenda għall-Artikolu 8(1) hija maħsuba biex tippreserva l-effett utli tad-dispożizzjonijiet dwar l-assoċjazzjonijiet transkonfinali tal-EURES fuq il-bażi, b'mod speċjali, tal-Artikolu 21a tar-Regolament 1296/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjieg u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI).

Fir-rigward tal-Artikolu 8(6): Il-kollaborazzjoni fost is-sħab tal-EURES jew bejniethom u organizzazzjonijiet oħra bil-għan li jsir adattament għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness għall-Proposta għal Regolament hija miżura li tista' tikkontribwixxi sabiex ittejjeb l-effikaċja tal-attivitajiet tas-sħab tal-EURES. Huwa preċiżament għal din ir-raġuni li r-Regolament għandu jesiġi li kooperazzjoni bħal din tqis fil-prattika l-partikolaritajiet differenti tar-reġjuni u/jew tal-lokalitajiet tal-UE.

Emenda 9

Artikolu 11. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni huwa msawwar minn rappreżentanti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni.

1.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni huwa msawwar minn rappreżentanti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni.

2.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi jiskambja informazzjoni u jiżviluppa gwida. B’mod partikolari, dan jgħin fit-tħejjija tal-abbozz tal-istandards tekniċi u l-formati msemmija fl-Artikoli 14(8) u 16(5).

2.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi jiskambja informazzjoni u jiżviluppa gwida. B’mod partikolari, dan jgħin fit-tħejjija tal-abbozz tal-istandards tekniċi u l-formati msemmija fl-Artikoli 14(8) u 16(5).

3.   L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jorganizza x-xogħol tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u jippresjedi l-laqgħat. Jistieden lir-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni biex jattendu l-laqgħat.

3.   L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jorganizza x-xogħol tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u jippresjedi l-laqgħat. Jistieden lir-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni biex jattendu l-laqgħat, b'mod partikolari b'rabta mal-Artikolu 28(4).

Raġuni

L-għan tal-emenda huwa li jkun hemm titjib sistematiku tal-koeżjoni tad-dispożizzjoni tal-Proposta għal Regoalment. Id-dritt tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE li jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Grupp ta' Koordinazzjoni EURES jinvolvi, fost wieħed mill-għanijiet prinċipali, li jkunu kkonsultati dwar l-abbozzi ta' programmi ta' ħidma li għandu jħejji kull sena kull Uffiċċju Nazzjonali ta' Koordinazzjoni.

Emenda 10

Artikolu 18. Il-prinċipji

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema u l-impjegaturi jista' jkollhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema u l-impjegaturi jista' jkollhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali

2.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' approċċ koordinat fil-livell nazzjonali għal servizzi bħal dawn.

2.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' approċċ koordinat fil-livell nazzjonali għal servizzi bħal dawn bil-għan li jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi taż-żoni reġjonali u/jew lokali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-għoti tas-servizzi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikoli 20 sa 23 permezz tas-Sħab tal-EURES kif ġej:

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-għoti tas-servizzi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikoli 20 sa 23 permezz tas-Sħab tal-EURES kif ġej:

(a)

permezz tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tal-Istat Membru kkonċernat stess, skont l-Artikolu 10;

(b)

permezz ta’ organizzazzjonijiet li jaġixxu taħt ir-responsabilità tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tal-Istat Membru kkonċernat, fuq il-bażi ta’ delega, esternalizzazzjoni jew ftehimiet speċifiċi bejn dawn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jew korpi oħrajn dwar is-servizzi offruti minn dawk l-organizzazzjonijiet;

(c)

permezz ta’ Sieħeb wieħed jew iktar tal-EURES jew

(d)

permezz ta’ taħlita tal-punti (a) sa (c).

(a)

permezz tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tal-Istat Membru kkonċernat stess, skont l-Artikolu 10;

(b)

permezz ta’ organizzazzjonijiet li jaġixxu taħt ir-responsabilità tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tal-Istat Membru kkonċernat, fuq il-bażi ta’ delega, esternalizzazzjoni jew ftehimiet speċifiċi bejn dawn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jew korpi oħrajn dwar is-servizzi offruti minn dawk l-organizzazzjonijiet;

(c)

permezz ta’ Sieħeb wieħed jew iktar tal-EURES jew

(d)

permezz ta’ taħlita tal-punti (a) sa (c).

4.   F’kull Stat Membru is-servizzi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikoli 20 sa 23 għandhom ikunu pprovduti tal-inqas mill-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3(a) jew 3(b).

4.   F’kull Stat Membru is-servizzi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikoli 20 sa 23 għandhom ikunu pprovduti tal-inqas mill-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3(a) jew 3(b).

5.   Is-servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema kif stipulati fl-Artikoli 20, 22 u 23 u l-assistenza b' reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 17(1) huma bla ħlas.

5.   Is-servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema kif stipulati fl-Artikoli 20, 22 u 23 u l-assistenza b' reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 17(1) huma bla ħlas.

6.   Is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi msemmija fl-Artikoli 21 u 22 u l-assistenza b'reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 17(2) jistgħu jkunu suġġetti għal tariffa. Kwalunkwe tariffa mitluba, ma tistax tvarja bejn it-tariffi imposti għas-servizzi tal-EURES u dawk applikabbli għal servizzi paragunabbli oħrajn ipprovduti mill-organizzazzjoni kkonċernata.

6.   Is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi msemmija fl-Artikoli 21 u 22 u l-assistenza b'reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 17(2) jistgħu jkunu suġġetti għal tariffa. Kwalunkwe tariffa mitluba, ma tistax tvarja bejn it-tariffi imposti għas-servizzi tal-EURES u dawk applikabbli għal servizzi paragunabbli oħrajn ipprovduti mill-organizzazzjoni kkonċernata.

7.   Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jindikaw b’mod ċar lill-ħaddiema u l-impjegaturi l-medda ta’ servizzi ta’ appoġġ li jipprovdu, fejn u kif dawk is-servizzi huma aċċessibbli u l-kundizzjonijiet li fihom huwa pprovdut aċċess, billi jintużaw il-kanali ta’ informazzjoni tagħhom. Dik l-informazzjoni hija ppubblikata fuq il-portal tal-EURES.

7.   Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jindikaw b’mod ċar lill-ħaddiema u l-impjegaturi l-medda ta’ servizzi ta’ appoġġ li jipprovdu, fejn u kif dawk is-servizzi huma aċċessibbli u l-kundizzjonijiet li fihom huwa pprovdut aċċess, billi jintużaw il-kanali ta’ informazzjoni tagħhom. Dik l-informazzjoni hija ppubblikata fuq il-portal tal-EURES.

Raġuni

Is-suċċess tan-netwerk EURES jitlob li l-Istati Membri jippromovu r-rabtiet tagħhom mal-interessi speċifiċi tar-reġjuni u/jew il-lokalitajiet tal-UE.

Emenda 11

Artikolu 25. Skambju ta’ informazzjoni dwar flussi u xejriet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw il-flussi u l-mudelli fi ħdan l-Unjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE fuq il-bażi ta’ statistika tal-Eurostat u d-dejta nazzjonali disponibbli.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw il-flussi u l-mudelli fi ħdan l-Unjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE fuq il-bażi ta’ statistika tal-Eurostat u d-dejta nazzjonali u reġjonali disponibbli.

Raġuni

Ir-riżultati tal-monitoraġġ min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-flussi u t-tendenzi relatati mal-mobilità tal-forza tax-xogħol ikunu aktar preċiżi iżjed ma jqisu iktar u aħjar il-karatteristiċi differenti tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 12

Artikolu 26. Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Kull Stat Membru għandu, b’mod partikolari, jiġbor u janalizza informazzjoni dwar::

1.   Kull Stat Membru għandu, b’mod partikolari, jiġbor u janalizza informazzjoni dwar:

a)

in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fi swieq tax-xogħol nazzjonali u settorjali u kemm il-mobilità tal-forza tax-xogħol tista’ tindirizzahom;

b)

l-attivitajiet tal-EURES fil-livell nazzjonali;

c)

il-pożizzjoni tan-netwerk tal-EURES fis-suq għal servizzi ta’ reklutaġġ fil-livell nazzjonali ġenerali.

a)

in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fi swieq tax-xogħol nazzjonali u settorjali u kemm il-mobilità tal-forza tax-xogħol tista’ tindirizzahom;

b)

l-attivitajiet tal-EURES fil-livell nazzjonali;

c)

il-pożizzjoni tan-netwerk tal-EURES fis-suq għal servizzi ta’ reklutaġġ fil-livell nazzjonali ġenerali.

2.   L-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni huma responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-EURES u l-kontribuzzjoni għall-analiżi konġunta

2.   L-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni huma responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-EURES u l-kontribuzzjoni għall-analiżi konġunta.

3.   Billi jikkunsidraw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-analiżi konġunta, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw politiki dwar il-mobilità bħala parti integrali mill-politiki tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-politiki dwar il-mobilità jipprovdu l-qafas li fuq il-bażi tiegħu l-Istati Membri jistgħu jimxu bil-programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

3.   Billi jikkunsidraw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-analiżi konġunta, l-Istati Membri għandhom ser iħabirku biex jiżviluppaw politiki dwar il-mobilità bħala parti integrali mill-politiki tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-politiki dwar il-mobilità jipprovdu l-qafas li fuq il-bażi tiegħu l-Istati Membri jistgħu jimxu bil-programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

4.   L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jistabbilixxi proċeduri u jagħmel arranġamenti prattiċi biex jitħaffef l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni u l-iżvilupp ta’ analiżi konġunta.

4.   L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jistabbilixxi proċeduri u jagħmel arranġamenti prattiċi biex jitħaffef l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni u l-iżvilupp ta’ analiżi konġunta.

Raġuni

It-Titolu IX tal-Parti III tat-TFUE, b'mod partikolari l-Artikoli 147(1) u 149 in fine, jikkonferma li fl-ambitu tal-politika tal-impjieg, minkejja li l-kompetenzi biex jinħarġu r-regolamenti huma kondiviżi formalment bejn l-UE u l-Istati Membri, dawn jibqgħu f'idejn dawn tal-aħħar. Li l-Istati Membri jiġu obbligati jiżviluppaw politiki ta' mobilità jmur lil hinn mis-sempliċement tfassil tal-linji gwida (Artikolu 148(2) tat-TFUE) mil-leġislaturi tal-UE jew mill-adozzjoni min-naħa tagħhom tal-miżuri sabiex jiġi promoss l-appoġġ għall-inizjattivi tal-Istati Membri fl-ambitu tal-impjieg (Article 149 ab initio tat-TFUE). Obbligu bħal dan għandu jiġi sostitwit minn rakkomandazzjoni lill-Istati Membri sabiex jintervjenu f'dan il-qasam.

Emenda 13

ANNESS

Kriterji komuni għall-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet biex jaġixxu bħala Msieħba tal-EURES

1. GĦOTI TAS-SERVIZZ

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

L-eżistenza ta’ mekkaniżmi u proċeduri adegwati sabiex jiġi vverifikat u żgurat li l-istandards tax-xogħol applikabbli u r-rekwiżiti legali jiġu rrispettati b'mod sħiħ, inkluż il-liġi tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli u r-rekwiżiti u l-istandards dwar il-kwalità tad-dejta tal-postijiet tax-xogħol battala.

1.

L-eżistenza ta’ mekkaniżmi u proċeduri adegwati sabiex jiġi vverifikat u żgurat li l-istandards tax-xogħol applikabbli u r-rekwiżiti legali jiġu rrispettati b'mod sħiħ, inklużi l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, il-liġi tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli u r-rekwiżiti u l-istandards dwar il-kwalità tad-dejta tal-postijiet tax-xogħol battala.

Raġuni

L-għan tal-emenda huwa li jiġu protetti l-prinċipji tal-UE tan-nondiskriminazzjoni (Artikoli 10, 19 u 45 tat-TFUE) u tal-gruppi ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5 tal-Proposta għal Regolament.

Brussell, 25 ta' Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CDR789-2013_00_00_TRA_AC.

(2)  COR-2013-06863-00-00-AC-TRA.

(3)  COR-2013-06863-00-00-AC-TRA.

(4)  CDR1186-2012_00_00_TRA_AC.

(5)  CDR5278-2013_00_00_TRA_AC.

(6)  COR-2014-00111-00-00-PAC-TRA.

(7)  CDR1186-2012_00_00_TRA_AC.

(8)  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjarat li l-attività tal-medjazzjoni tal-impjieg hija ta' natura ekonomika u l-monopolju tagħha min-naħa tas-servizzi pubbliċi jmur kontra l-liġi tal-UE meta jista' jintwera li dawk is-servizzi ma jwettqux il-funzjoni tagħhom b'mod sodisfaċenti (Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KE tal-11 ta' Diċembru 1997. Kawża C-55/96) u li l-uffiċċji pubbliċi tal-impjieg ma jistgħux jissodisfaw id-domanda tas-suq għat-tipi kollha ta' attivitajiet (Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KE tat-8 ta' Ġunju 2000. Kawża C-258-98).

(9)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Qafas ta’ Kwalità għas-Servizzi ta’ Interess Ġenerali fl-Ewropa” (Brussell, COM(2011) 900 final), fejn huwa ddikjarat li “matul is-snin, id-domanda għas-servizzi ta’ interess ġenerali u l-mod kif jiġu pprovduti nbidlu b’mod sinifikanti. Is-servizzi li l-Istat tradizzjonalment kien jagħti b’mod dirett saru dejjem aktar esternalizzati minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u issa huma ta’ spiss ipprovduti mis-settur privat (jew għall-profitt jew mhux għall-profitt)”.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/87


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Ir-riformi strutturali tal-banek tal-UE u t-trasparenza fl-ibbankjar parallel

2014/C 271/15

Relatur

:

Is-Sur Kool (NL/PSE), Membru tal-Eżekuttiv Muniċipali tal-Aja

Dokumenti ta' referenza

:

Proposti għal regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar:

Miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta' istituzzjonijiet ta' kreditu tal-UE

COM(2014) 43 final

Ir-rapportar u t-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

COM(2014) 40 final

I.   PUNTI ĠENERALI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkooperaw mill-qrib mal-istituzzjonijiet bankarji biex jiffinanzjaw il-proġetti fil-perjodu medju u fit-tul tagħhom. Peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal żewġ terzi tal-investiment pubbliku kollu fl-UE u peress li fl-2011 biss dan irrappreżenta EUR 179 biljun jew 1,4 % tal-PDG tal-UE, aktar mill-baġit kollu tal-Unjoni (1 %), huwa evidenti li r-reżiljenza tal-banek hija ta' interess primordjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u li r-riforma attwali tar-regolamentazzjoni bankarja ser ikollha impatt qawwi fuqhom;

2.

il-politika u x-xjenza ekonomika jappoġġjaw b'mod mifrux il-fehma li s-superviżjoni tal-banek u l-monitoraġġ tar-riformi jkunu aktar effettivi jekk jiġu implimentati fil-livell Ewropew milli fil-livell nazzjonali;

3.

jilqa' r-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar il-miżuri strutturali li jtebju r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-UE u dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli; jenfasizza li huwa ta' importanza kruċjali li jkun evitat il-ħolqien ta' piżijiet regolatorji u amminstrattivi;

4.

madankollu jiddispjaċih li l-kamp ta' applikazzjoni u l-ambizzjoni tas-suġġerimenti li saru mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, maħtur mill-Kummissjoni fi Frar 2012, tnaqqsu b'mod konsiderevoli; jinnota li l-proposti ftit li xejn ser ikollhom impatt fuq il-banek immirati, meta wieħed iqis b'mod partikolari li Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit diġà adottaw riformi nazzjonali simili (1);

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

5.

jinnota li ż-żewġ Abbozzi ta' Regolamenti ppreżentati mill-Kummissjoni għandhom l-għan li jarmonizzaw ċerti regoli intiżi biex isaħħu l-qafas regolatorju dwar l-istituzzjonijiet bankarji u finanzjarji. Fid-dawl tal-interkonnessjonijiet mifruxa bejn l-entitajiet immirati u r-riskju sistemiku li jistgħu jirrappreżentaw, dawn ir-regolamenti jistgħu biss jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Il-KtR għalhekk jemmen li l-bażi legali (l-Artikolu 114 tat-TFUE) hija korretta u li l-proposta leġislattiva hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

II.A.    Rakkomandazzjonijiet komuni

Ir-rwol tal-banek fil-finanzjament tal-iżvilupp lokali

6.

itenni l-importanza tal-kreditu għall-finanzjament tal-investiment pubbliku mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fi proġetti ta' interess ġenerali bħall-infrastruttura, ir-riċerka u l-edukazzjoni; josserva li dawn l-investimenti jirrappreżentaw sehem sostanzjali tan-nefqa pubblika u huma vitali għat-tkabbir u l-benesseri taċ-ċittadini;

7.

jenfasizza l-ispeċifiċità tas-self ikkuntrattat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-ebda mod ma jistgħu jiġu assimilati mal-konsumaturi privati jew kummerċjali u n-natura, l-ammonti u l-perjodu ta' dan is-self għalhekk jirrikjedu għarfien espert speċifikament immirat mill-banek;

8.

jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-banek speċjalizzati lokali, reġjonali u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp u l-finanzjament tar-reġjuni u l-muniċipalitajiet. Dawn jiżguraw appoġġ fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku lokali billi jappoġġjaw lill-SMEs, l-assoċjazzjonijiet u l-ekonomija soċjali;

9.

jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jipproteġu u jsaħħu l-mudell kummerċjali lokali ta' intrapriżi mutwi, kooperattivi u istituzzjonijiet ta' tfaddil, speċjalment il-banek iż-żgħar li jaqdu rwol essenzjali fl-ekonomija reali bis-saħħa tal-preżenza densa u bbilanċjata tagħhom fil-komunitajiet lokali u reġjonali;

10.

ma jaqbilx mal-espansjoni sproporzjonata u mhux ikkontrollata ta' xi banek lokali u reġjonali li pperikolaw b'mod serju ħafna l-ekonomiji tat-territorji tal-oriġini tagħhom minħabba akkwisti ta' assi tossiċi;

Konsegwenzi tal-kriżi tal-kreditu fuq l-iżvilupp lokali

11.

jinnota tnaqqis fil-provvista ta' self mill-banek lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huwa espress mhux biss f'volumi iżgħar u marġnijiet ogħla iżda wkoll fi tnaqqis inkwetanti fit-tul tas-self; dan jista' jirrifletti ċirku vizzjuż fejn il-banek universali jnaqqsu l-involviment tagħhom fl-ekonomija reali u għaldaqstant ikun aktar probabbli li jieħdu sehem f'attivitajiet bankarji “paralleli” u ta' negozjar;

12.

jinsab imħasseb dwar id-differenza sostanzjali fir-rata tal-imgħax bejn ir-rata tal-bank tal-BĊE (0,25 % minn Novembru 2013) u r-rati offruti mill-banek lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, fid-dawl tal-fatt li din id-differenza mhijiex ibbażata fuq valutazzjoni oġġettiva tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-lokalità kkonċernata, filwaqt li r-riskju ta' inadempjenza jibqa' relattivament baxx;

13.

iqis li dawn il-kundizzjonijiet ta' sikkatura jagħmlu pressjoni konsiderevoli fuq il-baġits tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jagħmluha dejjem aktar diffiċli biex dawn l-awtoritajiet jibbilanċjaw il-baġits tagħhom, jiksbu kapaċità ta' assorbiment tajba u jiffinanzjaw proġetti fit-tul li jgħinu biex jipprovdu għat-tkabbir u l-impjieg;

14.

għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, fi stadju sussegwenti, proposta leġislattiva biex jiġu introdotti miżuri effettivi li jindirizzaw il-kriżi tal-kreditu għall-SMEs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Strumenti finanzjarji maħruġa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali

15.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li xi awtoritajiet lokali u reġjonali joħorġu strumenti finanzjarji bħall-bonds bħala mezz biex jiffinanzjaw l-attivitajiet u l-politiki tagħhom;

16.

jiddeplora l-fatt li xi banek ħeġġew lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jixtru prodotti finanzjarji tossiċi u kumplessi fi proporzjonijiet eċċessivi, waqt li kienu jafu sew ir-riskji involuti; jenfasizza li, minħabba nuqqas ta' għarfien espert adatt, il-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet lokali u reġjonali m'għandhomx l-għarfien tekniku meħtieġ biex jifhmu kompletament dawn il-prodotti; għalhekk jiddispjaċih li l-piż li jirriżulta mill-falliment ta' dawn l-assi jaqa' kompletament fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-kontribwenti tagħhom;

17.

jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jħeġġu lill-banek jadottaw approċċ komprensiv, ġust u resposabbli fil-konfront tal-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jkunu qed jagħtuhom pariri dwar ir-riskji li jiġġarrbu; jitlob ukoll li jiġu żviluppati strumenti finanzjarji sempliċi u trasparenti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali b'termini u kundizzjonijiet definiti b'mod ċar meta jiġi ffirmat il-kuntratt; jitlob li dawn l-istrumenti joffru rati leġġibbli sabiex ikun hemm trasparenza fil-proċess demokratiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

II.B.    Miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE

18.

jaqbel mal-għan li jissaħħu l-istabbiltà u r-reżiljenza tal-banek billi jiġi projbit in-negozjar proprjetarju u tiġi provduta l-kapaċità biex jiġu separati l-attivitajiet ta' negozjar riskjużi;

19.

jappoġġja l-objettivi, kif iddikjarat fl-Artikolu 1, tal-prevenzjoni tar-riskju sistemiku, l-istress finanzjarju u l-falliment ta' entitajiet interkonnessi, kumplessi u kbar fis-sistema finanzjarja;

20.

jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk huwiex possibbli li l-applikazzjoni ta' regoli simili tiġi estiża għall-banek ta' kull daqs, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi, peress li tali inizjattivi jistgħu jagħmlu lill-banek iżgħar aktar siguri wkoll;

21.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għall-projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju fl-istrumenti finanzjarji u l-materja prima, jiġifieri l-kummerċ bi skop purament ta' profitt għall-bank fid-dawl tal-fatt li d-Direttiva dwar is-swieq ta' strumenti finanzjarji (COM(2011) 0656) (l-hekk imsejħa MiFiD II) ma tindirizzax b'mod speċifiku n-negozjar propjetarju. Il-ħruġ ta' dawn l-istrumenti għandu jkun strettament riżervat għall-operaturi tas-suq li kapaċi juru li dawn il-prodotti ser jintużaw biex ikopru r-riskji kummerċjali jew industrijali tagħhom stess. Inkella jkun hemm ir-riskju kemm ta' tfixkil tar-rwol bejn l-attivitajiet ta' konsulenza u ta' investiment tal-banek, u b'hekk effett ta' inċentiva lejn iżjed spekulazzjoni u volatilità ta' prezzijiet, kif ukoll riskji sistemiċi għas-sistema bankarja;

22.

jinsab imħasseb dwar il-kummerċ ta' frekwenza għolja li jista' joħloq riskji serji għas-sistema bankarja u jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jimplimentaw miżuri effettivi biex jirregolaw dan il-qasam;

Separazzjoni tal-attivitajiet ta' negozjar

23.

itenni li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Proposta għal Regolament tnaqqas b'mod konsiderevoli peress li l-Istati Membri diġà adottaw regoli nazzjonali ta' natura simili jew qed jikkunsidraw jadottawhom u li r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp Liikanen tnaqqsu notevolment;

24.

jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata uniformità fil-livell tal-UE f'settur li huwa daqstant integrat, sabiex il-piż ta' konformità u l-ispejjeż jibqgħu kemm jista' jkun minimi, jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u jiġu prevenuti distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u t-tħaddim tas-suq intern f'dan is-settur;

25.

jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li dawn ir-regoli jkunu soġġetti għal reviżjoni wara li jiġu implimentati u jitlob li ssir investigazzjoni bir-reqqa tar-riperkussjonijiet negattivi potenzjali, b'mod partikolari fuq il-finanzjament tal-ekonomija reali fil-bliet u r-reġjuni tal-UE;

26.

jiddubita jekk il-fatt li d-deċiżjoni dwar is-separazzjoni ta' ċerti attivitajiet ta' negozjar tikkonsisti f'test ristrett huwiex ser jipprovdi mezzi legali biżżejjed biex jinkisbu l-objettivi ġenerali tar-regolament u jekk ikunx aħjar kieku dawn ġew indirizzati permezz ta' test usa' li jinkludi l-objettivi kollha;

27.

għandu dubji dwar l-effikaċja tal-approċċ estremament kumpless adottat li, minn naħa, jista' jagħmilha diffiċli u ta' spiża biex tiġi valutata u monitorjata l-implimentazzjoni tar-regoli u, min-naħa l-oħra, jippermetti eżenzjonijiet mir-regolament u opportunitajiet għat-twettiq ta' arbitraġġ regolatorju;

28.

jiddeplora l-kamp ta' applikazzjoni mnaqqas tal-applikazzjoni tal-abbozz ta' regolament u prinċipalment l-esklużjoni tan-negozjar tad-derivattivi mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Fil-fatt, hemm tħassib li n-negozjar ċ spekulattiv eċċessiv qed iwassal għal swieq kbar wisq u qed joħloq distorsjonijiet fis-suq finanzjarju kif ukoll fl-ekonomija reali. Dawn id-distorsjonijiet jistgħu jwasslu għall-ipprezzar ħażin fis-swieq tad-derivattivi tal-komoditajiet agrikoli, tal-enerġija u tal-metalli, li huma essenzjali għall-ekonomija lokali u reġjonali;

29.

jistieden lill-Kummissjoni teskludi s-sistemi ta' pussess tat-titoli fil-perjodu twil (l-hekk imsejħa xiri u żamma) mid-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 5.4 tar-Regolament dwar il-miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE, peress li huma parti mill-attivitajiet bankarji ewlenin;

Il-prinċipju ta’ simetrija

30.

jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-prinċipju ta' simetrija fil-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni bankarja tagħha. Dan ifisser li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni bankarja jingħataw il-possibbiltà li jġiegħlu lill-kredituri iġarrbu t-telf, bl-istess mod kif jibbenefikaw minn kwalunkwe qligħ; dan għandu japplika b'mod ugwali għat-tipi kollha ta' kredituri;

II.C.    Ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli

31.

jappoġġja r-Regolament dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u jidentifika dawn il-miżuri bħala komplementari għar-riformi strutturali tal-banek li huma essenzjali biex timtela lakuna legali li diġà ġiet identifikata;

32.

jirrikonoxxi li jinħtieġu r-regolamenti minħabba l-konnessjonijiet mill-qrib bejn il-banek tradizzjonali u s-sistemi bankarji paralleli u l-fatt li dawn tal-aħħar iwettqu l-istess funzjonijiet ekonomiċi bħall-banek, jiġifieri: intermedjazzjoni kreditizja, trasferiment tar-riskju ta' kreditu, trasformazzjoni ta' maturità u likwidità, mingħajr kontrolli adegwati;

33.

iħeġġeġ lill-BĊE, lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Istati Membri jissoktaw b'mod intensiv l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li jiksbu informazzjoni biżżejjed u komprensiva dwar is-sistemi bankarji paralleli. L-informazzjoni hija l-fattur ewlieni li għandu jippermetti li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jirreaġixxu b'mod suffiċjenti huma u jirregolaw is-sistema, minkejja r-ritmu frenetiku tal-evoluzzjoni u t-tentattivi biex tiġi evitata l-liġi;

Ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet

34.

jilqa' l-proposta tal-obbligu ta' rapportar tat-tranżazzjonijiet kollha f'bażi tad-data komuni u jqis li dan ser jgħin biex jittejbu l-monitoraġġ tar-riskji u l-iżvelar b'rabta ma' tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli; jilqa' l-fatt li dawn il-miżuri ser ukoll itejbu t-trasparenza għall-investituri u jipprovdulhom għodda biex jagħmlu deċiżjonijiet ta' investiment ibbażati fuq sensibilizzazzjoni akbar tal-karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli;

It-trasparenza tar-riipotekazzjoni

35.

jappoġġja l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet minimi li ser itejbu t-trasparenza tar-riipotekazzjoni billi jiġi żgurat li l-klijenti jagħtu l-kunsens tagħhom u li jagħmlu d-deċiżjonijiet tagħhom waqt li jkunu jafu bis-sħiħ ir-riskji li dawn jistgħu joħolqu;

III.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

III.A.    Miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE COM(2014) 43

Emenda 1

Premessa ġdida wara Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-ħruġ u l-bejgħ ta' strumenti finanzjarji marbuta mal-kummerċ ta' materja prima għandu jkun strettament riżervat għall-konsumaturi li kapaċi juru li dawn il-prodotti ser jintużaw biex ikopru r-riskji kummerċjali jew industrijali tagħhom stess.

Raġuni

Emenda 2

Premessa ġdida wara Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-każ tal-kummerċ ta' frekwenza għolja jqajjem tħassib partikolari peress li jidher li jista' jisparixxi mill-ewwel u li xi negozji ma jikkunsidrawx ir-riskji bis-serjetà li jistħoqqilhom meta joħorġu, b'mod kostanti u mill-ewwel, algoriżmi ta' kummerċ ġodda u traskurati. In-nuqqas ta' dixxiplina ta' xi atturi li jiddependu minn partijiet interessati kummerċjali oħra biex jikkompensaw għall-kummerċ żbaljat tagħhom jew għall-algoriżmi li ma jistgħux jiġu kkontrollati juri li l-ġestjoni tar-riskju għadu essenzjali biex il-banek jiġu protetti minn użu ħażin tal-prodotti tagħhom stess u b'hekk jobbliga lill-awtoritajiet pubbliċi jieħdu azzjoni. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu li jimponu aktar miżuri simili regolatorji biex jikkontrollaw dan is-suq.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 3

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-gruppi li jikkwalifikaw bħala impriżi mutwali, istituzzjonijiet ta' tfaddil jew gruppi simili għandhom struttura ekonomika u ta' sjieda speċifika. L-imponiment ta' wħud mir-regoli relatati mas-separazzjoni jista' jkun jeħtieġ li jkun hemm bidliet profondi fl-organizzazzjoni strutturali ta’ dawn l-entitajiet li l-kosti tagħhom jistgħu ma jkunux proporzjonati mal-benefiċċji. Sakemm dawn il-gruppi jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 49(3)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżommu strumenti kapitali jew drittijiet tal-vot f’entità ta' negozjar fejn l-awtorità kompetenti tqis li ż-żamma ta’ dawn l-istrumenti kapitali jew id-drittijiet tal-vot tkun indispensabbli għall-funzjonament tal-grupp u li l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tkun ħadet biżżejjed miżuri sabiex jittaffew b’mod xieraq ir-riskji rilevanti.

Il-gruppi li l-mudelli kummerċjali tagħhom huma min-natura tagħhom jikkwalifikaw bħala impriżi mutwali, kooperattivi jew istituzzjonijiet ta' tfaddil jew gruppi simili għandhom struttura ekonomika u ta' sjieda speċifika. L-imponiment ta' wħud mir-regoli relatati mas-separazzjoni jista' jkun jeħtieġ li jkun hemm bidliet profondi fl-organizzazzjoni strutturali ta’ dawn l-entitajiet li l-kosti tagħhom jistgħu ma jkunux proporzjonati mal-benefiċċji. Sakemm dawn il-gruppi jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 49(3)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżommu strumenti kapitali jew drittijiet tal-vot f’entità ta' negozjar fejn l-awtorità kompetenti tqis li ż-żamma ta’ dawn l-istrumenti kapitali jew id-drittijiet tal-vot tkun indispensabbli għall-funzjonament tal-grupp u li l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tkun ħadet biżżejjed miżuri sabiex jittaffew b’mod xieraq ir-riskji rilevanti.

Raġuni

Huwa importanti li jiġi żgurat li dawn l-istituzzjonijiet ma jinħbewx wara l-istatuti tagħhom biex jipprattikaw attivitajiet li mhumiex effettivi fl-ekonomija reali, u b'hekk idgħajfu l-għanijiet tal-Proposta għal Regolament.

Emenda 4

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Irrispettivament mis-separazzjoni, l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali għandha xorta tkun kapaċi timmaniġġja r-riskju tagħha stess. Għaldaqstant, ċerti attivitajiet ta' negozjar għandhom jiġu permessi sal-punt li jkunu mmirati lejn immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidita u l-finanzjament tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u ma joħolqux tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. B’mod simili, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali jkunu jistgħu jipprovdu ċerti servizzi meħtieġa ta’ mmaniġġjar tar-riskji lill-klijenti tagħhom. Madankollu, dan għandu jsir mingħajr ma l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tiġi esposta għal riskji bla bżonn u mingħajr ma jinħoloq tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. L-attivitajiet tal-iħħeġġjar eliġibbli għall-fini ta’ mmaniġġjar b’mod prudenti tar-riskju proprju u għall-provvediment ta’ servizzi ta' mmaniġġjar tar-riskju għall-klijenti jistgħu, iżda ma għandhomx għalfejn, jikkwalifikaw bħala kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.

Irrispettivament mis-separazzjoni, l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali għandha xorta tkun kapaċi timmaniġġja r-riskju tagħha stess. Għaldaqstant, ċerti attivitajiet ta' negozjar għandhom jiġu permessi sal-punt li jkunu mmirati lejn immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidita u l-finanzjament tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u ma joħolqux tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. B’mod simili, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali jkunu jistgħu jipprovdu ċerti servizzi meħtieġa ta’ mmaniġġjar tar-riskji lill-klijenti tagħhom. Madankollu, dan għandu jsir mingħajr ma l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tiġi esposta għal riskji bla bżonn u mingħajr ma jinħoloq tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. Barra minn hekk, b'konformità mal-prinċipju ta' simetrija, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jingħataw il-possibbiltà li jġiegħlu lill-kredituri iġarrbu t-telf, bl-istess mod kif jibbenefikaw minn kwalunkwe qligħ. L-attivitajiet tal-iħħeġġjar eliġibbli għall-fini ta’ mmaniġġjar b’mod prudenti tar-riskju proprju u għall-provvediment ta’ servizzi ta' mmaniġġjar tar-riskju għall-klijenti jistgħu, iżda ma għandhomx għalfejn, jikkwalifikaw bħala kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.

Raġuni

Evidenti

Emenda 5

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a)

il-projbizzjoni ta’ negozjar proprjetarju;

(b)

is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a)

il-projbizzjoni ta' negozjar proprjetarju;

(b)

il-projbizzjoni tal-ispekulazzjoni fil-materja prima;

(b) (c)

is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar.

Raġuni

Emenda 6

Artikolu 5(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“negozjar proprjetarju” tfisser l-użu ta’ kapital proprju jew flus mislufa biex jittieħdu pożizzjonijiet f’kull tip ta’ tranżazzjoni biex jinxtraw, jinbiegħu jew jiġu akkwistati jew ċeduti mod ieħor kwalunkwe strument finanzjarju jew komodità għall-iskop uniku li jkun hemm qligħ għall-kont proprju, u mingħajr kwalunkwe konnessjoni mal-attività tal-klijenti attwali jew antiċipata jew għall-fini ta’ ħħeġġjar tar-riskju tal-entità bħala riżultat ta’ attività tal-klijenti attwali jew antiċipata, permezz tal-użu ta’ uffiċċji, unitajiet, diviżjonijiet jew negozjanti individwali iddedikati speċifikament għal dan it-teħid ta' pożizzjonijiet u qligħ, anke permezz ta' pjattaformi ta' negozjar proprjetarji ddedikati u bbażati fuq l-Internet;

“negozjar proprjetarju” tfisser l-użu ta’ kapital proprju jew flus mislufa biex jittieħdu pożizzjonijiet f’kull tip ta’ tranżazzjoni biex jinxtraw, jinbiegħu jew jiġu akkwistati jew ċeduti mod ieħor kwalunkwe strument finanzjarju jew komodità għall-iskop uniku li jkun hemm qligħ fil-perjodu qasir għall-kont proprju, u mingħajr kwalunkwe konnessjoni mal-attività tal-klijenti attwali jew antiċipata jew għall-fini ta’ ħħeġġjar tar-riskju tal-entità bħala riżultat ta’ attività tal-klijenti attwali jew antiċipata, permezz tal-użu ta’ uffiċċji, unitajiet, diviżjonijiet jew negozjanti individwali iddedikati speċifikament għal dan it-teħid ta' pożizzjonijiet u qligħ, anke permezz ta' pjattaformi ta' negozjar proprjetarji ddedikati u bbażati fuq l-Internet;

Raġuni

Peress li s-sistemi ta' pussess ta' titoli fil-perjodu twil (l-hekk imsejħa xiri u żamma) huma parti mill-attivitajiet bankarji ewlenin, għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni mogħtija.

Emenda 7

Artikolu 5(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

l-ispekulazzjoni f'materja prima” permezz ta' negozjar propjetarju mill-banek tfisser l-użu ta' negozjar ta' kuntratti futuri għall-iskop uniku ta' profitt; dan jeskludi attivitajiet diretti jew indiretti bejn il-produtturi u l-konsumaturi li jistgħu juru li dawn il-prodotti ser jintużaw biex ikopru riskji kummerċjali jew industrijali;

Emenda 8

Artikolu 6(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 ma:

1.   Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 ma:

(a)

jinvolvux ruħhom f’negozjar proprjetarju;

(a)

jinvolvux ruħhom f’negozjar proprjetarju;

(b)

bil-kapital proprju tagħhom jew flus mislufa u għall-iskop uniku li jagħmlu profitt għall-kont proprju:

(b)

spekulazzjoni f'materja prima agrikola;

(b) (c)

bil-kapital proprju tagħhom jew flus mislufa u għall-iskop uniku li jagħmlu profitt għall-kont proprju:

(i)

jakkwistaw jew iżommu unitajiet jew ishma ta’ AIFs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(ii)

jinvestu f’derivattivi, ċertifikati, indiċi jew kwalunkwe strument finanzjarju ieħor li l-prestazzjoni tiegħu tkun marbuta ma’ ishma jew unitajiet ta’ AIFs;

(iii)

iżommu unitajiet jew ishma f’entità li timpenja ruħha f’negozju proprjetarju jew li jakkwista unitajiet jew ishma f’AIFs.

(i)

jakkwistaw jew iżommu unitajiet jew ishma ta’ AIFs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(ii)

jinvestu f’derivattivi, ċertifikati, indiċi jew kwalunkwe strument finanzjarju ieħor li l-prestazzjoni tiegħu tkun marbuta ma’ ishma jew unitajiet ta’ AIFs;

(iii)

iżommu unitajiet jew ishma f’entità li timpenja ruħha f’negozju proprjetarju jew li jakkwista unitajiet jew ishma f’AIFs.

Raġuni

Relatata mal-emenda 2.

Emenda 9

Artikolu 6(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Il-projbizzjonijiet fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma japplikawx għal:

2.   Il-projbizzjonijiet fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma japplikawx għal:

(a)

strumenti finanzjarji maħruġa minn gvernijiet ċentrali ta’ Stati Membri jew minn entitajiet elenkati fil-punt (2) tal-Artikolu 117 u l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(a)

strumenti finanzjarji maħruġa minn gvernijiet ċentrali ta’ Stati Membri, strumenti finanzjarji maħruġa mill-gvernijiet reġjonali tal-Istati Membri, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew minn entitajiet elenkati fil-punt (2) tal-Artikolu 117 u l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

sitwazzjoni fejn entità msemmija fl-Artikolu 3 tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(b)

sitwazzjoni fejn entità msemmija fl-Artikolu 3 tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

hija tuża l-kapital proprju tagħha bħala parti mill-proċessi ta' mmaniġġjar ta' flus;

(ii)

hija esklużivament tixtri, tbigħ jew takkwista mod ieħor jew tiddisponi minn flus jew assi ekwivalenti ta' flus. L-assi ekwivalenti ta’ flus iridu jkunu investimenti likwidi ħafna miżmuma fil-munita bażi ta’ kapital proprju, ikunu konvertibbli faċilment għal ammont magħruf ta’ flus, ikunu soġġetti għal riskju insinifikanti ta’ tibdil fil-valur, ikollhom maturità li ma taqbiżx it-397 jum u jipprovdu redditu mhux akbar mir-rata ta’ redditu ta' bonds tal-gvern ta’ kwalità għolja ta’ tliet xhur.

(i)

hija tuża l-kapital proprju tagħha bħala parti mill-proċessi ta' mmaniġġjar ta' flus;

(ii)

hija esklużivament tixtri, tbigħ jew takkwista mod ieħor jew tiddisponi minn flus jew assi ekwivalenti ta' flus. L-assi ekwivalenti ta’ flus iridu jkunu investimenti likwidi ħafna miżmuma fil-munita bażi ta’ kapital proprju, ikunu konvertibbli faċilment għal ammont magħruf ta’ flus, ikunu soġġetti għal riskju insinifikanti ta’ tibdil fil-valur, ikollhom maturità li ma taqbiżx it-397 jum u jipprovdu redditu mhux akbar mir-rata ta’ redditu ta' bonds tal-gvern ta’ kwalità għolja ta’ tliet xhur.

Raġuni

M'hemm l-ebda raġuni oġġettiva għala l-istrumenti finanzjarji maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jiġu trattati b'mod differenti minn dawk maħruġa mill-gvernijiet reġjonali tal-Istati Membri, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Emenda 10

Artikolu 6(4) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

4.   Il-limitazzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 mhux ser japplikaw għall-operaturi tas-suq li jkunu jistgħu juru li n-negozjar tagħhom ta' materja prima agrikola ser jintuża biex ikopri riskji kummerċjali jew industrijali;

Raġuni

Relatata mal-emenda 2.

Emenda 11

Artikolu 6(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

6.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex teżenta mill-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a)

strumenti finanzjarji oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 maħruġa mill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

strumenti finanzjarji maħruġa minn gvernijiet reġjonali tal-Istati Membri, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex teżenta mill-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a)

strumenti finanzjarji oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 maħruġa mill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;.

(b)

strumenti finanzjarji maħruġa minn gvernijiet reġjonali tal-Istati Membri, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Raġuni

M'hemm l-ebda raġuni oġġettiva għala l-istrumenti finanzjarji maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jiġu trattati b'mod differenti minn dawk maħruġa mill-gvernijiet reġjonali tal-Istati Membri, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

III.B.    Ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli – COM(2014) 40

Emenda 1

Premessa ġdida wara Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Barra minn hekk, peress li t-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli jistgħu jinbiegħu direttament lill-SMEs, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-individwi permezz ta' strumenti finanzjarji, huwa indispensabbli li l-entitajiet bankarji u l-entitajiet bankarji paralleli jadottaw approċċ komprensiv, ġust u responsabbli fil-konfront ta' dawn il-korpi meta jkunu qed jagħtuhom parir dwar ir-riskji li jiġġarrbu.

Raġuni

Peress li huma involuti partijiet interessati sofistikati, l-SMEs, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-individwi jistgħu jkunu direttament involuti f'dawn it-tipi ta' strumenti. Il-provvista ta' informazzjoni tajba hija rwol ewlieni għall-banek u għall-entitajiet li jistgħu jaqdu l-istess rwol bħall-banek.

Brussell, 26 ta' Ġunju 2014

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel LEBRUN


(1)  Dawn it-tliet pajjiżi għandhom 16 mit-30 l-akbar bank tal-UE ikklassifikati skont l-assi totali (ir-regolament ikopri madwar 30 bank).