ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 242

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
25 ta' Lulju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 242/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7259 — Carphone Warehouse/Dixons) ( 1 )

1

2014/C 242/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7293 — Allergopharma/Stallergenes/Laboratorios LETI/JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 242/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 242/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7259 — Carphone Warehouse/Dixons)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 242/01

Fil-25 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7259. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7293 — Allergopharma/Stallergenes/Laboratorios LETI/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 242/02

Fit-18 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7293. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Lulju 2014

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2014/C 242/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta’ Mejju 2013 (2), il-Kunsill ħatar 12-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

(3)

Il-Gvern tal-Irlanda informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Irlandiż fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Sharon Jane MCGUINNESS, ta’ nazzjonalità Irlandiża, imwielda fit-13 ta’ Lulju 1965, b’dan tinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, u tissostitwixxi lis-Sur Martin LYNCH, għall-perijodu mit-23 ta’ Lulju 2014sal-31 ta’ Mejju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 138, 17.5.2013, p. 14.


Il-Kummissjoni Ewropea

25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Lulju 2014

2014/C 242/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3472

JPY

Yen Ġappuniż

136,97

DKK

Krona Daniża

7,4573

GBP

Lira Sterlina

0,79215

SEK

Krona Żvediża

9,2102

CHF

Frank Żvizzeru

1,2152

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3610

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,480

HUF

Forint Ungeriż

307,76

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1408

RON

Leu Rumen

4,4068

TRY

Lira Turka

2,8194

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4272

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4449

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4412

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5679

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6688

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 385,96

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,1380

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3464

HRK

Kuna Kroata

7,6250

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 585,25

MYR

Ringgit Malażjan

4,2827

PHP

Peso Filippin

58,349

RUB

Rouble Russu

47,1080

THB

Baht Tajlandiż

42,891

BRL

Real Brażiljan

2,9884

MXN

Peso Messikan

17,4368

INR

Rupi Indjan

81,0071


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.